Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0764

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni

    /* KUMM/2010/0764 finali */

    52010PC0764




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 20.12.2010

    KUMM(2010) 764 finali

    2010/0368 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Għadd ta' atti li ġew adottati matul id-deċennji li għaddew kienu eżawrew l-effetti kollha tagħhom iżda, teknikament, għadhom fis-seħħ. Minħabba l-karattru temporanju tagħhom jew inkella minħabba li l-kontenut tagħhom ġie inkorporat f'atti sussegwenti dawn issa ma għadhomx jgħoddu. Bosta miżuri marbuta mal-adeżjoni tal-Istati Membri ġodda pprovdew miżuri tranżizzjonali direttament għaż-żmien ta' wara l-adeżjoni tagħhom u sal-lum ma għadhomx jgħoddu. Fil-ftehim interistituzzjonali tagħhom dwar tfassil aħjar tal-liġi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li l-liġi Komunitarja għandha tiġi aġġornata u tinġabar fil-qosor billi jiġu rrevokati l-atti li ma għadhomx jiġu applikati. Atti li ma għadhomx rilevanti għandhom jitneħħew mill-'acquis communautaire', sabiex titjieb it-trasparenza u ċ-ċertezza tal-liġi tal-Unjoni.

    Il-Kummissjoni wettqet bosta eżerċizzji biex tneħħi mill-acquis il-leġiżlazzjoni li ma għadhiex tgħodd, parzjalment permezz tal-proċedura tradizzjonali tar-revoka, u inparti billi ddikjarat li l-atti rilevanti tal-Kummissjoni ma għadhomx fis-seħħ. Il-Kummissjoni identifikat ukoll għadd ta' Atti tal-Kunsill relatati mal-Politika Agrikola Komuni, li huma bbażata fuq l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat (li qabel kienu l-Artikolu 36 u 37) u żewġ Atti ta' Adeżjoni, li l-effetti prattiċi kollha tagħhom huma eżawriti, iżda li formalment għadhom fis-seħħ. Mhuwiex fl-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tiddikjara l-atti li ġew adottati mill-Kunsill bħala atti li ma għadhomx jgħoddu. Fl-interess taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-atti elenkati f'din il-proposta għandhom jiġu rrevokati mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

    2010/0368 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jgħoddu fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42, flimkien mal-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-1979, u b'mod partikulari l-Artikolu 60, l-Artikolu 61, il-punt 5, u l-Artikolu 72(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u b'mod partikulari l-Artikolu 234(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1]

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

    Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    1. It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qed jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ.

    2. Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-Politika Agrikola Komuni, ma għadhomx jgħoddu, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:

    3. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/69 tas-17 ta' Ottubru 1969 dwar il-finanzjament Komunitarju tan-nefqa tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari [traduzzjoni mhux uffiċjali][3]. Dak ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu peress li l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti suċċessivi.

    4. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1467/70 tal-20 ta’ Lulju 1970 li jiffissa ċerti regoli ġenerali li jirregolaw l-intervenzjoni fis-suq tat-tabakk mhux maħdum[4]. Dak ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu peress li l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti suċċessivi.

    5. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/75 tas-16 ta' Diċembru 1975 dwar l-istandardizzazzjoni tat-trattament applikat mill-Istati Membri individwali għall-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux membri ta' siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, egħruq u simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali[5]. Dak ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu peress li l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti suċċessivi.

    6. Ir-Regolament (KEE) Nru 1078/77 tas-17 ta' Mejju 1977 li introduċa sistema ta' primjums għal ħalib u prodotti tal-ħalib mhux kummerċjalizzati u għall-konverżjoni ta' merħliet li jipproduċu l-ħalib [traduzzjoni mhux uffiċjali][6]. Dak ir-Regolament introduċa miżuri applikabbli sal-31 ta' Marzu 1978 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    7. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1853/78 tal-25 ta’ Lulju 1978 li jadotta regoli ġenerali b’konnessjoni ma’ miżuri speċjali għaż-żerriegħa tar-riġnu[7]. Dak ir-Regolament introduċa miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2874/77 tad-19 ta' Diċembru 1977 li jistabilixxi miżuri speċjali rigward iż-żerriegħa tar-riġnu [traduzzjoni mhux uffiċjali][8] li ma baqax validu fit-30 ta' Settembru 1984, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu .

