Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0669

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

    /* KUMM/2010/0669 finali - NLE 2010/0328 */

    52010PC0669

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 /* KUMM/2010/0669 finali - NLE 2010/0328 */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 16.11.2010

    KUMM(2010) 669 finali

    2010/0328 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1) KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”), fir-reviżjoni ta’ skadenza tad-dazju kompensatorju fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja. |

    Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24). |

    Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

    2) KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

    Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

    Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċedura kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

    Ġabra u użu tal-kompetenzi |

    Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ kompetenzi esterni. |

    Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

    3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    Sommarju tal-azzjoni proposta Fis-17 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni bdiet, wara talba sostanzjata minn tliet produtturi tal-Unjoni, reviżjoni ta’ skadenza tad-dazju kompensatorju fis-seħħ fir-rigward ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja. L-investigazzjoni ta' reviżjoni sabet sussidjar kontinwu tal-prodott ikkonċernat, li, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri kompensatorji, kien jirriżulta f'dannu lill-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li t-tmiem tal-miżuri ma kienx ikun fl-interess tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġi suġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jestendi l-miżuri eżistenti, li għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mis-16 ta' Diċembru 2010. |

    Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. |

    Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax. |

    Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

    L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonali għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. |

    Għażla ta’ strumenti |

    Strumenti proposti: regolament. |

    Mezzi oħra mhumiex adegwati għar-raġuni li ġejja: ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal opzjonijiet alternattivi. |

    4) IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

    2010/0328 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[1] (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Miżuri fis-seħħ

    1. Il-Kunsill, wara investigazzjoni kontra s-sussidju (“l-investigazzjoni oriġinali”), bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004[3], impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri definittivi kompensatorji”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 15,7 %, minbarra kumpanija waħda li r-rata tad-dazju għaliha kienet ta’ 7 %.

    2. Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004[4], impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tal-grafita li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 li joriġinaw mill-Indja (“il-miżuri definittivi antidumping”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 0 %.

    3. Wara reviżjoni interim parzali ex officio tal-miżuri kompensatorji, il-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008[5] emenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004. Id-dazji definittivi kompensatorji ġew emendati għal 6,3 % u 7,0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment b’rata tad-dazju residwa ta’ 7,2 %. Id-dazji definittivi antidumping ġew emendati għal 9,4 % u 0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment b’rata tad-dazju residwa ta’ 8,5 %.

    2. Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    4. Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti[6] tal-miżuri definittivi kompensatorji fis-seħħ, il-Kummissjoni, fit-18 ta’ Ġunju 2009, rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata minn tliet produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili, jiġifieri Graftech International, SGL Carbon GmbH, u Tokai ERFTCARBON GmbH (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta' iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita.

    5. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

    6. Qabel il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza, u skont l-Artikoli 22(1) u 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tal-Indja (“il-GOI”) li kienet irċeviet talba għal reviżjoni dokumentata sew u stiednet lill-GOI għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi kjarifikata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tat-talba għal reviżjoni u biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-GOI aċċetta l-offerta tal-konsultazzjonijiet u dawn saru sussegwentement fis-16 ta' Settembru 2009. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Madankollu, ittieħdet nota tal-kummenti sottomessi mill-awtoritajiet tal-GOI.

    3. Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

    7. Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fis-17 ta’ Settembru 2009, permezz ta’ notifika ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [7] (“in-Notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    4. Investigazzjonijiet paralleli

    8. Permezz ta’ notifika tal-bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Settembru 2009[8], il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [9] tal-miżuri definittivi antidumping.

    5. Investigazzjoni

    5.1. Perjodu ta’ investigazzjoni

    9. L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu meqjus”).

    5.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

    10. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti kkonċernati, u lill-GOI dwar il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika tal-bidu.

    11. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw smigħ.

    12. Minħabba n-numru kbir apparenti ta' importaturi mhux relatati, tqies xieraq, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux isir teħid ta’ kampjuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il ġurnata mill-bidu tar-reviżjonijiet u biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-Notifika tal-bidu. Madankollu, l-ebda importaturi mhux relatati ma ressqu biex jikkooperaw. It-teħid ta’ kampjuni għalhekk ma kienx neċessarju.

    13. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li għamlu lilhom infushom magħrufa fl-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika tal-bidu. Waslu risposti mingħand tliet gruppi ta' produtturi tal-Unjoni (jiġifieri l-applikanti), prodottur esportatur wieħed u 17-il utent, u l-GOI. L-ebda wieħed mill-importaturi ma ippreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u l-ebda importatur ieħor ma ta lill-Kummissjoni l-ebda informazzjoni jew identifika ruħu matul l-investigazzjoni.

    14. Wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa fl-Indja, jiġifieri HEG Limited (“HEG”) ikkoopera bi sħiħ fir-reviżjoni billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Ta' min jinnota f’dan ir-rigward li fl-investigazzjoni oriġinali l-isem uffiċjali sħiħ ta’ dik il-kumpanija kien Hindustan Electro Graphite Limited. Sussegwentement il-kumpanija bidlet isimha f’HEG Limited. It-tieni produttur esportatur li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri Graphite India Limited (“GIL”) ddeċieda li ma jissottomettix tweġiba għall-kwestjonarju fir-reviżjoni preżenti.

    15. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta' verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin:

    (a) Produtturi tal-Unjoni

    - SGL Carbon GmbH, Wiesbaden u Meitingen, il-Ġermanja;

    - Graftech Switzerland SA, Bussigny, l-Isvizzera;

    - Graftech Iberica S.L., Ororbia, Spanja;

    - Tokai ERFTCARBON, Grevenbroich, il-Ġermanja.

    (b) Prodottur esportatur fl-Indja

    - HEG Limited, Bhopal.

    (c) Il-Gvern tal-India (“GTI”).

    B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    16. Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri elettrodi tal-grafita ta' tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/ċm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta’ 6,0 µ.(.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u żnienen użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 kemm jekk huma importati flimkien jew jekk joriġinaw separatament fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”).

    17. L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fis-suq domestiku fl-Indja, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħin fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u huma, għalhekk, meqjusin bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

    C. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAS-SUSSIDJAR

    1. Introduzzjoni

    18. Abbażi tal-informazzjoni fit-talba għal reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

    Skemi nazzjonali

    (a) Skema għall-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”);

    (b) Duty Entitlement Passbook Scheme (“DEPBS”);

    (c) Skema ta’ Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”);

    Skema Reġjonali

    (d) Skema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (“EDES”).

