This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0446
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2010/011 NL/NXP Semiconductors from the Netherlands)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semikondutturi mill-Pajjiżi l-Baxxi)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semikondutturi mill-Pajjiżi l-Baxxi)
/* KUMM/2010/0446 finali */
/* KUMM/2010/0446 finali */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semikondutturi mill-Pajjiżi l-Baxxi)
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 31.8.2010 KUMM(2010) 446 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semikondutturi mill-Pajjiżi l-Baxxi) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-EGF huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2]. Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi bagħtu l-applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semikondutturi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF, wara li ngħataw is-sensji f’NXP Semiconductors Netherlands BV (minn hawn ’il quddiem ‘NXP’) fil-Pajjiżi l-Baxxi. Wara eżaminazzjoni bir-reqqa ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ġew sodisfatti. SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta ewlenija: Nru ta’ referenza tal-EGF EGF/2010/011 Stat Membru Il-Pajjiżi l-Baxxi Artikolu 2 (a) Intrapriża kkonċernata NXP Semiconductors Netherlands BV Fornituri u operaturi aktar ’l isfel fil-katina ta’ produzzjoni Xejn Perjodu ta’ referenza 1/10/2009 sal-31/1/2010 Data tal-bidu għas-servizzi personalizzati 1/10/2009 Data tal-applikazzjoni 26/3/2010 Sensji matul il-perjodu ta’ referenza 590 Sensji qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza 0 Ħaddiema li ngħataw is-sensja li se jingħataw l-appoġġ 512 Servizzi personalizzati: baġit f’EUR 2 672 395 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF[3]: baġit f’EUR 111 350 % tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF 4 % Baġit totali f’EUR 2 783 745 Kontribuzzjoni tal-EGF f’EUR (65 %) 1 809 434 1. L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fis-26 ta’ Marzu 2010 u kienet supplimentata minn tagħrif addizzjonali sat-3 ta’ Ġunju 2010. 2. L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet biex jitħaddem l-EGF kif stipulat fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u ġiet ippreżentata sal-iskadenza ta’ 10 ġimgħat kif stipulat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u t-tibdiliet strutturali fil-mudelli kummerċjali madwar id-dinja minħabba l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika 3. Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u t-tibdiliet strutturali fil-mudelli kummerċjali madwar id-dinja minħabba l-globalizzazzjoni, il-Pajjiżi Baxxi jargumentaw li s-suq għas-semikondutturi[4] huwa suq globali kompetittiv ħafna b’numru limitat ta’ parteċipanti kbar. L-akbar 20 manifatturi fl-2009 irrappreżentaw 63 % tas-suq globali[5]. Dan jimponi pressjoni kontinwa fuq il-manifatturi biex inaqqsu l-ispejjeż. Il-Pajjiżi l-Baxxi jirreferu għas-salarji ħafna iktar baxxi tal-manifatturi tas-semikondutturi fl-Asja. L-ispejjeż tas-salarji diretti fil-Pajjiżi l-Baxxi huma 54 % ogħla minn dawk fis-Singapor, per eżempju, u għall-ispejjeż tas-salarji indiretti d-differenza hija ta’ 47 %. Fuq il-bażi ta’ dejta dwar il-bejgħ annwali pprovduta mill-Korporazzjoni iSuppli, is-seħem fis-suq tal-Ewropa naqas minn 14,9 % fl-2005 għal 11,2 % fl-2009, filwaqt li għall-ikbar parteċipanti fl-Asja żied minn 39,7 % fl-2005 għal 43,3 % fl-2009. Ir-rata ta’ skambju EUR/USD ħoloq żvantaġġ komparattiv ieħor għall-manifatturi Ewropej, peress li l-ispejjeż jitħallsu b’EUR u l-prodotti jinbiegħu b’USD. 4. Il-Pajjiżi l-Baxxi jargumentaw ukoll li l-impatt tat-tibdiliet fil-kummerċ madwar id-dinja ġiet aggravat iktar permezz tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, peress li s-suq għas-semikondutturi huwa sensittiv ħafna għal tibdiliet fit-tkabbir ekonomiku. F’April 2009 id-dħul mill-bejgħ dinji għas-semikondutti naqas b’25,1 % kkumparat ma’ April 2008. Indikazzjoni tan-numru ta’ sensji u konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(a) 5. Il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jirrikjedi mill-inqas 500 sensja tul il-perjodu ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inkluż ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fornituri tagħha u mill-produtturi aktar ’l isfel fil-katina ta’ produzzjoni. 