EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0364

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni mill-istati membri tad-direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq

/* KUMM/2010/0364 finali */

52010DC0364

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni mill-istati membri tad-direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq /* KUMM/2010/0364 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 7.7.2010

KUMM(2010)364 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ

WERREJ

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ 1

1. Introduzzjoni 4

2. Sfond 4

3. Id-Direttiva 95/50/KE 5

4. Ir-rapporti mill-Istati Membri tal-UE u min-Norveġja 5

5. Il-kalkolu tad-dejta 6

6. L-evoluzzjoni tal-verifiki u r-riżultati tagħhom 6

7. Paragun tad-dejta 7

7.1. Il-frekwenza tal-verifiki 7

7.2. Analiżi tal-verifiki skont il-post tal-oriġini 7

7.3. Il-proporzjon ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi 7

7.4. Analiżi tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi skont il-post tal-oriġini 7

7.5. Il-frekwenza tal-immobilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport 7

7.6. Analiżi skont il-kategoriji ta’ riskju 7

7.7. It-tipi ta’ penali 7

8. Konklużjonijiet 7

Anness I – L-evoluzzjoni tan-numru ta’ verifiki, tan-nuqqas ta’ konformità u tal-ksur tal-kategorija 1 7

Anness II – Il-frekwenza tal-verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru 7

Anness III – Analiżi tal-verifiki skont il-post tal-oriġini 7

Anness IV – Il-proporzjon ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR 7

Anness V – Analiżi tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR skont il-post tal-oriġini 7

Anness VI – Il-frekwenza tal-immobbilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR 7

Anness VII – Analiżi skont il-kategoriji ta’ riskju 7

Anness VIII – It-tipi ta’ penali għal kull unità ta’ trasport mhux konformi mal-ADR 7

Anness IX – It-trasport annwali tal-merkanzija perikoluża bit-triq f’miljun tunnellata-kilometru 7

.

INTRODUZZJONI

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq kienet adottata fis-6 ta’ Ottubru 1995[1] u l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi magħha sal-1 ta’ Jannar 1997.

Id-Direttiva 95/50/KE tipprovdi li kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja u mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta’ dik is-sena, rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva[2]. Id-Direttiva tipprovdi wkoll li l-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għall-inqas kull tliet snin, rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri[3].

Ir-rapport mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq ir-rapporti annwali li jaslu mingħand l-Istati Membri. Dan huwa r-raba’ rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE fl-Istati Membri u jkopri s-snin 2006-2007. L-ewwel rapport[4] kien ikopri s-snin 1997-1998, it-tieni rapport[5] is-snin 1999-2002 u t-tielet rapport[6] is-snin 2003-2005.

SFOND

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq[7], kif emendata[8], introduċiet regoli armonizzati għat-trasport tal-merkanzija perikoluża bejn l-Istati Membri kif ukoll fuq il-livell nazzjonali fi ħdan l-Istati Membri.

L-annessi tekniċi għad-Direttiva 94/55/KE huma identiċi f’termini ta’ kontenut għall-annessi tekniċi għall-Ftehim internazzjonali ADR[9]. Għalhekk, id-Direttiva 94/55/KE tittrasponi fil-liġi Komunitarja d-dispożizzjonijiet tekniċi tal-ADR, li jistabbilixxi r-regoli uniformi għat-trasport internazzjonali sikur tal-merkanzija perikoluża bit-triq. Il-valur miżjud tad-Direttiva huwa li din testendi dawn ir-regoli anki biex ikopru t-traffiku nazzjonali sabiex mal-Komunità kollha ikunu armonizzati l-kundizzjonijiet li fihom il-merkanzija perikoluża tiġi ttrasportata bit-triq u b’hekk tittejjeb, fl-istess ħin, is-sikurezza tat-toroq fuq il-livell nazzjonali.

L-Anness A għad-Direttiva 94/55/KE jelenka l-merkanzija perikoluża li tista’ tinġarr fit-triq u jagħti r-regoli għall-imballaġġ, għat-tikkettar u għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dokumenti ta’ trasport. L-Anness B jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-unitajiet ta’ trasport u l-operazzjonijiet ta’ trasport.

