This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0671
Proposal for a COUNCIL REGULATION imposing a definitive anti-dumping duty on imports of certain graphite electrode systems originating in India following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Council Regulation (EC) No 1225/2009
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tad-data ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tad-data ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
/* KUMM/2010/0671 finali - NLE 2010/0327 */
/* KUMM/2010/0671 finali - NLE 2010/0327 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tad-data ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 16.11.2010 KUMM(2010) 671 finali 2010/0327 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tad-data ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1) KUNTEST TAL-PROPOSTA | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament Bażiku”), fir-reviżjoni tad-data tal-iskadenza tad-dazju antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja. | Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja ġie impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24). | Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli | 2) KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT | Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati konċernati mill-proċedura kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġabra u użu tal-kompetenzi | Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ kompetenzi esterni | Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu valutati. | 3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju tal-azzjoni proposta Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni bdiet, wara talba sostanzjata minn tliet produtturi tal-Unjoni, reviżjoni tal-għeluq taż-żmien tad-dazju antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja. L-investigazzjoni tar-reviżjoni sabet dumping kontinwu tal-prodott konċernat, li, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri antidumping, kien jirriżulta f'rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li l-għeluq tal-miżuri ma kienx ikun fl-interess tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġi suġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jestendi l-miżuri eżistenti, li għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mis-16 ta' Diċembru 2010. | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax. | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi u ma tħalli l-ebda lok għal deċiżjoni nazzjonali. | L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonali għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. | Għażla ta’ strumenti | Strumenti proposti: regolament. | Mezzi oħra mhumiex adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal għażliet alternattivi. | 4) IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. | 2010/0327 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni taddata ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Miżuri fis-seħħ 1. Il-Kunsill, wara investigazzjoni dwar l-antidumping ("l-investigazzjoni oriġinali"), bir-Regolament (KE) Nru 1629/2004[3], impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri antidumping definittivi”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 0 %. 2. Il-Kunsill, wara investigazzjoni kontra s-sussidju, bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004[4] impona dazju definittiv kompensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użato għat-tali elettrodi li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw fl-Indja (“il-miżuri definittivi kompensatorji”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 15,7 %, minbarra kumpanija waħda li r-rata tad-dazju għaliha kien ta’ 7 %. 3. Wara reviżjoni interim parzjali ex officio tal-miżuri kompensatorji, il-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008[5], emenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004. Id-dazji definittivi kompensatorji ġew emendati għal 6,3 % u 7,0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment b’rata tad-dazju residwa ta’ 7,2 %. Id-dazji definittivi antidumping ġew emendati għal 9,4 % u 0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment b’rata tad-dazju residwa ta’ 8,5 %. 2. Talba għal reviżjoni tal-għeluq taż-żmien 4. Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ għeluq taż-żmien imminenti[6] tal-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ, il-Kummissjoni, fit-18 ta’ Ġunju 2009, rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni tal-għeluq taż-żmien ta’ dawn il-miżuri, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata minn tliet produtturi tal-Unjoni: Graftech International, SGL Carbon GmbH, u Tokai ERFTCARBON GmbH (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta' iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita. 5. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-għeluq taż-żmien tal-miżuri probabbli jirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza tad- dumping u d-dannu lill-Industrija tal-Unjoni. 3. Bidu ta’ reviżjoni tal-għeluq taż-żmien 6. Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni tal-għeluq taż-żmien, il-Kummissjoni ħabbret fis-17 ta’ Settembru 2009, permezz ta’ notifika ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [7] ("in-Notifika tal-bidu"), il-bidu ta’ reviżjoni tal-għeluq taż-żmien skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. 4. Investigazzjonijiet paralleli 7. Permezz ta’ notifika tal-bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Settembru 2009[8], il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni tal-għeluq taż-żmien skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[9] (“ir-Regolament bażiku anti-sussidju”) tal-miżuri definittivi kompensatorji. 5. Investigazzjoni 5.1. Perjodu ta’ investigazzjoni 8. L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 ("il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni" jew "PIR"). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu tkopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni ("il-perjodu kkunsidrat"). 5.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni 9. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, produtturi esportaturi, importaturi, utenti kkonċernati, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-reviżjoni tad-data ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika tal-bidu. 10. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. 11. Minħabba l-għadd kbir apparenti ta' importaturi mhux relatati, kien meqjus xieraq, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux isir kampjunar. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx neċessarju u, jekk huwa l-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il ġurnata mill-bidu tar-reviżjonijiet u biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-Notifika tal-bidu. Madankollu, l-ebda importatur mhux relatat ma resaq biex jikkoopera. Il-kampjunar għalhekk ma kienx neċessarju. 12. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw rwieħhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-Notifika tal-bidu. Waslu tweġibiet minn tliet gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni (jiġifieri l-applikanti), prodottur esportatur wieħed u 17-il utent. L-ebda wieħed mill-importaturi ma ppreżenta ruħu tul l-eżerċizzju tal-kampjunar u l-ebda importatur ieħor ma ta lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni jew ppreżenta ruħu tul l-investigazzjoni. 13. Wieħed biss miż-żewġ produtturi esportati magħrufa fl-Indja, jiġifieri HEG Limited (“HEG”) ikkoopera bi sħiħ fir-reviżjoni billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Ta' min jinnota f’dan ir-rigward li fl-investigazzjoni oriġinali l-isem uffiċjali sħiħ ta’ dik il-kumpanija kien Hindustan Electro Graphite Limited. Sussegwentement, il-kumpanija bidlet isimha għal HEG Limited. It-tieni produttur esportatur li kkopera fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri Graphite India Limited (“GIL”), ddeċieda jissottometti tweġiba għall-kwestjonarju fir-reviżjoni preżenti. 14. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta' verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin: (a) Produtturi tal-Unjoni - SGL Carbon GmbH, Wiesbaden u Meitingen, il-Ġermanja; - Graftech Switzerland SA, Bussigny, l-Isvizzera; - Graftech Iberica S.L., Ororbia, Spanja; - Tokai ERFTCARBON, Grevenbroich, il-Ġermanja. (b) Prodottur esportatur fl-Indja - HEG Limited, Bhopal. B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI 15. Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri elettrodi tal-grafita ta' tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/ċm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta’ 6,0 µ.(.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 humiex importati flimkien jew joriġinawx separatament fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”). 16. L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fis-suq domestiku fl-Indja, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħin fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u huma, għalhekk, meqjusin bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. C. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING 17. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti jwassalx probabbilment għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping. 1. Ġenerali 18. Produttur esportatur wieħed fl-Indja kkoopera. tiegħu. It-tieni produttur esportatur magħruf ma kkooperax fl-investigazzjoni. 19. It-tqabbil tal-volum ta’ esportazzjoni tal-produttur esportatur li qed jikkoopera mal-volum totali tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja wera li l-produttur esportatur li qed jikkoopera wettaq il-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni mill-Indja matul il-PIR. Il-livell ta’ kooperazzjoni għalhekk kien meqjus bħala għoli. 2. Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR 2.1. Valur normali 20. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ bħal dan kienx ugwali mill-anqas għal 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni korrispondenti lill-Unjoni. 21. Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħin domestikament mill-kumpanija li kienu identiċi jew paragunabbli direttament mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lill-Unjoni. L-elementi li ngħataw kunsiderazzjoni fid-definizzjoni tat-tipi ta’ prodott tas-sistemi ta’ elettrodi tal-grafita kienu i) jekk inbiegħux b’żennuna jew le, ii) id-dijametru tagħhom u iii) it-tul tagħhom. 22. Il-produttur esportatur li qed jikkopera allega li l-fatt li s-sistemi ta’ elettrodi tal-grafita ġew prodotti minn gradi differenti ta’ kokk (materja prima bażika) jitqies ukoll meta jiġu stabbiliti tipi identiċi jew paragunabbli direttament tas-sistemi ta' elettrodi tal-grafita. Tabilħaqq ġie konfermat li fil-proċess tal-produzzjoni l-kumpanija użat żewġ tipi differenti ta’ kokk: needle coke importat li huwa ta’ kwalità superjuri u kokk regolari akkwistat fis-suq Indjan. Ġie konfermat ukoll li t-tip ta’ kokk użat jiddetermina l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-prezz tal-prodott aħħari. 23. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni qasmet kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti f’prodotti ta’ grad baxx u ta’ grad għoli għall-kalkulazzjoni tad-dumping. 24. Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur li qed jikkopera kienx rappreżentattiv għal kull tip ta’ prodott, jiġifieri jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi mill-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ tal-istess tip ta’ prodott lill-Unjoni. Għat-tipi ta' prodotti mibjugħin fi kwantitajiet rappreżentattivi ġie eżaminat jekk it-tali bejgħ sarx waqt l-andament normali tal-kummerċ, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. 25. L-eżaminazzjoni ta’ jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi, jistax jitqies bħala li sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ saret billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti tat-tip ikkonċernat. Fil-każijiet kollha fejn il-bejgħ domestiku tat-tip ta’ prodott partikolari sar fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz attwali domestiku, ikkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ kollu domestiku ta' dak it-tip magħmul matul il-PIR. 26. Għat-tipi ta’ prodotti li jifdal fejn il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv jew ma sarx matul l-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali ġie kkalkulat skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ġie kkalkulat biż-żieda tal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, aġġustati fejn neċessarju, perċentwal raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u marġini raġonevoli għall-qligħ, abbażi tad-dejta attwali tal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur li qed jiġi investigat skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. 2.2. Prezz tal-esportazzjoni 27. Minħabba li l-bejgħ kollu ta’ esportazzjoni lill-Unjoni mill-produttur esportatur Indjan li qed jikkopera sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa attwalment jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. 2.3. Tqabbil 28. It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz tal-esportazzjoni medju peżat sar fuq bażi ex -works u fl-istess livell tal-kummerċ. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, tqiesu, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Għal dan il-għan, ingħatat konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari, fl-ispejjeż finanzjarji, fl-imposti bankarji u fid-dazji anti-dumping imħallsa mill-applikant fejn applikabbli u ġustifikat. 