    8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2580/78 tal-31 ta’ Ottubru 1978 li jestendi s-sena 1977/78 tal-marketing taż-żejt taż-żebbuġa, li jipprovdi għall-miżuri speċjali għal dan is-settur, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 878/77 rigward ir-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati fl-agrikoltura[9]. Dak ir-Regolament kien ikopri biss is-snin tas-suq 1977/78 u 1978/79 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    9. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1/81 tal-1 ta' Jannar 1981 li jistabbilixxi regoli ġenerali għas-sistema ta' ammonti ta' kumpens tal-adeżjoni għaċ-ċereali [traduzzjoni mhux uffiċjali][10]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat għall-applikazzjoni tal-perjodu tranżizzjonali ta' wara l-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet Ewropej u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    10. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 li jirrestrinġi l-għajnuniet ta' investiment għall-produzzjoni tal-ħalib[11] . Dak ir-Regolament eżawrixxa l-effetti tiegħu peress li l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti suċċessivi.

    11. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2989/82 tad-9 ta' Novembru 1982 dwar l-għoti ta' għajnuna għal konsum ta' butir fid-Danimarka, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu [traduzzjoni mhux uffiċjali][12]. Dak ir-Regolament introduċa miżuri temporanji u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    12. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3033/83 tas-26 ta' Ottubru 1983 li jabolixxi l-ammont ta' kumpens tal-'adeżjoni' applikabbli għal inbejjed likurużi [traduzzjoni mhux uffiċjali][13]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat għall-applikazzjoni tal-perjodu tranżizzjonali ta' wara l-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet Ewropej u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    13. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 564/84 tal-1 ta' Marzu 1984 dwar is-sospensjoni ta' għajnuniet għal investiment fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib [traduzzjoni mhux uffiċjali][14]. Dak ir-Regolament kien ikopri biss is-sena 1984 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    14. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2997/87 tat-22 ta' Settembru 1987 li jistipula, fir-rigward tal-ħops, l-ammont ta' għajnuna lil produtturi għall-ħsad tal-1986, u li jipprovdi għal miżuri speċjali għal ċerti reġjuni ta' produzzjoni [traduzzjoni mhux uffiċjali][15]. Dak ir-Regolament introduċa miżuri speċjali applikabbli sas-sena 1990 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    15. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1441/88 tal-24 ta' Mejju 1988 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 822/87 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid [traduzzjoni mhux uffiċjali][16]. Dak ir-Regolament ta poter lill-Kunsill li jemenda ċertu dispożizzjonijiet tranżizzjonali li rriżultaw mill-adeżjoni tal-Portugall mal Komunitajiet Ewropej u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    16. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1720/91 tat-13 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet[17]. Dak ir-Regolament introduċa bosta miżuri eċċezzjonali fl-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet, li kienu japplikaw sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 1992, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    17. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 740/93 tas-17 ta' Marzu 1993 li jistipula kumpens Komunitarju għal waqfien definittiv tal-produzzjoni tal-ħalib fil-Portugall [traduzzjoni mhux uffiċjali][18]. Dak ir-Regolament introduċa miżura speċjali li għandha tiġi implimentata sas-sena 1996 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    18. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 741/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 dwar l-applikazzjoni tal-prezz komuni tal-intervent għaż-żejt taż-żebbuġa fil-Portugall[19]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat għall-applikazzjoni tal-perjodu tranżizzjonali ta' wara l-adeżjoni tal-Portugall mal-Komunitajiet Ewropej u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    19. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 744/93 tas-17 ta' Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu supplimentari tal-kummerċ għal kunsinji ta' prodotti għajr frott u ħxejjex fil-Portugall [traduzzjoni mhux uffiċjali][20]. Dak ir-Regolament kien jitratta l-applikabbiltà għall-Portugall tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3817/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu supplimentari tal-kummerċ għall-importazzjonijiet ta' prodotti għajr frott u ħxejjex fi Spanja [traduzzjoni mhux uffiċjali][21].