Għandu jiġi nnotat li d-Direttiva 94/55/KE kienet revokata mit-30 ta’ Ġunju 2009 u ġiet sostitwita bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi[10]. Madankollu, id-Direttiva 2008/68/KE żżomm l-istess approċċ tad-Direttiva 94/55/KE rigward l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-ADR.

ID-DIRETTIVA 95/50/KE

Fil-kuntest tad-Direttiva 94/55/KE, u sabiex ikompli jitjieb il-livell ta’ sikurezza fit-trasport ta’ merkanzija perikoluża u sabiex jiġi żgurat li livell suffiċjenti ta’ verifiki jitwettaq b’mod armonizzat, il-Kunsill, fis-6 ta’ Ottubru 1995, adotta d-Direttiva 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. Din id-Direttiva tinkludi lista ta’ verifiki armonizzata li ntużat mill-Istati Membri kif ukoll lista ta’ kodiċijiet ta’ ksur. Fl-2004, ġew emendati[11] l-Annessi għad-Direttiva u mill-2005, is-sistema tal-kodiċijiet ta’ ksur inbidlet biex tinkludi tliet kategoriji ta’ riskju.

Dawn il-verifiki uniformi għandhom x’jaqsmu ma’ kull operazzjoni ta’ trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża fit-territorju ta’ Stat Membru jew li tiddaħħal f’dak it-territorju minn pajjiżi terzi, irrispettivament mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-unità ta’ trasport. Id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li proporzjon rappreżentattiv ta’ konsenji ta’ merkanzija perikoluża ttrasportata bit-triq tkun ivverifikata fuq bażi mhux sistematika, filwaqt li fl-istess ħin ikun kopert porzjon estensiv tan-netwerk ta’ toroq.

Bħala miżura preventiva, jew wara li jkun ġie rreġistrat ksur f’ġenb ta’ triq li jipperikola s-sikurezza, jistgħu jitwettqu verifiki wkoll fil-kwartieri tal-impriżi[12]. Madankollu, fid-Direttiva 95/50/KE m’hemm l-ebda rekwiżit ta’ rapportar rigward dawn il-verifiki.

IR-RAPPORTI MILL-ISTATI MEMBRI TAL-UE U MIN-NORVEġJA

Meta jagħmlu r-rapporti tagħhom, l-Istati Membri jintalbu jużaw il-kategoriji ta’ riskju fl-Anness II għad-Direttiva 95/50/KE u jippreżentaw ir-rapport skont l-Anness III għad-Direttiva. In-Norveġja dejjem ippreżentat rapport annwali u talbet li tkun inkluża fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Mhux l-Istati Membri kollha ppreżentaw l-informazzjoni fil-format standard. Pereżempju, uħud mill-Istati Membri użaw il-kodiċijiet mil-lista ta’ verifika preċedenti (l-Anness I għad-Direttiva qabel l-emenda tal-2004), u wħud mill-Istati Membri kellhom is-sistemi tagħhom stess biex jiklassifikaw il-ksur.

Waslu rapporti mingħand l-Istati Membri kollha kemm għas-sena 2006 kif ukoll għall-2007; madankollu, bosta rapporti ma kienux kompluti. Dawn in-nuqqasijiet wasslu għal informazzjoni nieqsa fit-tabelli ta’ dan ir-rapport. Dan huwa indikat bis-sinjal “#N/A” jiġifieri “not available (mhux disponibbli)”.

Is-sommarju tar-rapporti mill-Istati Membri huwa pprovdut fl-annessi għal dan ir-rapport. Il-preżentazzjoni u l-analiżi tad-dejta jridu jikkunsidraw li l-mudell (template) tar-rapport kien emendat fl-2004.

L-Anness I jinkludi l-evoluzzjoni tan-numru ta’ verifiki rreġistrati f’kull Stat Membru mill-2003 sal-2007, il-proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport li mhumiex konformi mar-regoli għall-2006-2007 u l-proporzjon tal-ksur tal-kategorija ta’ riskju 1 għall-2006-2007.

Meta tiġi analizzata l-evoluzzjoni fil-Kapitolu 6 u l-istatistiċi ta’ 7.6 Analiżi skont il-kategoriji ta’ riskju , għandu jiġi nnotat li l-indikatur għal Spanja huwa baxx minħabba interpretazzjoni żbaljata tan-numru ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR.