6. L-applikazzjoni tiddikjara 590 sensja f’intrapriża waħda – NXP – matul il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Jannar 2010. Minn dawn is-sensji, 473 ġew ikkalkolati skont l-ewwel inċiż u 117 skont it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta’ dawk is-sensji 7. L-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li, minkejja l-fatt li NXP matul is-snin riċenti għamlet sforzi sinifikanti biex tnaqqas l-ispejjeż tagħha tal-manifattura sabiex tibqa’ kompetittiva fuq is-suq globali, ma setax jiġi previst li l-manifatturi tas-semikondutturi fl-Asja kienu se jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom b’mod tant sinifikanti. It-tnaqqis fl-ispejjeż minn NXP ma kienx biżżejjed biex jikkumpensa l-vantaġġ komparattiv offrut minn salarji baxxi fl-Asja. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali tikkostitwixxi fattur addizzjonali li ma setax ikun previst. Identifikazzjoni tal-intrapriżi li qed jagħtu s-sensji u l-ħaddiema magħżula biex jingħataw l-għajnuna 8. L-applikazzjoni tiddikjara total ta’ 590 sensja f’intrapriża waħda NXP, li minnhom 512 intgħażlu biex jirċievu l-għajnuna. Il-ħaddiema li jifdal huma mistennija li jsibu impjieg fuq l-inizjattiva tagħhom mingħajr ma jeħtieġu assistenza mill-EGF, jew li jitilqu mis-suq tax-xogħol. 9. Ir-rendikont tal-ħaddiema li ntagħżlu għall-assistenza huwa kif ġej : Kategorija Għadd Perċentwali Irġiel 425 83 Nisa 87 17 Ċittadini tal-UE 486 95 Mhux ċittadini tal-UE 26 5 15 sa 24 sena 1 > 0 25 sa 54 sena 450 88 55 sa 64 sena 61 12 Hemm seba' ħaddiema (1,3 %) li għandhom problema tas-saħħa fit-tul jew diżabilità inkluż fil-kategoriji ta’ hawn fuq. 10. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ kategoriji professjonali, ir-rendikont huwa kif ġej : Kategorija Għadd Perċentwali Maniġer 10 2 Professjonist 20 4 Tekniċi 24 4 Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali 14 3 Ħaddiema involuti fil-qasam tas-servizzi u tal-bejgħ 4 1 Operaturi u muntaturi tal-impjanti u l-magni 440 86 11. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, il-Pajjiżi Baxxi kkonfermaw li ġiet applikata politika ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika, matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-EGF u, b’mod partikolari, għall-aċċess għalih. Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu 12. NXP hija allokata f’Nijmegen fil-provinċja ta’ Gelderland (NUTS II reġjun NL22) u f’Eindhoven fil-provinċja ta’ Noord Brabant (NUTS II reġjun NL41). It-territorju li huwa l-iktar ikkonċernat mis-sensji huwa Nijmegen u l-madwar tiegħu peress li ħafna mis-sensji seħħew fis-sit ta’ produzzjoni ta’ NXP f’Nijmegen. 13. L-awtorità responsabbli hija l-Ministeru Olandiż tal-Affarijiet Soċjali u tal-Impjiegi. NXP, permezz taċ-ċentru tal-mobilità tagħha msejjaħ ‘NXT Job’, hija delegata biex twettaq il-miżuri. Partijiet oħra interessati involuti huma l-muniċipalitajiet ta’ Nijmegen u Eindhoven, it-trejdjunjins FNV (‘Federale Nederlandse Vaksbeweging’) Bondgenoten, CNV (‘Christelijk Nationaal Vakverbond in Nederland’), Dienstenbond, De Unie u VHPP (‘Belangen Vereniging Hoger opgeleid Personeel’), l-uffiċċji f’Nijmegen u Eindhoven tal-organizzazzjoni pubblika responsabbli għall-ħlas tal-konċessjonijiet UVW (‘Uitvoeringsinstituut WerknemersVerzekeringen’) Werkbedrijf, iċ-ċentri tat-taħriġ reġjonali f’Nijmegen u Eindhoven, Hoge School Arnhem Nijmegen, Avans Hogescholen, Technical University Eindhoven, l-organizzazzjoni Tagħlim u l-Ħajja tax-Xogħol Nijmegen (‘Leren en Werken Nijmegen’). Impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 14. Mill-590 sensji, 526 seħħew f’Nijmegen u 76 f’Eindhoven. L-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li s-sensji f’Nijmegen se jkollhom impatt lokali sinifikanti peress li NXP hija