Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0160

Komunikazzjoni mill-Kummissjonilill-Parlament Ewropew U LILL-KUNSILL dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 skont il-movimenti fid-DGN, inkluż l-aġġustament tal-ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni lill-Istati Membri kkonċernati bid-diverġenza bejn il-PGD stmat u dak attwali għall-perjodu 2007-2009 ippreżentata skont il-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006

/* KUMM/2010/0160 finali */

52010DC0160

Komunikazzjoni mill-Kummissjonilill-Parlament Ewropew U LILL-KUNSILL dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 skont il-movimenti fid-DGN, inkluż l-aġġustament tal-ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni lill-Istati Membri kkonċernati bid-diverġenza bejn il-PGD stmat u dak attwali għall-perjodu 2007-2009 ippreżentata skont il-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 /* KUMM/2010/0160 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 16.4.2010

KUMM(2010)160 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 skont il-movimenti fid-DGN, inkluż l-aġġustament tal-ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni lill-Istati Membri kkonċernati bid-diverġenza bejn il-PGD stmat u dak attwali għall-perjodu 2007-2009

ippreżentata skont il-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 skont il-movimenti fid-DGN, inkluż l-aġġustament tal-ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni lill-Istati Membri kkonċernati bid-diverġenza bejn il-PGD stmat u dak attwali għall-perjodu 2007-2009

INTRODUZZJONI

Fl-2010, eċċezzjonalment, l-aġġustament tekniku annwali tal-qafas finanzjarju għall-2011 jirrigwarda mhux biss l-aġġustament regolari għall-movimenti fil-prezzijiet u d-DGN (Punt 16 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[1]) iżda wkoll aġġustament għall-intestatura 1B (Punt 17 tal-IIA).

Fil-fatt, il-Punt 17 tal-IIA jiddikjara li, " fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2011, jekk ikun stabbilit li l-GDP akkumulat ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri għas-snin 2007-2009 ikun varja b’aktar minn +/- 5% mill-GDP akkumulat stmat waqt it-tfassil tal-Ftehim preżenti, il-Kummissjoni taġġusta l-ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni għal dan l-Istat Membru għal dak il-perjodu …". Il-Punt 17 jintroduċi wkoll l-ewwel kundizzjoni li l-effett nett totali, kemm jekk pożittiv u kif ukoll jekk negattiv, ta' dawn l-aġġustamenti ma jistax jaqbeż it-EUR 3 biljun u b'mod partikolari kundizzjoni oħra li, f'każ li l-effett nett huwa pożittiv, " ir-riżorsi addizzjonali totali għandhom ikunu limitati għal-livell ta' nfiq inqas meta mqabbel mal-limiti massimi tas-subintestatura 1 B għas-snin 2007-2010 ". Fl-aħħar nett, il-Punt 17 jistipula li " l-aġġustamenti meħtieġa jinfirxu fi proporzjonijiet ugwali tul is-snin 2011-2013 u l-ammonti massimi korrispondenti jkunu modifikati skont dawn. "

Skont il-punt 16 tal-IIA, il-Kummissjoni se tagħmel, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1, aġġustament tekniku għall-qafas finanzjarju li jaqbel mal-movimenti fid-dħul gross nazzjonali (DGN) u l-prezzijiet tal-UE u tikkomunika r-riżultati liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja. F'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, il-limiti massimi tal-infiq bi prezzijiet kurrenti huma stabbiliti bl-użu tad-deflatur fiss ta' 2% previst fil-punt 16 tal-IIA. F'dak li jirrigwarda l-movimenti tal-DGN, il-Komunikazzjoni preżenti tinkludi l-aħħar tbassir ekonomiku disponibbli.

Il-għan ta' din il-komunikazzjoni huwa li jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-baġit ir-riżultat tal-aġġustament tekniku (UE-27) għall-2011 skont il-Punti 16 u 17 tal-IIA.

AġġUSTAMENT TAL-LIMITI MASSIMI 2011-2013 GħALL-INTESTATURA 1B (PUNT 17)

Eliġibilità tal-Istati Membri

Skont il-Punt 17 tal-IIA, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-ammonti allokati mill-fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni għal kull Stat Membru li għalih il-PGD kumulat għall-2007-2009 ikun tbiegħed b'aktar minn +/- 5% mill-PGD kumulat stmat fiż-żmien li fih tfassal l-IIA. Id-diverġenza għandha għalhekk titkejjel bejn l-istatistika ppubblikata f'April 2005[2] u dik ippubblikata f'Novembru 2009, li tirrappreżenta l-aktar dejta riċenti disponibbli.