Diversi Stati Membri bagħtu rapporti fejn is-somma tal-ksur hija differenti min-numru ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ADR. Dan m’għandux ikun possibbli peress li l-Istati Membri jintalbu jirrapportaw biss l-iktar kategorija ta’ ksur gravi għal kull unità ta’ trasport.

IL-KALKOLU TAD-DEJTA

L-Istati Membri ntalbu jipprovdu, jekk kien possibbli, l-istima tagħhom tal-ammont ta’ trasport annwali tal-merkanzija perikoluża f’tunnellati jew f’tunnellati-kilometri fir-rapport tagħhom. Ħames (5) Stati Membri biss ipprovdew din l-informazzjoni.

Sabiex ikun jista’ jsir paragun oġġettiv bejn l-Istati Membri differenti, mid-dejta tal-Eurostat insilet il-volum tat-trasport tal-merkanzija perikoluża għal kull Stat Membru[13]. Din l-informazzjoni ntużat sabiex tkun stmata l-frekwenza tal-verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru.

Ma kien hemm l-ebda statistika tal-Eurostat għall-Ungerija fl-2006 u għal Malta fl-2006-2007. Għall-Ungerija, l-informazzjoni kienet estrapolata mid-dejta tal-2007-2008. Għal Malta, il-volum tal-merkanzija ttrasportata kien ipprovdut mill-awtorità kompetenti Maltija.

L-istatistiċi mill-Eurostat ġew ippreżentati fl-Anness IX.

L-EVOLUZZJONI TAL-VERIFIKI U R-RIżULTATI TAGħHOM

It-tabella fl-Anness I tipprovdi stampa ġenerali tal-evoluzzjoni fi żmien il-verifiki f’ġenb it-toroq f’kull Stat Membru. L-ewwel linja tagħti n-numru ta’ verifiki. It-tieni linja tipprovdi l-perċentwali ta’ unitajiet ta’ trasport ivverifikati fejn instab mill-inqas ksur wieħed. Fit-tielet linja hemm il-perċentwali ta’ verifiki fejn l-iktar ksur gravi kien tal-kategorija 1, jiġifieri l-iktar ksur serju.

Id-dejta tal-Anness I tibda fl-2006 ħlief għan-numru ta’ verifiki fejn kienet inkluża l-informazzjoni mir-rapport preċedenti.

Fi tmiem it-tabella hemm il-valuri medji għall-Unjoni Ewropea u l-istatistiċi min-Norveġja.

Għandu jiġi nnotat li minħabba dejta nieqsa mir-rapporti tal-Istati Membri:

- in-numru totali ta’ verifiki għall-2006 u għall-2007 ma jinkludix lill-Estonja;

- il-perċentwali ta’ unitajiet ta’ trasport ivverifikati fejn instab mill-inqas ksur wieħed tad-dispożizzjonijiet għall-2006 ma tinkludix lill-Ġermanja, lill-Estonja jew lil Spanja; għall-2007 mhumiex inklużi l-Estonja u Spanja;

- il-perċentwali tal-ksur tal-kategorija 1 għall-2006 ma tinkludix lill-Bulgarija, lill-Ġermanja jew lill-Portugall.

L-informazzjoni dwar il-perċentwali tal-ksur tal-kategorija 1 għal uħud mill-Istati Membri tista’ tqarraq. Jekk ġie rrapportat iktar minn ksur wieħed għal kull verifika, il-perċentwali tal-ksur tal-kategorija 1 għandha t-tendenza li tkun iktar baxxa mill-valur korrett. Għall-2006, dan kien il-każ għal Franza, għall-Pajjiżi l-Baxxi (l-Olanda), għall-Polonja u għall-Portugall; għall-2007 dan kien il-każ għall-Bulgarija, għall-Pajjiżi l-Baxxi (l-Olanda), għall-Polonja u għall-Portugall.

