EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0502

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IT-TIELET RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA– SENA FINANZJARJA 2009

COM/2010/502 final

52010DC0502

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IT-TIELET RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA– SENA FINANZJARJA 2009 /* KUMM/2010/0502 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 23.9.2010

KUMM(2010) 502 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IT-TIELET RAPPORT FINANZJARJU MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA– SENA FINANZJARJA 2009

SEG(2010) 1098

WERREJ 1. PROĊEDURA TAL-BAĠIT 4 1.1. Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009 4 1.2. Abbozz tal-Baġit 2009 4 1.3. Ittra ta’ Emenda għall-2009 4 1.4. Adozzjoni tal-Baġit 2009 4 1.5. Baġit ta’ Emenda Nru 8/2009 4 1.6. Baġit ta’ Emenda Nru 10/2009 5 1.7. Dħul assenjat lill-FAEG 5 1.8. Ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor 6 1.9. Parti tal-baġit tal-FAEG mill-baġit totali tal-UE 6 2. QAGĦDA FINANZJARJA U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 7 2.1. Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet 7 2.1.1. Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2009: 7 2.1.2. Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2009: 9 2.1.3. Eżekuzzjoni tal-baġit – Nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni 9 2.1.4. Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri 10 2.1.4.1. Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa 10 2.1.4.2. Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta’ kull xahar għall-2009 10 3. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG TAL-2009 11 3.1. Daħla 11 4. RIMARKI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT AGRIKOLU 11 4.1. Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli 11 4.1.1. Daħla 11 4.1.2. Ċereali 11 4.1.3. Programmi tal-ikel 12 4.1.4. Frott u ħaxix 12 4.1.5. Prodotti tas-settur tal-inbid 12 4.1.6. Ħalib u prodotti tal-ħalib 12 4.2. Kapitolu 05 03: Għajnuniet diretti 12 4.3. Kapitolu 05 07: Verifika tan-nefqa agrikola 13 4.3.1. Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola 13 5. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT 13 5.1. Dħul assenjat lill-FAEG 13 5.2. Dħul assenjat li jikkonċerna l-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor 13 5.3. Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor 13 6. ANALIŻI SKONT IT-TIP TA’ NEFQA 14 ANNESS 1 PROċEDURA TAL-BAġIT GħALL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN TAL-FAEG TAL-2009 ANNESS 2 PARTI TAL-BAġIT TAL-FAEG MILL-BAġIT TAL-UE MILL-2003 SAL-2009 ANNESS 3 ANALIżI TAL-EżEKUZZJONI TAL-BAġIT TAL-FAEG – SENA FINANZJARJA 2009 ANNESS 4-I ANALIżI TAL-EżEKUZZJONI TAL-BAġIT TAL-FAEG – SENA FINANZJARJA 2009. DħUL ASSENJAT. C4 ANNESS 4-II ANALIżI TAL-EżEKUZZJONI TAL-BAġIT TAL-FAEG – SENA FINANZJARJA 2009. DħUL ASSENJAT. C5 ANNESS 5 EżEKUZZJONI TAL-BAġIT TAL-FAEG SKONT L-ARTIKOLU U L-ISTAT MEMBRU – SENA FINANZJARJA 2009 ANNESS 6 EVOLUZZJONI TAL-ANALIżI TAN-NEFQA TAL-FAEG SNIN FINANZJARJI MILL-2004 SAL-2009 Nota: Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dettaljat huwa mehmuż ma’ dan ir-rapport. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit tal-internet Europa tad-DĠ għall-Agrikoltura (http://ec.europa.eu/agriculture/fin/finrep_en.htm). |

PROĊEDURA TAL-BAĠIT[1]

Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009

L-Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) 2009 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità tal-Baġit fis-6 ta’ Mejju 2008 . L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 kienu jammontaw għal total ta’EUR 42 860.3 miljun.

Abbozz tal-Baġit 2009

Il-Kunsill adotta l-Abbozz tal-Baġit 2009 f’Lulju 2008. L-approprjazzjonijiet tal-FAEG tnaqqsu b’EUR 380.0 miljun meta mqabbla mal-APB għalEUR 42 480.3 miljun.

Ittra ta’ Emenda għall-2009

F’Ottubru 2008, il-Kummissjoni adottat l-Ittra ta’ Emenda Nru 2 għall-APB 2009, fejn ir-rekwiżiti tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG ġew iffissati għal EUR 41 579.89 miljun li kienu EUR 1 280.4 miljun inqas meta mqabbla mal- Abbozz Preliminari tal-Baġit.

