Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0423

    L-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (COM(2009)0541 – C7-0272/2009 – 2009/0153(COD))
    P7_TC1-COD(2009)0153 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta’ Novembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura

    ĠU C 99E, 3.4.2012, p. 177–178 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 99/177


    It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
    L-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura ***I

    P7_TA(2010)0423

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (COM(2009)0541 – C7-0272/2009 – 2009/0153(COD))

    2012/C 99 E/44

    (Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0541) u l-proposta emendata lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0393),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill dwar il-proposta tal-bidu (C7-0272/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ippreżentat il-proposta emendata lill-Parlament,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta’ Novembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2010 u tal-21 ta’ Ottubru 2010 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0184/2010),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

    2.

    Jenfasizza l-fatt li l-proposta emendata tal-Kummissjoni tinkorpora l-parti l-kbira tal-emendi adottati mill-Kumitat għas-Sajd fit-2 ta’ Ġunju 2010;

    3.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  Għadhom mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


    It-Tlieta 23 ta’ Novembru 2010
    P7_TC1-COD(2009)0153

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Novembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 304/2011.)


    Top