Uħud mill-Istati Membri għandhom inqas ksur milli nstab li kien hemm unitajiet ta’ trasport mhux konformi. Dan huwa l-każ għall-Belġju, għall-Italja, għall-Ungerija, għal Malta u għall-Isvezja. Dan m’għandux jinfluwenza l-perċentwali b’mod sistematiku. Hemm każijiet fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jirrapportaw biss fejn instab il-ksur, imma ma jipprovdu l-ebda informazzjoni dwar il-ksur jew dwar il-penali sussegwenti. Din il-kwistjoni hija diskussa f’iktar dettall fil-paragrafu 7.6.

PARAGUN TAD-DEJTA

Il-paragrafi li ġejjin jipprovdu informazzjoni u analiżi iktar dettaljati dwar id-dejta pprovduta mill-Istati Membri rigward il-verifiki tagħhom. L-Annessi II sa VIII juru, permezz ta’ istogrammi, is-sitwazzjoni f’kull Stat Membru fl-2006 u fl-2007.

Il-frekwenza tal-verifiki

L-Anness II jagħti stampa ġenerali tal-frekwenza tal-verifiki f’ġenb it-toroq fl-Istati Membri għas-snin 2006 u 2007. Il-frekwenza hija espressa bħala l-proporzjon tan-numru ta’ verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru ta’ merkanzija perikoluża ttrasportata f’kull Stat Membru.

Fl-2006, il-medja fl-UE kienet ta’ 2.95 verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru; fl-2007, kienet ta’ 3.50. Dan jimplika żieda ta’ 18.6 %. Il-Bulgarija u l-Ungerija għandhom frekwenza eċċezzjonalment għolja ta’ verifiki. Mingħajr in-numri tal-Bulgarija u tal-Ungerija, il-medja tal-UE kienet tkun ta’ 2.33 fl-2006 u ta’ 2.90 fl-2007 u ż-żieda annwali kienet tkun ta’ 24.5 %.

Analiżi tal-verifiki skont il-post tal-oriġini

L-Istati Membri jintalbu jikklassifikaw l-istatistiċi tagħhom skont il-post ta’ reġistrazzjoni tal-unità ta’ trasport. L-Anness III għal dan ir-rapport jagħti stampa ġenerali tal-verifiki skont il-post tal-oriġini tal-unità ta’ trasport.

Fl-analiżi tar-riżultati, għandha tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ġeografika ta’ kull Stat Membru; pereżempju, fil-gżejjer ġeneralment ikun hemm inqas tranżitu ta’ merkanzija bit-triq.

Id-dejta għall-2006 hija nieqsa mill-Istati Membri li ġejjin: il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Portugall u s-Slovakkja; għall-2007 hija nieqsa mill-Estonja.

Il-proporzjon ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi

Is-sehem tal-unitajiet ta’ trasport ivverifikati b’mill-inqas ksur wieħed jinsab fl-Anness IV.

Il-perċentwali ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi tvarja ferm minn Stat Membru għall-ieħor, fejn tilħaq kważi 80% fil-Portugall, filwaqt li f’numru ta’ Stati Membri hija inqas minn 5 %.

Id-dejta għall-2006 hija nieqsa mill-Istati Membri li ġejjin: il-Germanja u l-Estonja; għall-2007 hija nieqsa mill-Estonja. L-indikatur għal Spanja kien baxx minħabba intepretazzjoni żbaljata tan-numru ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mar-regoli.

Analiżi tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi skont il-post tal-oriġini

Il-graff fl-Anness V turi d-distribuzzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet skont li-post tal-oriġini tal-unità ta’ trasport.

Fl-analiżi tar-riżultati, għandha tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ġeografika ta’ kull Stat Membru.

Id-dejta għall-2006 hija nieqsa mill-pajjiżi li ġejjin: il-Ġermanja u l-Estonja; għall-2007 hija nieqsa mill-Estonja. Is-Slovakkja pprovdiet l-informazzjoni imma ma rrapportat l-ebda ksur għall-2006.

Il-frekwenza tal-immobilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport

Il-graff fl-Anness VI turi l-perċentwali tal-vetturi immobilizzati fost dawk li kien irrapportat li kellhom ksur.

Il-frekwenza tal-immobilizzazzjoni tvarja ferm minn Stat Membru għall-ieħor; fil-Bulgarija, fl-2006, kull vettura bi ksur kienet immobilizzata filwaqt li diversi Stati Membri rrapportaw li l-ebda vettura ma kienet immobilizzata.