Adozzjoni tal-Baġit 2009

Il-Parlament Ewropew adotta l-baġit tal-2009 fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru 2008.

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG vvotati kienu jammontaw għal total ta’ EUR 41 131.4 miljun, jiġifieri kienu EUR 448.5 miljun inqas meta mqabbla mal-Ittra ta’ Emenda. F’dan it-total, ġew previsti approprjazzjonijiet ta’ impenn li kienu jammontaw għal EUR 3 409.6 miljun għal miżuri tas-suq taħt il-Kapitolu 05 02 filwaqt li EUR 37 779.0 miljun kienu previsti għall-għajnuniet diretti taħt il-Kapitolu 05 03. Barra minn hekk, il-baġit tal-2009 ippreveda approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 320.7 miljun għall-Qasam tal-Politika Nru 17-miżuri veterinarji u fitosanitarji u EUR 29.5 miljun għall-Qasam tal-Politika Nru 11-is-settur tas-sajd.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness 1.

Baġit ta’ Emenda Nru 8/2009

F’Ġunju 2009, il-Kummissjoni pproponiet filwaqt li l-Awtorità tal-Baġit adottat il-Baġit ta’ Emenda Nru 8/2009, tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit tal-2009, li żied l-ammont disponibbli għall-FAEG b'EUR 49.3 miljun iddestinati għall-programmi tal-qerda tal-annimali, u speċifikatament għall-qerda tal-marda bluetongue , fil-Qasam tal-Politika Nru 17-miżuri veterinarji u fitosanitarji.

Baġit ta’ Emenda Nru 10/2009

F’Novembru 2009, il-Kummissjoni pproponiet u l-Awtorità tal-Baġit adottat il-Baġit ta’ Emenda Nru 10/2009 fejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG tnaqqsu b’EUR 135.0 miljun sabiex tingħata kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku (EERP) u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tat-STŻR[2] tnaqqsu b’EUR 111.2 miljun (NB: It-TRDI huwa ffinanzjat taħt dak li qabel kien il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija-Taqsima tal-Garanzija).

Dħul assenjat lill-FAEG[3]

Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib jiġi ddeżinjat bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Dan id-dħul assenjat jista’ jintuża, parzjalment jew kollu, sabiex ikopri l-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG jekk l-approprjazzjonijiet tal-baġit mogħtija mill-Awtorità tal-Baġit ma jkunux biżżejjed sabiex jiffinanzjaw in-nefqa li jkunu għamlu l-Istati Membri. F’każ fejn dan id-dħul kollu jew parti minnu ma jintużax, dan jiġi ttrasferit awtomatikament għas-sena tal-baġit li jmiss sabiex ikunu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-baġit ta’ dik is-sena.

Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit tal-2009, saret stima tad-dħul kemm għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena tal-baġit tal-2009 kif ukoll għall-ammont li kien mistenni li jiġi ttrasferit mis-sena tal-baġit tal-2008 għall-2009. Din l-istima ttieħdet inkunsiderazzjoni meta l-Awtorità tal-Baġit adottat il-baġit tal-2009. B’mod speċifiku:

- Ġie stmat li d-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet huwa EUR 600.0 miljun u EUR 105.0 miljun rispettivament filwaqt li d-dħul mill-imposta fuq il-ħalib ġie stmat li huwa EUR 337.0 miljun. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li mistenni li jinġabar matul is-sena tal-baġit 2009 ġie stmat li jlaħħaq EUR 1 042.0 miljun.

- L-ammont ta’ dħul assenjat li mistenni jiġi ttrasferit mis-sena tal-baġit 2008 għall-2009 ġie stmat li huwa EUR 1 334.0 miljun.

L-ammont totali ta’ EUR 2 376.0 miljun ittieħed inkunsiderazzjoni peress li l-Kummissjoni naqqset l-approprjazzjonijiet mitluba għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix b’EUR 515.0 miljun u għall-iskema ta’ pagament uniku b’EUR 1 861.0 miljun. Wara li ħadet inkunsiderazzjoni dawn l-ammonti, l-Awtorità tal-Baġit eventwalment tat approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 260.0 miljun u EUR 27 239.0 miljun rispettivament għal dawn l-iskemi.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 4.I u 4.II.

Ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor[4]

L-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, jiġu trattati bħala dħul assenjat maħsub biex jiffinanzja l-għajnuna għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor u l-għajnuniet l-oħra previsti fil-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor. Għal kull sena tas-suq, li jibdew mill-2006/07 sal-2008/09, dawn l-ammonti huma marbuta mal-kwoti kwantitattivi taz-zokkor, tax-xropp tal-inulina u l-isoglukożju miżmuma mill-operaturi f’kull Stat Membru u għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fil-Fond f’żewġ pagamenti, li l-iskadenzi tagħhom huma l-31 ta’ Marzu u t-30 ta’ Novembru rispettivament għal kull sena.

Meta ġie stabbilit il-baġit tal-2009, l-istima ta’ dan id-dħul li hu mistenni li jiġi ttrasferit fil-baġit tal-UE matul is-sena kienet tammonta għal EUR 1 742.0 miljun. Fl-istess ħin, kien mistenni li ammont ta’ EUR 2 006.0 miljun jiġi ttrasferit mis-sena tal-baġit 2008 għall-2009.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 4.I u 4.II.

Parti tal-baġit tal-FAEG mill-baġit totali tal-UE

Il-parti finali tal-baġit tal-FAEG (approprjazzjonijiet ta’ impenn) mill-baġit totali tal-UE għall-perjodu 2003-2009 tidher fl-Anness 2.

QAGĦDA FINANZJARJA U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET

Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.1. Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2009:

F’EUR |

It-taqsima tan-nefqa tal-baġit (1) | Approprjazzjonijiet ta’ impenn | Approprjazzjonijiet ta’ pagament | It-taqsima tad-dħul tal-baġit (DA) (3) | Previżjonijiet |

1. Approprjazzjonijiet inizjali għall-FAEG | 41 131 356 325 | 41 265 823 325 | 1. Approvazzjoni tal-konformità | 600 000 000 |

2. Baġits ta’ emenda (2) | -85 660 000 | -246 200 000 | 2. Irregolaritajiet | 105 000 000 |

3. Approprjazzjonijiet finali għall-FAEG li minnhom: | 41 045 696 325 | 41 021 423 325 | 3. Imposta addizjonali mill-produtturi tal-ħalib | 337 000 000 |

3a. Approprjazzjonijiet għal ġestjoni komuni (minbarra STŻR (4) UE 10) | 40 589 704 325 | 40 589 704 325 | 4. Ammonti temporanji għar-ristrutturar għas-settur taz-zokkor (5) | 1 742 000 000 |

3b. Approprjazzjonijiet għan-nefqa taħt ġestjoni diretta (6) | 455 992 000 | 360 919 000 | Previżjoni totali ta’ DA | 2 784 000 000 |

3c. Approprjazzjonijiet għas-STŻR UE 10 (7) | 0 | 70 800 000 |

(1) L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit tal-2009 fejn ittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul assenjat li għandu jinġabar fl-2009 u l-ammont ittrasferit mill-2008 għall-2009 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002. (2) Għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn, il-Baġits ta’ Emenda Nru 8 u Nru 10/2009 jipprevedu tnaqqis ta’ EUR 135.0 miljun għall-EERP (punt 1.6) u żieda għall-Qasam tal-Politika Nru 17-Nefqa għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji (Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi) ta’ EUR 49.3 miljun (punt 1.5). Għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament, il-Baġit ta’ Emenda 10/2009 jipprevedi tnaqqis ta’ EUR 135 miljun għall-EERP (punt 1.6) u ta’ EUR 111.2 miljun għas-STŻR-dak li kien il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija-Taqsima tal-Garanzija (ex-FAEGG). (3) DA: Dħul assenjat li għandu jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.)[5], imma l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fir-rimarki dwar il-baġit. (4) STŻR: Strument Temporanju ranżizzjonali għall-Iżvilupp Rurali għall-UE 10. (5) Dan id-dħul jintuża sabiex jipprovdi approprjazzjonijiet għall-ħlas tal-appoġġ għall-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor. (6) 80% tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn jikkonċernaw il-Qasam tal-Politika Nru 17-Nefqa għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji (Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi). Il-kumplament jikkonċernaw b’mod indaqs il-Qasam tal-Politika Nru 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali (Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali) u l-Qasam tal-Politika Nru 11-Is-Settur tas-Sajd (Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd). Il-pagamenti għad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd jinkludu EUR 1.8 miljun li kienu ttrasferiti minn partiti oħrajn tal-Qasam tal-Politika Nru 11-Is-Settur tas-Sajd. (7) Fi tmiem is-sena, l-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti oriġinali ta’ EUR 182 miljun tnaqqsu għal EUR 70.8 miljun wara l-Baġit ta’ Emenda Nru 10/2009. |

