Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0488

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011

    /* KUMM/2010/0488 finali - COD 2010/0255*/

    52010PC0488

    /* KUMM/2010/0488 finali - COD 2010/0255*/ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 23.9.2010

    KUMM(2010) 488 finali

    2010/0255 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Fl-4 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni għamlet proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi[1] Din il-proposta kellha l-għan li tieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[2] u ċerti miżuri tekniċi tranżizzjonali kif stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009[3] li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.

    Ir-Regolament tal-Kunsill propost ma ġiex adottat qabel id-data li fiha ma baqgħux japplikaw il-miżuri provduti fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u sabiex tinżamm konservazzjoni u ġestjoni korretta tar-riżorsi tal-baħar, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011[4] ġie adottat, u jipprovdi għall-kontinwazzjoni ta' miżuri tekniċi kontemporanji li kienu ġew inklużi fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għal perjodu tranżizzjonali ta' 18-il xahar.

    Fil-kuntest tar-rekwiżiti l-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona, fl-2010, il-Kummissjoni rtirat il-proposta tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi. Il-prinċipji bażiċi tal-miżuri tekniċi jistgħu jitqiesu permezz tar-regolament bażiku l-ġdid għar-riforma li għaddejja bħalissa tal-politika komuni tas-sajd, li għaliha hija prevista proposta li għandha tiġi ppreżentata matul it-tielet kwart tal-2011.

    Ir-Regolament (KE) Nru 1288/2009 se jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2011. Ladarba bħalissa ma hemmx att legali li jista' jipprovdi għal miżuri tekniċi permanenti, u sabiex iċ-ċertezza legali u l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ikunu żgurati, huwa xieraq li l-validità tar-regolament imsemmi hawn fuq tiġi mġedda għal 18-il-xahar ieħor, sal-1 ta' Jannar 2013.

    The proposal has no financial implications for the budget of the European Union. Il-proposta ma fiha l-ebda implikazzjoni finanzjarja għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

    2010/0255 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[5],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6]

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011[7] jipprovdi għall-kontinwazzjoni ta' miżuri tekniċi temporanji li qabel kienu ġew inklużi fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009, u b'hekk jippermettu li dawk il-miżuri jkomplu japplikaw saż-żmien tal-adozzjoni tal-miżuri permanenti abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2008 għal Regolament ġdid dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi[8].

    2. Fid-dawl tar-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) li għandha titwettaq dalwaqt, u minħabba li din ir-riforma hija rilevanti ħafna għall-kontenut u l-ambitu tal-miżuri tekniċi permanenti, huwa xieraq li l-adozzjoni ta' dawk il-miżuri tiġi posposta sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar Regolament ġdid dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd, li jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 sa mill-1 ta' Jannar 2013.

    3. Il-miżuri tekniċi li huma fis-seħħ bħalissa għandhom jibqgħu japplikaw sa dik id-data, sabiex tinżamm konservazzjoni u ġestjoni korretta tar-riżorsi tal-baħar.

    4. Konsegwentement, minħabba li l-miżuri tekniċi kontemporanji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1288/2009 ma jibqgħux japplikaw mill-1 ta' Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat sabiex il-validità tiegħu tiġġedded sal-1 ta' Jannar 2013,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu Uniku

    Ir-Regolament (KE) Nru 1288/2009 huwa emendat kif ġej:

    5. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-paragrafu 1 il-kliem "it-30 ta' Ġunju 2011" għandhom jinbidlu b' "l-1 ta' Jannar 2013".

    (b) Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i) is-subparagrafu (a) huwa emendat kif ġej:

    - fil-punt (i) il-kliem "il-punt 6.8, it-tieni paragrafu" għandhom jitħassru;

    - fil-punt (ii), il-kliem "mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011" għandhom jinbidlu bi "mill-1 ta' Jannar 2010 sal-1 ta' Jannar 2013";

    - fil-punt (iv), il-kliem “it-30 ta’ Ġunju 2011” għandhom jinbidlu b'"l-1 ta’ Jannar 2013".

    - fil-punt (v), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu rapport preliminari lill-Kummissjoni dwar l-ammont totali ta' qabdiet u rimi ta' bastimenti soġġetti għall-programm tal-osservaturi sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena li fiha jitwettaq il-programm. Ir-rapport finali tas-sena kalendarja kkonċernata għandu jiġi mibgħut sa mhux iktar tard mill-1 ta' Frar tas-sena kalendarja li tiġi wara.",

    - għandu jiżdied il-punt (vi) li ġej:

    "(vi) il-punt 6.8, it-tieni paragrafu, għandu jinbidel b'dan li ġej: "L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu r-riżultati tal-provi u tal-esperimenti sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena li fiha dawn ikunu twettqu";

    (ii) Fis-subparagrafu (e), il-kliem "kemm fis-sena 2010 kif ukoll f'dik tal-2011" għandhom jitħassru;

    (iii) fis-subparagrafu (h) is-sena "2010" għandha titħassar.

    6. Fl-Artikolu 2 il-kliem "it-30 ta' Ġunju 2011" għandhom jinbidlu b' "l-1 ta' Jannar 2013".

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President [pic][pic][pic]

    [1] COM(2008) 324 finali

    [2] ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

    [3] ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.

    [4] ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6.

    [5] , , p. .

    [6] , , p. .

    [7] ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6.

    [8] COM(2008) 324 finali

    Top