L-Istati Membri li ġejjin ma pprovdewx dejta għall-2006: il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall u s-Slovakkja; għall-2007 ma pprovdewx dejta Franza, l-Italja u l-Portugall.

L-Istati Membri li ġejjin irrapportaw li ma kien hemm l-ebda immobilizzazzjoni għall-2006: l-Estonja, Spanja, Ċipru, il-Litwanja u Malta; għall-2007 ma kienet irrapportata l-ebda immobilizzazzjoni f’Ċipru, fl-Estonja, fi Spanja, fil-Latvja, f’Malta u fl-Isvezja.

Analiżi skont il-kategoriji ta’ riskju

Il-graff fl-Anness VII turi d-distribuzzjoni tal-gravità tal-ksur. Kellha tiġi rreġistrata biss l-ogħla kategorija ta’ riskju skoperta matul il-verifika.

In-numru totali ta’ ksur irrapportat għandu jkun daqs in-numru ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mar-regoli. L-aħħar stangetta fil-graff tal-Anness VII hija s-somma tal-ksur diviża bin-numru ta’ unitajiet mhux konformi. Din għandha tkun daqs 100 % għaliex kellu jiġi rrapportat biss l-iktar ksur gravi.

Jekk din hija inqas minn 100 %, ir-rapport dwar il-ksur mhux komplut. Jekk is-somma hija ikbar minn 100 % ġie rrapportat iktar minn ksur wieħed għal kull verifika.

Għall-2006, il-Bulgarija, il-Ġermanja u l-Portugall ma pprovdewx dejta dwar il-kategoriji ta’ riskju. Is-Slovakkja ma sabet l-ebda ksur.

Għall-2007, l-Istati Membri kollha rrapportaw id-dejta meħtieġa.

It-tipi ta’ penali

Il-graff fl-Anness VIII turi d-distribuzzjoni tal-penali minn kull Stat Membru.

Fl-Istati Membri jeżistu bosta sistemi differenti ta’ multi u ta’ prosekuzzjoni.

Uħud mill-Istati Membri indikaw li kienet irrapportata iktar minn penali waħda għal kull unità ta’ trasport. B’hekk is-somma tal-perċentwali m’hemmx għalfejn tkun ta’ 100 %.

Ir-riżultati għal Spanja mhumiex normali minħabba interpretazzjoni żbaljata tan-numru totali ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri ma pprovdewx informazzjoni dwar uħud mit-tipi ta’penali. Mhux ċar jekk dawn il-penali ma ġewx applikati jew ma ġewx irrapportati.

Il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Italja u l-Portugall ma rrapportawx penali għall-2006; għall-2007 dan kien il-każ għall-Italja u għall-Portugall.

KONKLUżJONIJIET

L-Istati Membri kollha għamlu verifiki f’ġenb it-toroq skont id-Direttiva 95/50/KE. Kien hemm titjib fil-volum u fil-kwalità tad-dejta li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri qed jużaw il-formati ta’ rapportar korretti. Matul dawn il-verifiki, għadhom jinstabu proporzjon ta’ vetturi li jiksru l-leġiżlazzjoni. In-numru ta’ ksur għal kull verifika jidher li huwa stabbli.

In-numru ta’ verifiki fl-UE żdied b’madwar 20 % mill-2006 sal-2007, biex laħaq madwar 285 000 verifika annwali fl-2007. Bejn wieħed u ieħor, kien skopert ksur f’verifika minn kull tmienja. Madwar 40 % ta’ dan il-ksur kien tal-iktar tip serju. Konsegwentement, kważi 10 000 vettura kienu immobilizzati wara li ġew ivverifikati. Dan juri b’mod ċar li l-infurzar prattiku tar-regoli dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża f’ġenb it-toroq huwa utli u jgħin sabiex tittejjeb is-sikurezza.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra tagħmilx rakkomandazzjonijiet biex tarmonizza iktar l-interpetazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri fir-rapporti annwali tagħhom.

