This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0339
Proposal for a Decision of the Council and the representatives of the Governments of the Member States of the European Union, meeting within the Council On the conclusion of the Common Aviation Area Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and Georgia, of the other part
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill Dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill Dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra
/* KUMM/2010/0339 finali - NLE 2010/0186 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill Dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra /* KUMM/2010/0339 finali - NLE 2010/0186 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 28.6.2010 KUMM(2010)339 finali 2010/0186 (NLE) Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill Dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Kuntest tal-proposta | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Georġja, minn naħa oħra, kien innegozjat b’mandat mogħti mill-Kunsill f’Ġunju tal-2009. Is-servizzi bl-ajru bejn l-UE u l-Ġeorġja attwalment joperaw abbażi ta’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri individwali u l-Ġeorġja. Hija parti mill-politika tal-UE tal-viċinat li tissostitwixxi din in-netwerk ta' ftehimiet bilaterali permezz tal-istabbiliment ta' Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tagħha. Il-Ftehim jimmira lejn: - il-ftuħ gradwali tas-suq f’termini ta’ aċċess għal rotot u l-kapaċità fuq bażi reċiproka; - in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-għoti ta’ opportunitajiet indaqs għall-operaturi ekonomiċi abbażi tal-prinċipji tat-Trattati tal-UE; - l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni tal-Ġeorġja mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet bħas-sikurezza, is-sigurtà u l-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru. Il-Ftehim jipprovdi għall-possibbiltà li l-Ġeorġja tidħol fil-ftehim multilaterali ewlieni tal-avjazzjoni mal-pajjiżi Ewropej, l-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA) iffirmat fl-2006. | Il-kuntest ġenerali Il-mandat għan-negozjati stabbilixxa l-għan li jkun stabbilit Spazju Komuni għall-Avjazzjoni (CAA) bejn l-UE u l-Ġeorġja. Dan ikun jestendi r-regoli u d-dispożizzjonijiet tas-suq uniku għat-trasport bl-ajru fl-UE fil-parti l-kbira għall-Ġeorġja li fih il-linji tal-ajru Ewropej u Ġeorġjani jkunu jistgħu jipprovdu servizzi bl-ajru mingħajr ebda restrizzjoni. Abbażi tad-direttivi tal-innegozjar tal-mandat, l-abbozz tal-Ftehim mal-Ġeorġja kien ingħata bidu miż-żewġ naħat fil-5 ta’ Marzu 2010. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-Ġeorġja. | Il-konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni Il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni mal-Ġeorġja kienet ta’ prijorità għall-UE u huwa element importanti fl-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif identifikata mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005) 79 finali "L-iżvilupp ta’ aġenda għall-politika esterna tal-avjazzjoni tal-Komunità" u l-Komunikazzjoni COM (2008) 596 finali "Żona tal-Avjazzjoni Komuni [Spazju Komuni għall-Avjazzjoni] mal-Pajjiżi Ġirien sal-2010 - rapport tal-progress". | 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta' dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni Matul il-proċess tan-negozjati, il-Kummissjoni ikkonsultat mal-partijiet interessati partikolarment permezz ta' laqgħat regolari tal-Kumitat Speċjali u tal-Forum Konsultattiv li kienu jiġbru fihom rappreżentanti tat-trasportaturi bl-ajru, l-ajruporti u l-unjins. | Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif tqiesu Il-kummenti kollha tal-partijiet interessati ġew meqjusa fit-tħejjija tal-pożizzjoni tan-negozjati tal-Unjoni. | Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi | Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. | Il-valutazzjoni tal-impatt Il-Ftehim jiżgura l-istabbiliment gradwali ta’ Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja. Rapport imħejji fl-2008 minn konsulenti għall-Kummissjoni, kien stima li Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja għandu jiġġenera 25,000 passiġġier aktar u sa 17-il miljun € f’benefiċċji għall-konsumaturi fl-ewwel sena effettiva tal-ftuħ tas-suq. Ir-rapport kien sar disponibbli għall-Istati Membri u l-partijiet interessati permezz tad-database CIRCA. Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li se jkun responsabbli għall-analiżi tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-effetti tiegħu. | 3. Elementi legali tal-proposta | L-azzjoni proposta fil-qosor Il-Ftehim jikkonsisti fil-korp ewlieni inklużi l-prinċipji ewlenin, u t-tliet annessi: L-Anness 1 dwar id-drittijiet tat-traffiku, l-Anness 2 dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u l-Anness 3 inkluża l-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni tal-UE li trid tiġi adottata mill-Ġeorġja. | Il-bażi legali L-Artikolu 207 (5), flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafi (2), (5), (6) u (7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. | Bl-istabbiliment ta’ Spazju Komuni għall-Avjazzjoni, il-Ftehim se jespandi l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-avjazzjoni għal Ġeorġja. B’mod partikolari, il-Ġeorġja se tadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE f’oqsma importanti bħas-sikurezza, is-sigurtà u l-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru. Il-Ftehim se jissostitwixxi l-arranġamenti eżistenti magħmula minn Stati Membri individwali. Fl-istess ħin il-Ftehim joħloq, għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni, kundizzjonijiet uniformi għall-aċċess għas-suq, u jistabbilixxi arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja fl-oqsma li huma essenzjali għal operazzjoni bla periklu, sigura, u effiċjenti tas-servizzi bl-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jintlaħqu biss fuq il-livell tal-Unjoni, minħabba li jinvolvu għadd ta' oqsma li huma tal-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. | Azzjoni