29. Il-produttur esportatur Indjan li qed jikkopera ddikjara li fil-każ tiegħu l-Iskema tal-Ktejjeb tal-Intitolament tad-Dazji (“DEPBS”) hija effettivament skema ta’ rifużjoni tad-dazju, għaliex il-liċenzji tad-DEPBS jintużaw biss għall-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni għall-materji primi użati fil-produzzjoni tas-sistemi ta' elettrodi tal-grafita. Għalhekk l-ispejjeż tad-dazji tal-importazzjoni mħallsa għall-materji primi jitħallsu lura meta l-prodott jiġi esportat li jirriżulta fi prezzi ta' esportazzjoni iżjed baxx. Il-kumpanija ddikjarat, għalhekk, li għandu jsir aġġustament fuq il-prezzijiet domestiċi għaliex dawn mhumiex affettwati mill-ħlas lura tad-dazji tal-importazzjoni. L-investigazzjoni wriet li, kuntrarju għal dak iddikjarat, il-kumpanija tuża l-materji primi importati mingħajr dazju kemm fil-produzzjoni ta' sistemi ta’ elettrodi tal-grafita destinati għas-suq tal-esportazzjoni kif ukoll fil-produzzjoni destinata għas-suq domestiku. Għalhekk, id-DEPBS ma għandhiex influwenza fuq id-differenza fil-prezzijiet bejn prodotti mibjugħin domestikament u dawk esportati u l-aġġustament ma jistax jingħata. 2.4. Marġini ta’ dumping 30. Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju peżat skont it-tip ġie mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Abbażi tal-metodoloġija msemmija, il-marġini ta' dumping stabbilit għall-produttur esportatur li qed jikkoopera jammonta għal 11-12 %. 31. Fil-kummenti tagħha għall-iżvelar tal-fatti essenzjali u konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu ("żvelar finali"), il-kumpanija in kwistjoni ddikjarat li l-kalkolu tal-marġni ta' dumping fuq il-bażi ta' erbgħa mit-12-il xahar tal-PIR kien devjazzjoni mill-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali fejn kull 12-il xahar tal-perjodu ta' investigazzjoni ġew ikkunsidrati. Hija sostniet għalhekk li l-metodu ta' kalkolu użat kabbar il-marġini ta' dumping. 32. Huwa mfakkar, li l-kalkolu tad-dumping jiġi bbażat fuq erba' xhur tal-PIR huwa metodoloġija normalment użata mill-Kummissjoni fir-reviżjonijiet ta' skadenza, fejn għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx kontinwazzjoni ta' dumping jew ta' possibbiltà li d-dumping jerġa' jseħħ. L-investigazzjoni fuq il-post żgura li l-erba' xhur kienu rappreżentattivi tal-perjodu ta' 12-il xahar. Dan inkiseb billi tqabblu l-ispejjeż u l-prezzijiet tad-dejta ta' erba' xhur mal-bqija tat-tmien xhur. Barra minn hekk, l-erba' xhur magħżula kienu l-aħħar xhur ta' kull kwart u għalhekk mifruxa b'mod ugwali matul il-perjodu ta' 12-il xahar. Il-Kummissjoni b'hekk ma taqbilx li l-metodu applikat ibiddel il-konklużjoni finali fir-rigward tal-eżistenza tad-dumping fil-PIR u lanqas li din tgħolli l-marġini ta' dumping. 33. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mit-tieni produttur esportatur Indjan magħruf, l-ebda marġini ta’ dumping ma seta’ jiġi kkalkulat għal dan il-produttur. Madankollu, skont it-talba għal reviżjoni l-esportazzjonijiet minn din il-kumpanija lill-Unjoni saru għall-prezzijiet dumped. Minħabba li l-maġġoranza tal-esportazzjonijiet mill-Indja huma relatati mal-produttur Indjan li qed jikkoopera li nstab li qed jagħmel dumping u l-prezz medju tal-prodott konċernat importat mill-Indja skont Eurostat huwa iżjed baxx mill-prezz tal-esportazzjoni medju tal-kumpanija li qed tikkopera, l-eżistenza ta’ dumping mal-pajjiż kollu hija kkonfermata. 3. Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk jitħassru l-miżuri 34. Minbarra l-analiżi tal-eżistenza ta’ dumping matul il-PIR, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping ġiet investigata. Minħabba li wieħed biss mill-produtturi esportaturi fl-Indja kkopera f’din l-investigazzjoni, il-konklużjonijet hawn taħt jiddependu fuq id-dejta mill-unika kumpanija li qed tikkopera kif ukoll fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri d-dejta tal-Eurostat u t-talba għal reviżjoni. 35. F’dan ir-rigward l-elementi li ġejjin ġew analizzati: il-kapaċità żejda tal-produtturi Indjani esportaturi; l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Indjani u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi. 3.1. Kapaċità żejda tal-esportaturi 36. Fir-rigward tal-produttur esportatur Indjan li qed jikkopera, l-investigazzjoni wriet li għandu kapaċità żejda disponibbli. Barra minn hekk il-kumpanija stqarret pubblikament li qed tippjana żżid il-kapaċità eżistenti. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-kumpanija hija orjentata lejn l-esportazzjoni bil-maġġoranza tad-dħul tagħha fil-PIR iġġenerat bil-bejgħ tal-esportazzjoni u li l-Unjoni għadha l-iżjed destinazzjoni tal-esportazzjoni importanti minkejja l-miżuri fis-seħħ. 37. Fir-rigward tat-tieni produttur Indjan, skont it-talba għar-reviżjoni l-kumpanija diġà żiedet sostanzjalment il-kapaċità tagħha mill-impożizzjoni tal-miżuri u qed tippjana biex iżżidha ulterjorment. Għalhekk ma jistax jiġi eskluż li mill-anqas parti minn din iż-żieda fil-kapaċità għandha tiġi devjata lejn is-suq tal-Unjoni fl-assenza tal-miżuri. 3.2. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni 38. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni tista’ tiġi illustrata bil-fatt li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping u kompensatorji ma waqfitx l-espansjoni tal-esportazzjonijiet Indjani. Għall-kuntrarju, dawn l-aħħar tliet snin l-esportaturi Indjani aktar milli rdoppjaw l-esportazzjonijiet tagħhom u s-sehem tas-suq tagħhom fl-Unjoni aktar milli ttrippla. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li f'dan il-perjodu l-livell tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni żdied b'40 %. 3.3. Prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi 39. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, l-investigazzjoni wriet li fil-PIR il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ex -works tal-kumpanija li qed tikkoopera kien inqas mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni li nstabu li kienu oġġett ta' dumping. Għalhekk jista’ jkun mistenni li fl-assenza tal-miżuri l-produttur esportatur li qed jikkoopera għandu jittrasferixxi mill-anqas xi uħud mill-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni, minħabba l-attrazzjoni tas-suq. 3.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping 40. Minħabba s-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mill-Indja għadhom qed jiġu dumped u li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni fil-każ li jitneħħew il-miżuri antidumping kurrenti. Tabilħaqq, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċità żejda eżistenti fl-Indja u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, jidher li hemm inċentiva għall-produtturi esportaturi Indjani li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni għal prezzijiet dumped, mill-anqas safejn huwa konċernat il-produttur esportatur li qed jikkoopera. D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI 1. Produzzjoni tal-Unjoni 41. Fl-Unjoni, il-prodott simili huwa manifatturat minn ħames kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji li l-prodott tagħhom jikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. 