Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0508

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur

/* COM/2010/0508 final - COD 2010/0261 */

52010PC0508

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur /* COM/2010/0508 final - COD 2010/0261 */


[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 27.9.2010

KUMM(2010) 508 finali

2010/0261 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur

(Kodifikazzjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis-simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall-adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l- exhaust tal-vetturi bil-mutur[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari , fi 22 lingwa uffiċjali, tad-Direttiva 70/157/KEE u tal-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher f’tabella li tinsab fl-Anness V tad-Direttiva kkodifikata.

ê 70/157/KEE (adattat)

2010/0261 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur

(Kodifikazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 114 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

1. Id-Direttiva 70/157/KEE tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur[6] ġiet emendata kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 2007/34/KE premessa 1 (adattat)

2. Id-Direttiva 70/157/KEE hija waħda mid-Direttivi separati Ö tas-sistema Õ tal-approvazzjoni tat-tip Ö KE prevista Õ fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”)[8] Ö u tistabbilixxi preskrizzjonijet tekniċi li jikkonċernaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur. Dawk il-preskrizzjonijet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2007/46/KE għal kull tip ta' vettura. Għalhekk, Õ id-dispożizzjonijiet Ö stabbiliti mid- Õ Direttiva 2007/46/KE dwar sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi japplikaw Ö għal din Õ id-Direttiva.

ê 2007/34/KE premessa 4 (adattat)

3. Ö Huwa mixtieq li Õ jittieħdu inkunsiderazzjoni Ö r-rekwiżiti tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti Õ (UN/ECE) Ö fir-regolamenti korrispondenti tagħha annessi mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut tal-1958)[9] Õ .

4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,

ê 70/157/KEE

è1 96/20/KE Art. 1(1) l-ewwel inċiż

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bi jew mingħajr il-qafas, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u li tkun kapaċi tilħaq veloċità li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq è1 linji u tratturi agrikoli u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli ç.

ê 99/101/KE (adattat)

Artikolu 2

1. Ö Jekk vetturi jew sistemi tal-exhaust jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, Õ l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew is-sistema tal-exhaust:

(a) jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ sistema tal-exhaust; Ö jew Õ

(b) Ö jirrifjutaw Õ ir-reġistrazzjoni Ö jew jipprojbixxu Õ l-bejgħ, id-dħul fis-servizz Ö jew l-użu Õ ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew dħul fis-servizz ta’ sistemi tal-exhaust.

2. Ö Jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti Õ , Ö għal tip ta’ vettura u għal tip ta’ sistema tal-exhaust, Õ l-Istati Membri:

(a) m’għandhomx jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE; Ö u Õ

(b) għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

3. Minkejja l-paragrafu 2, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE u jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ sistemi tal-exhaust skont il-verżjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE Ö preċedenti għall-verżjoni li tirriżulta mill-emendi introdotti permezz tad-Direttiva 1999/101/KE Õ , basta li tali sistemi tal-exhaust:

(a) huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi diġà fl-użu; Ö u Õ

(b) jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.

ê 81/334/KEE Art. 1(1) (adattat)

è1 96/20/KE Art. 1(1) it-tieni inċiż

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell permissibli tal-ħoss Ö jew Õ is-sistema tal-exhaust, jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE jew nazzjonali fir-rigward ta’ komponent ta’ sistema Ö tal-exhaust Õ meqjus bħala unità teknika separata:

(a) jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I rigward il-livell tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust;

(b) jekk il-komponent Ö ta’ sistema tal-exhaust Õ , ikkunsidrat bħala unità teknika separata skont it-tifsira tal- è1 Artikolu 3(25) ç tad-Direttiva 2007/46/KE, tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II Ö ta’ din id-Direttiva Õ .

ê 81/334/KEE Art. 1(2) (adattat)

è1 96/20/KE Art. 1(1) it-tieni inċiż

Artikolu 4

1. L-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell permissibli tal-ħoss Ö jew Õ is-sistema tal-exhaust, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ xi komponent Ö ta’ sistema tal-exhaust Õ ikkunsidrat bħala unità teknika separata skont it-tifsira tal- è1 Artikolu 3(25) ç tad-Direttiva 2007/46/KE jekk, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 Ö ta’ din id-Direttiva Õ , ikun ta’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat l-approvazzjoni tat-tip.

ê 92/97/KEE (adattat)

2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ dawk il-vetturi bil-mutur li l-livell tal-ħoss Ö jew Õ is-sistema tal-exhaust tagħhom ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

ê 70/157/KEE (adattat)

è1 96/20/KE Art. 1(1) it-tielet inċiż

è2 81/334/KEE Art. 1(3)

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa Ö biex jiġu adattati Õ r-rekwiżiti tal- è1 Annessi I, II u III ç biex jittieħed kont tal-progress tekniku, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti è2 fil-punti 2.1 u 2.2 ta’ l-Anness I ç, għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu Ö 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE Õ .

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom Ö jikkomunikaw lill-Kummissjoni Õ t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva .

ê

Artikolu 7

Id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness IV, Parti A hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

ê 70/157/KEE

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ê 96/20/KE Art. 1(2) u Anness (adattat)

Lista tal-Annessi

ANNESS I: | Ö Dispożizzjonijiet għall- Õ approvazzjoni tat-tip KE rigward Ö il- Õ livell Ö tal- Õ ħoss ta’ tip ta’ vettura bil-mutur: Appendiċi 1: Ö Dokument ta’ informazzjoni Õ Appendiċi 2: Ö Mudell Õ ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Ö Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Õ |

ANNESS II: | Ö Dispożizzjonijiet amministrattivi għall- Õ approvazzjoni tat-tip KE ta’ sistemi tal-exhaust bħala unitajiet tekniċi separati Ö (sistemi tal-exhaust ta’ sostituzzjoni) Õ Appendiċi 1: Ö Dokument ta’ informazzjoni Õ Appendiċi 2: Ö Mudell Õ ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Ö Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Õ Appendiċi 3: Mudell Ö tal- Õ marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE |

ANNESS III: | Ö Rekwiżiti tekniċi Õ |

ANNESS IV: | Ö Parti A, Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha / Parti B, Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni Õ |

Ö ANNESS V: Õ | Ö Tabella ta’ Korrelazzjoni Õ |

_____________

ê 2007/34/KE Art. 1(1)(a) u Anness I

ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mal-livell tal-ħoss tagħha għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.

1.2. L-Appendiċi 1 tinkludi mudell tad-dokument ta’ informazzjoni.

1.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-manifattur tal-vettura.

1.4. Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom jiġu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema tal-exhaust u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima valorizzata bħal dik installata fil-vettura li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip.

2. LIVELL TAL-ĦOSS TA’ VETTURI MIEXJA

2.1. Valuri limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III m’għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Kategoriji tal-vettura | Valuri espressi f’dB(A) (decibels(A)) |

2.1.1. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u li jinkludu mhux aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq | 74 |

2.1.2. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; u li għandhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati u: |

2.1.2.1. b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 150 kW | 78 |

2.1.2.2. b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW | 80 |

2.1.3. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija: |

2.1.3.1. b’massa massima permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati | 76 |

2.1.3.2. b’massa massima permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda mhux aktar minn 3,5 tunnellati | 77 |

2.1.4. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati: |

2.1.4.1. b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 75 kW | 77 |

2.1.4.2. b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW | 78 |

2.1.4.3 b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW | 80 |

Madankollu

- għal vetturi tal-kategoriji 2.1.1 u 2.1.3, il-valuri limitu jiżdiedu b’1 dB(A) jekk ikunu mgħammrin b’magna diesel b’injezzjoni diretta,

- għal vetturi b’massa massima permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati maħsuba għall-użu off-road, il-valuri limitu jiżdiedu b’1 dB(A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija anqas minn 150 kW u 2 dB(A) jekk il-qawwa tal-magna hija 150kW jew aktar,

- għal vetturi fil-kategorija 2.1.1, mgħammrin b’gear box operata manwalment li għandha aktar minn erba’ gerijiet ’il quddiem u b’magna li tiżviluppa qawwa massima li taqbeż il-140 kW/t, u li r-relattività tal-qawwa massima/il-massa massima tagħha taqbeż il-75 kW/t, il-valuri limitu jiżdiedu b’1 dB(A) jekk il-veloċità li fiha l-wara tal-vettura jgħaddi mill-linja BB’ fit-tielet gear tkun akbar minn 61 km/siegħa.

2.2. Interpretazzjoni tar-riżultati

2.2.1. Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl huwa ddeterminat billi jitnaqqas 1 dB(A) mill-qari tal-arloġġ.

2.2.2. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma tkunx teċċedi 2 dB(A).

2.2.3. L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat jeċċedi l-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija ta’ vettura eżaminata b’1 dB(A), għandhom isiru żewġ kejliet oħra fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta mill-erba’ kejliet miksuba b’dan il-mod f’dik il-pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom ikunu fi ħdan il-limiti preskritti.

3. IMMARKAR

3.1. Il-komponenti tas-sistema tal-exhaust u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

3.1.1. it-trade mark jew l-isem tal-fabbrikant tas-sistemi u tal-komponenti tagħhom;

3.1.2. id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

3.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, anke meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

4. GĦOT I TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

4.1. Jekk ir-rekwiżiti relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 9(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE, għandha tingħata.

4.2. L-Appendiċi 2 tinkludi mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip.

4.3. Numru tal-approvazzjoni skont l-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ vettura approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

5. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 sa 16 u 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

6.2. Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1. It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE huma dawk stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament Nru 51 tal-UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2. Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE hija normalment darba kull sentejn.

_____________

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni Nru […] skont l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/46/KE [10] li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust (id-Direttiva [.../.../...])