Din id-dispożizzjoni għandha applikazzjonijiet prattiċi biss għal dawk l-Istati Membri li l-allokazzjoni globali tal-koeżjoni tagħhom hija suġġetta għal limiti massimi[3], jiġifieri, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja. L-ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni għall-Istati Membri l-oħra mhumiex affettwati mid-diverġenza tal-2007-2009 fil-PGD.

It-tqabbil bejn iż-żewġ settijiet ta' dejta statistika jagħti r-riżultat li ġej:

[pic]

L-ebda Stat Membru m'għandu diverġenza negattiva tal-PGD ta' aktar minn 5%. Għalhekk m'hemm l-ebda ħtieġa li jitnaqqas l-ammont allokat lil xi Stat Membru. Min-naħa l-oħra, hemm tliet Stati Membri li għandhom diverġenza pożittiva li taqbeż il-5%: ir-Repubblika Ċeka (+ 7.5%), il-Polonja (+ 8.0%) u s-Slovakkja (+ 10.8%). L-ammonti allokati mill-fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni għal dawn l-Istati Membri għalhekk għandhom jitnaqqsu.

L-istabbiliment tal-ammont globali ta' nfiq anqas mill-ammont allokat'

Ladarba l-effett nett tal-aġġustament se jkun pożittiv, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat il-livell ta' nfiq anqas mill-ammont allokat' imqabbel mal-limiti massimi għas-subintestatura 1B għas-snin 2007-2010. Dan l-'infiq anqas mill-ammont allokat' jikkonsisti fi tliet elementi differenti[4]:

- it-total tad-differenzi bejn il-limiti massimi għall-intestatura 1 B għal kull waħda mis-snin 2007 sa 2010 u l-approprjazzjonijiet għall-impenji bbaġittjati għall-perjodu;

- l-approprjazzjonijiet għall-impenji kkanċellati (jew li skadew) taħt l-intestatura 1 b għal kull waħda mis-snin 2007 sa 2010, esklużi l-ammonti tal-2007 trasferiti għas-snin ta' wara taħt il-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali[5];

- id-diżimpenji tas-snin 2007-2010 kienu jirrigwardaw in-nefqa tal-koeżjoni, esklużi l-ammonti li jirrigwardaw il-Gwida FAEGG u l-FIFG.

Id-dettalji tal-'infiq anqas mill-ammont allokat' huma mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt, fejn titqies id-dejta l-aktar reċenti li hi disponibbli.

[pic]

Ir-riaġġustament pożittiv għall-Istati Membri kollha kkonċernati għalhekk se jkun ristrett globalment għal ammont ta' EUR 1 007 miljun. Dan l-ammont jirrispetta l-ewwel limitazzjoni li tillimita l-effett totali nett tal-aġġustamenti għal EUR 3 biljun.

Aġġustament tal-limiti massimi 2011-2013 għall-Intestatura 1B

Fuq il-bażi tal-allokazzjonijiet globali skont l-Istat Membru għall-perjodu 2007-2009, l-aġġustament pożittiv teoretikament kien jammonta għal EUR 3 331 miljun. Madankollu, fid-dawl tal-limitazzjoni ppreżentata mil-livell ta' nfiq anqas mill-ammont allokat', l-aġġustamenti pożittivi huma mnaqqsa proporzjonatament kif ġej:

[pic]

L-aġġustamenti meħtieġa jinħtieġ li jkunu mifruxa fi proporzjonijiet ugwali tul is-snin 2011-2013. Minbarra dan, l-aġġustamenti li jikkorrispondu magħhom tal-limiti massimi għall-intestatura 1 B jinħtieġ li jsiru f'miljuni ta' euro.

Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-intestatura 1 B (fi prezzijiet kurrenti) huma għalhekk miżjuda kif ġej:

- 2011: + 336 miljun

- 2012: + 336 miljun

- 2013: + 336 miljun

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

Il-Punt 23, ir-raba' paragrafu tal-Ftehim Interistituzzjonali jistipula li kwalunkwe reviżjoni għandha żżomm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet. Għaldaqstant, il-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jinħtieġ li jiġu mmodifikati fuq il-bażi tal-profili tal-ħlas previsti għall-impenji addizzjonali taħt l-intestatura 1 b. Fid-dawl tal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet li jirrigwardaw din iż-żieda fl-impenji huma mistennija li jseħħu wara l-2013, iż-żieda fil-limiti massimi tal-ħlas tibqa' limitata.

Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (fi prezzijiet kurrenti) huma għalhekk miżjuda kif ġej:

- 2011: + 17-il-miljun

- 2012: + 87 miljun

- 2013: + 187 miljun

Tabella fil-qosor u konklużjoni.

It-tabella t’hawn taħt tiġbor fil-qosor il-bidliet proposti lil-limiti massimi tal-approprijazzjonijiet għall-impenji u l-ħlasijiet fil-qafas finanzjarju. L-ammonti huma espressi fi prezzijiet attwali:

[pic]

It-tabella tal-qafas finanzjarju inkluża fil-Ftehim Interistituzzjonali[6] hija espressa fi prezzijiet kostanti tal-2004. Għalhekk, l-ammonti f'valuri attwali għandhom jissarrfu fi prezzijiet tal-2004 permezz ta' deflatur fiss ta' 2% fis-sena, f'konformità mal-Punt 16 tal-IIA.

It-Tabella 1 turi l-qafas finanzjarju għall-UE-27 fil-prezzijiet tal-2004 kif modifikati skont il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

L-AġġUSTAMENT TEKNIKU TAL-QAFAS FINANZJARJU GħAS-SENA 2011 SKONT IL-MOVIMENTI TAD-DGN (PUNT 16)

It-Tabella 2 turi l-qafas finanzjarju għas-27 tal-UE b'kont meħud tal-aġġustament imsemmi aktar 'il fuq għal-limiti massimi tal-2011-2013 u aġġustat għall-2011 (jiġifieri bil-prezzijiet attwali u espressi bħala perċentwal tad-DGN bl-użu tal-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli).

Ċifra totali għad-DGN

Skont l-aħħar previżjoni disponibbli, id-DGN għall-2011 huwa stabbilit għal EUR 12 354 021.3 miljun fi prezzijiet kurrenti għall-UE-27 (u għal EUR 11 966 504.7 miljun għall-2010, EUR 11 614 170.1 miljun għall-2009, EUR 12 294 000.1 miljun għall-2008 u EUR 12 206 170.2 miljun għall-2007).

Għas-snin sussegwenti (2012-2013) id-DGN ta' l-UE-27 ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-projezzjonijiet interni tal-Kummissjoni għar-rata tat-tkabbir ekonomiku annwali f'termini reali. Dawn il-projezzjonijiet huma indikattivi u se jiġu aġġornati kull sena fuq il-bazi tal-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli.

Id-DGN tal-2010 u l-2011 jinkludi s-servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (FISIM) abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/196/UE, Euratom tas-16 ta' Marzu 2010 sabiex tiġi applikata l-FISIM għall-finijiet tar-riżorsi proprji[7] mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem.

Ir-riżultati ewlenin tal-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju għall-2011 (UE-27)

Il-limitu globali għall-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-2011 (EUR 142 965 miljun) huwa ekwivalenti għal 1.16 % tad-DGN.

Il-limitu globali rispettiv għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (EUR 134 280 miljun) huwa ekwivalenti għal 1.09 % tad-DGN. Fuq il-bażi tat-tbassir ekonomiku attwali, dan iħalli marġni taħt il-limitu ta' 1.23 % tar-riżorsi proprji, ta' EUR 17 674 miljun (0.14 % tad-DGN għall-UE-27).

Il-limiti massimi għar-riżorsi proprji u għall-approprazzjonijiet għall-impenji ġew adattati wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2010/196 sabiex tiġi applikata l-FISIM għall-finijiet tar-riżorsi proprji[8].

ELEMENTI OħRA MARBUTA MAL-AġġUSTAMENT TEKNIKU

Intestatura 5 (Amministrazzjoni)

Fil-każ tal-intestatura 5, nota ta' qiegħ il-paġna għall-perspettiva finanzjarja tistqarr li ċ-ċifri għall-pensjonijiet inklużi taħt il-limitu massimu għal din l-intestatura għandhom jinħadmu netti mill-kontribuzzjonijiet tal-impjegati għall-iskema tal-pensjonijiet, sa massimu ta' EUR 500 miljun (fi prezzijiet tal-2004) għall-perjodu 2007-2013. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata bħala li timponi limitu b'żewġ aspetti fuq l-ammonti mnaqqsa min-nefqa fuq il-pensjonijiet meta jiġi applikat il-limitu massimu tal-intestatura:

- Dan l-ammont ma jistax jaqbeż il-kontribuzzjonijiet attwalment inklużi bħala dħul tal-baġit fi kwalunkwe sena partikolari;

- It-total akkumulat tat-tnaqqis għall-perjodu 2007-2013 ma jistax jaqbeż l-EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2004, ekwivalenti għal medja ta' EUR 71.4 miljun (EUR 82 miljun fi prezzijiet tal-2011).