Anness I – L-evoluzzjoni tan-numru ta’ verifiki, tan-nuqqas ta’ konformità u tal-ksur tal-kategorija 1

Iktar informazzjoni dwar din it-tabella hija pprovduta fil-paragrafu 6 tar-rapport.

PAJJIŻ/SENA | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 |

Nru ta’ Verifiki | 5831 | 5420 | 5273 | 7089 | 7580 |

AT | % Mhux konformi | 36,49% | 36,00% |

% Riskju Kat. 1 | 24,62% | 24,55% |

Nru ta’ Verifiki | 2919 | 3417 | 3835 | 3977 | 4133 |

BE | % Mhux konformi | 38,52% | 39,90% |

% Riskju Kat. 1 | 47,36% | 30,47% |

Nru ta’ Verifiki | 19206 | 27996 |

BG | % Mhux konformi | 2,49% | 1,24% |

% Riskju Kat. 1 | #N/A | 23,15% |

Nru ta’ Verifiki | 75 | 181 |

CY | % Mhux konformi | 1,33% | 0,55% |

% Riskju Kat. 1 | 100,00% | 0,00% |

Nru ta’ Verifiki | 11334 | 17796 | 6694 | 7691 |

CZ | % Mhux konformi | 5,83% | 5,60% |

% Riskju Kat. 1 | 26,46% | 17,87% |

Nru ta’ Verifiki | 106653 | 103975 | 88915 | 83760 | 86225 |

DE | % Mhux konformi | #N/A | 20,18% |

% Riskju Kat. 1 | #N/A | 47,00% |

Nru ta’ Verifiki | 311 | 621 | 708 | 889 | 646 |

DK | % Mhux konformi | 55,46% | 52,79% |

% Riskju Kat. 1 | 34,08% | 40,76% |

Nru ta’ Verifiki | 74 | 67 | #N/A | #N/A |

EE | % Mhux konformi | #N/A | #N/A |

% Riskju Kat. 1 | 20,41% | 37,50% |

Nru ta’ Verifiki | 96 | 211 | 1106 | 614 | 456 |

EL | % Mhux konformi | 13,36% | 16,89% |

% Riskju Kat. 1 | 52,44% | 64,94% |

Nru ta’ Verifiki | 36782 | 30453 | 32591 | 40023 | 42787 |

ES | % Mhux konformi | 0,25% | 0,19% |

% Riskju Kat. 1 | 67,90% | 66,69% |

Nru ta’ Verifiki | 2394 | 2536 | 2401 | 2530 | 3025 |

FI | % Mhux konformi | 36,56% | 33,92% |

% Riskju Kat. 1 | 31,35% | 18,62% |

Nru ta’ Verifiki | 22951 | 28122 | 23341 | 5566 | 6388 |

FR | % Mhux konformi | 10,28% | 22,70% |

% Riskju Kat. 1 | 26,60% | 22,07% |

Nru ta’ Verifiki | 74546 | 41609 | 35555 | 25995 |

HU | % Mhux konformi | 1,63% | 4,30% |

% Riskju Kat. 1 | 23,10% | 27,03% |

Nru ta’ Verifiki | 356 | 375 | 815 | 630 | 731 |

IE | % Mhux konformi | 32,54% | 44,60% |

% Riskju Kat. 1 | 34,15% | 24,54% |

Nru ta’ Verifiki | 2797 | 3135 | 3963 | 4105 | 4515 |

IT | % Mhux konformi | 32,35% | 34,55% |

% Riskju Kat. 1 | 72,82% | 69,90% |

Nru ta’ Verifiki | 189 | 258 | 311 | 419 |

LT | % Mhux konformi | 29,58% | 16,95% |

% Riskju Kat. 1 | 23,91% | 15,49% |

Nru ta’ Verifiki | 313 | 100 | 190 | 190 | 182 |

LU | % Mhux konformi | 64,21% | 68,13% |

% Riskju Kat. 1 | 15,75% | 49,19% |

Nru ta’ Verifiki | 403 | 417 | 823 | 1609 |

LV | % Mhux konformi | 11,42% | 10,19% |

% Riskju Kat. 1 | 25,53% | 29,27% |

Nru ta’ Verifiki | 36 | 33 | 75 |

MT | % Mhux konformi | 51,52% | 76,00% |

% Riskju Kat. 1 | 23,53% | 34,09% |