    19. L-iskemi minn (a) sa (c) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI joħroġ notifiki fir-rigward tal-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika tal-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti dwar il-Politika tal-Kummerċ Barrani huma rilevanti għall-PIR ta' dan il-każ, jiġifieri l-politika-FT 04-09 u l-politika-FT 09-14. Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f’April 2009. Barra minn hekk, il-GOI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-politika-FT 04-09 u l-politika-FT 09-14 fil-"Manwal tal-Proċeduri, Volum I" ("HOP I 04-09" u "HOP I 09-14" rispettivament). Il-Manwal tal-Proċeduri jiġi aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

    20. L-iskema speċifikata hawn fuq taħt (d) hija mmaniġġjata mill-awtoritajiet tal-Istat ta' Madhya Pradesh.

    2. Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)

    21. Matul l-investigazzjoni nstab li l-produttur Indjan li kien qed jikkoopera ma kisibx benefiċċji taħt l-iskema AAS matul l-PIR. Għalhekk ma kienx neċessarju li din l-iskema tiġi analizzata iżjed f'din l-investigazzjoni.

    3. Duty Entitlement Passbook Scheme (“DEPBS”)

    (a) Bażi Legali

    22. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-DEPBS tinsab fil-paragrafi 4.3 tal-politika-FT 04-09 u l-politika-FT 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

    (b) Eliġibilità

    23. Kwalunkwe manifattur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    (c) Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

    24. Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li huma kkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Rati tad-DEPBS bħal dawn ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-maġġoranza tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn huma determinati abbażi tan-Norma Standard Input-Output (“SION”), li hija norma, b'kunsiderazzjoni ta' kontenut importat preżunt ta' inputs fil-prodott esportat u inċidenza ta' dazju tad-dwana fuq it-tali importazzjonijiet preżunti, irrispettivament jekk id-dazji fuq l-importazzjonijiet tħallsux jew le.

    25. Sabiex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument tat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DEPBS. Sabiex l-oġġetti jiġu esportati, l-awtoritajiet tad-dwana Indjani joħorġu, matul il-proċedura ta’ dispaċċ, polza ta’ esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia , l-ammont ta’ kreditu tad-DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni. F’dak il-mument, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċji li għandu jirċievi. Malli l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu polza ta’ esportazzjoni, il-GOI ma għandux diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti għall-kalkolu tal-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien meta tkun saret id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni. Għalhekk, mhijiex possibbli emenda retroattiva tal-livell tal-benefiċċju.

    26. Instab li skont l-istandards tal-kontabilità Indjani, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Krediti bħal dawn jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe oġġetti importabbli mingħajr restrizzjonijiet, minbarra oġġetti kapitali. Oġġetti importati kontra krediti bħal dawn jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (soġġetti għal taxxa fuq il-bejgħ) jew jiġu użati f’mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli b’xejn u validi għal perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ħruġ.

    27. Applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPBS jiġu ffajljati elettronikament u jistgħu jkopru ammont mhux limitat ta' tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. De facto, ma jeżistu l-ebda skadenzi stretti għall-krediti tad-DEPBS. Is-sistema elettronika użata għall-immaniġġjar tad-DEPBS ma teskludix awtomatikament it-tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni li jaqbżu l-perjodu taż-żmien għas-sottomissjoni msemmija fil-Kapitolu 4.47 tal-HOP I 04-09 u 09-14 Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-Kapitolu 9.3 tal-HOP I 04-09 u 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati bl-impożizzjoni ta' penali minuri (jiġifieri 10 % tal-intitolament).

    28. Instab li l-produttur esportatur Indjan li kkoopera uża din l-iskema matul l-PIR.

    (d) Konklużjonijiet dwar id-DEPBS

    29. Id-DEPBS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, minħabba li l-kreditu eventwalment jintuża biex jagħmel tajjeb għad-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazji tal-GOI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

    30. Barra minn hekk, id-DEPBS huwa soġġett fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus li huwa speċifiku u kompensatorju taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku.

    31. Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rifużjoni ta’ sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku kif iddikjarat mill-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera. Din ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjonijiet u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta' sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma għandu l-ebda obbligu li jikkonsma attwalment l-oġġetti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat relatat mal-inputs attwali użati. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta' liema inputs huma kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni seħħx skont it-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għal esportatur li sempliċement jesporta oġġetti mingħajr ma juri li kwalunkwe materjal ta' input ġie importat. Għalhekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportawx l-ebda oġġett li jista jintuża bħala inputs huma xorta waħda intitolati biex jibbenefikaw mid-DEPBS.

    (e) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    32. Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kompensatorji kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li jinsab li jeżisti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni. F’dan ir-rigward, tqies li l-benefiċċju huwa konferit lir-riċevitur fil-mument meta tranżazzjoni ta’ esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-mument, il-GOI huwa obbligat iċedi d-dazji tad-dwana, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

    33. Fid-dawl ta’ dan, huwa kkunsidrat xieraq li jiġi valutat il-benefiċċju taħt id-DEPBS bħala s-somma tal-krediti gwadanjati fuq it-tranżazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul l-PIR.

    34. Il-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera stqarr li fil-każ tiegħu l-krediti kollha tad-DEPBS miksuba ntużaw għall-importazzjoni ta’ materjali użati biss fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, minkejja li fil-prinċipju għandu l-permess ibigħhom jew jużahom għall-importazzjoni ta’ materjali oħra. Il-kumpanija stqarret li għalhekk id-DEPBS kienet skema ta’ rifużjoni tad-dazju normali, u huwa biss it-tnaqqis tal-eċċess li għandu jiġi kkumpensat. Din l-istqarrija għandha tinċaħad, madankollu, minħabba li, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (31), id-DEPBS mhijiex ikkunsidrata bħala sistema ta' rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni, li ġiet ammessa wkoll mill-GOI. Għalhekk, mhuwiex rilevanti x’jagħmel attwalment l-esportatur bil-liċenzji miksuba taħt din l-iskema. Huwa fil-mument tat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li jsiru taħt din l-iskema li esportatur ikun qed jikseb konferiment irrevokabbli ta’ benefiċċju, u mhux fil-mument tal-użu sussegwenti tal-liċenzja.

    35. Fejn saru talbiet ġustifikati, it-tariffi mħallsa neċessarjament għall-kisba tas-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ sussidju bħala numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

    36. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidju ġew allokati fuq il-qligħ totali mill-esportazzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    37. Abbażi ta’ dak imsemmi, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul l-PIR tammonta għal 5,7%.

    4. Skema ta’ Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

    (a) Bażi legali

    38. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-politika-FT 04-09 u tal-politika-FT 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14

    (b) Eliġibilità

    39. L-esportaturi manifatturi, l-esportaturi negozjanti “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri tas-servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

    (c) Implimentazzjoni prattika

    40. Taħt il-kundizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija hija permessa timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda u – sa minn April 2003 – użati li għandhom sa 10 snin) għal rata mnaqqsa tad-dazju. Għal dan il-għan, il-GOI joħroġ, ma’ applikazzjoni u l-ħlas ta’ tariffa, liċenzja tal-EPCGS. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienu applikabbli rata tad-dazju effettiva ta’ 11 % (inkluża imposta miżjuda ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ valur ogħla, rata tad-dazju żero. Sabiex jintlaħaq l-obbligu ta’ esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati għandhom jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta’ oġġetti esportati matul ċertu perjodu. Taħt politika-FT 09-14 ġdida, l-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata tad-dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS iżda f'każ bħal dan il-perjodu taż-żmien għas-sodisfazzjoni tal-obbligu ta' esportazzjoni huwa iqsar.

    41. Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCGS jista’ jakkwista wkoll l-oġġetti kapitali lokalment. F’każ bħal dan, il-manifattur lokali tal-oġġetti kapitali jista’ jagħmel użu mill-benefiċċju għall-importazzjoni mingħajr dazju tal-komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ oġġetti kapitali bħal dawn. Alternattivament, il-manifattur lokali jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-forniment tal-oġġetti kapitali lil detentur tal-liċenzja tal-EPCGS.

    42. Instab li l-produttur esportatur li qed jikkoopera uża din l-iskema matul l-PIR.

    (d) Konklużjoni dwar l-EPCGS

    43. L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, minħabba li din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazji tal-GOI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

    44. Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk huwa meqjus speċifiku u kompensatorju taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Ġie ddikjarat mill-produttur esportatur li qed jikkoopera li s-sussidji tal-EPCGS fir-rigward tax-xiri tal-oġġetti kapitali fejn l-obbligu ta’ esportazzjoni kien diġà sodisfatt qabel l-PIR, ma għandux jibqa' jiġi trattat bħala soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Għalhekk dawn ma għandhomx jiġu trattati bħala sussidji speċifiċi u ma għandhomx jiġu kompensati. Madankollu, din id-dikjarazzjoni għandha tinċaħad. Għandu jiġi enfasizzat li s-sussidju fih innifsu huwa soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri ma kienx jingħata kieku l-kumpanija ma aċċettatx ċertu obbligu ta’ esportazzjoni.

    45. L-EPCG ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni tad-dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex dawn mhumiex ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

    (e) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    46. L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju tad-dwana mhux imħallas fuq l-oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ oġġetti kapitali bħal dawn fl-industrija kkonċernata. L-imgħaxijiet għandhom jiġu miżjuda ma’ dan l-ammont sabiex jirriflettu l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni fl-Indja tqieset xierqa għal dan l-iskop.

    47. Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq id-dħul tal-esportazzjoni matul l-PIR bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa soġġett għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni.

    48. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul l-PIR jammonta għal 0,9%.

    5 Skema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (EDES) – skema reġjonali tal-Istat ta’ Madhya Pradesh

    49. Taħt il-Politika tal-Promozzjoni Industrijali tal-2004, l-Istat ta’ Madhya Pradesh (MP) joffri eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku lill-kumpaniji industrijali li jinvestu fil-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-konsum mhux ħieles.

    (a) Bażi legali

    50. Id-deskrizzjoni dettaljta tal-EDES tinsab fin-Notifika tal-Gvern ta’ Madhya Pradesh Nru 29 tal-21 ta’ Lulju 2006 u fl-Ordni Nru 4238-XIII-2006 l-Anness C tat-12 ta’ Lulju 2006.

    (b) Eliġibilità

    51. Kull manifattur, li jinvesti ċertu ammont ta’ kapital fit-twaqqif ta' impjant tal-enerġija fl-Istat ta' Madhya Pradesh huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    (c) Implimentazzjoni prattika

    52. L-EDES tipprovdi għall-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju fuq l-elettriku – taxxa fuq il-bejgħ lokali normalment dovuta f’Madhya Pradesh – għal kumpaniji li jinvestu ċertu ammont ta’ kapital fil-bini ta’ impjant tal-enerġija. L-eżenzjoni tingħata għal ċertu perjodu skont il-valur tal-investiment. L-għan tal-iskema huwa li tiġi żviluppata infrastruttura billi l-impjanti tal-enerġija tal-Istat ma jistgħux jipprovdu lill-kumpaniji fiż-żona b’biżżejjed elettriku. L-eżenzjoni mid-dazju tingħata biss għall-użu intern tal-enerġija.

    53. Instab li l-produttur esportatur li qed jikkoopera uża din l-iskema matul l-PIR.

    (d) Konklużjoni dwar l-EDES

    54. L-EDES tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-eżenzjoni mid-dazju tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istat ta’ Madhya Pradesh, għaliex din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-Gvern tal-Istat li kieku kienet tkun dovuta. Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa jagħti benefiċċji lill-esportatur, billi d-dazju ffrankat fuq ix-xiri tal-elettriku ttejjeb il-likwidità tiegħu.

    55. L-EDES mhijiex soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, hija limitata fil-liġi għal ċerti żoni ġeografiċi fl-Istat ta' Madhya Pradesh jew għal ċerti kumpaniji jew fergħat tal-industrija biss. Għalhekk, il-produttur esportatur li qed jikkoopera ddikjara mill-ewwel li din l-iskema ma għandhiex titqies speċifika u għalhekk ma għandhiex tkun kompensata, billi l-eliġibilità tagħha hija bbażata fuq kriterji ekonomiċi oġġettivi u newtrali.

    56. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Gvern tal-Istat ta’ Madhya Pradesh, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel konklużjoni soda dwar din l-iskema fir-rigward tal-ispeċifiċità u l-applikazzjoni prattika ta’ din il-liġi u l-livell ta’ diskrezzjoni l-awtorità tal-għoti tgawdi meta tiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet. Ma jistax jiġi determinat b’ċertezza jekk l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwiex sodisfatt, minħabba li ma jistax jiġi stabbilit li l-Gvern tal-Istat ta' Madhya Pradesh applika kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi għall-għoti tas-sussidju. Għalhekk, anki jekk l-iskema tidher li mhijiex speċifika fil-liġi, għadu mhux ċar li mhijiex speċifika de facto . Bħala riżultat hija meqjusa speċifika u kompensabbli taħt l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) u l-Artikolu 4(2), ir-raba' subparagrafu tar-Regolament bażiku.

    (e) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    57. L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju fuq il-bejgħ mhux imħallsa fuq l-elettriku mixtri fl-PIR (in-numeratur) u d-dħul totali mill-bejgħ tal-kumpanija (id-denominatur) billi l-EDES la hija soġġetta għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u lanqas ma l-użu tal-elettriku kien limitat biss għall-produzzjoni tal-proġetti kkonċernat.

    58. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-produttur esportatur li qed jikkoopera matul l-PIR tammonta għal 0,5%.