In-natura rikorrenti tan-nefqa ammistrattiva kienet timponi li l-aktar limitu baxx jiġi adottat kull sena sabiex jiġi evitat li jintuża marġni fil-bidu tal-perjodu li mbagħad ma jibqax għal kollox disponibbli. Fl-2011, l-ammont li għandu jitnaqqas huwa ta' € 82 miljun fi prezzijiet kurrenti.

Elementi ta’ nfiq li mhumiex fil-qafas finanzjarju 2007-2013

Hemm numru ta’ strumenti li huma disponibbli barra mil-limiti tal-infiq miftiehma fil-qafas finanzjarju 2007-2013. Dawn l-istrumenti huma maħsuba li jipprovdu rispons rapidu għal avvenimenti eċċezzjonali jew mhux mistennija, u jipprovdu element ta’ flessibilità lil hinn mil-limiti massimi miftiehma tal-infiq b’ċerti limiti:

- Ir- riżerva tal-Għajnuna għall-Emerġenzi , li tista' tiġi mmobilizzata sa massimu ta' EUR 221 miljun fis-sena fi prezzijiet tal-2004, jew EUR 253.9 miljun fl-2011 fi prezzijiet kurrenti (EUR 1 744 miljun għall-perjodu kollu fi prezzijiet kurrenti);

- il- Fond tas-Solidarjetà tal-UE , li l-ammont massimu tiegħu fi prezzijiet kurrenti huwa ta' EUR 1 biljun;

- l- Istrument tal-Flessibilità , b'ammont annwali massimu fi prezzijiet kurrenti ta' EUR 200 miljun, flimkien mal-porzjon mill-ammonti annwali mhux użati għas-snin 2008-2010, li jistgħu jiġu trasferiti 'l quddiem għas-sena 2011;

Minbarra dan, se jkun possibbli li jiġi mmobilizzat il- Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) sa massimu ta' EUR 500 miljun fis-sena fi prezzijiet kurrenti billi jiġi użat kwalunkwe marġini eżistenti taħt il-limitu massimu globali għall-approprazzjonijiet għall-impenji tas-sena ta' qabel, u/jew impenji mħassra mis-sentejn ta' qabel (minbarra dawk li jirrigwardaw l-intestatura 1b).

OPERAZZJONIJIET LI MHUMIEX FIL-BAġIT U R-RIżORSI PROPRJI

Ir-raba' subparagrafu tal-Punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali jistqarr illi t-tagħrif relatat mal-operazzjonijiet mhux inklużi fil-baġit ġenerali u l-iżvilupp prevedibbli tad-diversi kategoriji tar-riżorsi proprji għandu jiġi ppreżentat f'tabelli, bħala indikazzjoni, u aġġornat kull sena meta jkun sar l-aġġustament tekniku għall-qafas finanzjarju.

Din l-informazzjoni, aġġornata skont l-aħħar estimi disponibbli, hija ppreżentata fit- Tabelli 3.1 sa 3.2 . Hija tkopri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) u l-istruttura tar-riżorsi proprji.

ANNESS

TABELLA 1: IL-QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 AĠĠUSTAT GĦALL-PUNT 17

[pic]

TABELLA 2: IL-QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 AĠĠUSTAT GĦALL-2011 U L-PUNT 17

[pic]

TABELLA 3: PROGRAMM INDIKATTIV TAL-INFIQ LI MHUX INKLUŻ FIL-BAĠIT ĠENERALIU X-XEJRA PROSPETTIVA FIR-RIŻORSI PROPRJI DIFFERENTI

[pic]

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[2] Il-Punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006.

[3] Il-Punti 7, 8 u 11 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006.

[4] Kif spjegat fid-Dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni 'Fiche 99' tal-15 ta' Frar 2006.

[5] Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2008 (ĠU 128/8 16.5.2008)

[6] Kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali - Il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-kuntest tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (ĠU L 347, 24.12.2009, p.26).

[7] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/196/UE, Euratom tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-allokazzjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (FISIM) għall-istabbiliment tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) użat għall-finijiet tal-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji tagħha, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 31.

[8] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-PE u lill-Kunsill dwar l-adattament tal-limiti massimi tar-riżorsi proprji u tal-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn wara d-deċiżjoni li jiġi applikat l-FISIM għall-finijiet tar-riżorsi proprji, COM(2010) 162 finali.

Top