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenuti. Kull illustrazzjoni għandha tingħata fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0. Ġenerali

0.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (b):

0.3.1. Il-post fejn jinsab dak l-immarkar:

0.4. Il-kategorija ta’ vettura (ċ):

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8. L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

1. Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

1.1. Ir-ritratti u/jew l-illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

1.3.3. Il-fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni):

1.6. Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna:

2. Il-massa u d-dimensjonijiet (e) (f’kg u mm) (Irreferi għall-illustrazzjoni fejn applikabli)

2.4. Il-firxa tad-dimensjonijiet tal-vettura (b’mod globali)

2.4.1. Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.1. It-tul (j):

2.4.1.2. Il-wisa’ (k):

2.4.2. Għax-chassis bil-karozzerija

2.4.2.1. It-tul (j):

2.4.2.2. Il-wisa’ (k):

2.6. Il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’qagħda ta’ tħaddim, jew il-massa tax-chassis bil-kabina jekk il-fabbrikant ma jinstallax il-karozzerija (b’tagħmir standard, inkluż il-coolant, iż-żjut, il-karburant, l-għodda, ir-rota awżiljari u s-sewwieq) (o) (massimu u minimu):

3. Il-mutur ta’ propulsjoni (q)

3.1. Il-manifattur:

3.1.1. Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: (Kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni)

3.2. Il-magna b’kombustjoni interna

3.2.1.1. Il-prinċipju ta’ tħaddim: positive ignition/compression ignition, four stroke/two stroke[11]

3.2.1.2. In-numru u t-tqassim taċ-ċilindri:

3.2.1.2.3. Il-firing order:

3.2.1.3. Il-kapaċità tal-magna (s): ... ċm3

3.2.1.8. Il-qawwa massima netta (t): ... kW ... min–1 (valur iddikjarat tal-manifattur)

3.2.4. Alimentazzjoni tal-karburant:

3.2.4.1. Bil-karburatur(i): iva/le[12]

3.2.4.1.2. It-tip(i):

3.2.4.1.3. In-numru installat:

3.2.4.2. B’injezzjoni tal-karburant (compression ignition biss): iva/le[13]

3.2.4.2.2. Il-prinċipju tal-operat: Injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl chamber[14]

3.2.4.2.4. Il-governor

3.2.4.2.4.1. It-tip:

3.2.4.2.4.2.1. Il-limitu massimu għal kemm tiflaħ magna fl-aqwa tagħha: ... min–1

3.2.4.3. B’injezzjoni tal-karburant (positive ignition biss): iva/le[15]

3.2.4.3.1. Il-prinċipju tal-operat: Il-manifold tal-intake (single-/multi-point[16])/direct injection/oħrajn (speċifika)[17]

3.2.8. Sistema tal-intake

3.2.8.4.2. Il-filtru tal-arja, illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.2.1. L-għamla(għamliet):

3.2.8.4.2.2. It-tip(i):

3.2.8.4.3. Is-sajlenser tal-intake, illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.3.1. Għamla(għamliet):

3.2.8.4.3.2. It-tip(i):

3.2.9. Is-sistema tal-exhaust:

3.2.9.2. Id-deskrizzjoni u/jew l-illustrazzjoni tas-sistema tal-exhaust:

3.2.9.4. Is-sajlenser(s) tal-exhaust:

Għas-sajlenser ta’ quddiem, tan-nofs, ta’ wara: binja, tip, immarkar, fejn rilevanti għal storbju estern: miżuri ta’ tnaqqis fil-kompartament tal-magna u fuq il-magna:

3.2.9.5. Fejn tinsab il-bokka tal-exhaust:

3.2.9.6. Is-sajlenser ta’ l-exhaust li jkun fih materjali fibrużi:

3.2.12.2.1. Catalytic converter: iva/le[18]

3.2.12.2.1.1. In-numru ta’ catalytic convertors u elementi:.

3.3. Il-mutur tal-elettriku

3.3.1. It-tip (winding, excitation):

3.3.1.1. Ammont massimu prodott fis-siegħa: ... kW

3.3.1.2. Il-vultaġġ li jopera bih: ... V

3.4. Magni oħra jew muturi jew taħlita tagħhom (dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-parts ta’ magni jew muturi tali):

4. It-tra żmissjoni (v)

4.2. It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.)

4.6. Ir-ratios tal-ger

Ger | Ratios internital-gerboks (ratios tal-magna mar-revoluzzjonijiet tax-xaft tal-produzzjoni tal-gerboks) | Drive ratio aħħari (ratio bejn ix-xaft mill-gerboks u d-dawrien tar-roti motorizzati) | Total tar-ratios tal-ger |

Massimu għat-TKV[19] 1 2 3 … Minimu għat-TKV[20] Rivers |

4.7. Veloċità massima tal-vettura (u l-ger li fih tinkiseb) (f’km/siegħa) (w):

6. Sospensjoni

6.6. It-tajers u r-roti

6.6.2. Limiti superjuri u inferjuri tar-raġġi tal-irroljar

6.6.2.1. Fus 1:

6.6.2.2. Fus 2:

6.6.2.3. Fus 3:

6.6.2.4. Fus 4:

eċċ.