    6 . Ammont ta’ sussidji kompensabbli

    59. L-ammont ta’ sussidji kompensabbli determinat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem , mill-produttur esportatur investigat jammonta għal 7,1%. Dawn l-ammonti ta’ sussidjar jaqbżu l-limitu de minimis imsemmi taħt l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

    60. Il-livell ta’ sussidjar stabbilit fil-proċedura kurrenti jikkorrispondi għal-livell ta’ sussidjar ta’ 7,2 % misjub għall-istess produttur esportatur matul l-aħħar reviżjoni interim .

    61. Għalhekk huwa meqjus li, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sussidjar kompla matul l-PIR.

    SKEMI | AAS | DEPBS | EPCGS | EDES | Total |

    HEG Ltd | Xejn | 5,7 % | 0,9 % | 0,5 % | 7,1 % |

    7 . Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà jew ir-rikorrenza tas-sussidjar

    62. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar.

    63. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat ikkooperaw. Ġie stabbilit li matul l-PIR, il-produttur esportatur li qed jikkoopera kompla jibbenefika mis-sussidjar kompensatorju mill-awtoritajiet Indjani. L-iskemi tas-sussidju analizzati hawn fuq jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemmx indikazzjonijiet li dawn il-programmi għandhom jitneħħew gradwalment jew jiġu modifikati fil-futur qrib jew li l-produttur esportatur li qed jikkoopera għandu jieqaf jikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. L-iskemi kkonċernati għadhom jinżammu fil-politika-FT 09-14.

    64. Fir-rigward tal-produttur esportaturi l-ieħor magħruf fl-Indja, skont it-talba għar-reviżjoni dan kompla jibbenefika mill-iskemi tas-sussidju analizzati hawn fuq. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tista’ tindika li dan ma kienx il-każ. Għalhekk ġie konkluż li s-sussidjar fuq livell nazzjonali kompla.

    65. Minħabba s-sejbiet deskritti hawn fuq ġie konkluż li s-sussidjar kompla matul l-PIR u probabbli jkompli fil-futur.

    66. Peress li jidher li s-sussidjar kompla matul l-PIR u li probabbli jkompli fil-futur, il-kwistjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tas-sussidjar mhijiex rilevanti.

    D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    1. Produzzjoni tal-Unjoni

    67. Fl-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn ħames kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji li l-prodott tagħhom jikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

    2. Industrija tal-Unjoni

    68. Tnejn mill-ħames gruppi ta' kumpaniji ma resqux biex jappoġġjaw it-talba u ma kkooperawx fl-investigazzjoni tar-reviżjoni billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. It-tliet gruppi li ġejjin ta’ produtturi ssottomettew it-talba u qablu li jikkooperaw: Graftech International, SGL Carbon GmbH, u Tokai ERFTCARBON GmbH.

    69. Dawn it-tliet gruppi ta’ produtturi jammontaw għal proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili, għaliex jirrappreżentaw iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita, kif indikat fil-premessa (4) hawn fuq. Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ’il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

    E. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

    1. Rimarka preliminari

    70. Minħabba li produttur esportatur Indjan wieħed biss tal-prodott ikkonċernat ikkoopera f’din l-investigazzjoni, id-dejta relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea li joriġinaw mill-Indja ma ġietx ippreżentata b'ċifri preċiżi sabiex tippreserva l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku.

    71. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-elettrodi tal-grafita hija marbuta mill-qrib ma’ dik tas-settur tal-azzar billi l-elettrodi tal-grafita jintużaw primarjament fl-industrija tal-azzar elettriku. F’dan il-kuntest, ta' min jinnota li fl-2007, u sal-ewwel tliet kwarti tal-2008, kien hemm kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna fis-settur tal-azzar, u bħala konsegwenza, ukoll għall-industrija tal-elettrodi tal-grafita.

    72. Ta' min jinnota li l-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafita jimxu bejn wieħed u ieħor f’konformità mal-volum tal-produzzjoni tal-azzar. Madankollu, il-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita, li jkopru l-prezzijiet u l-kwantitajiet, normalment jiġu nnegozjati għal perjodi ta' minn sitta sa 12-il xahar. Għalhekk, ġeneralment hemm spazju taż-żmien bejn l-iżviluppi fil-volumi tal-bejgħ li jirriżultaw mill-bidliet fid-domanda u kwalunkwe effett konsegwenzjali fuq il-prezzijiet.

    2. Konsum fis-suq tal-Unjoni

    73. Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, stima tal-volumi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, fuq id-dejta tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni mill-Eurostat, u d-dejta miġbura skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament bażiku. Kif seħħ fl-investigazzjoni oriġinali[10], ċerti importazzjonijiet ġew injorati billi, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, dawn dehru li mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat.

    74. Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 25 % bit-tnaqqis maġġuri iseħħ bejn l-2008 u l-PIR. Għandu jiġi nnotat li, minħabba kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna fil-bidu tal-perjodu meqjus, il-konsum tal-Unjoni kien f'livelli għoljin ħafna u kien żdied bi 30 % bejn il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali u l-2006.

    Tabella 1

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Konsum totali tal-UE (tunnellati) | 170 035 | 171 371 | 169 744 | 128 437 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 101 | 100 | 76 |

    3. Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

    75. Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) żdied konsistentement b’143 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell ta’ minn 5 000 sa 7 000 tunnellati matul l-PIR. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli tripla bejn l-2006 u l-PIR, meta laħaq il-livell ta' madwar 5 %. Is-sehem tas-suq kien għadu jikber matul l-PIR, minkejja t-tnaqqis sinifikanti fid-domanda. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi 52 % matul il-perjodu kkunsidrat, billi segwew tendenza simili għal dik tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iżda baqgħu iżjed baxxi konsistentement minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Id-dejta fit-Tabella 2 mhijiex f’ċifri preċiżi għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minħabba li hemm żewġ produtturi esportaturi biss magħrufa fl-Indja.

    Tabella 2

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati)* | Minn 2 000 sa 3 000 | Minn 3 000 sa 4 000 | Minn 7 000 sa 9 000 | Minn 5 000 sa 7 000 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 123 | 318 | 243 |

    Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat* | Madwar 1,5 % | Madwar 2 % | Madwar 5 % | Madwar 5 % |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata) | Madwar 2 000 | Madwar 2 600 | Madwar 3 000 | Madwar 3 200 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 133 | 145 | 152 |

    4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    76. Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-Industrija tal-Unjoni.

    4.1. Produzzjoni

    77. Fl-PIR, il-produzzjoni naqset b’29 % meta mqabbla mal-2006. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel żdiedet bi 2 % fl-2007 meta mqabbla mal-2006, qabel ma naqset drastikament, b’mod partikolari matul l-PIR.

    Tabella 3

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Produzzjoni (tunnellati) | 272 468 | 278 701 | 261 690 | 192 714 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 102 | 96 | 71 |

    4.2. Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità

    78. Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset marġinalment (b’total ta’ 2 %) bejn l-2006 u l-PIR. Kif il-produzzjoni naqset ukoll fl-2008, u b’mod partikolari matul l-IP, l-użu tal-kapaċità li rriżulta wera tnaqqis totali ta’ 25 punt perċentwali bejn l-2006 u l-PIR.