2.1.2. Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2009:

F’EUR

Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn | Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament |

Ġestjoni komuni (minbarra STŻR UE 10) (1): | 46 024 783 279.92 | 46 024 783 279.92 |

Nefqa taħt ġestjoni diretta | 444 795 087.91 | 270 611 015.99 |

STŻR UE 10 | 0.00 | 67 170 526.24 |

Total (inkluż il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor)(2) Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor Total (eskluż il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor) | 46 469 578 367.83 3 017 689 890.69 43 451 888 477.14 | 46 362 564 822.15 3 017 689 890.69 43 344 874 931.46 |

(1) Ammonti impenjati. Impenji u ħlasijiet mingħajr id-dħul assenjat riċevut: EUR 43 197 343 784.95.

(2) Biż-żieda ta’ ammont ta’ EUR 2 165 546.21 (li jikkonċerna l-eżekuzzjoni tad-dħul assenjat għal nefqa diretta li ma ttiħdietx inkunsiderazzjoni), l-eżekuzzjoni tammonta għal EUR 46 471 743 914.04 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (FAEG + Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor). L-ammont nett wara li jitnaqqas il-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor huwa ta’ EUR 43 454 054 023.35.

Għas-sena finanzjarja 2009, l-ammont effettiv tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ntużaw kien jammonta għal EUR 46 469 578 368 filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlas kien jammonta għal EUR 46 362 564 822.

2.1.3. Eżekuzzjoni tal-baġit – Nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni

F’EUR

Nefqa taħt ġestjoni diretta | Approprjazzjonijiet ta’ impenn | Diżimpenji | Approprjazzjonijiet ta’ pagament | Trasferiment għall-2010 (1) |

Approprjazzjonijiet | 455 992 000.00 | - | 360 919 000.00 | - |

Eżekuzzjoni | 444 795 087.91 | - | 270.611.015.99 | 31.370.402.92 |

Approprjazzjonijiet imħassra | 11 196 912.09 | - | 90 307 984.01 | - |

(1) Trasferiment għall-2010 għal approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss |

Fil-baġit tal-2009 kienu previsti approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 456 miljun għan-nefqa taħt ġestjoni diretta. Fl-2009 kien impenjat ammont ta’ EUR 444.8 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, EUR 11.2 miljun, kien imħassar.

80% tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn jikkonċernaw il-Qasam tal-Politika Nru 17-Nefqa għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji. Il-kumplament jikkonċernaw b’mod indaqs il-Qasam tal-Politika Nru 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali u l-Qasam tal-Politika Nru 11-Is-Settur tas-Sajd.

2.1.4. Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri

2.1.4.1. Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[6] fl-Artikolu 15 jistipula li “ il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti ta’ kull xahar ... għan-nefqa effettwata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tal-Istati Membri matul ix-xahar ta’ referenza ”[traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-pagamenti ta’ kull xahar iridu jsiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih issir in-nefqa.

Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret u jkunu disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri[7]. L-aġġornament tan-nefqa u tad-dħul li jsir kull xahar fil-kotba huwa suġġett għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi tad-dikjarazzjoni dettaljata[8]. Barra minn hekk, dawn il-ħlasijiet isiru finali wara l-verifika matul l-eżerċizzi ta’ wara fid-dawl tal-approvazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-kontabilità.

Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri mis-16.10.2008 sal-15.10.2009 huma koperti mis-sistema ta’ pagamenti ta’ kull xahar. Għall-kumplament tal-pagamenti, il-Kummissjoni twettaq pagamenti diretti għal għadd limitat ta’ miżuri.

Għall-eżerċizzju tal-2009, l-ammont nett totali ta’ pagamenti ta’ kull xahar li saru kien ta’ EUR 43 197 343 784.95.

2.1.4.2. Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta’ kull xahar għall-2009

Għas-sena finanzjarja 2009, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar. Barra minn hekk, pagament ta’ kull xahar addizzjonali, li jaġġusta dawk li ngħataw diġà għan-nefqa totali debitabbli f'dik is-sena, kien deċiż f’Diċembru 2009.