l-ikbar entità industrijali li tħaddem f’din iż-żona. Hija pprovdiet xogħlijiet lil ammont kbir ta’ impjegati li għandhom ftit ħiliet, li ħadmu għal għexieren ta’ snin f’din l-intrapriża. In-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’intrapriżi simili fir-reġjun se jkun partikolarment problematiku għal ħaddiema b’esperjenza speċjalizzata ħafna fil-manifattura. Skont il-Pajjiżi l-Baxxi s-sitwazzjoni f’Eindhoven, fejn is-sensji prinċipalment jikkonċernaw l-attivitajiet R&D hija daqxejn differenti. L-impjegati tal-NXP li ngħataw is-sensja għandhom esperjenza, iżda dan huwa rilevanti biss f’segment limitat tas-suq, u intrapiżi R&D oħra fir-reġjun qed isofru minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja. 15. Bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-awtoritajiet Olandiżi jipprevedu li s-sitwazzjoni ekonomika fil-provinċji kollha fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 se tkun agħar meta kkumparata mas-snin ta’ qabel il-kriżi. Għalhekk, is-sensji fl-NXP għenu biss biex jaggravaw is-sitwazzjoni diġà eżistenti. Pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u rendikont tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà tal-pakkett mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 16. It-tipi ta’ miżuri li ġejjin huma proposti, li flimkien jiffurmaw pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati maħsub biex jerġa' jintegra lill-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Dawn il-miżuri se jiġu provduti permezz ta’ NXT Job, iċ-ċentru ta’ mobilità maħluq minn NXP. 17. Fażi tal-bidu u akkompanjament minn impjieg għal impjieg: Dan ikopri laqgħat kollettivi ta’ informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli, id-dħul u r-reġistrazzjoni tal-ħaddiema mkeċċija, il-ħatra ta’ konsulent ta’ assistenza individwali disponibbli matul ir-rijintegrazzjoni tagħhom, l-identifikazzjoni tal-iktar tipi ta’ miżuri adattati. Dan jinkludi wkoll akkompanjament minn impjieg għall-ieħor li huwa magħmul minn programmi magħmulin skont il-każ inkluż monitoraġġ, l-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni fil-qasam tal-karriera u l-vokazzjoni, taħriġ rigward l-applikazzjoni u l-provvista ta’ informazzjoni dwar postijiet tal-impjieg battala kif ukoll l-ikkuntattjar attiv ta' entitajiet ġodda li potenzjalment jibdew iħaddmu. 18. Taħriġ u taħriġ mill-ġdid: Dan ikopri taħriġ vokazzjonali. Il-meded ta’ taħriġ individwali huma bbażati fuq domanda tas-suq tax-xogħol u huma identifikati b’ko-operazzjoni mill-qrib bejn impjegati mkeċċija, organizzazzjonijiet ta’ imsieħba soċjali (organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-impjegati) kif ukoll partijiet interessati fir-reġjun ikkonċernat. 19. Rikonoxximent ta’ esperjenza preċedenti: Dan ikopri l-evalwazzjoni ta’ għarfien preċedenti u esperjenza ta’ kull ħaddiem individwali kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ oqsma fejn hu meħtieġ iktar taħriġ. 20. In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF, li hija nkluża fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta’ amministrazzjoni u kontroll kif ukoll tagħrif u pubbliċità. 21. Is-servizzi personalizzati ppreżentati mill-awtoritajiet Olandiżi huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Olandiżi jistmaw li l-ispiża totali ta' dawn is-servizzi hija ta’ EUR 2 672 395 u n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF hija ta’ EUR 111 350 (=4 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-EGF hija ta’ EUR 1 809 434 (65 % tal-ispejjeż totali). Azzjonijiet | Għadd stmat ta’ ħaddiema fil-mira | L-ispiża stmata għal kull ħaddiem fil-mira (f’EUR) | Spejjeż totali (l-EGF u kofinanzjament nazzjonali) (f’EUR) | Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) | Fażi tal-bidu u akkompanjament minn impjieg għal impjieg (startfase en begeleiding 'van werk naar werk) | 512 | 3 583 | 1 834 496 | Taħriġ (scholing) ( | 221 | 3 453 | 763 113 | Rikonoxximent ta’ esperjenza preċedenti (Erkenning van eerder Verworven Competenties – EVC) | 61 | 1 226 | 74 786 | Subtotal tas-servizzi personalizzati | 2 672 395 | Nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) | Amministrazzjoni | 27 837 | Tagħrif u pubbliċità | 27 837 | Attivitajiet ta’ kontroll | 55 675 | Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF | 111 350 * | Stima tal-ispejjeż kollha | 2 783 745 | Kontribuzzjoni tal-EGF (65 % tal-ispejjeż totali) | 1 809 434 | * It-total ma jaqbilx minħabba t-tqarrib. 