Nru ta’ Verifiki | 2362 | 2138 | 1949 | 2750 | 7340 |

NL | % Mhux konformi | 26,65% | 14,69% |

% Riskju Kat. 1 | 57,82% | 57,16% |

Nru ta’ Verifiki | 13505 | 15840 | 39057 |

PL | % Mhux konformi | 11,14% | 2,96% |

% Riskju Kat. 1 | 27,19% | 15,52% |

Nru ta’ Verifiki | 67 | 192 | 171 | 235 | 137 |

PT | % Mhux konformi | 76,17% | 73,72% |

% Riskju Kat. 1 | #N/A | 42,50% |

Nru ta’ Verifiki | 2914 | 4517 |

RO | % Mhux konformi | 9,37% | 5,58% |

% Riskju Kat. 1 | 69,60% | 64,77% |

Nru ta’ Verifiki | 6333 | 5109 | 6375 | 4182 | 4219 |

SE | % Mhux konformi | 29,60% | 20,27% |

% Riskju Kat. 1 | 22,08% | 24,04% |

Nru ta’ Verifiki | 4178 | 3228 | 2179 | 1621 | 1041 |

SI | % Mhux konformi | 17,89% | 19,50% |

% Riskju Kat. 1 | 42,76% | 39,41% |

Nru ta’ Verifiki | 83 | 247 | 300 |

SK | % Mhux konformi | 0,00% | 0,67% |

% Riskju Kat. 1 | #N/A | 0,00% |

Nru ta’ Verifiki | 6124 | 4863 | 5762 | 4851 | 8221 |

UK | % Mhux konformi | 13,69% | 30,76% |

% Riskju Kat. 1 | 19,13% | 30,01% |

Nru ta’ Verifiki |

% Mhux konformi | 244710 | 285466 |

EU | % Riskju Kat. 1 | 12,11% | 14,44% |

Nru ta’ Verifiki | 40,57% | 41,06% |

% Mhux konformi |

% Riskju Kat. 1 | 632 | 417 |

NO | Nru ta’ Verifiki | 34,65% | 34,53% |

% Mhux konformi | 21,27% | 15,97% |

Anness II - Il-frekwenza tal-verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru

Iktar informazzjoni dwar din il-graff hija pprovduta fil-pagarafu 7.1 tar-rapport.

[pic]

[pic]

Anness III - Analiżi tal-verifiki skont il-post tal-oriġini

Iktar informazzjoni dwar din il-graff hija pprovduta fil-paragrafu 7.2 tar-rapport.

[pic]

[pic]

Anness IV – Il-proporzjon ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR

Iktar informazzjoni dwar din il-graff hija pprovduta fil-paragrafu 7.3 tar-rapport.

[pic]

[pic]

Anness V - Analiżi tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR skont il-post tal-oriġini

Iktar informazzjoni dwar din il-graff hija pprovduta fil-paragrafu 7.4 tar-rapport.

[pic]

[pic]

Anness VI - Il-frekwenza tal-immobbilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mal-ADR

Iktar dettalji dwar din il-graff huma pprovduti fil-paragrafu 7.5 tar-rapport.

[pic]

[pic]

Anness VII - Analiżi skont il-kategoriji ta’ riskju

Iktar dettalji dwar din il-graff huma pprovduti fil-paragrafu 7.6 tar-rapport.

[pic][pic]

Anness VIII – It-tipi ta’ penali għal kull unità ta’ trasport mhux konformi mal-ADR

Iktar dettalji dwar din il-graff huma pprovduti fil-paragrafu 7.7 tar-rapport.

[pic][pic]

Anness IX – It-trasport annwali tal-merkanzija perikoluża bit-triq f’miljun tunnellata-kilometru

Iktar dettalji dwar din it-tabella huma pprovduti fil-paragrafu 5 tar-rapport.