    Tabella 4

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) | 298 500 | 292 250 | 291 500 | 293 500 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 98 | 98 | 98 |

    L-użu tal-kapaċità | 91 % | 95 % | 90 % | 66 % |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 104 | 98 | 72 |

    4.3. Stokkijiet

    79. Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fl-2007 meta mqabbel mal-2006 u mbagħad naqas b’10 % fl-2008. Fl-PIR, il-livell tal-istokkijiet żdied kemxejn, iżda kien 5 % iżjed baxx milli fl-2006.

    Tabella 5

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati) | 21 407 | 21 436 | 19 236 | 20 328 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 100 | 90 | 95 |

    4.4. Volum tal-bejgħ

    80. Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b’39 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien għoli ħafna fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat billi żdied bi kważi 70 % meta mqabbel mal-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Il-volumi tal-bejgħ naqsu kemxejn fl-2007 u 2008 iżda baqgħu f’livell relattivament għoli (fl-2008 xorta kienu 47 % ’il fuq mil-livell tal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali). Madankollu, il-volum tal-bejgħ waqa’ drastikament bejn l-2008 u l-PIR (bi kważi terz).

    Tabella 6

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (tunnellati) | 143 832 | 139 491 | 124 463 | 88 224 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 97 | 87 | 61 |

    4.5. Sehem tas-suq

    81. Is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni naqas progressivament bi kważi 16-il punt perċentwali bejn l-2006 u l-PIR (minn 84,6 % sa 68,7 %).

    Tabella 7

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni | 84,6 % | 81,4 % | 73,3 % | 68,7 % |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 96 | 87 | 81 |

    4.6. Tkabbir

    82. Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 25 %. L-industrija tal-Unjoni tilfet kważi 16-il punt ta’ perċentwal tas-sehem tas-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati żdiedu 3,4 punti perċentwali tas-sehem tas-suq.

    4.7. Impjieg

    83. Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas b’7 % bejn l-2006 u l-PIR.

    Tabella 8

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-prodott tal-impjiegi kkonċernat (persuni) | 1 942 | 1 848 | 1 799 | 1 804 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 95 | 93 | 93 |

    4.8. Produttività

    84. Il-produttività tas-saħħa tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala prodott għal kull persuna impjegata kull sena, naqset b'24 % bejn l-2006 u l-PIR. Din żdiedet kemm kemm matul l-2007 u l-2008, qabel ma naqset bi kważi 25 % matul il-PIR.

    Tabella 9

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-produttività (tunnellati għal kull impjegat) | 140 | 151 | 146 | 107 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 107 | 104 | 76 |

    4.9. Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

    85. Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji tal-industrija tal-Unjoni juru tendenza pożittiva, billi żdiedu b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa minħabba: i) il-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq, ii) il-bżonn li jiġu rkuprati ż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u iii) il-mod kif il-prezzijiet tal-kuntratt tal-provvista ġew stabbiliti.

    86. Fl-2007 u l-2008 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha fil-kuntest taż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tas-suq, minħabba d-domanda b’saħħitha kontinwa għall-elettrodi tal-grafita. Din id-domanda kienet riżultat tal-kundizzjonijiet pożittivi ħafna tas-suq li kien jipprevalu fis-settur tal-azzar sal-ewwel tliet kwarti tal-2008, kif deskritt fil-premessa (71).

    87. Il-prezzijiet żdiedu parzjalment wkoll fl-2007 u fl-2008, sabiex ikopru ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u b’mod partikolari dawk tal-materji primi. Bejn l-2006 u l-2008 l-ispejjeż żdiedu bi 23 %. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tkopri dan billi żiedet il-prezzijiet tagħha konsiderevolment (+33 %).

    88. Il-prezzijiet xorta baqgħu jiżdiedu, għalkemm b'rata anqas (+5 %), fl-PIR. Il-fatt li l-prezzijiet ma niżlux matul perjodu meta d-domanda naqset huwa spjegat bil-mod ta’ kif il-kuntratti tal-provvista huma stabbiliti fis-suq u l-fatt li l-maġġoranza tal-kuntratti tal-provvista għall-2009 ġew konklużi fl-2008. Kif indikat fil-premessa (72), il-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafita jsegwu bejn wieħed u ieħor l-andament tal-produzzjoni tal-azzar. Madankollu, in-negozjati tal-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita għall-perjodi ta’ sitta sa 12-il-xahar jistgħu jwasslu għal dewmien fl-effett ta’ kwalunkwe bidla (żieda jew tnaqqis) fid-domanda fuq il-prezzijiet. Il-kuntratti ġew innegozjati abbażi tal-volumi tal-bejgħ antiċipati, li jistgħu jkunu differenti mil-livell tal-bejgħ attwali miksub, bir-riżultat li t-tendenza tal-prezz f'perjodu partikolari ma jsegwix neċessarjament t-tendenza fil-volumi tal-bejgħ għall-istess perjodu. Dan kien il-każ fl-PIR meta l-volumi tal-bejgħ naqsu iżda l-prezzijiet baqgħu għoljin minħabba li l-maġġoranza tal-kuntratti tal-provvista għall-2009 ġew konklużi fl-2008 u ċerti kunsinni previsti għall-2008 ġew iddifferiti sal-2009. Iż-żieda ta’ 5 % fil-prezzijiet matul l-PIR kienet, madankollu, mhux biżżejjed biex tkopri ż-żidiet fl-ispejjeż (+13 %), kif kien possibbli matul il-perjodi preċedenti. Il-prezzijiet ġew innegozjati mill-ġdid f’livelli iżjed baxxi minn wara l-PIR.

    89. Kif spjegat fil-premessa (75), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat segwew tendenza simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni, iżda kienu konsistentement iżjed baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    Tabella 10

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-prezz unitarju tas-suq tal-UE (EUR/tunnellata) | 2 569 | 3 103 | 3 428 | 3 585 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 121 | 133 | 140 |

    4.10. Pagi

    90. Bejn l-2006 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 15 %.

    Tabella 11

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    L-ispejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat ('000 EUR) | 52 | 56 | 61 | 60 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 108 | 118 | 115 |

    4.11. Investimenti

    91. Bejn l-2006 u l-PIR, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat li saru mill-industrija tal-Unjoni żdied b'37 %. Madankollu, matul l-PIR l-investimenti naqsu b’14 % meta mqabbel mal-2008.

    Tabella 12

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    L-investimenti netti (EUR) | 30 111 801 | 45 383 433 | 47 980 973 | 41 152 458 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 151 | 159 | 137 |

    4.12. Profitabilità u qligħ fuq l-investimenti

    92. B’żieda fl-ispejjeż ta’ 40 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha, bejn l-2006 u l-2007, iżżid il-prezzijiet tagħha b’iżjed miż-żieda fl-ispejjeż tagħha. Dan wassal għal żieda fil-qligħ mil-livell ta’ 19 % fl-2006 għal 26 % fl-2007. Mill-2007 sal-2008 l-prezzijiet u l-ispejjeż żdiedu fl-istess proporzjon sabiex il-marġni tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fil-livell tal-2007. Il-qligħ imbagħad reġa' naqas għal 19 % fl-PIR minħabba l-effett fuq l-ispejjeż tal-użu iżjed baxx tal-kapaċità tal-produzzjoni u prezzijiet ogħla tal-materja prima. Il-qligħ kompla jonqos fl-2009, għaliex l-industrija tal-Unjoni kellha taġġusta l-prezzijiet tagħha ’l isfel sabiex jirriflettu t-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-elettrodi tal-grafita, minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-settur tal-azzar.

    93. Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) żdied minn livell ta’ 71 % fl-2006 għal 103 % fl-2007. Fl-2008 dan żdied għal 119 % qabel ma naqas għal 77 % matul l-PIR. Ġeneralment, ir-redditu fuq l-investimenti żdied biss b’sitt punti perċentwali bejn l-2006 u l-PIR.

    Tabella 13

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-qligħ nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta' bejgħ nett) | 19 % | 26 % | 25 % | 19 % |

    L-ROI (qligħ nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti) | 71 % | 103 % | 119 % | 77 % |

    4.13. Fluss ta’ flus u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

    94. Il-fluss ta’ flus nett mill-attivitajiet operattivi żdied bejn l-2006 u l-2007. Din iż-żieda kompliet fl-2008 qabel tnaqqis matul l-PIR. Ġeneralment, il-fluss ta’ flus kien 28 % ogħla fl-PIR milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

    95. Ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital, minħabba li ċerti produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

    Tabella 14

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-fluss ta’ flus (EUR) | 109 819 535 | 159 244 026 | 196 792 707 | 140 840 498 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 145 | 179 | 128 |

    4.14. Il-kobor tas-sussidji

    96. Minħabba l-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġni attwali tas-sussidju ma jistax jitqies li huwa negliġibbli.

    4.15. Irkupru mill-effetti ta’ sussidji preċedenti u ta’ dumping preċedenti

    97. L-indikaturi eżaminati hawn fuq juru ċertu titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi kompensatorji u anti-dumping fl-2004. B’mod partikolari, bejn l-2006 u l-2008, l-industrija tal-Unjoni bbenefikat minn żieda fil-prezzijiet u l-qligħ. Dan kien minħabba kundizzjonijiet tas-suq pożittivi ħafna, li ppermettew li jinżamm livell għoli ta’ prezzijiet u profitabilità, anki minkejja, kif spjegat fil-premessa (81), li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos. Madankollu, fl-istess perjodu, u minkejja l-miżuri, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Indjani żdied u l-prodotti Indjani ġew importati għal prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Matul l-PIR, il-qligħ diġà beda jonqos għall-industrija tal-Unjoni u kompla jonqos fl-2009 minħabba żieda fl-ispejjeż u żidiet limitati fil-prezzijiet.

    5. Impatt tal-importazzjonijiet sussidjati u fatturi oħra

    5.1 Impatt tal-importazzjonijiet sussidjati

    98. Minkejja tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli rdoppja u s-sehem tas-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet aktar milli ttripla (ara l-premessa (75)). Jekk id-dazji anti-dumping u kompensatorji ma jitqisux, jirriżulta li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm b’anqas minn 2 %, matul l-PIR.

    5.2. Impatt tal-kriżi ekonomika

    99. Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi ħafna prevalenti fl-industrija tal-azzar u industriji relatati, inklużi dawk tal-elettrodi tal-grafita, fl-2007 u fl-ewwel tliet kwarti tal-2008, l-industrija tal-Unjoni kienet f’kundizzjoni ekonomika relattivament tajba meta l-kriżi ekonomika bdiet fl-aħħar tal-2008. Il-fatt li l-kuntratti tal-provvista għall-elettrodi tal-grafita normalment huma nnegozjati għal minn sitta sa 12-il xahar ifisser li hemm dewmien fl-effett ta’ kwalunkwe bidla (żieda jew tnaqqis) fid-domanda tal-prezzijiet. Minħabba li l-kuntratti għall-PIR ġew innegozjati fi stadju meta l-effetti tal-kriżi ekonomika ma setgħux ikunu previsti, l-impatt tal-kriżi ekonomika matul l-PIR kien l-aktar f’termini ta’ volumi, minħabba li, f’termini ta’ prezzijiet, kwalunkwe impatt malajr kien jinħass mill-industrija tal-Unjoni. F’dak il-kuntest ta' min jinnota li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat f’ċerti aspetti, anki matul il-perjodu ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi, billi tilfet is-sehem tas-suq għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Il-fatt li din id-deterjorazzjoni ma wasslitx għal effetti negattivi iżjed sinifikanti kien parzjalment dovut għal-livell għoli ta’ domanda fl-2007-2008 li kien ippermetta lill-industrija tal-Unjoni żżomm volumi għoljin ta’ produzzjoni u bejgħ u parzjalment minħabba li meta dawn il-volumi naqsu fl-PIR, il-prezzijiet setgħu jinżammu minħabba d-dewmien taż-żmien deskritt hawn fuq.

    5.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

    100. Minħabba l-inklużjoni ta' prodotti oħra minbarra l-prodott li qed jiġi investigat fid-dejta tal-importazzjoni disponibbli fil-livell tal-kodiċi NM mill-Eurostat, l-analiżi li ġejja saret abbażi tad-dejta tal-importazzjoni fil-livell tal-kodiċi Taric, supplimentata bl-informazzjoni mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament bażiku. Ċerti importazzjonijiet ġew injorati għaliex, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, dehru li mhumiex il-prodott li qed jiġi investigat.

    101. Huwa stmat li l-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra żdied bi 63 % minn madwar 11 000 tunnellata fl-2006 għal madwar 18 500 tunnellata fl-PIR. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied minn 6,6 % fl-2006 għal 14,4 % fl-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied bi 42 % bejn l-2006 u l-PIR. L-importazzjonijiet ewlenin jidhru li huma mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”), ir-Russja, il-Ġappun u l-Messiku, li kienu l-uniċi pajjiżi b’ishma tas-suq individwali ogħla minn 1 % matul l-PIR. L-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi huma eżaminati ulterjorament fil-premessi li ġejjin. L-importazzjonijiet minn disa’ pajjiżi oħra jammontaw għal sehem tas-suq totali ta’ madwar 2 % biss u mhumiex eżaminati ulterjorament.