    20. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2443/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jipprovdi miżuri addizzjonali għall-appoġġ dirett tal-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella[22]. Dak ir-Regolament kien ikopri biss is-sena 1997 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    21. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/97 tat-30 ta’ Ottubru 1997 dwar it-titjib tal-produzzjoni fil-Komunità tat-tuffieħ, il-lanġas, il-ħawħ u n-nuċiprisk[23]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat li jintroduċi primjum speċjali għas-sena tas-suq 1997/1998 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    22. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2330/98 tat-22 ta’ Ottubru 1998 li jipprovdi għal offerta ta’ kumpens lil xi produtturi tal-ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib li kellhom restrizzjonijiet temporanji fit-twettieq tan-negozju tagħhom[24]. Dak ir-Regolament kien ikopri biss miżura speċjali temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    23. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2800/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar miżuri transitorji [tranżizzjonali] li għandhom jiġu applikati skont il-politika agrikola komuni minħabba l-introduzzjoni tal-euro[25]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat biex jipprovdi biss għal miżuri tranżizzjonali u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    24. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar programm ta’ għoti ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa[26]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat biex jipprovdi għal miżuri waħda ta' darba, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    25. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u li jiffissa l-primjums u l-limiti tal-garanziji għall-weraq tat-tabakk skont il-grupp tal-varjetà u l-Istat Membru għall-ħsad tal-1999, l-2000 u l-2001[27]. Dak ir-Regolament kien ikopri biss il-ħsad tal-1999, l-2000 u l-2001 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    26. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 546/2002 tal-25 ta' Marzu 2002 li jiffissa l-primjums u l-livelli ta' garanziji għat-tabakk tal-werqa skont il-grupp ta' varjetà u l-Istat Membru, għall-ħsad tal-2002, l-2003 u l-2004 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92[28]. Dak ir-Regolament kien ikopri biss il-ħsad tal-2002, l-2003 u l-2004, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    27. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/2003 tas-17 ta' Marzu 2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta' ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999[29]. Dak ir-Regolament kien intenzjonat biex jintroduċi deroga li kienet tapplika biss sat-30 ta' Settembru 2003 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

    28. Għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali, dawn ir-Regolamenti skaduti għandhom jiġu rrevokati,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2052/69, (KEE) Nru 1467/70, (KEE) Nru 3279/75, (KEE) Nru 1078/77, (KEE) Nru 1853/78, (KEE) Nru 2580/78, (KEE) Nru 1/81, (KEE) Nru 1946/81, (KEE) Nru 2989/82, (KEE) Nru 3033/83, (KEE) Nru 564/84, (KEE) Nru 2997/87, (KEE) Nru 1441/88, (KEE) Nru 1720/91, (KEE) Nru 740/93, (KEE) Nru 741/93, (KEE) Nru 744/93, (KE) Nru 2443/96, (KE) Nru 2200/97, (KE) Nru 2330/98, (KE) Nru 2800/98, (KE) Nru 2802/98, (KE) Nru 660/1999, (KE) Nru 546/2002, (KE) Nru 527/2003 qed jiġu rrevokati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi […],

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    [1] ĠU C , , p. .

    [2] ĠU C , , p. .

    [3] ĠU L 263, 21.10.1969, p. 6.

    [4] ĠU L 164, 27.7.1970, p. 32.

    [5] ĠU L 326, 18.12.1975, p. 1.

    [6] ĠU L 131, 26.5.1977, p. 1.

    [7] ĠU L 212, 2.8.1978, p. 1.

    [8] ĠU L 332, 24.12.1977, p. 1.

    [9] ĠU L 309, 1.11.1978, p. 13.

    [10] ĠU L 1, 1.1.1981, p. 1.

    [11] ĠU L 197, 20.7.1981, p. 32.

    [12] ĠU L 314, 10.11.1982, p. 25.

    [13] ĠU L 297, 29.10.1983, p. 1.

    [14] ĠU L 61, 2.3.1984, p. 34.

    [15] ĠU L 284, 7.10.1987, p. 19.

    [16] ĠU L 132, 28.5.1988, p. 1.

    [17] ĠU L 162, 26.6.1991, p. 27.

    [18] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 5.

    [19] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 7.

    [20] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 11.

    [21] GU L 387, 31.12.1992, p. 12.

    [22] ĠU L 333, 21.12.1996, p. 2.

    [23] ĠU L 303, 6.11.1997, p. 3.

    [24] ĠU L 291, 30.10.1998, p. 4.

    [25] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 8.

    [26] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 12.

    [27] ĠU L 83, 27.3.1999, p. 10.

    [28] ĠU L 84, 28.3.2002, p. 4.

    [29] ĠU L 78, 25.3.2003, p. 1.

    Top