L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG TAL-2009

Daħla

Is-sena agrikola 2009 kienet ikkaratterizzata minn tnaqqis notevoli fil-prezzijiet tal-produzzjoni agrikola, kemm fis-suq tal-UE kif ukoll fis-swieq dinjija, partikolarment fis-settur tal-ħalib. Is-sitwazzjoni diffiċli fis-swieq agrikoli kienet aċċentwata aktar mill-kriżi finanzjarja dinjija u mill-perspettiva ekonomika ġenerali negattiva. Dawn l-iżviluppi affetwaw kemm il-livell tan-nefqa tal-FAEG kif ukoll l-użu tal-approprjazzjonijiet ta’ kreditu disponibbli f’ċerti oqsma tal-baġit.

L-implimentazzjoni tal-baġit ammontat għal EUR 43 454.1 miljun. Din in-nefqa kienet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit, billi ntuża l-ammont kollu tad-dħul assenjat, ta’ EUR 1 474.1 miljun, ittrasferit mill-2008 u parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2009, li kien jammonta għal EUR 944.5 miljun minn total ta’ EUR 1 086.0 miljun. Fil-Qasam tal-Politika Nru 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għall-miżuri tas-suq ammontat għal EUR 3 987 miljun u dik għall-għajnuniet diretti kienet ta’ EUR 39 113.9 miljun, biż-żewġ setturi jaqbżu l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit. Din is-sopraimplimentazzjoni apparenti kienet parzjalment koperta bit-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet minn partiti oħrajn tal-baġit u parzjalment bid-dħul li kien assenjat lill-baġit tal-FAEG.

Barra minn hekk, l-ammont totali tal-implimentazzjoni msemmi iktar ’il fuq jinkludi nefqa għall-miżuri tas-suq tas-sajd (Qasam tal-Politika Nru 11) ta’ EUR 29.4 miljun kif ukoll dawk li jikkorrispondu għan-nefqa veterinarja (Qasam tal-Politika Nru 17) ta’ EUR 364.3 miljun. (NB: Għal iktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness 3). L-Anness 5 jippreżenta analiżi tan-nefqa tal-FAEG skont l-artikolu u l-Istat Membru.

RIMARKI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT AGRIKOLU

Minn hawn ’il quddiem qed jiġu ppreżentati rimarki fil-qosor dwar l-implimentazzjoni tal-approprazzjonijiet tal-baġit agrikolu abbażi tad-dettalji li jidhru fl-Anness 3.

Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli

Daħla

Il-pagamenti totali għal dan il-qasam tal-baġit ammontaw għal EUR 3 987.0 miljun u kienu ffinanzjati bl-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit li kienu jammontaw għal EUR 3 287.7 miljun u bid-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 702.0 miljun.

Ċereali

Is-sopraimplimentazzjoni tas-settur kienet primarjament dovuta għall-fatt li l-ħażniet ta’ intervent żdiedu minn madwar 0.047 miljun tunnellata fil-bidu tas-sena għal madwar 1.56 miljun tunnellata sa tmiem is-sena.

Programmi tal-ikel

Rigward id-distribuzzjoni tal-prodotti agrikoli lil persuni żvantaġġjati, is-sottoimplimentazzjoni osservata kienet dovuta għad-diffikultajiet amministrattivi li ltaqgħu magħhom ċerti Stati Membri li ma ħallewhomx jagħmlu x-xiri kollu mis-suq għad-diversi prodotti previsti fil-pjan ta’ distribuzzjoni tal-2009. Għandu jiġi nnotat ukoll li fl-2009 l-ammont ibbaġitajt żdied għal EUR 500 miljun.

Frott u ħaxix

Is-sopraimplimentazzjoni apparenti tas-settur kienet dovuta għall-effett tekniku tal-finanzjament ta’ parti min-nefqa bid-dħul assenjat, li kien jammonta għal EUR 413.4 miljun, għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u biż-żieda fil-pagamenti li ġarrbu l-Istati Membri għall-għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi għar-rikonoxximent preliminari.

