EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0335

Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD))
P7_TC1-COD(2009)0140 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 22 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 210–211 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 50/210


L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I

P7_TA(2010)0335

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD))

2012/C 50 E/19

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0499),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0166/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2009 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2010 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-15 ta’ Settembru 2010 li tiġi approvata l-posizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0168/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidħer hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 270, 11.11.2009, p. 1.

(2)  Għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Dan il-posizzjoni tidħol minflok l-emendi adottati fis-7 ta’ Lulju 2010 (Testi adottati, P7_TA(2010)0271).


L-Erbgħa 22 ta’ Settembru 2010
P7_TC1-COD(2009)0140

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1092/2010.)


Top