Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0211

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ta’ […] dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005,

    /* KUMM/2010/0211 finali - NLE 2010/0114 */

    52010PC0211




    [pic] | Il-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 30.4.2010

    KUMM(2010)211 finali

    2010/0114 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta’ […]

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005,

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Bid-deċiżjoni tat-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għan-negozjati mal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn 'il quddiem 'l-Istati AKP') biex twettaq it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati AKP, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim ta' Cotonou').

    F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou, kemm in-naħa tal-AKP kif ukoll dik tal-UE nnotifikaw lill-parti l-oħra dwar id-dispożizzjonijiet li huma jixtiequ jirrevedu bil-ħsieb ta' emendar possibbli tal-Ftehim. In-notifiki mill-AKP u l-UE kienu kkonverġu f'bosta oqsma u ż-żewġ partijiet għarfu li l-Ftehim ta' Cotonou għandu jiġi żviluppat aktar f'termini tad-dimensjoni politika tiegħu u fil-qasam tal-integrazzjoni reġjonali kif ukoll fl-implimentazzjoni tas-sħubija rigward, fost affarijiet oħra, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

    Wara t-tnedija uffiċjali tan-negozjati fil-Kunsill Konġunt tad-29 ta' Mejju 2009, seħħew sensiela ta' sessjonijiet ta' negozjati bejn Ġunju 2009 u Marzu 2010

    Għall-fini tal-organizzazzjoni tan-negozjati, ġew stabbiliti tliet gruppi tematiċi ta' negozjati:

    (i) Dimensjoni politika, kwistjonijiet istituzzjonali u linji ta' politika li jkunu speċifiċi għas-settur;(ii) Kooperazzjoni ekonomika, integrazzjoni reġjonali u kummerċ;(iii) Kooperazzjoni fil-finanzjament għall-iżvilupp u kwistjonijiet relatati.

    In-negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tmexxew mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni informat regolarment lill-Istati Membri dwar il-progress fin-negozjati permezz tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-AKP. L-Istati Membri setgħu jattendu s-sessjonijiet formali ta' negozjati.

    F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou, in-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz ta' Laqgħa Ministerjali Konġunta straordinarja fid-19 ta' Marzu 2010 fejn in-negozjatur tal-UE approva t-testi approvati li se jemendaw il-Ftehim.

    Il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim li Emendatorju, li hu suġġett għall-iffirmar miż-żewġ naħat, hu konformi mad-direttivi ta' negozjati.

    F'konformità mal-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE, il-Parlament Ewropew se jagħti l-kunsens tiegħu qabel ma l-Kummissjoni tipproponi lil Kunsill deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim emendatorju.

    F'data aktar tard, ser ikun meħtieġ li t-test tal-Ftehim ta' Cotonou jiġi rivedut ulterjorment biex jintroduċi tibdil marbut mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, speċjalment rigward is-sostituzzjoni tat-terminu "Komunità Ewropea" b' "l-Unjoni Ewropea" u rigward it-termini li jikkonċernaw ir-rappreżentanza esterna tal-UE.

    2010/0114 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta’ […]

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005,

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 217 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    1. Bid-deċiżjoni tat-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għan-negozjati mal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn 'il quddiem 'l-Istati AKP') bil-ħsieb li twettaq it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati AKP, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim ta' Cotonou').

    2. F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou, in-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz tat-tnedija, f'Laqgħa Ministerjali Konġunta straordinarja fid-19 ta' Marzu 2010, tat-testi li ser jemendaw il-Ftehim.

    3. Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    4. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, it-terminu "l-Unjoni Ewropea" ssostitwixxa u ħa post it-terminu "il-Komunità Ewropea".

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    (1) Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) awtorizzata li tiffirmaw, f'isem l-Unjoni Ewropea, il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005,

    It-test tal-Ftehim li għandu jiġi ffirmat hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

    (2) Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja li hi mdaħħla fl-att finali tal-Ftehim Emendatorju:

    "B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, it-terminu "l-Unjoni Ewropea" sostitwixxa u ħa post it-terminu "il-Komunità Ewropea" u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea . Għaldaqstant, ir-referenzi lil "il-Komunità Ewropea" jew lil "il-Komunità" fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala "l-Unjoni Ewropea" .

    L-Unjoni Ewropea se tipproponi lill-Partijiet tal-AKP skambju ta' ittri bil-għan li jiġi aġġornat it-test tal-Ftehim f'konformità mal-bidliet istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, [...]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Top