    102. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 2,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 0,2 % għal 2,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u wkoll iżjed baxxi mill-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

    103. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b’4,2 punti perċentwalif matul il-perjodu kkunsidrat (minn 1,9 % għal 6,1 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu kemxejn iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, iżda ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

    104. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun naqas b’0,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 2,0 % għal 1,6 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu simili għal, jew iżjed minn, dawk tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

    105. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Messiku żdied b’punt perċentwal (1,0) matul il-perjodu kkunsidrat (minn 0,9 % għal 1,9 %). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja.

    106. Bħala konklużjoni, ma jistax jiġi eskluż li l-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊu mir-Russja setgħu kkontribwew sa ċertu punt għad-deterjorazzjoni tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba n-natura ġenerali tad-dejta disponibbli mill-istatistika tal-importazzjoni, li ma tippermettix tqabbil tal-prezzijiet skont it-tip ta’ prodott, kif kien possibbli għall-Indja abbażi tal-informazzjoni dettaljata provduta mill-produttur esportatur, l-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u r-Russja ma jistax jiġi stabbilit b'ċertezza.

    Tabella 15

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati) | 11 289 | 11 243 | 19 158 | 18 443 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 100 | 170 | 163 |

    Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra | 6,6 % | 6,6 % | 11,3 % | 14,4 % |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (EUR/tunnellata) | 2 467 | 3 020 | 3 403 | 3 508 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 122 | 138 | 142 |

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ(tunnellati) | 421 | 659 | 2 828 | 3 380 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 157 | 672 | 804 |

    Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ | 0,2 % | 0,4 % | 1,7 % | 2,6 % |

    Prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellati) | 1 983 | 2 272 | 2 818 | 2 969 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 115 | 142 | 150 |

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati) | 3 196 | 2 887 | 8 441 | 7 821 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 90 | 264 | 245 |

    Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja | 1,9 % | 1,7 % | 5,0 % | 6,1 % |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata) | 2 379 | 2 969 | 3 323 | 3 447 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 125 | 140 | 145 |

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (tunnellati) | 3 391 | 2 223 | 3 731 | 2 090 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 66 | 110 | 62 |

    Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun | 2,0 % | 1,3 % | 2,2 % | 1,6 % |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (EUR/tunnellata) | 2 566 | 3 131 | 3 474 | 3 590 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 122 | 135 | 140 |

    2006 | 2007 | 2008 | PIR |

    Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Messiku (tunnellati) | 1 478 | 2 187 | 2 115 | 2 465 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 148 | 143 | 167 |

    Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Messiku | 0,9 % | 1,3 % | 1,2 % | 1,9 % |

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Messiku (EUR/tunnellata) | 2 634 | 3 629 | 4 510 | 4 554 |

    Indiċi (2006=100) | 100 | 138 | 171 | 173 |

    6. Konklużjoni

    107. Kif jidher taħt il-premessa (75), il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat aktar milli rdoppja bejn l-2006 u l-PIR. Minħabba li l-konsum naqas bi kważi 25 % matul l-istess perjodu, dan irriżulta f’żieda drastika fis-sehem tas-suq f’idejn l-esportaturi Indjani minn madwar 1,5 % fl-2006 għal madwar 5 % matul l-PIR. Filwaqt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni żdied b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-prezzijiet tas-suq ġeneralment għoljin, dawn xorta waħda kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    108. Bejn l-2006 u l-PIR, u minkejja l-eżistenza tal-miżuri antidumping u kompensatorji, numru ta’ indikaturi importanti żviluppaw negattivament: il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqsu b’29 % u 39 % rispettivament, l-użu tal-kapaċità niżel bi 28 % u ġie segwit bi tnaqqis fil-livelli tal-impjiegi u tal-produttività. Għalkemm uħud minn dawn l-iżviluppi negattivi jistgħu jiġu spjegati mit-tnaqqis b’saħħtu fil-konsum, li waqa’ bi kważi 25 % matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis b’saħħtu fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni (li niżel bi 15,9 punti perċentwali bejn l-2006 u l-PIR) għandu jiġi interpretat ukoll fid-dawl taż-żieda kostanti fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja.

    109. Fir-rigward tal-livell relattivament għoli tal-qligħ matul l-PIR, dan seħħ l-aktar minħabba l-livell għoli kontinwu tal-prezzijiet, u għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (88). Ġie konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat kumplessivament matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni fraġli fl-aħħar tal-PIR, minkejja livell relattivament għoli ta' qligħ f'dak l-istadju, meta l-isforzi tagħha biex iżżomm il-volumi tal-bejgħ u l-livell suffiċjenti tal-prezzijiet, f'sitwazzjoni ta' domanda dgħajfa, ġew imfixkla bil-preżenza akbar tal-importazzjonijiet sussidjati Indjani.

    F. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U RIKORRENZA TAD-DANNU

    1. Rimarki preliminari

    110. Kif intwera diġà, l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra biss sa ċertu punt mid-dannu li sofriet. Madankollu, meta l-livelli għoljin tal-konsum tal-Unjoni esperjenzati matul il-maġġoranza tal-perjodu kkunsidrat sparixxew matul l-PIR, l-industrija tal-Unjoni dehret f'sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli u baqgħet esposta għall-effett dannuż tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja. B’mod partikolari, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tkopri ż-żieda fl-ispejjeż kienet dgħajfa fl-aħħar tal-PIR.

    2. Relazzjoni bejn il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u l-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

    111. Instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-bejgħ Indjan lil pajjiżi mhux tal-UE kien taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kif ukoll taħt il-prezzijiet fis-suq domestiku. Il-bejgħ tal-esportatur Indjan lill-pajjiżi mhux tal-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, li jammontaw għall-maġġoranza tal-bejgħ tal-esportazzjoni totali tiegħu. Għalhekk, tqies li, kieku kellhom jiskadu l-miżuri, l-esportaturi Indjani kien ikollhom inċentiv biex iċaqalqu kwantitajiet sinifikanti ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq iżjed attraenti tal-Unjoni, b'livelli ta’ prezzijiet, li, anki kieku kienu ogħla mill-prezzijiet għal pajjiżi terzi, probabbli xorta waħda kienu jkunu iżjed baxxi mil-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kurrenti lejn l-Unjoni.

    3. Kapaċità mhux użata u ħażniet fis-suq Indjan

    112. Il-produttur Indjan li qed jikkoopera kellu kapaċitajiet żejda sinifikanti u kien qed jippjana jżid il-kapaċità tiegħu fl-2010/2011. Għalhekk, il-kapaċità li jżid b’mod sinifikanti l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-UE teżisti, b’mod partikolari għaliex ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni żejda.

    113. Fil-kummenti tiegħu għall-iżvelar, il-produttur Indjan li kkoopera allega li l-kapaċità żejda tagħha kien prinċipalment minħabba l-kriżi ekonomika u t-tnaqqis relatat fid-domanda. Madankollu, parti sinifikanti ta' kapaċità żejda tal-kumpanija tista' tiġi spjegata mill-fatt li l-kumpanija żiedet sostanzjalment il-kapaċità tagħha bejn l-2006 u l-PIR. Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-kumpanija ppjanat żieda fil-kapaċità addizzjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat ukoll li hemm produttur Indjan ieħor li ma kkooperax, li għandu kapaċità u utilizzazzjoni simili u reċentement ħabbar ukoll żieda saħansitra aktar sostanzjali fil-kapaċità.

    4. Konklużjoni

    114. Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat għandhom il-potenzjal li jżidu u/jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi terzi huma iżjed baxxi minn dawk lejn l-UE. L-investigazzjoni wriet li, abbażi tat-tipi ta’ prodott komparabbli, il-produttur esportatur li qed jikkoopera biegħ il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet baxxi probabbli jonqsu b’konformità mal-prezzijiet iżjed baxxi li jintalbu lill-bqija tad-dinja. Imġiba tal-prezzijiet bħal din, flimkien mal-kapaċità tal-esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li jwasslu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-UE, għandu jkollha, fil-probabbiltà kollha, impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    115. Kif jidher hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli u fraġli. Jekk l-industrija tal-Unjoni kellha tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għal prezzijiet sussidjati, dan x'aktarx li jirriżulta f'deterjorazzjoni tal-bejgħ, tas-sehem tas-suq, u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll f'deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha għal-livelli misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, huwa għalhekk konkluż, li r-revoka tal-miżuri x'aktarx li twassal għal’aggravazzjoni tas-sitwazzjoni diġà fraġli, u rikorrenza tad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

    G. INTERESS TAL-UNJONI

    1. Introduzzjoni

    116. Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kompensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni saret abbażi ta’ apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

    117. Ta’ min ifakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri kompensatorji diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq tal-partijiet ikkonċernati mill-miżuri kompensatorji kurrenti.

    118. Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar dannuż, jeżistux raġunijiet konvinċenti li għandhom iwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

    2. Interess tal-industrija tal-Unjoni

    119. L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservat wara l-impożizzjoni tal-miżuri kompensatorji fl-2004. B’mod partikolari, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profittabilità tagħha fil-ftit snin qabel l-PIR jikkuntrasta sew mas-sitwazzjoni ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tilfet f’mod konsistenti s-sehem tas-suq filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu sostanzjalment fis-sehem tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun f’sitwazzjoni agħar.

    3. Interess tal-importaturi/utenti

    120. L-ebda wieħed mid-disa’ importaturi mhux relatati li ġew ikkuntattjati ma kkoopera.

    121. Sbatax-il utent resqu u ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju. Filwaqt li l-maġġoranza tal-utenti ma akkwistawx elettrodi tal-grafita mill-Indja għal ħafna snin, u għalhekk jibqgħu newtrali fir-rigward ta’ kontinwazzjoni possibbli tal-miżuri, sitt utenti, mill-anqas sa ċertu punt, użaw elettrodi Indjani. Erba’ utenti ddikjaraw li kontinwazzjoni tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni. Assoċjazzjoni waħda (Eurofer) opponiet bis-saħħa l-kontinwazzjoni tal-miżuri u ddikjarat li l-miżuri rriżultaw fl-irtirar tal-esportaturi Indjani mis-suq tal-UE. L-assoċjazzjoni tallega li l-kontinwazzjoni ta' miżuri ttellef il-produtturi tal-azzar fl-iżvilupp ta' sorsi alternattivi ta' provvista u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tkompli jkollha, posizzjoni dominanti qrib duwopolju. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet Indjani wara l-impożizzjoni tal-miżuri, li l-irtirar daqshekk kbir ma seħħx; minflok l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-elettrodi tal-grafita dejjem aktar qed jidħlu fis-suq tal-UE minn numru ta' pajjiżi terzi oħra. Fir-rigward tal-qawwa tal-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq, huwa mfakkar li s-sehem tas-suq tagħha naqas bi kważi 16-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (81) hawn fuq). Fl-aħħar nett, din l-assoċjazzjoni ammettiet ukoll li l-elettrodi tal-grafita jirrappreżentaw biss komponent relattivament żgħir tal-ispejjeż totali tal-manifatturi tal-azzar.

    122. Ta’ min ifakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma għandux ikun sinifikanti għall-utenti[11]. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal ħames snin, l-importaturi/utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, inter alia , mill-Indja. L-ebda indikazzjoni ma tressqet lanqas li kien hemm diffikultajiet fis-sejba ta' sorsi oħra. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li, fir-rigward tal-effetti tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, ġie konkluż fl-investigazzjoni oriġinali li, minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-ispejjeż tal-elettrodi tal-grafita fuq l-industriji tal-utenti, huwa improbabbli li kwalunkwe żieda fl-ispejjeż ikollha effett sinifikanti fuq l-industrija tal-utenti. L-ebda indikazzjoni tal-kuntrarju ma nstabet wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri kompensatorji jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fl-Unjoni.

    4. Konklużjoni

    123. Minħabba dak imsemmi hawn fuq, ġie konkuż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri kompensatorji kurrenti.

    H. MIŻURI KOMPENSATORJI

    124. Il-partijiet kollha ġew informati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw kunsiderazzjoni fejn neċessarju.

    125. Isegwi minn dak imsemmi hawn fuq li, kif stipulat fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tal-grafita, li joriġinaw mill-Indja għandhom jinżammu. Ta’ min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem .

    126. Ir-rati tad-dazju kompensatorji tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenefika minn dawn ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju applikabbli għall-"kumpaniji l-oħra kollha".

    127. Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju kompensatorji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem ta’ entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni[12] minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat b’mod xieraq billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    128. Qed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/ċm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta’ 6,0 µ.(.m jew anqas, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545 11 00 10) u żnienen użati għat-tali elettrodi, li jaqgħu fil-preżent taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545 90 90 10) kemm jekk huma importati flimkien jew joriġinaw separatament mill-Indja.

    129. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Kumpanija | Dazju Definittiv (%) | Kodiċi TARIC Addizzjonali |

    Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta – 700016, West Bengal | 6,3 | A530 |

    HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida – 201301, Uttar Pradesh | 7,0 | A531 |

    Il-kumpaniji l-oħra kollha | 7,2 | A999 |

    130. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

    [2] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    [3] ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.

    [4] ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10.

    [5] ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24.

    [6] ĠU C 34, 11.2.2009, p. 11.

    [7] ĠU C 224, 17.9.2009, p. 24.

    [8] ĠU C 224, 17.9.2009, p. 20.

    [9] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    [10] Ara l-premessa (132) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 35).

    [11] Ara l-premessa (150) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1008/2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 35) u l-premessa (30) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).

    [12] European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.

    Top