SM/Sena |1999 |2000 |2001 |2002 |2003 |2004 |2005 |2006 |2007 |2008 | |AT |960 |924 |1064 |985 |1132 |940 |972 |1122 |1054 |1178 | |BE |2768 |3545 |4177 |3779 |2623 |2284 |2473 |2203 |2191 |1904 | |BG |: |: |: |: |: |: |: |438 |491 |694 | |CY |: |: |: |134 |118 |159 |221 |166 |224 |181 | |CZ |: |2905 |2117 |1905 |2172 |1498 |1814 |1875 |1376 |1140 | |DE |12261 |12782 |13437 |12034 |12777 |13524 |13158 |13717 |12834 |13616 | |DK |887 |853 |827 |998 |780 |901 |693 |933 |620 |1256 | |EE |: |: |: |: |25 |24 |286 |193 |276 |189 | |EL |: |: |: |: |2040 |3875 |1975 |3085 |2228 |3144 | |ES |8998 |10690 |10300 |12036 |12185 |12669 |12474 |12700 |12671 |12605 | |FI |1946 |2077 |2427 |2253 |2401 |1818 |2165 |2317 |1847 |1574 | |FR |8328 |7607 |8132 |8471 |8797 |8701 |8825 |9456 |9755 |9441 | |HU |: |: |: |: |: |: |: |1099 |1217 |1348 | |IE |597 |954 |1139 |1094 |1414 |1468 |1403 |1340 |1291 |1351 | |IT |10875 |10894 |11086 |10523 |10131 |9935 |11406 |10777 |11392 |: | |LT |: |: |: |: |1173 |1151 |383 |461 |461 |384 | |LU |200 |189 |245 |337 |327 |344 |444 |445 |468 |364 | |LV |: |: |: |117 |153 |97 |159 |154 |162 |185 | |MT | | | | | | | |28 |28 | | |NL |950 |848 |2123 |1680 |1664 |2021 |2203 |2390 |2098 |2554 | |PL |: |: |: |: |: |3651 |3649 |3267 |4708 |5380 | |PT |1571 |1276 |1775 |1730 |1900 |2066 |1984 |2046 |1979 |1846 | |RO |: |: |: |: |: |: |: |2559 |2057 |1782 | |SE |: |1779 |1623 |2009 |1778 |1450 |1634 |1743 |1409 |1265 | |SI |: |: |542 |407 |418 |477 |620 |571 |631 |662 | |SK |: |: |: |: |406 |431 |366 |517 |562 |281 | |UK |10790 |11654 |10655 |10178 |9899 |7983 |8766 |7590 |7808 |: | |NO |1085 |1139 |828 |908 |1120 |886 |944 |931 |1454 |1018 | |

[1] ĠU Nru L 249, 17.10.1995, p. 35, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (ĠU Nru L 367, 14.12.2004, p. 23)

[2] L-Artikolu 9(1) tagħha.

[3] L-Artikolu 9(2) tagħha.

[4] COM(2000) 517 finali, 06.09.2000

[5] COM/2005/0430 finali, 15.09.2005

[6] COM/2007/0795 finali, 13.12.2007

[7] ĠU Nru L 319, 12.12.1994, p. 7

[8] Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/111/KE tad-9 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU Nru L 365, 10.12.2004, p. 25)

[9] Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali bit-Triq ta’ Merkanzija Perikoluża li ġie konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, kif emendat, bl-aħħar verżjoni tkun dik tal-2009-2011.

[10] ĠU Nru L 260, 30.09.2008, p. 13-59

[11] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/112/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li tadatta għall-progress tekniku lid-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE (ĠU Nru L 367, 14.12.2004, p. 23)

[12] L-Isvezja indikat li twettaq numru sostanzjali ta’ verifiki u ta’ kontrolli fit-terminali, fil-kumpaniji u fil-portijiet. Il-Pajjiżi l-Baxxi (l-Olanda) indikaw li huwa jżuru wkoll il-kumpaniji tat-trasport biex jagħmlu verifiki, kontrolli u jqassmu informazzjoni. Il-Belġju indika li minbarra l-ispezzjonijiet fil-kwartieri tal-kumpaniji, il-konsulenti tas-sikurezza jirrapportaw ir-riżultati tal-verifiki li jsiru fil-kumpanija lill-awtoritajiet kompetenti.

[13] It-tabella tal-Eurostat “DS-073082”: It-trasport annwali ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża u analizzat skont l-attività

Top