Prodotti tas-settur tal-inbid

Il-miżuri primarji ffinanzjati f’dan is-settur huma l-programmi nazzjonali ta’ appoġġ u l-iskema tal-qlugħ tad-dwieli. Rigward il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ, l-Istati Membri kellhom implimentazzjoni sodisfaċenti ta’ dawn il-programmi fid-dawl tal-fatt li din kienet l-ewwel sena tal-applikazzjoni tagħhom. Rigward l-iskema tal-qlugħ tad-dwieli, kien hemm għadd ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna ferm ikbar u dan irriżulta f’nefqa ikbar mill-Istati Membri konċernati meta pparagunata mal-approprjazzjonijiet li kien hemm fil-baġit.

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Sabiex tagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni diffiċli tas-suq fis-settur tal-ħalib, f’Jannar 2009 il-Kummissjoni reġgħet daħħlet ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Barra minn hekk, kwantitajiet sinifikanti ta’ trab tal-ħalib xkumat u ta’ butir inxtraw għal ħżin pubbliku fejn il-perjodu tax-xiri tagħhom kien estiż lil hinn mil-limitu ta’ żmien normali tal-31 ta’ Awwissu. Billi l-baġit tal-2009 kien stabbilit f’Settembru 2008, ma kinux previsti approprjazzjonijiet għal dawn l-operazzjonijiet, u b’hekk in-nefqa li saret f’dan is-settur qabżet l-approprjazzjonijiet korrispondenti tal-baġit.

Kapitolu 05 03: Għajnuniet diretti

L-approprjazzjonijiet ivvotati għal dan il-kapitolu tal-baġit ammontaw għal EUR 37 779.0 miljun filwaqt li l-pagamenti ammontaw għal madwar EUR 39 113.9 miljun. Din is-sopraimplimentazzjoni apparenti kienet, primarjament, attribwibbli għall-iskema ta’ pagament uniku (l-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu tnaqqsu sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul assenjat) u kienet koperta parzjalment bit-trasferimenti tal-baġit minn partiti oħrajn tal-baġit u parzjalment bid-dħul li kien assenjat lil din l-iskema fil-baġit tal-2009.

Kapitolu 05 07: Verifika tan-nefqa agrikola

Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola

Dan l-artikolu jinkludi prinċipalment l-ammonti kkreditati lill-baġit tal-FAEG permezz tal-korrezzjonijiet mill-approvazzjoni tal-kontijiet u min-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi għall-pagamenti lill-benefiċjarji. L-ammont totali ta’ dawn il-korrezzjonijiet ammonta għal - EUR 115.1 miljun. L-approprjazzjonijiet tal-baġit adottati mill-Awtorità tal-Baġit ammontaw għal - EUR 490.0 miljun għal dawn il-korrezzjonijiet. Il-Kummissjoni għalqet dan il-kont billi ttrasferiet approprjazzjonijiet li kienu jammontaw għal EUR 375.1 miljun mid-dħul assenjat miġbur matul is-sena tal-baġit tal-FAEG 2009.

IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT

Dħul assenjat lill-FAEG

Id-dħul assenjat li tabilħaqq ġie ttrasferit mill-2008 għall-2009, ammonta għal EUR 1 474.1 miljun u ntuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena tal-baġit 2009, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju. Dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 343.8 miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ EUR 1 130.4 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku.

Id-dħul assenjat miġbur fl-2009 kien jammonta għal EUR 1 086.0 miljun. Parti minn dan id-dħul assenjat, li kien jammonta għal EUR 944.7 miljun, intuża sabiex tkun koperta n-nefqa li saret matul is-sena u l-bilanċ, li kien jammonta għal EUR 141.5 miljun, kien awtomatikament ittrasferit għall-baġit tal-2010 sabiex ikunu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-baġit ta’ dik is-sena.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 4.I u 4.II.

Dħul assenjat li jikkonċerna l-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor

L-ammont totali tad-dħul assenjat ittrasferit mill-Istati Membri fl-2009 ammonta għal EUR 1 742.0 miljun. Barra minn hekk, id-dħul assenjat ittrasferit mill-2008 għall-2009 ammonta għal EUR 2 044.6 miljun. Għalhekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat disponibbli għall-baġit tal-UE fl-2009 fil-forma ta’ ammonti temporanji għar-ristrutturar laħaq EUR 3 786.0 miljun. F’dan il-punt ta’ żmien, wara l-ħlasijiet għall-għajnuniet li saru lill-benefiċjarji tal-fond għar-ristrutturar tas-settur taz-zokkor, l-ammonti temporanji tar-ristrutturar kienu jippreżentaw bilanċ ta’ EUR 768.3 miljun li se jiġi ttrasferit għall-2010.

