Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0201

    Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... ta' li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    /* KUMM/2010/0201 finali - NLE 2010/0111 */

    52010PC0201

    Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... ta' li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali /* KUMM/2010/0201 finali - NLE 2010/0111 */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 4.5.2010

    KUMM(2010)201 finali

    2010/0111 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../...

    ta'

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni huma meħtieġa għal prodotti li l-produzzjoni tagħhom ma tlaħħaqx mal-ħtiġijiet tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni għall-perjodu tal-kwota attwali. B’reazzjoni għat-talbiet minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni flimkien mal-esperti tal-gvernijiet ikkonċernati, ikkunsidrat jekk għandhomx jinfetħu kwoti tariffarji awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali.

    Fit-22 ta’ Diċembru 2009 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 sabiex id-domanda fl-Unjoni għall-prodotti kkonċernati tkun tista’ tiġi sodisfatta fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli.

    Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għandhom jinfetħu b'rata żero jew b’rati mnaqqsa tat-Tariffa Doganali Komuni għal volumi xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti bħal dawn. Id-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji wrew li l-Istati Membri kienu lesti li jiftħu kwota ġdida jew li jżidu l-ammonti tal-kwoti għall-prodotti koperti bil-proposta għal Regolament, mingħajr ma jfixklu s-swieq għall-prodotti ta’ dan it-tip.

    Il-proposta hija konformi mal-politiki tal-agrikoltura, tal-kummerċ, tal-impriżi, għall-iżvilupp u tar-relazzjonijiet esterni. B'mod speċjali, din il-proposta mhijiex se tkun ta' żvantaġġ għall-pajjiżi li qegħdin igawdu minn ftehim ta' kummerċ preferenzjali mal-UE (pereżempju l-GSP, is-sistema tal-AKP, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li huma kandidati u dawk li potenzjalment jistgħu jkunu kandidati).

    IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONIJET TAL-IMPATT

    Ġie kkonsultat il-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji li jirrappreżenta l-industriji ta' kull Stat Membru. Il-kwoti elenkati kollha jirriflettu l-ftehim li ntlaħaq mill-Grupp.

    Ma ssemmewx ir-riskji potenzjalment serji b'konsegwenzi irriversibbli.

    Il-proposta se ssegwi proċedura ta' konsultazzjoni fost is-servizzi u se tiġi ppubblikata wara l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill.

    L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Emenda ta' Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali fuq il-bażi legali tal-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta' dan l-Artikolu l-kwoti tariffarji awtonomi huma stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

    Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax.

    Din is-sensiela ta' miżuri tirrispetta l-prinċipji dwar is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1998 dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi u l-kwoti (C 128, 25.4.1998, p.2).

    IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

    Dazji doganali li ma nġabrux li jammontaw għal total ta’ € - 1 613 617

    2010/0111 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL- KUNSILL (UE) Nru .../...

    ta’

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    1. Sabiex jiġu żgurati fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2010[1] li fi ħdanhom il-prodotti jistgħu jiġu importati b'rata tad-dazju żero jew rata mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li tinfetaħ, b'effett mill-1 ta' Lulju 2010, għal ċerti prodotti, kwota tariffarja ġdida b'rata ta' dazju żero għal volum xieraq.

    2. Il-volumi tal-kwota għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2814, 09.2816 u 09.2807 mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu.

    3. Għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2907 id-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi rriveduta.

    4. Ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

    5. Peress li l-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament se jkollhom effett mill-1 ta' Lulju 2010, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 7/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1) ir-ringiela li tinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament huwa inserit;

    (2) ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2814, 09.2907 09.2816 u 09.2807 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS I

    Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1)

    ANNESS II

    Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2)

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦAD-DĦUL

    1. ISEM TAL-PROPOSTA:

    Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    2. L INJI BAĠITARJI:

    Kapitolu u Artikolu: Kapitolu 12, Artikolu 120

    Ammont li ddaħħal fil-baġit għas-sena 2010: € 14 079 700 000 €

    3. IMPATT FINANZJARJU

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

    x( il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda għandha impatt finazjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

    (f'miljuni ta' euro sal-ewwel punt deċimali)

    Linja baġitarja | Dħul[2] | perjodu ta' sitt xhur, li jibda mill-01/07/2010 | [2010] |

    Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | - 1.6 |

    ANNESS I

    Effettiv minn 1. 7.2010:

    Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1

    Deskrizzjoni tal-prodott | Ammont tal-kwota (unità/tunnellati) | Stima tal-prezz (€ għal kull km) | Dazju (%) (2010 CCT) | Dazju tal-kwota (%) | Telf mistenni ta’ dħul (f'€) |

    Fibri ottiċi 09.2635 | 1 150 000 km | 6.66 | 2.9 | 0 | 222 111 |

    Total tat-telf ta’ dħul: (€ 222 111 – € 55 529) = € 166 583 nett.

    ANNESS II

    Effettiv minn 1. 7.2010:

    Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 2

    Deskrizzjoni tal-prodott | Varjazzjoni fl-ammont tal-kwota (tunnellati/g) | Stima tal-prezz (€ għal kull tunnellata) | Dazju (%) (2010 CCT) | Dazju tal-kwota (%) | Varjazzjoni mistennija f‘telf fuq id-dħul meta mqabbla mal-perjodu ta' kwota ta' qabel (f'€) |

    09.2814 Katalizzatur | + 600 tunnellata (ammont inizjali: 1 600 tunnellata) | 4 500 €/t | 6.5 | 0 | + 175 500 |

    09.2816 Qxur | + 21 500 tunnellata (ammont inizjali: 37 000 tunnellata) | 933 €/t | 6.5 | 0 | + 1 303 868 |

    09.2807 Jaluronat | + 40 000 g (ammont inizjali: 110 000 g) | 173 081 €/kg | 6.5 | 0 | +450 011 |

    Total tat-telf ta’ dħul meta mqabbel mal-perjodu tal-kwota preċedenti: (€ 1 929 379 – € 482 345) = € 1 447 034 nett.

    4. Miżuri kontra l-frodi

    Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji jinkludu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet u għall-ħarsien minnhom.

    5. Kummenti oħra

    [1] OJ L 3, 7.1.2010,p.1.

    [2] Fir-rigward ta' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta' 25% tal-ispejjeż ta' ġbir.

    Top