2. Industrija tal-Unjoni 42. Tnejn mill-ħames gruppi ta' kumpaniji ma resqux biex jappoġġjaw it-talba u ma kkoperawx fl-investigazzjoni tar-reviżjoni billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. It-tliet gruppi li ġejjin ta’ produtturi ssottomettew it-talba u qablu li jikkoperaw: Graftech International, SGL Carbon GmbH, u Tokai ERFTCARBON GmbH. 43. Dawn it-tliet gruppi ta’ produtturi jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili, għaliex jirrappreżentaw iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita, kif indikat fil-premessa (4) hawn fuq. Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ‘il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”. E. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI 1. Rimarka preliminari 44. Minħabba li produttur esportatur Indjan wieħed biss tal-prodott ikkonċernat ikkopera f’din l-investigazzjoni, id-dejta relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea li joriġinaw fl-Indja mhumiex ippreżentati b'ċifri preċiżi sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. 45. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-elettrodi tal-grafita hija marbuta mill-qrib ma’ dik tas-settur tal-azzar għaliex l-elettrodi tal-grafita jintużaw primarjament fl-industrija tal-azzar elettriku. F’dan il-kuntest, ta' min jinnota li fl-2007, u sal-ewwel tliet trimestri tal-2008, kien hemm kondizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna fis-settur tal-azzar, u bħala konsegwenza, ukoll għall-industrija tal-elettrodi tal-grafita. 46. Ta' min jinnota li l-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafita jimxu bejn wieħed u ieħor b’konformità mal-volum tal-produzzjoni tal-azzar. Madankollu, il-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita, li jkopru l-prezzijiet u l-kwantitajiet, normalment jiġu negozjati għal perjodi ta' minn sitta sa 12-il xahar. Għalhekk, ġeneralment hemm spazju taż-żmien bejn l-iżviluppi fil-volumi tal-bejgħ li jirriżultaw mill-bidliet fid-domanda u kwalunkwe effett konsegwenzjali fuq il-prezzijiet. 2. Il-konsum fis-suq tal-Unjoni 47. Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, fuq stima tal-volumi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, fuq id-dejta tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni mill-Eurostat, u fuq id-dejta miġbura skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament bażiku. Kif ġara fl-investigazzjoni oriġinali[10], ċerti importazzjonijiet ġew injorati għaliex, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, dawn dehru li mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat. 48. Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 25 % bit-tnaqqis maġġuri iseħħ bejn l-2008 u l-PIR. Ta' min jinnota li, minħabba kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna fil-bidu tal-perjodu meqjus, il-konsum tal-Unjoni kien f'livelli għoljin ħafna u kien żdied bi 30 % bejn il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u l-2006. Tabella 1 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-konsum totali tal-UE (tunnellati) | 170 035 | 171 371 | 169 744 | 128 437 | Indiċi (2006=100) | 100 | 101 | 100 | 76 | 3. Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja 49. Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) żdied b’mod stabbli b’143 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell ta’ minn 5 000 sa 7 000 tunnellati matul il-PIR. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli tripla bejn l-2006 u l-PIR, meta laħaq il-livell ta' madwar 5 %. Is-sehem tas-suq kien għadu jikber matul il-PIR, minkejja t-tnaqqis sinifikanti fid-domanda. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 52 % matul il-perjodu kkunsidrat, billi segwew tendenza simili għal dik għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iżda baqgħu konsistentement iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Id-dejta fit-Tabella 2 mhijiex f’ċifri preċiżi għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, għaliex hemm biss żewġ produtturi esportaturi magħrufa fl-Indja. Tabella 2 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)* | minn 2 000 sa 3 000 | minn 3 000 sa 4 000 | minn 7 000 sa 9 000 | minn 5 000 sa 7 000 | Indiċi (2006=100) | 100 | 123 | 318 | 243 | Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat* | Madwar 1,5 % | Madwar 2 % | Madwar 5 % | Madwar 5 % | Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata) * | Madwar 2 000 | Madwar 2 600 | Madwar 3 000 | Madwar 3 200 | Indiċi (2006=100) | 100 | 133 | 145 | 152 | 4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni 50. Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. 4.1. Produzzjoni 51. Fil-PIR, il-produzzjoni naqset b’29 % meta mqabbla mal-2006. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel żdiedet bi 2 % fl-2007 meta mqabbla mal-2006, qabel ma naqset drastikament, b’mod partikolari matul il-PIR. Tabella 3 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Produzzjoni (tunnellati) | 272 468 | 278 701 | 261 690 | 192 714 | Indiċi (2006=100) | 100 | 102 | 96 | 71 | 4.2. Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità 52. Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset marġinalment (b’total ta’ 2 %) bejn l-2006 u l-PIR. Minħabba li l-produzzjoni naqset ukoll fl-2008, u b’mod partikolari matul il-PIR, l-użu tal-kapaċità li rriżulta wera tnaqqis totali ta’ 25 punt perċentwali bejn l-2006 u l-PIR. Tabella 4 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) | 298 500 | 292 250 | 291 500 | 293 500 | Indiċi (2006=100) | 100 | 98 | 98 | 98 | L-użu tal-kapaċità | 91 % | 95 % | 90 % | 66 % | Indiċi (2006=100) | 100 | 104 | 98 | 72 | 4.3. Ħażniet 53. Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fl-2007 meta mqabbel mal-2006 u mbagħad naqas b’10 % fl-2008. Fil-PIR, il-livell tal-ħażniet żdid kemxejn, iżda kien 5 % iżjed baxx milli fl-2006. Tabella 5 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-ħażniet tal-għeluq (tunnellati) | 21 407 | 21 436 | 19 236 | 20 328 | Indiċi (2006=100) | 100 | 100 | 90 | 95 | 4.4. Volum tal-bejgħ 54. Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’39 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn kienu għoljin ħafna fil-bidu tal-perjodu kunsidrat billi żdiedu bi kważi 70 % meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Il-volumi tal-bejgħ naqsu kemmxejn fl-2007 u 2008 iżda baqgħu f’livell relattivament għoli (fl-2008 xorta kienu 47 % 'il fuq mil-livell tal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali). Madankollu, il-volum tal-bejgħ waqa’ drastikament bejn l-2008 u l-PIR (bi kważi terz). Tabella 6 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (tunnellati) | 143 832 | 139 491 | 124 463 | 88 224 | Indiċi (2006=100) | 100 | 97 | 87 | 61 | 4.5. Sehem tas-suq 55. Is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni naqas progressivament bi kważi 16-il punt perċentwali bejn l-2006 u l-PIR (minn 84,6 % sa 68,7 %). Tabella 7 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Sehem tas-suq tal-industria tal-Unjoni | 84,6 % | 81,4 % | 73,3 % | 68,7 % | Indiċi (2006=100) | 100 | 96 | 87 | 81 | 4.6. Tkabbir 56. Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 25 %. L-industrija tal-Unjoni tilfet kważi 16-il punt perċentwali tas-sehem tas-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet konċernati kisbu 3,4 punti perċentwali tas-sehem tas-suq. 4.7. Impjieg 57. Il-livell tal-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 % bejn l-2006 u l-PIR. Tabella 8 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-prodott tal-impjieg ikkonċernat (persuni) | 1 942 | 1 848 | 1 799 | 1 804 | Indiċi (2006=100) | 100 | 95 | 93 | 93 | 4.8. Produttività 58. Il-produttività tas-saħħa tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, mkejla bħala prodott għal kull persuna impjegata kull sena, naqset b'24 % bejn l-2006 u l-PIR. Din żdiedet kemmxejn matul l-2007 u l-2008, qabel ma naqset bi kważi 25 % matul il-PIR. Tabella 9 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-produttività (tunnellati għal kull impjegat) | 140 | 151 | 146 | 107 | Indiċi (2006=100) | 100 | 107 | 104 | 76 | 4.9. Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi 59. Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji tal-industrija tal-Unjoni juru tendenza pożittiva, billi żdiedu b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa minħabba: i) il-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq, ii) il-bżonn li jiġu rkuprati ż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u iii) il-mod kif il-prezzijiet tal-kuntratt tal-provvista ġew stabbiliti. 60. Fl-2007 u l-2008, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha fil-kuntest taż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tas-suq, minħabba d-domanda b’saħħitha kontinwa għall-elettrodi tal-grafita. Din id-domanda kienet riżultat tal-kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna li kienu jipprevalu fis-settur tal-azzar sal-ewwel tliet trimestri tal-2008, kif deskritt fil-premessa (45). 61. Il-prezzijiet żdiedu wkoll fl-2007 u fl-2008, parzjalment, sabiex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u b’mod partikolari dawk tal-materji primi. Bejn l-2006 u l-2008 l-ispejjeż żdiedu bi 23 %. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tkopri dan billi żiedet il-prezzijiet tagħha konsiderevolment (+33 %). 62. Il-prezzijiet xorta żdiedu, għalkemm b'rata anqas (+5 %), fil-PIR. Il-fatt li l-prezzijiet ma niżlux matul perjodu meta d-domanda naqset huwa spjegat permezz tal-kuntratti tal-provvista stabbiliti fis-suq u l-fatt li l-maġġoranza tal-kuntratti tal-provvista għall-2009 ġew konklużi fl-2008. Kif indikat fil-premessa (46), l-andament tal-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafita jsegwi bejn wieħed u ieħor dak tal-produzzjoni tal-azzar. Madankollu, in-negozjar tal-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita għall-perjodi ta’ minn sitta sa 12-il-xahar jista’ jwassal għal dewmien fl-effett ta’ kwalunkwe bidla (żieda jew tnaqqis) fid-domanda fuq il-prezzijiet. Il-kuntratti ġew innegozjati abbażi tal-volumi tal-bejgħ antiċipati, li jistgħu jkunu differenti mil-livell tal-bejgħ reali miksub, bir-riżultat li t-tendenza tal-prezz f'perjodu partikolari mhux neċessarjament issegwi t-tendenza fil-volumi tal-bejgħ għall-istess perjodu. Dan kien il-każ fil-PIR meta l-volumi tal-bejgħ naqsu iżda l-prezzijiet baqgħu għoljin għaliex il-maġġoranza tal-kuntratti tal-provvista għall-2009 ġew konklużi fl-2008 u ċerti kunsinni previsti għall-2008 ġew diferiti sal-2009. Iż-żieda ta’ 5 % fil-prezzijiet matul il-PIR, madankollu, ma kinitx biżżejjed biex tkopri ż-żidiet fl-ispejjeż (+13 %), kif kien possibbli matul il-perjodi preċedenti. Il-prezzijiet ġew innegozjati mill-ġdid f’livelli iżjed baxxi minn wara l-PIR. 63. Kif spjegat fil-premessa (49), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat segwew tendenza simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni, iżda kienu konsistentement iżjed baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Tabella 10 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Prezz unitarju tas-suq tal-UE (EUR/tunnellata) | 2 569 | 3 103 | 3 428 | 3 585 | Indiċi (2006=100) | 100 | 121 | 133 | 140 | 4.10. Pagi 64. Bejn l-2006 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 15 %. Tabella 11 2006 | 2007 | 2008 | PIR | L-ispejjeż annwali għax-xogħol għal kull impjegat ('000 EUR) | 52 | 56 | 61 | 60 | Indiċi (2006=100) | 100 | 108 | 118 | 115 | 4.11. Investimenti 65. Bejn l-2006 u l-PIR, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat li saru mill-industrija tal-Unjoni żdied b'37 %. Madankollu, matul il-PIR l-investimenti naqsu b’14 % meta mqabbel mal-2008. Tabella 12 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Investimenti netti (EUR) | 30 111 801 | 45 383 433 | 47 980 973 | 41 152 458 | Indiċi (2006=100) | 100 | 151 | 159 | 137 | 4.12. Profitabilità u qligħ fuq l-investimenti 66. B’żieda fl-ispejjeż ta’ 40 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxilha, bejn l-2006 u l-2007, iżżid il-prezzijiet tagħha b’iżjed miż-żieda fl-ispejjeż tagħha. Dan wassal għal żieda fil-qligħ mil-livell ta’ 19 % fl-2006 għal 26 % fl-2007. Mill-2007 sal-2008, il-prezzijiet u l-ispejjeż żdiedu fl-istess proporzjon u b'hekk il-marġini tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fil-livell tal-2007. Il-qligħ imbagħad reġa' naqas għal 19 % fil-PIR minħabba l-effett fuq l-ispejjeż tal-użu iżjed baxx tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-prezzijiet ogħla tal-materja prima. Il-qligħ naqas iżjed fl-2009, għaliex l-industrija tal-Unjoni kellha taġġusta l-prezzijiet tagħha 'l isfel sabiex jirriflettu t-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-elettrodi tal-grafita, minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-settur tal-azzar. 67. Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) żdied minn livell ta’ 71 % fl-2006 għal 103 % fl-2007. Fl-2008 dan żdied għal 119 % qabel ma naqas għal 77 % matul il-PIR. Ġeneralment, ir-redditu fuq l-investiment żdied biss b’sitt punti perċentwali bejn l-2006 u l-PIR. Tabella 13 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-qligħ nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta' bejgħ nett) | 19 % | 26 % | 25 % | 19 % | L-ROI (qligħ nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti) | 71 % | 103 % | 119 % | 77 % | 4.13. Fluss ta’ flus u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital 68. Il-fluss ta’ flus nett mill-attivitajiet operattivi żdied bejn l-2006 u l-2007. Din iż-żieda kompliet fl-2008 qabel ma naqset matul il-PIR. Ġeneralment, il-fluss tal-flus kien 28 % ogħla fil-PIR milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. 69. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital, l-aktar minħabba li uħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar. Tabella 14 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-fluss ta’ flus (EUR) | 109 819 535 | 159 244 026 | 196 792 707 | 140 840 498 | Indiċi (2006=100) | 100 | 145 | 179 | 128 | 4.14. Daqs tal-marġini ta’ dumping 70. Minħabba l-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli. 4.15. Rkupru mill-effett ta’ sussidjar fil-passat u ta’ dumping fil-passat 71. L-indikaturi eżaminati hawn fuq juru li hemm xi titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi kompensatorji u antidumping fl-2004. B’mod partikolari, bejn l-2006 u l-2008, l-industrija tal-Unjoni bbenefikat minn żieda fil-prezzijiet u l-qligħ. Dan kien minħabba kondizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna, li ppermettew li jinżamm livell għoli ta’ prezzijiet u profitabilità, anki jekk, kif spjegat fil-premessa (55), is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos. Madankollu, fl-istess perjodu, u minkejja l-miżuri, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Indjani żdied u l-prodotti Indjani ġew importati bi prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-qligħ diġà beda jonqos għall-industrija tal-Unjoni u fl-2009 kompla jonqos minħabba żieda fl-ispejjeż u żidiet limitati fil-prezzijiet. 5. Impatt tal-importazzjonijiet dumped u fatturi oħra 5.1. Impatt tal-importazzjonijiet dumped 72. Minkejja tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu kunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat aktar milli rdoppjaw u s-sehem tas-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet aktar milli ttriplaw (ara l-premessa (49)). Jekk ma jitqisux id-dazji antidumping u kompensatorji, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat jirriżultaw inferjuri għal dawk tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm b’anqas minn 2 %, matul il-PIR. 5.2. Impatt tal-kriżi ekonomika 73. Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi ħafna prevalenti fl-industrija tal-azzar u l-industriji relatati, inkluż tal-elettrodi tal-grafita, fl-2007 u fl-ewwel tliet trimestri tal-2008, l-industrija tal-Unjoni kienet f’kundizzjoni ekonomika relattivament tajba meta bdiet il-kriżi ekonomika fl-aħħar tal-2008. Il-fatt li l-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita normalment huma nnegozjati għal minn sitta sa 12-il xahar ifisser li hemm dewmien fl-effett ta’ kwalunkwe bidla (żieda jew tnaqqis) fid-domanda fil-prezzijiet. Minħabba li l-kuntratti għall-PIR ġew negozjati fi stadju meta l-effetti tal-kriżi ekonomika ma setgħux ikunu previsti, l-impatt tal-kriżi ekonomika matul il-PIR kien l-aktar f’termini ta’ volum, għaliex, f’termini ta’ prezzijiet, kwalunkwe impatt kien jinħass mill-industrija tal-Unjoni mingħajr dewmien. F’dak il-kuntest ta' min jinnota li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat f'ċerti aspetti, anki matul il-perjodu tal-kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi, billi tilfet is-sehem tas-suq għall-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat. Il-fatt li din id-deterjorazzjoni ma wasslitx għal effetti negattivi iżjed sinifikanti kien parzjalment minħabba l-livell għoli ta’ domanda fl-2007-2008 li kien ippermetta lill-industrija tal-Unjoni żżomm volumi għoljin ta’ produzzjoni u bejgħ u parzjalment minħabba li meta dawn il-volumi naqsu fil-PIR, il-prezzijiet setgħu jinżammu minħabba l-ispazju taż-żmien deskritt hawn fuq. 5.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra 74. Minħabba l-inklużjoni ta' prodotti oħra minbarra l-prodott li qed jiġi investigat fid-dejta tal-importazzjoni disponibbli fil-livell tal-kodiċi NM mill-Eurostat, l-analiżi li ġejja saret abbażi tad-dejta tal-importazzjoni fil-livell tal-kodiċi Taric, supplimentata bl-informazzjoni mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Ċerti importazzjonijiet ġew injorati għaliex, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, dehru li mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat. 75. Huwa stmat li l-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra żdied bi 63 % minn madwar 11 000 tunnellata fl-2006 għal madwar 18 500 tunnellata fil-PIR. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied minn 6,6 % fl-2006 għal 14,4 % fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied bi 42 % bejn l-2006 u l-PIR. L-importazzjonijiet ewlenin jidhru li huma mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), ir-Russja, il-Ġappun u l-Messiku, li kienu l-uniku pajjiżi b’ishma tas-suq individwali ogħla minn 1 % matul il-PIR. L-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi huma eżaminati ulterjorament fil-premessi li ġejjin. L-importazzjonijiet minn disa’ pajjiżi oħra jammontaw għal sehem tas-suq totali ta’ madwar 2 % biss u mhumiex eżaminati ulterjorament. 76. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 2,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 0,2 % għal 2,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u wkoll iżjed baxxi mill-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja. 77. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b’4,2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 1,9 % għal 6,1 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu kemxejn iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, iżda ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja. 78. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun żdied b’0,4 punti ta' perċentwal matul il-perjodu kunsidrat (minn 2,0 % għal 1,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu simili għal, jew iżjed minn, dawk tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja. 79. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Messiku żdied b’1,0 punti ta’ perċentwal matul il-perjodu kunsidrat (minn 0,9 % għal 1,9 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja. 80. Bħala konklużjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mir-Russja setgħu kkontribwixxew sa ċertu punt għad-deterjorazzjoni fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba n-natura ġenerali tad-dejta disponibbli mill-istatistika tal-importazzjoni, li ma tippermettix tqabbil tal-prezzijiet skont it-tip ta’ prodott, kif kien possibbli għall-Indja abbażi tal-informazzjoni dettaljata provduta mill-produttur esportatur, l-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u r-Russja ma jistax jiġi stabbilit b'ċertezza. Tabella 15 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati) | 11 289 | 11 243 | 19 158 | 18 443 | Indiċi (2006=100) | 100 | 100 | 170 | 163 | Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra | 6,6 % | 6,6 % | 11,3 % | 14,4 % | Il-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (EUR/tunnellata) | 2 467 | 3 020 | 3 403 | 3 508 | Indiċi (2006=100) | 100 | 122 | 138 | 142 | 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati) | 421 | 659 | 2 828 | 3 380 | Indiċi (2006=100) | 100 | 157 | 672 | 804 | Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ | 0,2 % | 0,4 % | 1,7 % | 2,6 % | Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata) | 1 983 | 2 272 | 2 818 | 2 969 | Indiċi (2006=100) | 100 | 115 | 142 | 150 | 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati) | 3 196 | 2 887 | 8 441 | 7 821 | Indiċi (2006=100) | 100 | 90 | 264 | 245 | Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja | 1,9 % | 1,7 % | 5,0 % | 6,1 % | Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata) | 2 379 | 2 969 | 3 323 | 3 447 | Indiċi (2006=100) | 100 | 125 | 140 | 145 | 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (tunnellati) | 3 391 | 2 223 | 3 731 | 2 090 | Indiċi (2006=100) | 100 | 66 | 110 | 62 | Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun | 2,0 % | 1,3 % | 2,2 % | 1,6 % | Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (EUR/tunnellata) | 2 566 | 3 131 | 3 474 | 3 590 | Indiċi (2006=100) | 100 | 122 | 135 | 140 | 2006 | 2007 | 2008 | PIR | Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Messiku (tunnellati) | 1 478 | 2 187 | 2 115 | 2 465 | Indiċi (2006=100) | 100 | 148 | 143 | 167 | Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Messiku | 0,9 % | 1,3 % | 1,2 % | 1,9 % | Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Messiku (EUR/tunnellata) | 2 634 | 3 629 | 4 510 | 4 554 | Indiċi (2006=100) | 100 | 138 | 171 | 173 | 6. Konklużjoni 81. Kif muri taħt il-premessa (49), il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli rdoppja bejn l-2006 u l-PIR. Minħabba li l-konsum naqas bi kważi 25 % matul l-istess perjodu, dan irriżulta f’żieda drastika fis-sehem tas-suq miżmum mill-esportaturi Indjani minn madwar 1,5 % fl-2006 għal madwar 5 % matul il-PIR. Filwaqt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni żdiedu b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-effett tal-prezzijiet tas-suq ġeneralment għoljin, dawn xorta kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. 82. Bejn l-2006 u l-PIR, u minkejja l-eżistenza tal-miżuri antidumping u kompensatorji, żviluppaw negattivament għadd ta’ indikaturi importanti: il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqas b’29 % u 39 % rispettivament, l-użu tal-kapaċità niżel bi 28 % u ġie segwit bi tnaqqis fil-livelli tal-impjieg u tal-produttività. Għalkemm parti minn dawn l-iżviluppi negattivi tista’ tiġi spjegata bit-tnaqqis qawwi fil-konsum, li niżel bi kważi 25 % matul il-perjodu kkunsidrat, t-tnaqqis qawwi fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni (li niżel bi 15,9 punti perċentwali bejn l-2006 u l-PIR) għandu jiġi interpretat ukoll fid-dawl taż-żieda kostanti fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja. 83. Fir-rigward tal-livell relattivament għoli tal-qligħ matul il-PIR, dan kien l-aktar minħabba l-livell għoli kontinwu tal-prezzijiet, u għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (62). Ġie konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat bħala total matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni fraġili fl-aħħar tal-PIR, minkejja livell relattivament għoli ta' qligħ f'dak l-istadju, meta l-isforzi tagħha biex iżżomm il-volumi tal-bejgħ u livell suffiċjenti tal-prezzijiet, f'sitwazzjoni ta' domanda dgħajfa, ġew imfixkla bil-preżenza miżjuda tal-importazzjonijiet dumped Indjani. F. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U RIKORRENZA TAD-DANNU 1. Rimarki preliminari 84. Kif intwera diġà, l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra biss sa ċertu punt mid-dannu li soffriet. Madankollu, meta l-livelli għoljin tal-konsum tal-Unjoni esperjenzati matul il-maġġoranza tal-perjodu kkunsidrat sparixxew matul il-PIR, l-industrija tal-Unjoni dehret f'sitwazzjoni fraġili u vulnerabbli u baqgħet esposta għall-effett dannuż tal-importazzjonijiet dumped mill-Indja. B’mod partikolari, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tkopri ż-żieda fl-ispejjeż kienet dgħajfa fl-aħħar tal-PIR. 2. Relazzjoni bejn il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u l-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni 85. Instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-bejgħ Indjan lil pajjiżi mhux tal-UE kien taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u taħt ukoll il-prezzijiet fis-suq domestiku. Il-bejgħ tal-esportatur Indjan lill-pajjiżi mhux tal-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, li jammontaw għall-maġġoranza tal-bejgħ tal-esportazzjoni totali tiegħu. Għalhekk, kien meqjus li, kieku kellhom jintemmu l-miżuri, l-esportaturi Indjani kien ikollhom inċentiva biex iċaqalqu kwantitajiet sinifikanti ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq iżjed attraenti tal-Unjoni, b'livelli ta’ prezzijiet, li, anki kieku kienu ogħla mill-prezzijiet lejn il-pajjiżi terzi, probabbli xorta kienu jkunu iżjed baxxi mil-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kurrenti għall-Unjoni. 3. Kapaċità mhux użata u ħażniet fis-suq Indjan 86. Il-produttur Indjan li qed jikkoopera kellu kapaċitajiet żejda sinifikanti u kien qed jippjana jżid il-kapaċità tiegħu fl-2010/2011. Għalhekk, il-kapaċità li jżid b’mod sinifikanti l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-UE teżisti, b’mod partikolari għaliex ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu xi produzzjoni żejda. 87. Fil-kummenti tiegħu għall-kxif, il-produttur Indjan li kkoopera ddikjara li l-kapaċità żejda tagħha kienet prinċipalment minħabba l-kriżi ekonomika u t-tnaqqis relatat fid-domanda. Madankollu, parti sinifikanti ta' kapaċità żejda tal-kumpanija tista' tiġi spjegata mill-fatt li l-kumpanija żdiedet sostanzjalment il-kapaċità tagħha bejn l-2006 u l-RIP. Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-kumpanija ppjanat kapaċità akbar addizzjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat ukoll li hemm produttur Indjan ieħor li ma kkooperax, li għandu kapaċità u utilizzazzjoni simili u reċentement ħabbar ukoll żieda saħansitra aktar sostanzjali fil-kapaċità. 4. Konklużjoni 88. Il-produtturi fil-pajjiż konċernat għandhom il-potenzjal li jżidu u/jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi terzi huma iżjed baxxi minn dawk lejn l-UE. L-investigazzjoni wriet li, abbażi tat-tipi ta’ prodott paragunabbli, il-produttur esportatur li qed jikkoopera biegħ il-prodott kkonċernat bi prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet baxxi probabbli jonqsu b’konformità mal-prezzijiet iżjed baxxi ċċarġjati lill-bqija tad-dinja. Imġiba tal-prezzijiet bħal din, flimkien mal-kapaċità tal-esportaturi fil-pajjiż konċernat li jwasslu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-UE, għandha jkollha, fil-probabbiltà kollha, impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. 89. Kif muri hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli u fraġili. Jekk l-industrija tal-Unjoni kellha tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għal prezzijiet dumped, dan probabbli jirriżulta f'deterjorazzjoni tal-bejgħ, tas-sehem tas-suq, u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha għal-livelli misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, huwa għalhekk konkluż, li r-revoka tal-miżuri fil-probabbiltà kollha tirriżulta f’aggravazzjoni tas-sitwazzjoni diġà fraġili, u rikorrenza tad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. G. INTERESS TAL-UNJONI 1. Introduzzjoni 90. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet abbażi ta’ apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. 91. Għandu jiġi mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri antidumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet konċernati mill-miżuri antidumping kurrenti. 92. Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet konvinċenti li għandhom iwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari. 2. Interess tal-industrija tal-Unjoni 93. L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservat wara l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fl-2004. B’mod partikolari, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabilità tagħha fil-ftit snin qabel il-PIR jikkuntrasta sew mas-sitwazzjoni ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tilfet f’mod konsistenti s-sehem tas-suq tagħha filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu sostanzjalment fis-sehem tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun f’sitwazzjoni agħar. 3. Interess tal-importaturi/utenti 94. L-ebda wieħed mid-disa’ importaturi mhux relatati li ġew ikkuntattjati ma resqu biex jikkooperaw. 95. Sbatax-il utent ressqu u ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju. Filwaqt li l-maġġoranza tal-utenti ma akkistawx elettrodi tal-grafita mill-Indja għal ħafna snin, u għalhekk baqgħu newtrali fir-rigward ta’ kontinwazzjoni possibbli tal-miżuri, sitt utenti, mill-anqas sa ċertu punt, użaw elettrodi Indjani. Erba’ utenti ddikjaraw li kontinwazzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni. Assoċjazzjoni waħda (Eurofer) opponiet bis-saħħa l-kontinwazzjoni tal-miżuri u allegat li l-miżuri rriżultaw f'esportaturi Indjani jirtiraw mis-suq tal-UE. L-assoċjazzjoni tallega li l-kontinwazzjoni ta' miżuri ttellef il-produtturi tal-azzar fl-iżvilupp ta' sorsi alternattivi ta' provvista u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tkompli jkollha posizzjoni dominanti qrib duwopolju. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet Indjani wara l-impożizzjoni tal-miżuri, li t-tali irtirar kbir ma seħħx; għal kuntrarju, l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-elettrodi tal-grafita dejjem aktar qed jidħlu fis-suq tal-UE minn numru ta' pajjiżi terzi oħra. Fir-rigward tal-qawwa tal-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq, huwa mfakkar li s-sehem tas-suq tagħha naqas bi kważi 16-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (55) hawn fuq). Fl-aħħarnett, din l-assoċjazzjoni ammettiet ukoll li l-elettrodi tal-grafita jirrappreżentaw biss komponent relattivament żgħir tal-ispejjeż totali tal-manifatturi tal-azzar. 96. Huwa mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma għandux ikun sinifikanti għall-utenti[11]. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal ħames snin, l-importaturi/utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvista tagħhom, inter alia , mill-Indja. L-ebda indikazzjoni ma tressqet lanqas li kien hemm diffikultajiet fis-sejba ta' sorsi oħra. Barra minn hekk, huwa mfakkar li, fir-rigward tal-effetti tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, ġie konkluż fl-investigazzjoni oriġinali li, minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-ispejjeż tal-elettrodi tal-grafita fuq l-industriji tal-utenti, huwa improbabbli li kwalunkwe żieda fl-ispejjeż jkollha effett sinifikanti fuq l-industrija tal-utenti. L-ebda indikazzjoni tal-kuntrarju ma nstabet wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri antidumping jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fl-Unjoni. 4. Konklużjoni 97. Minħabba dak imsemmi hawn fuq, ġie konkuż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping kurrenti. H . MIŻURI ANTIDUMPING 98. Il-partijiet kollha ġew informati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti tagħhom wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw kunsiderazzjoni fejn neċessarju. 99. Minn dan imsemmi hawn fuq jirriżulta li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita, li joriġinaw mill-Indja għandhom jinżammu. Huwa mfakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem. 100. Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott konċernat prodotti minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott konċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. 101. Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali (pereżempju wara bidla fl-isem ta’ entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni[12] minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat għal dan billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 102. Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/ċm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta’ 6,0 µ.(.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545 11 00 10) u żnienen użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545 90 90 10) humiex importati flimkien jew joriġinawx separatament mill-Indja. 103. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun li ġejja: Kumpanija | Dazju Definittiv (%) | Kodiċi TARIC Addizzjonali | Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta – 700016, West Bengal | 9,4 | A530 | HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida – 201301, Uttar Pradesh | 0 | A531 | Il-kumpaniji l-oħra kollha | 8,5 | A999 | 104. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [3] ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10. [4] ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4. [5] ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24. [6] ĠU C 34, 11.2.2009, p. 11. [7] ĠU C 224, 17.9.2009, p. 20. [8] ĠU C 224, 17.9.2009, p. 24. [9] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [10] Ara l-premessa (88) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1009/2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 61). [11] Ara l-premessa (106) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1009/2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 61) u l-premessa (22) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10). [12] European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.