22. Il-Pajjiżi Baxxi jikkonfermaw li l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplementari mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b’mod partikolari ma’ proġett speċifiku ta’ taħriġ tal-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza (ESF)[6] għal impjegati f’intrapriżi involuti fil-manifattura ta’ semikondutturi, li l-ħin tiegħu jaħbat parzjalment mal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-EGF. L-awtorità tal-amministrazzjoni tal-EGF, li hija wkoll l-awtorità tal-amministrazzjoni għall-ESF, poġġiet fis-seħħ il-proċeduri ta’ kontroll meħtieġa sabiex telimina kwalunkwe riskju ta’ finanzjament doppju. Data(Dati) meta nbdew jew huwa maħsub li jinbdew is-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati 23. Il-Pajjiżi l-Baxxi bdew is-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati inklużi fil-pakkett ikkoordinat propost għal kofinanzjament permezz tal-EGF, fl-1 ta’ Ottubru 2009. Din id-data għalhekk tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta’ eliġibilità għal kull għajnuna li tista’ tingħata mill-EGF. Il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali 24. L-imsieħba soċjali (FNV Bondgenoten, CNV Bedrijvenbond, De Unie en VHPP) kienu involuti fid-disinn u l-approvazzjoni tal-pakkett ta’ miżuri. Ir-responsabilità għaċ-ċentru ta’ mobilità hija ta’ min iħaddem, jiġifieri l-NXP. L-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins huma rappreżentati fi grupp ta’ tmexxija, li huwa responsabbli biex jissorvelja l-progress tal-miżuri, kif ukoll f’kumitat ta’ akkompanjament, li huwa responsabbli biex jissorvelja l-metodu ta’ ħidma tal-NXT Job u l-implimentazzjoni tal-pjan soċjali. 25. L-awtoritajiet Olandiżi kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik Komunitarja li tikkonċerna sensji kollettivi. Tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi 26. Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Olandiżi fl-applikazzjoni tagħhom: 27. ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF ma tiħux post il-miżuri li huma r-responsabilità ta’ kumpanniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi; 28. urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għal ħaddiema individwali u m’għandhomx jintużaw għar-ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji jew setturi; 29. ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji Komunitarji. Is-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll 30. Il-Pajjiżi Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji se jkunu ġestiti u kkontrollati mill-istess entitajiet li jamministraw u jikkontrollaw il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF) fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-Aġenzija għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjieg (‘Agentschap SZW’) għandha tkun l-entità intermedjarja għall-awtorità tal-amministrazzjoni. Barraminnhekk, peress li l-pakkett koordinat ta’ miżuri personalizzati għandu jitwettaq mill-NXP, ġie konkluż patt fil-5 ta’ Marzu 2010 bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u NXP li jistabbilixxi l-obbligi ta’ NXP fir-rigward tal-organizzazzjoni u n-natura verifikabbli tar-rekords amministrativi rilevanti. Finanzjament 31. Fuq il-bażi tal-applikazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-kontribuzzjoni proposta mill-EGF għall-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati hija ta’ EUR 1 809 434, li tirrappreżenta 65 % mill-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat mill-Pajjiżi l-Baxxi. 