9. Karozzerija (mhux applikabbli għal vetturi tal-kategorija M 1 )

9.1. It-tip ta’ karozzerija:

9.2. Materjali użati u metodi tal-binja

12. Mixxellanji

12.5. Dettalji ta’ kwalunkwe tagħmir mhux tal-magna mfassal sabiex inaqqas l-istorbju (jekk mhux kopert minn punti oħra):

Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ vetturi off-road

1.3. In-numru tal-fusijiet u tar-roti:

2.4.1. Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.4.1. Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.1.5.1. Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.1.6. Għoli mill-art (kif definit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE)

2.4.1.6.1. Bejn il-fusijiet:

2.4.1.6.2. Taħt il-fus(ijiet) ta’ quddiem:

2.4.1.6.3. Taħt il-fus(ijiet) ta’ wara:

2.4.1.7. Angolu tar-rampa (nċ): … gradi

2.4.2. Għax-chassis bil-karozzerija

2.4.2.4.1. Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.2.5.1. Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.2.6. Għoli mill-art (kif definit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE)

2.4.2.6.1. Bejn il-fusijiet:

2.4.2.6.2. Taħt il-fus(ijiet) ta’ quddiem:

2.4.2.6.3. Taħt il-fus(ijiet) ta’ wara:

2.4.2.7. Angolu tar-rampa (nċ): … gradi

2.15. Kapaċità ta’ aċċelerazzjoni minn wieqaf f’telgħa (vettura waħedha): … fil-mija

4.9. Lokk tad-differential: iva/le/possibbli[21]

Data, Inkartament

_____________

Appendiċi 2

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Timbru tal-amministrazzjoni |

Komunikazzjoni li tikkonċerna

5. l-approvazzjoni tat-tip[22]

6. l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip[23]

7. ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip[24]

8. l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip[25]

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata[26] fir-rigward tad-Direttiva […/…/KEE], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva […/…/KE].

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. L-GħAMLA (ISEM KUMMERċJALI TAL-MANIFATTUR):

0.2. Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3. Il-mezzta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata[27] [28]

0.3.1. Il-post fejn jinsab dak l-immarkar:

0.4. Kategorija ta’ vettura[29]:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, post u metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni KE:

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) fejn isir l-immuntar

TAQSIMA II

1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI ( fejn applikabbli): Ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6. Il-Post:

7. Id-Data:

8. Il-Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

_____________

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Nru […]

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva [.../.../...]

1. Informazzjoni addizzjonali:

1.1. Jekk meħtieġa, lista ta’ vetturi koperti mill-punt 3.1.2.3.2.3. tal-Anness III tar-Regolament Nru 51 tal-UN/ECE:

1.2. Il-magna:

1.2.1. Il-manifattur:

1.2.2. It-tip:

1.2.3. Il-mudell:

1.2.4. Qawwa massima valorizzata … kW fi … min–1

1.3. It-trażmissjoni: gerboks mhux awtomatika/awtomatika[30]

1.3.1. In-numru ta’ gerijiet:

1.4. Tagħmir

1.4.1 Sajlenser tal-exhaust:

1.4.1.1. Il-manifattur:

1.4.1.2. Il-mudell:

1.4.1.3. It-tip: … skont l-illustrazzjoni Nru: ...

1.4.2. Sajlenser tal-intake

1.4.2.1. Il-manifattur:

1.4.2.2. Il-mudell:

1.4.2.3. It-tip: … skont l-illustrazzjoni Nru: ...

1.5. Id-daqs tat-tajer:

1.5.1. Id-deskrizzjoni tat-tip tat-tajer użat għall-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip:

1.6. Kejl

1.6.1. Il-livell tal-ħoss tal-vettura miexja:

Riżultati tal-kejl |

In-naħa tax-xellug dB(A)[31] | In-naħa tal-lemin dB(A)[32] | Pożizzjoni tal-gerlijver |

l-ewwel kejl |

it-tieni kejl |

it-tielet kejl |

ir-raba’ kejl |

Riżultati tat-test: … dB(A)/E[33] |

1.6.2. Il-livell tal-ħoss tal-vettura wieqfa:

Riżultati tal-kejl |

dB(A) | Il-magna: |

l-ewwel kejl |

it-tieni kejl |

it-tielet kejl |

Riżultati tat-test: … dB(A)/E[34] |

1.6.3. Il-livell tal-ħoss tal-istorbju tal-arja kkumpressata:

Riżultati tal-kejl |

In-naħa tax-xellug dB(A)[35] | In-naħa tal-lemin dB(A)[36] |

l-ewwel kejl |

it-tieni kejl |

it-tielet kejl |

ir-raba’ kejl |

Riżultati tat-test: … dB(A) |

5. Rimarki:

_____________

ê 2007/34/KE Art. 1(1)(b) u Anness II (adattat)

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA’ SISTEMI TA’ L-EXHAUST BĦALA UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI (SISTEMI TAL-EXHAUST TA’ SOSTITUZZJONI)

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta’ sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tal-unità teknika separata kkonċernata.

1.2. L-Appendiċi 1 tinkludi mudell tad-dokument ta’ informazzjoni.

1.3. Fuq talba tas-servizz tekniku kkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:

1.3.1. żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE,

1.3.2. sistema tal-exhaust tat-tip oriġinarjament installat fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE,

1.3.3. vettura rappreżentattiva tat-tip li fuqha se tiġi installata s-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti tal- punt 4.1 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 51 tal-UN/ECE kif imsemmi fl-Annex III ta’ din id-Direttiva.

1.3.4. magna separata li tikkorrispondi għat-tip ta’ vettura deskritta hawn fuq.