Għad-dettalji jekk jogħġbok ara l-punt 5.3 u l-Annessi 4.I u 4.II.

Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor

Matul is-sena tal-baġit 2009, l-Istati Membri għamlu pagamenti totali għal għajnuniet lill-industrija ristrutturata taz-zokkor, għal għajnuniet ta’ diversifikazzjoni kif ukoll għal għajnuniet għall-irfinar taz-zokkor, li ammontaw għal madwar EUR 3 017.7 miljun. Dawn l-għajnuniet tħallsu mid-dħul imsemmi iktar ’il fuq li kien joriġina mill-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor.

Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-Annessi 4.I u 4.II.

ANALIŻI SKONT IT-TIP TA’ NEFQA

In-nefqa totali tal-FAEG tammonta għal EUR 43 454.1 miljun (minbarra l-Fond għar-Ristrutturar tas-Settur taz-Zokkor). Minn hawn ’il quddiem, din in-nefqa qed tiġi ppreżentata f’forma ta’ analiżi skont il-kategoriji l-iktar sinifikanti flimkien mal-perċentwali li dawn jirrappreżentaw fin-nefqa totali tal-FAEG għall-2009:

Ħżin

In-nefqa għall-ħżin ammontat għal EUR 173.4 miljun, jiġifieri 0.04 % tat-total. Il-prodotti ewlenin involuti kienu l-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, tal-inbid, tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal.

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

L-infiq fuq ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ammonta għal EUR 649.5 miljun, jiġifieri: 1.50 % tat-total.

Miżuri oħrajn tas-suq

In-nefqa fuq miżuri oħrajn tas-suq ammontat għal EUR 3 085.6 miljun, jiġifieri: 7.10 % tat-total tas-sena. Din il-kategorija tkopri n-nefqa prinċipalment relatata mas-swieq taċ-ċereali, tal-frott u l-ħaxix, tal-inbid, tal-ħalib, tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u tal-laħam tal-majjal kif ukoll mal-programmi tal-ikel. Tinkludi wkoll parti mill-korrezzjonijiet li jirriżultaw mill-verifika tan-nefqa agrikola.

Għajnuniet diretti

In-nefqa għall-għajnuniet diretti ammontat għal EUR 39 113.9 miljun, jiġifieri: 90.01 % tat-total.

Nefqa diretta

Din in-nefqa, li kienet tammonta għal EUR 447 miljun, jiġifieri: 1.03%, saret direttament mill-Kummissjoni u prinċipalment kopriet in-nefqa relatata mal-miżuri veterinarji kif ukoll mal-kontabilità tal-farms u mal-istħarriġ agrikolu.

Żvilupp rurali

Fil-baġit tal-2009 ma kienet prevista l-ebda approprjazzjoni għat-Taqsima tal-Garanzija ta’ dak li qabel kien il-FAEGG[9]. Fl-istess ħin, l-Istati Membri ddikjaraw li l-irkupri ta’ ammonti li kienu tħallsu qabel jammontaw għal -EUR 13.3 miljun.

L-evoluzzjoni ta’ din l-analiżi skont it-tip ta’ nefqa għall-perjodu 2004-2009 hija ppreżentata fl-Anness 6.

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

[1] Din il-proċedura hija ppreżentata fl-Anness 1.

[2] STŻR: Strument Temporanju għall-Iżvilupp Rurali għall-UE 10

[3] Dawn l-ammonti ma ddaħħlux fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 670 għad-dħul assenjat lill-FAEG) iżda qed jissemmew fir-rimarki dwar il-baġit għal dan l-artikolu.

[4] Dawn l-ammonti ma ddaħħlux fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 680 għall-ammonti temporanji għar-ristrutturar għas-settur taz-zokkor) iżda qed jissemmew fir-rimarki dwar il-baġit għal dan l-artikolu.

[5] p.m.: “pour mémoire”.

[6] ĠU L 209 tal-11.8.2005, p. 1.

[7] Dawn id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ta’ kull xahar jiġu trażmessi mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tal-10 tax-xahar N+1.

[8] Id-dikjarazzjonijiet dettaljati jiġu trażmessi kull xahar mill-Istati Membri (permezz tat-tabella 104) fl-20 tax-xahar N+1.

[9] Żvilupp rurali ffinanzjat minn dak li qabel kien il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija-Taqsima tal-Garanzija (FAEGG) – Perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.

Top