32. Fid-dawl tal-ammont massimu possibbli ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-ambitu tar-rijallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li timmobilizza l-EGF għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat taħt l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 33. L-ammont propost tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jħalli iktar minn 25 % tal-ammont massimu annwali allokat għall-EGF disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba’ xhur tas-sena, kif meħtieġ skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. 34. Bil-preżentazzjoni ta’ din il-proposta’ sabiex jiġi mmobilizzat l-EGF, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssimplifikata tat-trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jiġi użat l-EGF u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel fergħa, miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta ta’ mobilizzazzjoni, fil-livell politiku xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tissejjaħ laqgħa formali tat-trijalogu. 35. B’mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta talba ta’ trasferiment sabiex iddaħħal fil-baġit għall-2010 approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament speċifici, kif meħtieġ mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. Sors ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament 36. Fl-istat attwali tal-implimentazzjoni, huwa prevedibbli li l-appropjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2010 taħt il-linja baġitarja 01.0404 “Il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – il-Programm ta’ intraprenditorija u innovazzjoni” mhux se jkunu użati kompletament din is-sena. 37. Filfatt, din il-linja tkopri n-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju ta’ dan il-programm, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi. Jeżisti xi dewmien ta’ żmien bejn trasferimenti fil-kontijiet fiduċjarji ġestiti mill-Fond Ewropew għall-Investiment u ħruġ lill-benefiċjarji. Il-kriżi finanzjarja għandha effett maġġuri fuq il-previżjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħruġ ta' flus għall-2010. Bħala riżultat, sabiex jiġu evitati bilanċji eċċessivi fuq il-kontijiet fiduċjarji, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-approprjazzjonijiet tal-pagament ġiet riveduta, u ġie kkunsidrat l-ħruġ ta' flus mistenni. L-ammont ta’ EUR 1 809 434 jista’ għalhekk isir disponibbli biex jiġi trasferit. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semikondutturi mill-Pajjiżi l-Baxxi) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[7], u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[8], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[9], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiem li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali madwar id-dinja dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-rijintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) L-għan tal-EGF twessa għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) Il-Pajjiżi l-Baxxi bagħtu applikazzjoni biex jimmobilizzaw l-EGF, fir-rigward tal-għoti ta’ sensji fl-intrapriża NXP Semiconductors Netherlands BV fis-26 ta’ Marzu 2010 u ssupplimentawha b’tagħrif addizzjonali sat-3 ta’ Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 809 434. (5) L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni imressqa mill-Pajjiżi l-Baxxi. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) se jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 809 434 f’approprjazzjonijiet ta’ impenji u ta’ pagament. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU L 406 tat-30.12.2006, p. 1. [3] Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. [4] Semikonduttur huwa sustanza b’konduttività elettrika intermedjarja bejn dik ta’ iżolatur u konduttur. Huwa komponent bażiku ta’ diversi tipi ta’ elementi taċ-ċirkwit elettroniku użati fit-teknoloġija tal-komunikazzjonijiet, il-kontroll u s-sejbien u fil-kompjuters. [5] Fuq bażi tar-ranking stabbilit fuq bażi annwali mill-Korporazzjoni iSuppli. [6] 2009ESFN451 Stichting Opleidings- en ontwikkelingsfonds voor semiconductor productiebedrijven. [7] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [8] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [9] ĠU C […], […], p. […].