2. IMMARKAR

2.4.1. Is-sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni jew il-komponenti tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

2.4.1.1. it-trade mark jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema ta’ sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha,

2.4.1.2. id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur,

2.4.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, anke meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

3. L-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

3.1. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 9(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.2. L-Appendiċi 2 tinkludi mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3. Numru tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva li temenda li kienet applikabbli fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni jew komponent tagħha.

4. MARKA TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

4.1. Kull sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni jew komponent tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollha marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira ‘e’ u warajha n-numru distintiv tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

‘1’ għall-Ġermanja

‘2’ għal Franza

‘3’ għall-Italja

‘4’ għall-Olanda

‘5’ għall-Iżvezja

‘6’ għall-Belġju

‘7’ għall-Ungerija

‘8’ għar-Repubblika Ċeka

‘9’ għal Spanja

‘11’ għar-Renju Unit

‘12’ għall-Awstrija

‘13’ għal-Lussemburgu

‘17’ għall-Finlandja

‘18’ għad-Danimarka

‘19’ għar-Rumanija

‘20’ għall-Polonja

‘21’ għall-Portugall

‘23’ għall-Greċja

‘24’ għall-Irlanda

‘26’ għas-Slovenja

‘27’ għas-Slovakkja

‘29’ għall-Estonja

‘32’ għal-Latvja

‘34’ għall-Bulgarija

‘36’ għal-Litwanja

‘49’ għal Ċipru

‘50’ għal Malta

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu ‘in-numru bażiku tal-approvazzjoni’ li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar reċenti għad-Direttiva 70/157/KEE li kienet applikkabli fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għad-Direttiva 70/157/KEE, in-numru ta’ sekwenza huwa 00; għad-Direttiva 77/212/KEE, in-numru ta’ sekwenza huwa 01; għad-Direttiva 84/424/KEE, in-numru ta’ sekwenza huwa 02; għad-Direttiva 92/97/KEE u għad-Direttiva Ö 2007/34/KE Õ, in-numru ta’ sekwenza huwa 03. In-numru ta’ sekwenza 03 jirrifletti wkoll ir-rekwiżiti tekniċi tas-serje 00 ta’ emendi għar-Regolament Nru 59 tal-UN/ECE.

4.3. Il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar anke meta s-sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni jew komponent tagħha tkun installata fil-vettura.

4.4. Eżempju tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE jidher fl-Appendiċi 3.

5. MODIFIKA TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13 sa 16 u 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

6.2. Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1. It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE huma dawk preskritti fl-Anness 5 tar-Regolament Nru 59 tal-UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2. Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil- punt 3 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE normalment hija darba kull sentejn.

_____________

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni Nru […] li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip KE bħala unità teknika separata ta’ sistemi tal-exhaust għal vetturi bil-mutur (id-Direttiva [.../.../...])

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenuti. Kull illustrazzjoni għandha tingħata fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0. Ġenerali

0.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni KE:

0.8. Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

1. Deskrizzjoni tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir (jekk it-tagħmir huwa maħsub li jiġi installat fuq aktar minn tip wieħed ta’ vettura, l-informazzjoni mitluba taħt dan il-punt għandha tingħata għal kull tip ikkonċernat)

1.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2. Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

1.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq it-trattur:

1.4. Kategorija ta’ vettura:

1.5. Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE fir-rigward tal-livell tal-ħoss:

1.6. L-informazzjoni kollha msemmija fil-punti 1.1. sa 1.5. taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip li jikkonċerna l-vettura (l-Anness I, l-Appendiċi 2 ta’ din id-Direttiva):

2. Deskrizzjoni tat-tagħmir

2.1. Deskrizzjoni tas-sistema tal-exhaust ta’ sostituzzjoni li tindika l-pożizzjoni relattiva ta’ kull komponent tas-sistema, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar:

2.2. Illustrazzjonijiet dettaljati ta’ kull komponent, b’mod li jkunu jistgħu jinstabu u jiġu identifikati b’mod faċli, u referenza għall-materjali użati. Dawn l-illustrazzjonijiet għandhom jindikaw il-post li jkun hemm ipprovdut għat-twaħħil obbligatorju tal-approvazzjoni tat-tip KE:

Data, Inkartament

_____________

Appendiċi 2

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Timbru tal-amministrazzjoni |

Komunikazzjoni li tikkonċerna

9. l-approvazzjoni ta’ tip[37]

10. l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip[38]

11. ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip[39]

12. l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip[40]

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata[41] fir-rigward tad-Direttiva […/…/KEE], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva […/…/KE].

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. L-GħAMLA (ISEM KUMMERċJALI TAL-MANIFATTUR):

0.2. Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata[42] [43]:

0.3.1. Il-post fejn tinsab il-marka:

0.4. Kategorija ta’ vettura[44]:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni KE:

0.8. Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

TAQSIMA II

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6. Il-Post:

7. Id-Data:

8. Il-Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

_____________

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Nru […]

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-unità teknika separata ta’ sistemi tal-exhaust għall-vetturi bil-mutur fir-rigward tad-Direttiva [.../.../...]

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Kompożizzjoni tal-unità teknika separata:

1.2. Trade mark jew isem kummerċjali tat-tip(i) ta’ vettura bil-mutur li magħha għandu jiġi installat is-sajlenser[45]

1.3. Tip(i) ta’ vettura u n-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip tagħha/tagħhom:

1.4. Il-magna:

1.4.1. It-tip (positive ignition, dijżil):

1.4.2. Iċ-ċikli: two-stroke, four-stroke:

1.4.3. Kapaċità ċilindrika totali:

1.4.4. Qawwa massima valorizzata tal-magna … kW fi … min–1

1.5. Numru ta’ ratios tal-ger:

1.6. Ratios tal-ger użati:

1.7. Ratio(s) tal-fusijiet motorizzat(i):

1.8. Valuri tal-livell tal-ħoss:

vettura miexja: … dB(A), veloċità stabbilizzata qabel aċċelerazzjoni bil-… km/siegħa;

vettura wieqfa: ... dB(A), bil-… min–1

1.9. Valur tal-pressjoni ta’ wara:

1.10. Kwalunkwe restrizzjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ użu u ta’ mmuntar:

2. Rimarki:

_____________

Appendiċi 3

Mudell tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE

[pic]

Is-sistema tal-exhaust jew komponent tagħha li jkollu l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif tidher hawn fuq huwa tagħmir li ġie approvat fi Spanja (e 9) skont id-Direttiva 92/97/KEE (03) bin-numru tal-approvazzjoni bażiku 0148.

Iċ-ċifri użati huma biss indikattivi.

_____________

ê 2007/34/KE Art. 1(1)(c) u Anness III (adattat)

ANNESS III

Ö REKWIŻITI TEKNIĊI Õ

1. Ir-rekwiżiti tekniċi huma dawk stipulati fil-:

(a) punti 2, 6.1, 6.2.1 u 6.3 tar-Regolament Nru 51 tal-UN/ECE[46] u l-Annessi 3 sa 10 tiegħu;

(b) punti 2 u 6 tar-Regolament Nru 59 tal-UN/ECE[47] u l-Annessi 3 sa 5 tiegħu.

2. Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1, għandu japplika dan li ġej:

(a) ‘Vettura bla tagħbija’ tfisser vettura li l-massa tagħha hija deskritta fil-punt 2.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 1 ta’ din id-Direttiva, mingħajr sewwieq;

(b) ‘Formola ta’ komunikazzjoni’ għandha tinftiehem bħala ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Appendiċi 2 tal-Annessi I u II;

(c) ‘Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi’ għandha tinftiehem bħala Stati Membri;

(d) referenzi għar-Regolament Nru 51 u r-Regolament Nru 59 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva [.../.../...];

(e) in-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 fil-punt 2.2.6 għandha tinftiehem kif ġej: ‘Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A tad-Direttiva 2007/46/KE’.

_____________

é

ANNESS IV

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) |

Punt X.3 ta’ l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni ta l-1972 (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14) |

Direttiva tal-Kummissjoni 73/350/KEE (ĠU L 321, 22.11.1973, p. 33) |

Direttiva tal-Kunsill 77/212/KEE (ĠU L 66, 12.3.1977, p. 33) |

Direttiva tal-Kummissjoni 81/334/KEE (ĠU L 131, 18.5.1981, p. 6) |

Direttiva tal-Kummissjoni 84/372/KEE (ĠU L 196, 26.7.1984, p. 47) |

Direttiva tal-Kunsill 84/424/KEE (ĠU L 238, 6.9.1984, p. 31) |

Punt IX.4 tal-Anness I tal-Att ta' Adeżjoni ta’ l-1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23) |

Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE (ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43) | Punt 1 tal-Anness biss |

Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE (ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43) | l-ewwel inċiż tal-Artikolu 1 u l-Anness I biss |

Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE (ĠU L 371, 19.12.1992, p. 1) |

Punt XI.C.I.2 ta’ l-Anness I ta’ l-Att ta' Adeżjoni tal-1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21) |

Direttiva tal-Kummissjoni 96/20/KE (ĠU L 92, 13.4.1996, p. 23) |

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/101/KE (ĠU L 334, 28.12.1999, p. 41) |

Punt 1.A.2 ta’ l-Anness II ta’ l-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 56) |

Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) | Punt A.2 tal-Anness biss |

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49) |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

70/157/KEE | 10 ta’ Awissu 1971 | - |

73/350/KEE | 28 ta’ Frar 1974(1) | - |

77/212/KEE | 1 ta’ April 1977(2) | - |

81/334/KEE | 1 ta’ Jannar 1982(3) | - |

84/372/KEE | 30 ta’ Settembru 1984(4) | - |

84/424/KEE | 31 ta’ Diċembru 1984(5) | - |

87/354/KEE | 31 ta’ Diċembru 1987 | - |

89/491/KEE | 1 ta’ Jannar 1990 | - |

92/97/KEE | 30 ta’ Ġunju 1993(6) | - |

96/20/KE | 30 ta’ Settembru 1996(7) | - |

1999/101/KE | 31 ta’ Marzu 2000(8) | 1 ta’ April 2000 |

2006/96/KE | 31 ta’ Diċembru 2006 | - |

2007/34/KE | 5 ta’ Lulju 2008 | 6 ta’ Lulju 2008 |

______________________

(1) F’konformità mal-Artikolu 2(1), (2) u (3) tad-Direttiva 73/350/KEE:

“1. B’effett mill-1 ta’ Marzu 1974 l-Istati Membri m’għandomx, għal raġunijiet li jirigwardjaw il-livell tal-ħoss permissibbli u s-sistema ta’ l- exhaust .

- jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew il-ħruġ tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), it-tieni inċiż, tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/156/KEE) jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kull tip ta’ vettura bil-mutur

- jew jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ exhaust ta’ din it-tip ta’ vettura jew vetturi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1974 l-Istati Membri:

- m’għandhomx jibqgħu joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 10(1), it-tieni inċiż, tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/156/KEE) għal tip ta’ vettura li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

- jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ vettura li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1975 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħhom ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 (70/157/KEE) kif l-aħħar emendata b’din id-Direttiva.”

(2) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/212/KEE:

“1. B’effett mill-1 ta’ April 1977, l-ebda Stat Membru ma’ għandu, għal raġunijiet li jirrigwardaw il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust :

- jiċħad l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew il-ħruġ tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), it-tielet inċiż, tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur,

- jew jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust ta’ dan it-tip ta’ vettura jew vetturi jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata bid-Direttiva preżenti.

2. B’effett mill-1 ta’ April 1980, l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar joħorġu d-dokument li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 10(1), tielet inċiż, tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ vettura li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata bid-Direttiva preżenti,

- jistgħu jiċħdu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata bid-Direttiva preżenti.

B’danakollu, għal vetturi fil-kategorija I.1.6 kif murija fit-tabella fl-Artikolu 1, id-data “1 ta’ April 1980” għandha tinbidel bid-data “1 ta’ April 1982”.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1982, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ vetturi li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħhom ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata bid-Direttiva preżenti.”

(3) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 81/334/KEE:

“1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1982, l-ebda Stat Membru ma jista’, fuq il-bażi li tirrigwardja l-livell permissibli tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust :

- jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE, jew li joħroġ id-dokument riferit fl-aħħar punt ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ vettura bil-mutur, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust ta’ dan it-tip ta’ vettura, jew il-vetturi ikkonċernati, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif l-aħħar emendata permezz ta’ din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar joħorġu d-dokument riferit fl-aħħar punt ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li fiha l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jiċħdu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward it-tip ta’ vettura li fiha l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li fihom il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva.”

(4) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 84/372/KEE:

“1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l- exhaust :

- jiċħdu, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bħal dawn,

jekk il-livell tal-ħoss u tas-sistema ta’ l- exhaust ta’ din it-tip ta’ vettura jew tal-vetturi kkonċernati, jkunu konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss jew is-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jiċħdu li joħorġu approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1986, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħhom ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.”

(5) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 84/424/KEE:

“1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1985, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust :

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tip tal-KEE, li joħorġu d-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE, jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust ta’ dan it-tip ta’ vettura jew ta’ dawn il-vetturi jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1988, l-Istati Membri:

- ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mal-ħtigiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mal-htiġijiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

B’dankollu, għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.3 kif definiti fl-Artikolu 1 li huma mgħammra b’magni tad- diesel u għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.4, “1 ta’ Ottubru 1988” huwa mibdul bi “1 ta’ Ottubru 1989”.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħhom ma jkunux konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

B’dankollu, għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.3 kif definiti fl-Artikolu 1 li huma mgħammra b’magni diesel u għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.4, “1 ta’Ottubru 1989” huwa mibdul bi “1-ta’ Ottubru 1990”.”

(6) (a) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/97/KEE:

“1. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1993, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l- exhaust :

- jiċħdu, fil-każ ta’ xi tip ta’ vettura bil-mutur, biex jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħorġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew biex jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

jew

- jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ ċerti vetturi,

jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust ta’ dan it-tip ta’ vettura jew dawn il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 t’Ottubru 1995, l-Istati Membri:

- ma jistgħux jibqgħu jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew li joħorġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura bil-mutur,

- għandu jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali filkaż ta’ xi tip ta’ vettura bil-mutur,

li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħha ma jkunux konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl Annessi tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 t’Ottubru 1996, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ dawk il-vetturi bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l- exhaust tagħhom ma jkunux konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.”

(6) (b) F’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/97/KEE:

“L-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għall-inċentivi tat-taxxa biss fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Dawk l-inċentivi għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u, b’żieda ma dan, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- għandhom japplikaw għall-vetturi bil-mutur kollha li huma fabbrikati nazzjonalment u l-vetturi impurtati kollha li jkunu offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ xi Stat Membru u li jissodisfaw, bil-quddiem, il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandu li jkun hemm konformità magħhom fl-1995,

- huma għandhom jiġu terminati b’effett mill-applikazzjoni obbligatorja tal-valuri tal-livell tal-ħoss stabbiliti fl-Artikolu 2(3) għall-vetturi bil-mutur ġodda,

- fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura bil-mutur, huma għandhom jirrappreżentaw ammont li huwa sostanzjalment anqas mill-ispiża addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi introdotti biex jassiguraw il-konformità mal-valuri stabbiliti u ta’ l-istallazzjoni tagħhom fuq il-vettura.

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fiż-żmien tajjeb bil-pjanijiet biex ikunu istitwiti jew mibdula l-inċentivi tat-taxxa msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-kunsens tagħha qabel ma dawk l-inċentivi jidħlu fis-seħħ u għandha, partikolarment, tieħu kont ta’ l-impatt ta’ dawk l-inċentivi fuq is-suq intern.”

(7) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/20/KE:

“1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1996 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew is-sistema ta’ l- exhaust :

- jirrifjutaw, fil-każ ta’ tip ta’ vettura, jew tip ta’ sistema ta’ l- exhaust , li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ sistemi ta’ l- exhaust ,

jekk il-vetturi jew is-sistemi ta’ l- exhaust ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri:

- m’għandhomx jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tip ta’ vettura għall-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-livell permissibbli tal-ħoss u għal tip ta’ sistema ta’ l-exhaust, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma’ jkunux sodisfatti.

3. Minkejja l-paragrafu 2, għall-iskopijiet tal-partijiet tat-tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni ta’ tip tal-KE, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz, ta’ sistemi ta’ l- exhaust skond verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 70/157/KEE, basta li dawn is-sistemi ta’ l- exhaust :

- li huma maħsuba biex jitwaħħlu f’vetturi li qegħdin jintużaw diġà, u

- li huma konformi mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu ġew irreġistrati għall-ewwel darba.”

(8) F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/101/KE:

“1. B’effett mill-1 ta’ April 2000, l-Istati Membri ma jistgħux, fuq għal-raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss jew tas-sistema ta’ l- exhaust :

- jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ sistema ta’ l- exhaust ,

jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew dħul fis-servizz ta’ sistemi ta’ l- exhaust ,

jekk il-vetturi jew is-sistemi ta’ l- exhaust jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2000, l-Istati Membri:

- m’għandomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

u

- għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal xi tip ta’ vettura u għal xi tip ta’ sistema ta’ l- exhaust , jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jiġux soddisfatti.

3. Minkejja l-paragrafu 2, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz, ta’ sistemi ta’ l- exhaust bi qbil mal-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 70/157/KEE, basta li dawn is-sistemi ta’ l- exhaust :

- huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi diġà fl-użu,

u

- jkunu konformi mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.”

_____________

ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 70/157/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

- | Artikolu 2 |

Artikolu 2, il-frażi introduttorja | Artikolu 3, il-frażi introduttorja |

Artikolu 2, l-ewwel inċiż | Artikolu 3, punt (a) |

Artikolu 2, it-tieni inċiż | Artikolu 3, punt (b) |

Artikolu 2a(1) | - |

Artikolu 2a(2) | Artikolu 4(1) |

- | Artikolu 4(2) |

Artikolu 3 | Artikolu 5 |

Artikolu 4(1) | - |

Artikolu 4(2) | Artikolu 6 |

- | Artikolu 7 |

- | Artikolu 8 |

Artikolu 5 | Artikolu 9 |

Annessi I, II u III | Annessi I, II u III |

- | Anness IV |

- | Anness V |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmula skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill –Kodifikazzjoni tal- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness IV, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16.

[7] Ara l-Anness IV, Parti A.

[8] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[9] Ippubblikat bħala Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

[10] In-numri tal-entrati u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE. L-entrati mhux rilevanti għall-għan ta' din id-Direttiva tħallew barra.

[11] Ħassar kif xieraq.

[12] Ħassar kif xieraq.

[13] Ħassar kif xieraq.

[14] Ħassar kif xieraq.

[15] Ħassar kif xieraq.

[16] Ħassar kif xieraq.

[17] Ħassar kif xieraq.

[18] Ħassar kif xieraq.

[19] Trażmissjoni Kontinwament Varjabbli.

[20] Trażmissjoni Kontinwament Varjabbli.

[21] Ħassar kif xieraq.

[22] Ħassar kif xieraq.

[23] Ħassar kif xieraq.

[24] Ħassar kif xieraq.

[25] Ħassar kif xieraq.

[26] Ħassar kif xieraq.

[27] Ħassar kif xieraq.

[28] Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: “?” (eż. ABC??123??).

[29] Kif definita fit-taqsima (A) tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

[30] Ħassar kif xieraq.

[31] Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB(A) skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.1 tal-Anness I.

[32] Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB(A) skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.1 tal-Anness I.

[33] “E” tindika li l-kejl ikkonċernat ittieħed skont din id-Direttiva.

[34] “E” tindika li l-kejl ikkonċernat ittieħed skont din id-Direttiva.

[35] Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB(A) skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.1 tal-Anness I.

[36] Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB(A) skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.1 tal-Anness I.

[37] Ħassar kif xieraq.

[38] Ħassar kif xieraq.

[39] Ħassar kif xieraq.

[40] Ħassar kif xieraq.

[41] Ħassar kif xieraq.

[42] Ħassar kif xieraq

[43] Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: “?” (eż. ABC??123??).

[44] Kif definita fit-taqsima (A) tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

[45] Jekk ikunu indikati bosta tipi, il-punti 1.3. sa 1.10 inklużi jridu jimtlew fir-rigward ta' kull tip.

[46] ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68.

[47] ĠU L 326, 24.11.2006, p. 43.

Top