mill-Unjoni tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin: | Il-Ftehim jippermetti l-estensjoni simultanja tat-termini tiegħu għas-27 Stat Membru, bl-applikazzjoni tal-istess regoli mingħajr diskriminazzjoni u ta’ benefiċċju għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Dawn it-trasportaturi issa jistgħu joperaw liberament minn kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea lejn kwalunkwe post ieħor fil-Ġeorġja, li bħalissa mhux il-każ. | It-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha għall-aċċess għas-suq bejn l-UE u l-Ġeorġja mhux biss ser tattira entitajiet ġodda biex jidħlu fis-suq u toħloq opportunitajiet biex joperaw għal ajruporti inqas moqdija, imma se tħaffef ukoll il-konsolidazzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-UE. | Il-Ftehim jassigura aċċess għat-trasportaturi kollha bl-ajru tal-UE għal opportunitajiet kummerċjali, bħall-possibbiltà li jistabbilixxu prezzijiet liberament. Għan ieħor tal-mandat huwa li jinħolqu opportunitajiet indaqs bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha tal-UE u dawk Ġeorġjani, u dan jirrikjedi kooperazzjoni regolatorja qawwija li tista’ tingħata biss fil-livell tal-Unjoni. | Għaldaqstant, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. | Se jkun stabbilit Kumitat Konġunt biex jiddiskuti affarijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt se jkattar l-iskambji fil-livell ta’ esperti dwar inizjattivi jew żviluppi leġiżlattivi jew regolatorji ġodda u jqis l-oqsma potenzjali għal żvilupp akbar tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt se jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. | Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkomplu jwettqu l-kompiti amministrattivi tradizzjonali li huma jwettqu fl-ambitu tat-trasport internazzjonali bl-ajru, imma skont regoli komuni applikati b’mod uniformi. | L-għażla tal-istrumenti | L-istrumenti proposti: ftehim internazzjonali | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. Ir-relazzjonijiet tal-avjazzjoni esterni jista’ jkollhom effett biss permezz ta’ ftehimiet internazzjonali. | 4. Implikazzjoni baġitarja | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. | 2010/0186 (NLE) Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill Dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 (5), flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafi (2), (5) u (7) kif ukoll l-Artiklu 218 (6) (a) (v) tiegħu, Wara li kisbu l-kunsens ta' ... tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru mal-Ġeorġja (minn hawn ’il quddiem, il-“Ftehim”); (2) il-Ftehim ġie ffirmat nhar ….; (3) il-Ftehim għandu jkun approvat mill-Unjoni u l-Istati Membri; (4) huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali biex ikun deċiż, jekk ikun adattat, kif għandu jintemm il-Ftehim. Huwa meħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali adattati għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim u fil-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw is-sigurtà u s-sikurezza. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 (Approvazzjoni) 1. Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra, huwa b’hekk approvat f’isem l-Unjoni. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni. 2. Mat-tlestija tal-proċeduri interni tiegħu għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, kull Stat Membru għandu jibgħat lis-Segretarjat tal-Kunsill in-nota diplomatika provduta fl-Artikolu 29 (1) tal-Ftehim. 3. Il-President tal-Kunsill huwa b’hekk awtorizzat li jaħtar il-persuna bis-setgħa li twassal għand il-Ġeorġja n-noti diplomatiċi provduti fl-Artikolu 29 (1) tal-Ftehim f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri. Artikolu 2 (Tmiem) Deċiżjoni biex jintemm il-Ftehim u biex jingħata avviż ta’ dan lill-Ġeorġja f’konformità mal-Artikolu 27 tal-Ftehim, u deċiżjoni biex ikun irtirat tali avviż, għandha tittieħed mill-Kunsill, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, li jaġixxi b’unanimità abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 3 (Kumitat Konġunt) 1. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikunu rrapreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri. 2. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kompetenza esklussiva tal-UE li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li għandha effett legali se tkun stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea u se tkun notifikata bil-quddiem lill-Kunsill u lill-Istati Membri. 3. Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha se tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea, sakemm il-proċeduri applikabbli ta' votazzjoni stabbiliti mit-Trattati tal-UE ma jipprovdux mod ieħor. 4. Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri se tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Istati Membri, sakemm Stat Membru jkun informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tal-pożizzjoni li jista’jagħti l-kunsens għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt bil-qbil tal-korpijiet leġiżlattivi tiegħu Artikolu 4 (Soluzzjoni ta’ tilwim) 1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni u lill-Istati Membri fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim. 2. Id-deċiżjoni li tkun sospiża l-applikazzjoni ta’ benefiċċji skont l-Artikolu 23 (4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata. 3. Kwalunkwe azzjoni adattata oħra li tittieħed skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill. Artikolu 5 (Informazzjoni lill-Kummissjoni) 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw bil-quddiem lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni li permezz tagħha huma jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjoni ta’ linja tal-ajru tal-Ġeorġja, li huma jkunu beħsiebhom jadottaw skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 14 (Sigurtà tal-avjazzjoni) tal-Ftehim. 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 15 (Sigurtà tal-avjazzjoni) tal-Ftehim. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […]