This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0121
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to Article 294(6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the position of the Council at first reading on the adoption of the Regulation of the European Parliament and of the Council concerning the rights of passengers when travelling by bus and coach and amending Regulation (EC) No 2006/2004 on cooperation between national authorities responsible for the enforcement of consumer protection laws
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
/* KUMM/2010/0121 finali - COD 2008/0237 */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi /* KUMM/2010/0121 finali - COD 2008/0237 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 24.3.2010 KUMM(2010)121 finali 2008/0237 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi 2008/0237 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi 1. SFOND Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM/2008/817 - COD-2008-237): | il-4 ta’ Diċembru 2008 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | is-16 ta’ Lulju 2009 | Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | it-23 ta’ April 2009 | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari: | il-11 ta’ Marzu 2010 | 2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Il-proposta, adottata mill-Kummissjoni fl-4 ta' Diċembru 2008, timmira li tistabbilixxi d-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ sabiex it-trasport tal-passiġġieri fuq l-art isir iktar attraenti u titjieb il-kunfidenza fih. Bl-introduzzjoni ta' regoli ġodda, se titjieb il-protezzjoni tal-passiġġieri inġenerali, u b'mod partikolari tal-persuni li għandhom diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Dawn ir-regoli se jistabbilixxu wkoll standards ta' kwalità komparabbli ma' dawk diġà stabbiliti fis-setturi tal-ajru u tal-ferroviji. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL 3.1. Kummenti ġenerali Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proposta tagħha ġiet mibdula b'mod sostanzjali mill-Kunsill fi wħud mill-partijiet tagħha. L-ewwel nett, il-pożizzjoni tal-Kunsill tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jeżentaw is-servizzi regolari urbani, suburbani u reġjonali, inklużi s-servizzi transkonfinali ta' dan it-tip, mill-applikazzjoni tar-Regolament. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet tinkludi din il-possibbiltà biss jekk dawn is-servizzi eżentati jkunu koperti b'kuntratti tas-servizzi pubbliċi li jiżguraw livell komparabbli tad-drittijiet tal-passiġġieri. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu, għal perjodu limitat ta' żmien, jeżentaw is-servizzi regolari domestiċi kif ukoll is-servizzi internazzjonali li parti sinifikanti minnhom topera barra mill-Unjoni. Dawn jistgħu jirrappreżentaw limitazzjoni sinifikanti tal-ambitu tal-applikazzjoni. It-tieni nett, il-proposta tal-Kummissjoni kien fiha kapitolu bir-regoli dettaljati dwar l-obbligi tat-trasportaturi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kumpens u l-assistenza f'każ ta' inċident. Il-pożizzjoni tal-Kunsill ħadet post il-proposta inizjali tal-Kummissjoni relatata mar-responsabbiltà tat-trasportaturi b'referenza għal-liġi nazzjonali applikabbli u l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li kwalunkwe kumpens massimu skont il-liġi nazzjonali ma għandux ikun inqas minn EUR 220 000 għal kull passiġġier u EUR 500 għal kull bagalja fis-servizzi urbani, suburbani u reġjonali (EUR 1 200 għas-servizzi tat-trasport l-oħra kollha). Il-pożizzjoni tal-Kunsill issostitwiet ukoll ir-rekwiżit ta' ħlas avvanzat bħala obbligu għat-trasportaturi biex jipprovdu assistenza għall-ħtiġijiet prattiċi immedjati tal-passiġġieri wara inċident. Għalkemm din il-pożizzjoni ma tilħaqx id-dispożizzjonijiet li hemm fil-proposta tal-Kummissjoni, madankollu se tgħolli l-livell tal-protezzjoni tal-passiġġieri fil-livell Ewropew, imqabbel mas-sitwazzjoni attwali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill biex ir-Regolament jibda japplika wara sentejn (u mhux sena) mid-dħul fis-seħħ. 3.2. Emendi tal-Parlament Ewropew aċċettati mill-Kummissjoni u mdaħħla kompletament jew parzjalment fil-pożizzjoni tal-Kunsill - l-emenda 3 tenfasizza l-ispeċifitajiet tas-settur tax-xarabankijiet u tal-kowċijiet; - l-emenda 5 tirreferi għall-kundizzjonijiet ta' qafas għad-dispożizzjoni tat-taħriġ relatat mad-diżabbiltà; - l-emendi 26, 30, 31, 36, 45, 46 jimmiraw li jiċċaraw u jissimplifikaw l-użu tal-kliem fil-proposta; - l-emendi 32, 58, 62 jiċċaraw il-format tal-informazzjoni sabiex tkun aċċessibbli għall-passiġġieri kollha. 3.3. Emendi tal-Parlament Ewropew aċċettati mill-Kummissjoni imma mhux imdaħħla fil-pożizzjoni tal-Kunsill - kjarifika tal-premessi (emendi 1, 2, 6); - l-introduzzjoni ta' premessi ġodda li jħeġġu lill-Istati Membri u lill-atturi tas-swieq jinvestu f'vetturi u infrastrutturi adattati għat-trasport tal-passiġġieri li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa (emendi 7, 8, 9 u 10); - l-emendi 13, 16 u 17 jiċċaraw id-definizzjonijiet; - l-emenda 15 dwar id-definizzjonijiet; - l-emendi 23 u 82 jiċċaraw il-kundizzjonijiet tal-amministrazzjoni proposta tar-responsabbiltà tat-trasportaturi f'każ ta' inċident; - l-emendi 50, 51 (parzjalment) u 55 jirrinforzaw id-drittijiet tal-passiġġieri fil-każ ta' dewmien u tħassir tas-servizzi; - l-emendi 59 u 60 jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li bihom għandha tiġi pprovduta l-kura tal-passiġġieri mit-trasportaturi f'każ ta' dewmien; - l-emendi 61, 63 jenfasizzaw il-ħtieġa tat-trasportaturi li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni u l-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti għall-passiġġieri kollha, inklużi l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa; - l-emendi 64, 65, 66, 67, 68 jiċċaraw u jtejbu parzjalment il-funzjonament tal-amministrazzjoni tat-trattament tal-ilmenti u d-dispożizzjonijiet tal-infurzar; - l-emenda 70 tiċċara l-lista ta' azzjoni ta' assistenza li għandha tiġi pprovduta lill-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa abbord; - l-emendi 73, 33, 34 (parzjalment), 35, 37, 40, 42, 43, 44, jirrinforzaw il-kundizzjonijiet li bihom għandha tiġi pprovduta assistenza lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa qabel, waqt u wara l-vjaġġ tagħhom bix-xarabank jew bil-kowċ. 3.4. Emendi tal-Parlament Ewropew irrifjutati mill-Kummissjoni imma mdaħħla kompletament jew parzjalment fil-pożizzjoni tal-Kunsill - l-emendi 27, 29 jiċċaraw il-kundizzjonijiet għal derogi għad-dritt tat-trasport għall-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa; - l-emenda 53 tagħti lill-passiġġieri d-dritt għal ikliet u xarbiet f'każ ta' dewmien; - l-emenda 69 tissuġġerixxi data ta' applikazzjoni tar-Regolament sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. 3.5. Emendi tal-Parlament Ewropew irrifjutati mill-Kummissjoni u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni tal-Kunsill - l-emendi 4, 18, 19, 21, 22, 24 jipprovdu t-tibdil għall-amministrazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi fil-każ ta' inċident; - l-emenda 14 dwar id-definizzjonijiet; - l-emenda 25 timplika biex tiġi trattata s-sikurezza fit-trasport tal-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa; - l-emendi 38, 39, 41 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-assistenza pprovduta lill-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa; - l-emendi 47, 48 jillimitaw ir-responsabbiltà tat-trasportaturi fir-rigward tas-siġġijiet tar-roti u t-tagħmir ta' mobbiltà; - l-emendi 49, 52, 54, 56, 57 relatati mar-responsabbiltà tat-trasportaturi fil-każ ta' dewmien jew tħassir; - l-emendi 71 u 72 inaqqsu l-ambitu ta' azzjoni ta' assistenza abbord, jew it-taħriġ li jiġi pprovdut lill-persunal sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa fit-trasport. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni hija mħassba sew dwar il-modifiki sostanzjali ħafna introdotti mill-Kunsill meta mqabbla mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u ma' xi emendi tal-Parlament Ewropew, sal-punt li huma jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-ambitu tal-applikazzjoni tal-abbozz tar-Regolament u għalhekk il-livell tal-protezzjoni tal-passiġġieri tal-UE. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-pożizzjoni adottata mill-Kunsill b'unanimità u tikkunsidra li l-livell ta' ambizzjonijiet għandu jerġa' jogħla b'mod konstruttiv fil-qafas ta' iktar dibattitu interistituzzjonali bil-ħsieb tal-adozzjoni finali tar-Regolament. 5. DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI Il-Kummissjoni għamlet id-dikjarazzjoni li ġejja fil-laqgħa tal-Kunsill tal-ministri tat-trasport fis-17 ta' Diċembru 2009: "Il-Kummissjoni tiddikjara li minkejja l-fatt li l-ftehim politiku ma jilħaqx b'mod komplut ċerti għanijiet importanti tal-proposta inizjali tagħha, hija ma għandhiex l-intenzjoni li topponi dan il-ftehim sabiex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja."