This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AP0272
European Banking Authority ***I Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Banking Authority (COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD))
Awtorità Bankarja Ewropea ***I Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD))
Awtorità Bankarja Ewropea ***I Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD))
ĠU C 351E, 2.12.2011, p. 337–391
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 351/337 |
L-Erbgħa 7 ta’ Lulju 2010
Awtorità Bankarja Ewropea ***I
P7_TA(2010)0272
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD))
2011/C 351 E/38
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Din il-proposta giet emendata fis-7 ta' Lulju 2010 kif ġej (1):
EMENDI MILL-PARLAMENT (2)
għal proposta tal-Kummissjoni
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (4),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (5),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (6),
Billi:
(1) |
Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
(1a) |
Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà talab b’mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li ġibed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni Ewropea ta’ swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (7), tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli tas-sorveljanza prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (8), tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) - White Paper (9), tat-23 ta’ Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata (10), tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza (11), tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (12) u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (13)). |
(2) |
Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni . Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta’ bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni. |
(3) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) , u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” ▐ pprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid , iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru fir-Rapport de Larosière . |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, filwaqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
(4a) |
Ir-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) tas-16 ta’ April 2010 intitolat “Kontribut Ġust u Sustanzjali mis-Settur Finanzjarju”, miktub fuq talba tas-summit tal-G20 ta’ Pittsburgh, stipula li “l-ispiża fiskali diretta tal-fallimenti tas-settur finanzjarju għandha tkun limitata u koperta minn Kontribuzzjoni Finanzjarja għall-Istabbiltà (FSC) b'rabta ma’ mekkaniżmu ta’ soluzzjoni kredibbli u effettiv. Jekk ikunu definiti sew, il-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni l-gvernijiet ikollhom isalvaw istituzzjonijiet importanti wisq, kbar wisq jew interkonnessi wisq biex ifallu”. |
(4b) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020” iddikjarat ukoll li prijorità kruċjali għall-futur qrib tkun li “nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li - b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi ta’ bħalissa - ser tesplora l-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju”. |
(4c) |
Il-Kunsill Ewropew iddikjara b’mod ċar fil-25 ta’ Marzu 2010 li “l-progress huwa meħtieġ b'mod partikolari rigward kwistjonijiet bħall-istituzzjonijiet sistemiċi, l-istrumenti ta’ finanzjament għall-immaniġġjar tal-kriżijiet”. |
(4d) |
Il-Kunsill Ewropew finalment fis-17 ta’ Ġunju 2010 qal li l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta’ tariffi għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżguraw qsim ġust tal-piżijiet u biex jiffissaw inċentivi biex ikun limitat ir-riskju sistemiku. Tariffi bħal dawn għandhom ikunu parti minn qafas ta’ riżoluzzjoni kredibbli. |
(5) |
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet. |
(6) |
L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej ▐. L-Unjoni ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f'każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b'reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju tal-Unjoni wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk tal-Unjoni b’saħħtu. |
(7) |
L-SESF għandha tkun netwerk integrat ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni , li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal-livell nazzjonali. Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità) għandu jkollha rwol ewlieni fil-kulleġġ ta’ superviżuri li jissorveljaw l-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, u għalihom għandhom jiġu definiti normi ċari ta’ superviżjoni. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista' jipperikola l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, fejn awtorità nazzjonali naqset milli teżerċita s-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni . Minbarra l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjonijiet u Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) . Il-BERS għandu jifforma parti mill-EFSF. |
(8) |
L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (14), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (15) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (16), u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati inkluż, fejn addatt, it-tkomplija tal-ħidma u l-proġetti li għaddejjin bħalissa . Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji. |
(9) |
L-Awtorità ▐ għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, anke b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha u n-natura differenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji . L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri . L-awtorità għandha tipprevjeni wkoll l-arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta’ pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-banking, tal-pagamenti u tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-flus elettroniċi, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-governanza korporattiva, mal-verifika u mar-rappurtar finanzjarju. L-awtorità għandha tkun ukoll fdata b’responsabbiltà ta’ superviżjoni ġenerali għal prodotti finanzjarji / tipi ta’ tranżazzjonijiet ġodda. |
(9a) |
L-Awtorità għandha tqis l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fi ħdan is-suq intern, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja u l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir |
(9b) |
Sabiex tissodisfa l-objettivi tagħha l-Awtorità għandu jkollha personalità legali kif ukoll awtonomija amministrattiva u finanzjarja. L-Awtorità għandha tingħata setgħat biex tittratta l-konformità mal-liġijiet, partikolarment dawk marbuta mar-riskju sistemiku u mar-riskji transkonfinali" (Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja). |
(9c) |
Ir-riskju sistemiku huwa definit minn awtoritajiet internazzzjonali (l-IMF, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS), bħala “riskju ta’ tħarbit għas-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u (ii) li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti sistematikament sa ċertu livell”. |
(9d) |
Ir-riskju transkonfinali, skont dawk l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha jew f'partijiet minnha li għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern, jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tagħha. |
(10) |
Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li : “xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 KE [issa l-Artikolu 114 TFUE] ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista' jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta’ korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f'ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ qafas li ma jorbtux”. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-objettivi tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiġi stabbilita abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat TFUE . |
(11) |
L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-operat tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (17) [verżjoni mhux uffiċjali], id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (18) [verżjoni mhux uffiċjali] u d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (19). |
(12) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (20) , ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (21), id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (22), u partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (23), ▐ id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (24) u d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (25) . |
(13) |
Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-garanziji ta’ depożiti biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tad-depożituri madwar l-Unjoni . Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożiti huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-garanzija ta’ depożiti nnifisha u l-operatur tagħha. Ir-rwol tal-Awtorità għandu jiġi rivedut hekk kif jitwaqqaf Fond Ewropew ta’ Garanzija tad-Depożiti. |
(14) |
Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta’ ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni . Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni , l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. |
(15) |
Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu suġġetti għall-emenda biss f’ċirkostanzi ristretti ħafna u straordinarji, sakemm l-Awtorità tkun dik f'kuntatt mill-qrib mas-swieq finanzjarji u li tirrikonoxxi l-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-istandards tekniċi abbozzati jkunu inkompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif riflessi fl-acquis tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-istandards tekniċi mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
(15a) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li timplimenta atti tal-Unjoni li jkunu legalment vinkolanti kif stabbilit fl-Artikolu 291 TFUE. L-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri, il-ħtiġiet stabbiliti fl-dawn l-istandards għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata. |
(16) |
F’oqsma mhux koperti minn standards regolatorji , l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni . Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti tas-swieq . |
(17) |
Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza , l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni . Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni jew applikazzjoni inkorretta, li jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea . Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
(18) |
Biex ikun hemm rispons proporzjonat għal każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi tal-Unjoni , għandu japplika mekkaniżmu fi tliet passi. Fl-ewwel livell, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-obbligi legali tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prattika superviżorja tagħhom, konkluża b’rakkomandazzjoni. Fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li toħroġ opinjoni formali filwaqt li tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, li titlob li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
(19) |
Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stipulata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni , billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 TFUE . |
(20) |
Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali indirizzata lilha u li fiha l-liġi tal-Unjoni Ewropea tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta’ Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistennew bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni għall-2010, b'mod partikolari rigward il-proposta dwar ir-riforma tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital. |
(21) |
Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni . L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Meta titqies is-sensittività tal-kwistjoni, is-setgħa li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-BERS jew tal-Awtorità. Fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) iqisu li l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza aktarx li tinħoloq, huma għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni. F’dan il-proċess, l-attenzjoni dovuta ta’ kunfidenzjalità hija ta’ importanza estrema. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandha tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill kif dovut. |
(22) |
Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Meta ftehim bħal dan ma jintlaħaqx, l-Awtorità għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew iżommu lura minn azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE li hija rilevanti tagħti diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, deċiżjonijiet meħuda mill-ASE ma jistgħux jissostitwixxu l-eżerċizzju b’konformità mal-liġi tal-Unjoni ta’ dik id-diskrezzjoni F'każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom. |
(22a) |
Il-kriżi wriet li l-kooperazzjoni sempliċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali li l-ġuriżdizzjoni tagħhom tintemm fuq il-fruntiera nazzjonali hija kjarament insuffiċjenti biex jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw b’mod transkonfinali. |
(22b) |
Barra minn hekk, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet ta’ aġir permezz ta’ fergħat f'pajjiżi oħrajn (passporting rights), superviżjoni fil-pajjiż ta’ domiċilju u assigurazzjoni purament għal depożiti nazzjonali mhumiex bażi soda għar-regolazzjoni tal-futur u s-superviżjoni ta’ banek minuri Ewropej transkonfinali” (Turner Review). |
(22c) |
Kif jikkonkludi t-Turner Review, “arranġamenti aktar sodi jeżiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta’ integrazzjoni Ewropea”. Is-soluzzjoni “nazzjonali” timplika li l-pajjiż ospitanti jingħata d-dritt li jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta’ sussidjarji tagħhom u mhux permezz ta’ fergħat, u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu. Is-soluzzjoni “Ewropea” titlob għal rinforz tal-Awtorità fl-Kulleġġ ta’ Superviżuri u għal tisħiħ fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li huma ta’ riskju sistemiku. |
(23) |
Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha rwol ewlieni u drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni . Kif jgħid ir-Rapport de Larosière, “it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta’ superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta’ attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata.” |
(23a) |
L-Awtorità u s-superviżuri nazzjonali għandhom isaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista’ jipperikola l-istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja tal-Unjoni u jista’ jagħmel ħsara lill-ekonomija reali. |
(23b) |
Ir-riskju sistemiku għandu jkun identifikat, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-FSB, l-IMF, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-G-20. L-interkonnettività, is-sostituttività u ż-żmien opportun huma l-kriterji l-iktar użati għall-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku. |
(23c) |
Qafas ġdid għall-ġestjoni ta’ kriżi finanzjarja għandu jistabbilixxi li tkun permessa l-istabilizzazzjoni jew l-istralċ ta’ istituzzjonijiet f’diffikultà bil-ħsieb li jonqsu l-effetti kontaġjużi fuq is-sistema finanzjarja Ewropea. Elementi ewlenin tal-immaniġġjar ta’ kriżi huma sett komuni ta’ regoli u strumenti ta’ riżoluzzjoni finanzjarja (eżekuzzjoni u finanzjament biex tkun ittrattata l-kriżi ta’ istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi). |
(23d) |
Fond Ewropew ta’ Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi stabbilit biex tiġi żgurata r-responsabbiltà konġunta ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, jiġu protetti l-interessi tad-depożituri tal-Unjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ kriżi finanzjarja sistemika għal dawk li jħallsu t-taxxi. Fond fil-livell tal-UE jidher li huwa l-mod l-aktar effikaċi biex jiġu protetti l-interessi tad-depożituri u l-aħjar difiża kontra t-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Madankollu, huwa ovvju li l-approċċi tal-UE inevitabbilment huma iktar kumplessi u li xi Stati Membri diġà bdew ifasslu jew anki jmexxu skemi bħal dawn. Fil-livell verament minimu, għalhekk, l-Awtorità għandha tiżgura li jkun hemm armonizzazzjoni tal-karatteristiċi l-aktar importanti tal-iskemi nazzjonali. Għandha tkun tista’ wkoll tiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jħallsu għal skema waħda biss. |
(23e) |
Il-Fond Ewropew ta’ Stabbiltà Bankarja għandu jiffinanzja interventi opportuni ta’ likwidazzjoni jew ta’ salvataġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet fejn dawk ikunu jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju intern tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jissostitwixxu dawk li saru lill-fondi nazzjonali ta’ natura simili. |
(24) |
Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji , partikolarment għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li m'għandhomx dimensjoni tal-Unjoni . Dan ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Id-delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet ▐ tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u timmonitorja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun adatt. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Fl-aħħar għandha tidentifika u xxerred prattiki tajba fir-rigward tad-delega u ftehimiet ta’ delega. |
(25) |
L-Awtorità għandha tippromwovi attivament konverġenza superviżorja fl-Unjoni Ewropea kollha bil-għan li tistabbilixxi kultura superviżorja komuni. |
(26) |
L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn pari għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki li wkoll għandhom jiġu ppubblikati. |
(27) |
L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Unjoni , b’mod partikolari sabiex tiżgura l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea . Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-SESF . Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità. |
(28) |
Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-BERS fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tniedi u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex taqdi sewwa l-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluppi potenzjali tas-suq. |
(29) |
Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fir-rigward tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri f'pajjiżi terzi . |
(30) |
L-Awtorità għandha sservi bħala entità konsultattiva indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tkun kapaċi tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet skont id-Direttiva 2006/48/KE ▐. |
(31) |
Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b'mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali . Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-Awtorità għandha tieħu kont tal-istatistika li diġà teżisti . Madankollu, bħala l-aħħar rimedju, l-Awtorità għandha tkun tista' tindirizza talba għall-informazzjoni li tkun ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut, direttament lil istituzzjoni finanzjarja fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdix jew ma tistax tipprovdi din l-informazzjoni f'waqtha. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. F'dan il-kuntest, hija essenzjali ħidma dwar formats komuni ta’ rappurtar. |
(31a) |
Il-miżuri għall-ġbir ta’ informazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-qasam tal-istatistika. Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (26) jew għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (27). |
(32) |
Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-BERS hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-BERS u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-BERS għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejniethom . Data marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-BERS lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu kif xieraq . |
(33) |
▐ L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma tadotta l-abbozzi tal-istandards regolatorji, il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha twettaq studju tal-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Unjoni ( li jirrappreżentaw id-diversi mudelli u daqsijiet tal-istituzzjonijiet u n-negozji finanzjarji, inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), l-SMEs, l-għaqdiet tal-ħaddema, lill-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji ▐. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni. |
(33a) |
L-organizzazzjonijiet bla skopijiet ta’ profitt għandhom rwol marġinali fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet meta mqabbla ma’ rappreżentanti tal-industrija li jirċievu finanzi tajbin u li għandhom konnessjonijiet tajbin, Dak l-iżvantaġġ għandu jiġi kkumpensat permezz tal-finanzjament xieraq tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. |
(34) |
L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw ġestjoni kkoordinata ta’ kriżi u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib mal-qafas u l-prinċipji tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-miżuri mill-Awtorità f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa adatt li l-Kunsill jingħata rwol f'din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f'dan ir-rigward. |
(34a) |
Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi dan il-mekkaniżmu, għandha tiġi stipulata, fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba, gwida ċara u korretta dwar meta l-klawsola ta’ salvagwardja tiġi applikata mill-Istati Membri. L-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja mill-Istati Membri għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ dik il-gwida. |
(34b) |
Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta’ Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet tiegħu għaliex talab is-salvagwardja. L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imisshom jittieħdu. |
(35) |
Fil-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità għandha tkun marbuta bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Komunità dwar il-proċess u t-trasparenza dovuti. Id-dritt li jinstemgħu d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ. L-atti tal-Awtorità jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Unjoni . |
(36) |
Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f'kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-BERS , il-Bank Ċentrali Ewropew , l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni . Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji , linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 TFUE , filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett. |
(36a) |
Bħala regola ġenerali, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu , għal atti marbutin mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa adatt li r-regoli dwar maġġoranza kwalifikata jiġu applikati kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat TFUE u fil-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji mehmuż magħhom. Każijiet li jirrigwardaw ir-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panel ristrett, objettiv, magħmul minn membri li mhumiex rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li huma parti għan-nuqqas ta’ qbil, jew li għandhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-għamla tal-panel għandha tkun ibbilanċjata b'mod adatt. Id-deċiżjoni meħuda mill-panel għandha tiġi approvata mill-Bord tas-Superviżuri b’ maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel tista' tiġi rrifjutata minn membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Fuzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(37) |
Bord Maniġerjali magħmul mill-President tal-Awtorità, rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha. Il-Bord Maniġerjali għandu jingħata s-setgħat meħtieġa biex, fost l-oħrajn, jipproponi l-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali, jeżerċita ċerti setgħat baġitarji, jadotta l-pjan ta’ politika tal-Awtorità dwar il-persunal, jadotta dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u jadotta r-rapport annwali. |
(38) |
President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Parlament Ewropew permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, immaniġġjata mill-Kummissjoni, u t-tfassil ta’ lista qasira tal-għażla għall-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
(39) |
Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt) (il-“Kumitat Konġunt”) u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-konglomerati finanzjarji . Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b'rotazzjoni kull sena mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-BERS. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
(40) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet adottati mill-Awtorità jkunu jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji neċessarji. Sabiex jitħarsu b'mod effikaċi id-drittijiet tal-partijiet u għal raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, fejn l-Awtorità jkollha setgħat li tieħu d-deċiżjonijiet, il-partijiet għandhom jingħataw id-dritt li jappellaw quddiem Bord tal-Appell. Għal raġunijiet ta’ effikaċja u konsistenza, il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tkun soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. |
(41) |
Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (28) (IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli . Il-verifika tal-kontijiet għandha titwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit totali għandu jkun suġġett għall-proċedura ta’ kwittanza. |
(42) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (29) għandu japplika għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (30). |
(43) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet miftuħa u trasparenti ta’ impjieg u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (31) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità. |
(44) |
Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni magħmula disponibbli lill-Awtorità u skambjata fin-netwerk għandha tkun suġġetta għal regoli stretti u effikaċi ta’ konfidenzjalità. |
(45) |
Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (32) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (33), li japplikaw b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(46) |
Sabiex tiġi żgurata l-ħidma trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (34) għandu japplika għall-Awtorità. |
(47) |
Pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità skont ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Unjoni . |
(48) |
Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fl-operat tas-suq intern bl-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri u l-investituri, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni , l-Unjoni Ewropea tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea . Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(49) |
L-Awtorità tassumi l-kompiti u s-setgħat preżenti kollha tal-Kumitat tas-Superviżuri bankarji Ewropej. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Superviżuri Bankarji Ewropej għalhekk għandha tiġi rrevokata, u d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tas-16 ta’ Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex isostni attivitajiet speċifiċi fil-kamp tas-servizzi finanzjarji, ir-rapportar u l-awditjar finanzjarju (35), għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(50) |
Tajjeb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tkun imħejjija sewwa biex tibda l-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata bidla mingħajr problemi mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropew, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
STABBILIMENT U STAT LEGALI
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea ( l-Awtorità Bankarja Ewropea, “l-Awtorità”).
2. L-Awtorità għandha taġixxi fil-qafas tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-regolament u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE , ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006, id-Direttiva 94/19/KE u sal-punt li dawn l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-qafas tal-partijiet relevanti tad-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE , id-Direttiva 2007/64/KE u d-Direttiva 2009/110/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.
2a. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, dment li dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni .
4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex:
(i) |
jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b'mod partikolari livell sod , effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, ▐ |
(iii) |
jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, ▐ |
(v) |
tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, |
(va) |
jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata kontribuzzjoni għal kundizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni. |
(vb) |
jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq, u |
(vc) |
jingħata kontribut biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur . |
Għal dawk l-għanijiet , l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) , tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-objettiv tal-Awtorità .
Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kull riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament fl-interess uniku tal-Unjoni.
Artikolu 1a
Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja
1. L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a) |
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), bħall-iskopijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS) u dan ir-Regolament; |
(b) |
l-Awtorità; |
(c) |
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS]; |
(d) |
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX]; |
(e) |
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 40 u 43 (il-“Kumitat Konġunt”); |
(f) |
l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru …/2010 [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u dan ir-Regolament; |
(g) |
il-Kummissjoni, għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9; |
3. L-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib mal-BERS u kif ukoll mal-AEAPX u mal-AETS permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali fil-ħidma u l-kisba ta’ pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u kwistjonijiet transsettorjali oħra.
4. Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom.
5. Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 1b
Responsabbiltà tal-Parlament Ewropew
L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 1a(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser “istituzzjonijiet tal-kreditu” kif iddefinit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, “kumpaniji tal-investiment” kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE, u “konglomerati finanzjarji” kif iddefinit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE , minbarra dik fir-rigward tad-Direttiva 2005/60/KE, “istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif defini fl-Artikolu 3(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva ; |
(2) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser:
|
Artikolu 3
Status legali
1. L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità legali.
2. F'kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi nazzjonali. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista jew tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.
3. L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.
Artikolu 4
Kompożizzjoni
L-Awtorità għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(1) |
Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 28; |
(2) |
Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 32; |
(3) |
President, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 33; |
(4) |
Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 38; |
(5) |
Bord tal-Appell, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 44, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 46. |
Artikolu 5
Kwartieri ġenerali u sede
L-Awtorità għandu jkollha l-kwatieri ġenerali tagħha fi Frankfurt.
Jista’ jkollha rappreżentazzjonijiet fl-iktar ċentri finanzjarji importanti fl-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU II
KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ
Artikolu 6
Kompiti u Setgħat tal-Awtorità
1. L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:
(a) |
tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2); |
(b) |
tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni , b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
(c) |
tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
(d) |
tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS; |
(e) |
torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-ħruġ ta’ pariri, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza f'eżiti superviżorji; |
(f) |
timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha; |
(fa) |
tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew; |
(fb) |
issaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur; |
(fc) |
tikkontribwixxi biex timmaniġġja l-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li għandhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b, waqt li tmexxi u tesegwixxi l-intervenzjonijiet bikrija, proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew insolvenza għal istituzzjonijiet bħal dawn permezz tal-Unità ta’ Riżoluzzjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 12c; |
(g) |
twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2); |
(ga) |
tissorvelja dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti; |
(gb) |
tippubblika fis-sit tal-Internet u taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-pubbliku; |
(gc) |
tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE); |
2. Biex taqdi il-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat imniżżlin f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari s-setgħa li:
(a) |
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7; |
(aa) |
tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e; |
(b) |
toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8; |
(c) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3); |
(d) |
tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11; |
(e) |
tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4); |
(f) |
toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19. |
(fa) |
tiġbor l-informazzjoni neċessarja rigward l-istituzzjonijiet finanzjarji kif ipprovdut fl-Artikolu 20; |
(fb) |
tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur; |
(fc) |
tipprovdi datebase tal-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali; |
(fd) |
tiżviluppa standard tekniku regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli lill-Awtorità dwar it-tranżazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq u kif għandu jsir il-koordinament tal-ġbir u kif id-databases nazzjonali eżistenti għandhom ikunu konnessi sabiex ikun żgurat li l-Awtorità dejjem ikollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti u neċessarja dwar it-tranżazzjonijiet u s-suq. |
3. L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b’kopertura fl-Unjoni kollha jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura fl-Unjoni kollha fdati f’idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
4. Bil-għan li teżerċità s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont il-paragrafu 3, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq il-kompetenza, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha.
Artikolu 6a
Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji
1. Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-depożituri u l-investuri, l-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq uniku kollu, inkluż permezz ta':
(i) |
il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi, |
(ii) |
ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu finanzjarju u dwar l-edukazzjoni, |
(iii) |
l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija, |
(iv) |
il-kontribut għall-iżvilupp ta’ reġoli ta’ żvelar komuni. |
(v) |
il-valutazzjoni, b’mod partikolari, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-kost tal-kreditu għall-familji u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs. |
2. L-Awtorità għandha tissorvelja attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bl-għan li tippromwovi s-sigurtà u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza tal-prassi regolatorja.
3. L-Awtorità tista' wkoll toħroġ avviżi f'każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-objettivi mniżżla fl-Artikolu 1(4).
4. L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha stess, Kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor fih l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti rilevanti kollha bl-għan li jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.
5. L-Awtorità tista’, b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jkunu ta’ theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni, f'każijiet speċifikati u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew jekk ikun meħtieġ f'każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza bi qbil ma’ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10.
L-Awtorità għandha tirrevedi din id-deċiżjoni f'intervalli regolari u xierqa.
L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attivitajiet finanzjarji u fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kull projbizzjoni jew restrizzjoni.
Artikolu 7
Standards tekniċi regolatorji
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-istandards regolatorji għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet politiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. Abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu żviluppati mill-Awtorità u mressqa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien skadenzi mniżżla fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku regolatorju.
2. L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni qabel ma tressaqhom lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22.
3. Malli tirċievi l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tibgħathom minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien tliet xhur minn meta tirċevih jekk tadottax l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji. L-istandard tekniku regolatorju għandu jiġi adottat permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx biħsiebha tadotta l-istandard, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
Artikolu 7a
Nuqqas ta’ approvazzjoni jew emendar tal-abbozz ta’ standards regolatorji
1. Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax l-istandards tekniċi regolatorji jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz tal-istandards lura lill-Awtorità, filwaqt li tipproponi emendi raġunati.
2. Fi żmien perjodu ta’ 6 ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha.
3. Meta l-Awtorità ma tkunx taqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta jew temenda l-proposti inizjali tagħha, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, biex jippreżentaw u jispjegaw id-differenzi tagħhom.
Artikolu 7b
L-eżeċitar tad-delega
1. Is-setgħat li tadotta standards regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mill-inqas sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex bi qbil mal-Artikolu 7c.
2. Hekk kif tadotta standard regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2) il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li ġew approvati u li l-awtoritajiet kompetenti ma kkonformawx magħhom.
Artikolu 7c
Oġġezzjonijiet għall-istandards regolatorji
1. Meta l-Kummissjoni tadotta att delegat fl-oqsma stabbiliti speċifikament fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandu japplika dan li ġej:
(a) |
il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika tal-istandard regolatorju mill-Kummissjoni. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur oħra. |
(b) |
L-att delegat għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Jekk, ladarba jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(c) |
Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. Bi qbil mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għall-oġġezzjoni għall-att delegat. |
2. Fejn il-Kummissjoni tadotta standard regolatorju li huwa l-istess bħall-abbozz tal-istandard regolatorju mressaq mill-Awtorità, għandhom japplikaw il-paragrafi 1(a), (b) and (c) ħlief li l-perjodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw huwa ta’ xahar mill-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 7(4). Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar ieħor.
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, malli l-abbozz ikun intbagħat lill-Kummissjoni, jistgħu jadottaw dikjarazzjoni antiċipata u kundizzjonata ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li għandha tidħol fis-seħħ meta l-Kummissjoni tadotta l-istandard tekniku regolatorju mingħajr ma timmodifika l-abbozz.
4. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. Bi qbil mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għall-oġġezzjoni għall-istandard tekniku regolatorju.
Artikolu 7d
Revoka tad-delega
1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. Id-deċiżjoni ta’ revoka għanda ttemm id-delega.
3. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat fuq standards tekniċi reglatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka.
Artikolu 7e
Standards tekniċi ta’ implimentazzjoni
1. Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fejn ikunu jenħtieġu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni vinkolanti fl-oqsma speċifikament imniżżla fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), japplika dan li ġej:
(a) |
meta bi qbil mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tfassal standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għat-tressiq lill-Kummissjoni, dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinkludu għażliet politiċi u għandhom ikunu limitati għad-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. |
(b) |
meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza mniżżla fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew imniżżla f'talba indirizzata lill-Awtorità mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 19, il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. |
2. Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.
L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22.
3. L-Awtorità għandha tressaq l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u, fl-istess żmien, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz tal-istandards ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perijodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista’ tapprova l-abbozz ta’ standards parzjalment biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jirrikjedi dan.
F'kull każ, meta l-Kummissjoni tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jemendaw l-abbozz tal-istandards ta’ implimentazzjoni mressqa mill-Awtorità, hija għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
1. Sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.
1a. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. L-Awtorità għandha titlob ukoll, fejn adatt, l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, analiżijiet u opinjonijiet u dawk il-pariri għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le. F'każ li awtorità kompetenti ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawn ir-raġunijiet.
Meta Awtorità kompetenti ma tapplikax linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika .
L-Awtorità tista' tiddeċiedi, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti minn awtorità kompetenti għaliex din ma tikkonformax ma’ linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar pubblikazzjoni bħal din.
Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b'mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le.
2a. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jinħarġu, u tindika liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u tiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni hija ssegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha.
Artikolu 9
Ksur tal-liġi tal-Unjoni
1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat jew tkun applikat l-atti leġiżlattivi imsemmija fl-Artikolu 1(2) b'mod li jidher li jkun jikser il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti bi qbil mal-Artikoli 7 u 7e, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Partijiet Bankarji Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-ksur jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni allegati tal-liġi tal-Unjoni .
2a. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha , mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità ▐ l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha.
3. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni .
3a. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni .
4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni . L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.
▐
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.
5. Fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma mal-opinjoni formali tal-Kummissjoni.
6. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l -Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ▐ fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità ▐ sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) , tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni , fosthom il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.
7. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.
Meta tittieħed azzjoni ▐ fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu ▐ 6 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ .
7a. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6.
Artikolu 10
Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità għandha tiffaċilita b'mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti .
Bil-għan li tkun tista' twettaq dan ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.
1a. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, fejn tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-deċiżjoni kull xahar u tiddikjara t-tmiem tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza malajr kemm jista' jkun.
Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.
2. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1a, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni.
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista', meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.
4. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.
Artikolu 11
Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. Bla ħsara għas-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 9, fejn awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu t-tmexxija fl-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim skont il-proċedura imniżżla fil-paragrafi 2 u 4 .
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, f’konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1), tieħu deċiżjoni biex issolvi n-nuqqas ta’ qbil u biex titlobhom jieħdu azzjoni speċifika ▐, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE , meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.
4a. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.
4b. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), il-President għandu jistipula n-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.
Artikolu 11a
Riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transsettorjali
Il-Kumitat Konġunt, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 11 u 42, għandu jsolvi nuqqas ta’ qbil transsettorjali li jista' jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti hekk kif definit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru …2010 [AETS] u r-Regolament (UE) Nru … /2010 [AEAPX].
Artikolu 12
Kulleġġi tas-superviżuri
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u timmonitorja l-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri . Persunal mill-Awtorità għandu jkun jista' jipparteċipa fi kwalunkwe attività, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, li jsiru b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar minn tnejn.
2. L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq.
Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti.
3. L-Awtorità għandha, talanqas:
(a) |
tiġbor u taqsam l-informazzjoni rilevanti kollha f'negozji kurrenti u f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri; |
(b) |
tniedi u tikkoordina wkoll simulazzjonijiet ta’ kriżi fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari ta’ dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet; |
(c) |
tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'negozji kurrenti kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; kif ukoll |
(d) |
tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. |
3a. L-Awtorità tista' toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw bil-miktub l-arranġamenti għall-funzjonament ta’ kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti ta’ bejniethom kollha.
3b. Rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità li ssolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata.
Artikolu 12a
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji ta’ ħsara fis-servizzi finanzjarji li (i) ikunu kkawżati minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha u (ii) ikollhom il-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti b’mod sistematiku sa ċertu grad.
2. L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-istituzzjonijiet transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta’ riskju ta’ istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku biex id-deċiżjoni tissorvelja jew tintervjeni direttament f'istituzzjoni batuta.
3. Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif meħtieġ, abbozz addizzjonali ta’ standards regolatorji u implimentattivi kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b.
4. L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każi, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti.
5. L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju b'mandat li jpoġġi fil-prattika l-governanza ddefinita b'mod ċar u l-modus operandi tal-ġestjoni tal-kriżijiet mill-intervent bikri sar-riżoluzzjoni u l-insolvenza u tmexxi dawn il-proċeduri.
Artikolu 12b
L-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet transkonfinali li potenzjalment jistgħu joħolqu riskju sistemiku
1. Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista', b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika istituzzjonijiet transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu, ikun jeħtieġ li jiġu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew imqiegħda taħt l-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju msemmija fl-Artikolu 12c.
2. Il-kriterji biex jiġu identifikati tali istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB, l-IMF u l-BIS.
Artikolu 12c
L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju
1. L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandha tippreżerva l-istabbiltà finanzjarja u tnaqqas kemm jista' jkun l-effett kontaġjuż li istituzzjonijiet f'diffikultà identifikati fl-Artikolu 12b jista' jkollhom fuq il-bqija tas-sistema u fuq l-ekonomija inġenerali, u tillimita l-ispiża ta’ min iħallas it-taxxa billi tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ġerarkija tal-kredituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn il-fruntieri.
2. L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandu jkollha s-setgħa li twettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, sabiex tirrijabilita istituzzjonijiet f'diffikultà jew biex tiddeċiedi dwar ix-xoljiment ta’ istituzzjonijiet mhux vijabbli (kritiku biex jiġi limitat il-periklu morali). Fost azzjonijiet oħra tista' tesiġi aġġustamenti fil-kapital jew fil-likwidità, tadatta l-kompożizzjoni tan-negozju, ittejjeb il-proċessi, taħtar jew tibdel il-ġestjoni, tirrakkomanda garanziji, self u assistenza ta’ likwidità, bejgħ totali jew parzjali, toħloq good bank/bad bank jew bridge bank, tpartat id-dejn f'kapital (b'haircuts xierqa) jew tieħu l-istituzzjoni fi sjieda pubblika temporanja.
3. L-Unità ta’ Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandha tkun magħmula minn esperti maħtura mill-Bord ta’ Superviżuri tal-Awtorità li jkollhom għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, fit-turn-a-rounds u fil-likwidazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 12d
Skemi Ewropej ta’ Garanzija tad-Depożiti
1. L-awtorità għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sistema Ewropea tal-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (DGS) nazzjonali billi taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha f’dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 94/19/KE bil-għan li jiġi żgurat li skemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti jkunu ffinanzjati b’mod adegwat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet finanzjarji inkluż minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti u li jieħdu depożiti fi ħdan l-Unjoni iżda li jkollhom il-kwartieri ġenerali barra l-Unjoni kif tipprovdi d-Direttiva 94/19/KE u li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni lid-depożituri kollha f’qafas armonizzat madwar l-Unjoni, li jħalli r-rwol ta’ salvagwardja tal-iskemi ta’ garanzija reċiproka intatti, sakemm ikunu konformi mal-istandards tal-Unjoni.
2. L-Artikolu 8 dwar is-setgħat tal-Awtorità li tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet għandu japplika għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti.
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikoli 7 sa 7d ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12e
Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja
1. Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja (il-Fond) għandu jiġi stabbilit biex isaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tas-sistema finanzjarja u biex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li jkunu qed ifallu. Istituzzjonijiet finanzjari li joperaw biss fi Stat Membru wieħed se jkollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond. Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jaddotta miżuri xierqa sabiex jevita li d-disponibbiltà ta’ assistenza tiġġenera periklu morali.
2. Il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b(1). Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta’ riskju u mal-kontribuzzjonijiet għal riskju sistemiku li kull wieħed minnhom joħloq u mal-varjazzjonijiet fir-riskju globali matul iż-żmien, kif identifikat permezz tar-risk dashboard tagħhom. L-eżiġenzi tal-livelli tal-kontribuzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet ekonomiċi globali u l-ħtieġa li istituzzjonijiet finanazjarji jżommu kapital għal eżiġenzi regolatorji u kummerċjali oħrajn.
3. Il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Bankarja għandu jkun ġestit minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu magħżula minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun magħmul minn rappreżentanza bla vot tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. Il-Bord tal-Fond jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tagħha lill-istituzzjonijiet ta’ fama tajba (bħall-BEI), u din għandha tiġi investita fi strumenti sikuri u likwidi.
4. Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek ma jkunux biżżejjed biex jiġu ffaċċjati d-diffikultajiet, il-Fond għandu jkollu l-kapaċità li jżid ir-riżorsi tiegħu permezz ta’ assigurazzjoni tad-dejn jew mezzi finanzjarji oħra.
Artikolu 13
Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu , bil-kunsens tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f'dawn il-ftehimiet u jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għal superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi finanzjarji transkonfini.
2. L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b'mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.
2a. Id-delegazzjoni tar-responsabilitajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u l-istħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju relatat mar-responsabbiltajiet li jkunu ġew delegati.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.
L-Awtorità tista' tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.
L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa.
Artikolu 14
Kultura superviżorja komuni
1. L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti; |
(b) |
tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta pprovduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti; |
(c) |
tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar , u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(2a) ; |
(d) |
tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards regolatorji u implimentativi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ; |
(e) |
tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra. |
2. L-Awtorità tista', kif ikun adatt, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiċi superviżorji komuni.
Artikolu 15
Evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti
1. Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista' tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. Fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet orizzontali, għandu jittieħed kont tal-informazzjoni eżistenti u tal-evalwazzjonijiet li jkunu diġà saru fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata.
2. L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta', iżda mhux limitata għal:
(a) |
l-adegwatezza tal-arranġamenti tar-riżorsi u tal-governanza ▐ tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi tekniċi msemmija fl-Artikoli 7 sa 7e u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq; |
(b) |
il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi tekniċi , il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni ; |
(c) |
prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom; |
(ca) |
l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza milħuqa fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi imposti kontra persuni responsabbli fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx rispettati. |
3. Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista' toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. L-Awtorità għandha tqis l-eżitu tal-evalwazzjoni orizzontali hija u tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi jew implimentattivi tekniċi skont l-Artikoli 7 sa 7e. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-parir mogħti mill-Awtorità. Fejn l-awtorità kompetenti ma ssegwix dan il-parir, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha.
L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni għall-pubbliku l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawk l-evalwazzjonijiet orizzontali. Barra minn hekk, dawk ir-riżultati kollha tal-evalwazzjonijiet orizzontali jistgħu jiġu żvelati b'mod pubbliku, soġġett għall-ftehim tal-awtorità kompetenti li hi s-suġġett tal-evalwazzjoni orizzontali.
Artikolu 16
Funzjoni ta’ koordinament
L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni .
L-Awtorità għandha tippromwovi rispons tal-Unjoni koordinat, fost l-oħrajn billi:
(1) |
tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
(2) |
tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u, fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha; |
(3) |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess; |
(4) |
tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza; |
(4a) |
tieħu l-miżuri kollha adatti f'każ ta’ żvilupp li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bil-ħsieb li tiffaċilita l-koordinament ta’ azzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti; |
(4b) |
tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 12 u 20 bħala riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju għall-istituzzjonijiet attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed. L-Aworità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra. |
Artikolu 17
Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq
1. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-AEAPX , lill-ESMA , lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuqhom l-iżviluppi potenzjali tas-suq.
1a. F'kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni ▐ kollha dwar ir-reżistenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:
(a) |
metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni; |
(b) |
approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
(ba) |
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikolari jew tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq informazzjoni dwar depożitaturi, investituri u konsumaturi. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS), l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha.
L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f'dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.
3. L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-AEAPX u mal-ESMA permezz tal-Kumitat Konġunt .
Artikolu 18
Relazzjonijiet internazzjonali
1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ▐ u tal-Istati Membri , l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji , organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi.
2. L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f'pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
3. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula l-arranġamenti amministrattivi miftiehma ma’ organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet internazzjonali jew ma’ pajjiżi terzi u l-assistenza provduta fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza.
Artikolu 19
Kompiti oħrajn
1. L-Awtorità tista', fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.
1a. Fil-każijiet fejn l-Awtorità ma ppreżentatx abbozz ta’ standard regolatorju jew implimentattiv tekniku fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u meta l-ebda terminu ta’ żmien ma jkun ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista' titlob it-tali abbozz u tistabbilixxi terminu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tiegħu.
Il-Kummissjoni tista', minħabba l-urġenza tal-każ, titlob li standard regolatorju jew implimentattiv tekniku jiġi preżentat qabel it-terminu ta’ żmien stabbili fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tiddikjara ġustifikazzjoni adegwata.
2. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar , l-Awtorità tista', ▐ fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati , toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali , minbarra fir-rigward ta’ kriterju fl-Artikolu 19a(1)(e) tad-Direttiva 2006/48/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2007/44/KE. L-Artikolu 20 għandu japplika għall-oqsma li l-Awtorità tista' toħroġ opinjoni dwarhom.
Artikolu 20
Ġbir ta’ informazzjoni
1. Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▐ tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament , dment li d-destinatarju jkollu aċċess legali għad-data rilevanti, u bil-kundizzjoni li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa meta mqabbla man-natura tad-dmir inkwistjoni .
1a. L-Awtorità tista' wkoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti. Dawk it-talbiet għandhom, fejn possibbli, jużaw formati komuni ta’ rapportar.
1b. Fuq talba debitament ġustifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun metħieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha, skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbilit fil-leġiżlazzjoni settorjali u l-Artikolu 56.
1c. Qabel ma titlob informazzjoni f'konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha l-ewwel tieħu kont tal-istatistika eżistenti prodotta, disseminata u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.
2. Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti ▐, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-Ministru tal-Finanzi fejn dan tal-aħħar ikollu informazzjoni ta’ sorveljanza għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.
2a. Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli skont il-paragrafi 1 jew 2 f'waqtha, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti. It-talba rraġunata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa d-data dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali rispettivi.
L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f'konformità mal-paragrafu 2 u ma’ dan il-paragrafu.
Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▐ għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni.
3. L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Relazzjoni mal-BERS
1. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u fuq bażi regolari mal-BERS.
2. Hija għandha ▐ tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (UE) Nru …./ 2010 (BERS). L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.
3. B'konformità mal-paragrafi 4 u 5, l-Awtorità għandha tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu [16] tar-Regolament (KE) Nru …/ 2010 (BERS).
4. Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, hija għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.
Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjonijiet li għandhom jittieħdu skont is-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.
Jekk l-Awtorità ma taġixxix ulterjorment dwar rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan.
5. Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b'dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.
Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS skont l-Artikolu [17] tar-Regolament (UE) Nru …/ 2010 (BERS).
6. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha mniżżlin f'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.
Artikolu 22
Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati
1. Biex tiffaċilita l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 7 dwar l-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi tekniċi, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 8 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħdu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr.
Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa' mill-anqas erba' darbiet fis-sena.
2. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat l-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment li joperaw fl-Unjoni , ir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom kif ukoll il-klijenti, l-utenti tas-servizzi bankarji u r-rappreżentanti tal-SMEs . Tal-inqas ħamsa mill-membri tiegħu għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla klassifika. Għaxra mill-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw l-isituzzjonijiet finanzjarji u tlieta fosthom għandhom jirrappreżentaw il-banek kooperattivi u tat-tfaddil.
▐
3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni Ewropea kollha.
▐
4. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-membri tal-grupp tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru. Il-Grupp jista' jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perijodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.
Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.
5. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista' jippreżenta opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari fuq il-kompiti speċifikati fl-Artikoli 7 sa 7e, 8, 14, 15 u 17 .
6. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu fuq bażi tal-ftehim ta’ żewġ terzi mill-maġġoranza tal-membri .
7. L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu.
Artikolu 23
Salvagwardji
▐
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa b'mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu , huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti ▐.
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jiġġustifika għaliex u għandu jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.
2a. Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.
3. Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità ġietx miżmuma jew revokata. Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tagħha. Fl-ebda wieħed minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati.
3a. Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u fi żmien xahar fil-każ tal-Artikolu 11, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet.
3b. Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-Kunsill biex iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità.
Artikolu 24
Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet
1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f'dan ir-Regolament , l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza , tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4).
2. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.
3. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.
4. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.
5. Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, dment li din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom jew tistax tipperikola b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni Ewropea .
KAPITOLU III
ORGANIZZAZZJONI
TAQSIMA 1
BORD TAS-SUPERVIŻURI
Artikolu 25
Kompożizzjoni
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:
(a) |
il-President, li ma jkollux vot; |
(b) |
il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali , kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f'kull Stat Membru , li għandhom jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ tal-inqas darbtejn fis-sena ; |
(c) |
rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot; |
(d) |
rappreżentant wieħed tal-Bank Ċentrali Ewropew li ma jkollux vot; |
(e) |
rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot; |
(f) |
rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn li ma jkollhomx vot. |
1a. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa' laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.
2. Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi.
3. Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx bank ċentrali, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b) jista' jiddeċiedi li jieħu rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istati Membri, li ma jkollux vot.
3a. Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità responsabbli waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa' fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-paragrafu 1(b), dak il-membru jista' jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li ma għandux ikollu vot.
4. Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 94/19/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn adatt, għandu jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-korpi rilevanti li jamministraw l-iskemi ta’ depożitu garanzija f'kull Stat Membru, li ma jkollux vot.
5. Il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.
Id-Direttur Eżekuttiv jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.
Artikolu 26
Kumitati interni u Panels
1. Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistabbilixxi kumitati interni jew panels għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista' jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b'mod ċar lil kumitati jew panels interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkollu għamla ta’ membri bbilanċjata sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta’ qbil, li jkun jikkonsisti mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li la jkunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet għan-nuqqas ta’ qbil u lanqas ma jkollhom l-ebda interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati .
2a. Soġġett għall-Artikolu 11(2), il-panel għandu jipproponi deċiżjoni għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1).
2b. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panel imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 27
Indipendenza
1. Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni ▐, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandu jfittex li jinfluwenza l-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 28
Kompiti
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II.
2. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II.
3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President.
4. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.
4a. Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
5. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.
6. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f'konformità mal-Artikolu 49.
7. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista' jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 33(5) jew l-Artikolu 36(5) rispettivament.
Artikolu 29
Teħid ta’ deċiżjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed .
Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 7 u 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont il-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 11(3), għal deċiżjonijiet li ttieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha titqies bħala adottata jekk approvata b'maġġoranza sempliċi, sakemm ma tiġix irrifjutata mill-membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif imfisser fl-Artikolu 16(4) tat-TFUEu fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar miżuri tranistorji annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE.
Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha f'konformità mal-Artikolu 11(3) , id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tkun adottata permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord ta’ Superviżuri skont il-prinċipju ta’ bniedem wieħed vot wieħed .
2. Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.
3. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.
4. Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inkluż, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
TAQSIMA 2
BORD MANIĠERJALI
Artikolu 30
Kompożizzjoni
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President , u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri minn fosthom stess .
Kull membru ħlief il-President għandu jkollu membru supplenti, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista' tattendi.
Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista' jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u tirrifletti l-Unjoni Ewropea kollha. Il-mandati għandhom ikunu sovrastanti u għandu jiġi applikat arranġament adatt ta’ rotazzjoni.
2. Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.
Id-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw .
Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49.
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.
3. Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.
Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kulmeta jidhirlu li hu neċessarju . Huwa għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena f'sessjoni ▐.
4. Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri mingħajr vot ma għandhom jattendu l-ebda diskussjoni mal-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.
Artikolu 31
Indipendenza
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi , mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn korpi tal-Unjoni ▐, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni jews kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw il-membri tal-Bord Maniġerjali.
Artikolu 32
Kompiti
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.
2. Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.
3. Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 49 u 50.
4. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 54(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolamenti dwar il-Persunal”).
5. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 58.
▐
6a. Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, abbażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) tal-Bord tas-Superviżuri għall-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u għall-approvazzjoni tiegħu.
7. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.
8. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 44(3) u 44(5).
TAQSIMA 3
PRESIDENT
Artikolu 33
Ħatra u kompiti
1. L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.
Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Bord tas-Superviżuri .
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta’ smigħ ta’ dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri.
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll membru supplenti minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak il-membru supplenti ma għandux ikun elett minn fost il-membri tal-Bord Maniġerjali.
3. Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.
4. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:
(a) |
ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu; |
(b) |
id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.
5. Il-President jista' jitneħħa mill-kariga biss ▐ mill-Parlament Ewropew b'riżultat ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri .
Il-President ma jistax jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b'mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu u ma għandux ikun involut f'deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.
Artikolu 34
Indipendenza
Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kull entità pubblika jew privata oħra m'għandhomx jfittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu.
F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-President għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
Artikolu 35
Rapport
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President jew lill-membru supplenti tiegħu jew tagħha , filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-indipendenza tiegħu jew tagħha , biex jagħmel jew tagħmel dikjarazzjoni . Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsijiet mressqa mill-membri tiegħu , kulmeta dan ikun meħtieġ .
2. Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel jew tagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu jew tagħha msemmija fil-paragrafu 1.
2a. Barra mill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a-7e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.
TAQSIMA 4
DIRETTUR EŻEKUTTIV
Artikolu 36
Ħatra
1. L-Awtorità għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla wara l-konferma mill-Parlament Ewropew .
3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista' jiġi estiż darba.
4. Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jwettaq evalwazzjoni.
F'dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b'mod partikolari:
(a) |
ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu; |
(b) |
id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara. |
Fid-dawl ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.
5. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.
Artikolu 37
Indipendenza
1. Mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Awtorità.
1a. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra m'għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu.
F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
Artikolu 38
Kompiti
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b'mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).
5. Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).
6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 49 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 50.
7. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport ▐ b'taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.
KAPITOLU IV
SISTEMA EWROPEA TA' SUPERVIŻURI FINANZJARI ▐
TAQSIMA 2
▐ AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ (KUMITAT KONĠUNT)
Artikolu 40
Stabbiliment
1. ▐ Il-Kumitat Konpunt tal-Awtoritajiet Supervizorji Ewropej huwa bil-prezenti stabbilit.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal -Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn, b'mod partikolari dwar:
— |
konglomerati finanzjarji; |
— |
kontabilità u verifika; |
— |
analiżi mikroprudenzjali ta’ żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall-istabbilità finanzjarja; |
— |
prodotti tal-investiment bl-imnut; |
— |
il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll |
— |
skambju ta’ informazzjoni mal-BERS u żvilupp tar-relazzjoni bejn il-BERS u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu personal apposta pprovdut mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li għandu jaqdi d-dmirijiet ta’ segretarjat. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati ▐ għal spejjeż ▐ amministrattivi, infrastrutturali u operattivi .
Artikolu 40a
Superviżjoni
F'każ li istituzzjoni finanzjarja tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqas ta’ qbil skont l-Artikolu 42.
Artikolu 41
Kompożizzjoni
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul ▐ mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.
2. Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ▐ kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.
3. Il-President tal-Kumitat Konġunt ▐ għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. Il-President tal-Kumitat Konġunt maħtur f'konformità ma’ dan il-paragrafu għandu jinħatar ukoll Viċi President tal-BERS.
4. Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.
Il-Kumitat Konġunt ▐ għandu jiltaqa' għallinqas darba kull xahrejn.
Artikolu 42
Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni
Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq kif adatt.
Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe atti leġiżlattivi oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa' wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, kif adatt, b'mod parallel.
Artikolu 43
Sottokumitati
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt ▐.
2. Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.
3. Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt ▐.
4. Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi aktar Sottokumitati.
TAQSIMA 3
BORD TAL-APPELL
Artikolu 44
Kompożizzjoni
1. Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej .
2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża dik superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fil-qasam tas-swieq bankarji, tal-assikurazzjoni u dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn , għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Numru konsiderevoli ta’ membri tal-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċizzu min-naħa tal-Awtorità tal-poteri tagħha.
Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu.
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell tkun taqa' taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, din il-maġġoranza ta’ erba' membri għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.
Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.
3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.
Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (UE) Nru …/ 2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/ 2010 [ ESMA ].
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista' jiġi estiż darba.
5. Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti.
6. L-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operattiv u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt .
Artikolu 45
Indipendenza u imparzjalità
1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b'ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.
2. Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f'ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.
3. Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f'xi proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan.
4. Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista' toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b'favoreġġamenti.
Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.
5. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.
Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mill-membri supplenti tiegħu, sakemm il-membru supplenti nnifsu ma jsibx ruħu f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar membru supplenti minn fost il-membri supplenti disponibbli.
6. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.
Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.
Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.
KAPITOLU V
RIMEDJI
Artikolu 46
Appelli
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti leġiżlattiva msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.
2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.
Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.
3. Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett suspensiv.
Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
4. Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden ▐ lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.
5. Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-entità kompetenti tal-Awtorità, jew ▐ jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u dak il-korp għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat .
6. Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.
7. Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u magħmulin pubbliċi mill-Awtorità.
Artikolu 47
Kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja
1. Tista' titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 TFUE , kawża li tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f'każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.
1a. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jressqu appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 263 TFUE.
2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċedimenti għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja f'konformità mal-Artikolu 265 TFUE .
3. L-Awtorità għandha tkun meħtieġa li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 48
Baġit tal-Awtorità
1. Id-dħul tal-Awtorità , korp Ewropew b'konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (KE, Euratom), għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn tagħqida tas-segwenti :
(a) |
kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom isiru konformement mal-formula abbażi tal-piż tal-voti mniżżel fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE; |
(b) |
sussidju mill-Unjoni , li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni); il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni Ewropea hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif dispost fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba; |
(c) |
kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni ▐. |
2. In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, tal-anqas, l-ispejjeż tal-persunal, ir-remunerazzjoni, l-amministrazzjoni, l-infrastruttura , it-taħriġ professjonali u l-operat.
3. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.
4. L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.
Artikolu 49
Stabbiliment tal-baġit
1. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz ta’ baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri , flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord tas-Superviżuri għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord Maniġerjali , jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi , inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi trasmessa mill-Bord tas-Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjarli .
2. Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala l-“awtorità baġitarja”), flimkien mal-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l -Artikoli 313 u 314 TFUE .
4. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità.
5. Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri . Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat skont dan.
6. Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunwke proġett li jkollu x'jaqsam ma’ proprjetà bħall-kiri jew xiri ta’ bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni bħal din. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Awtorità tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.
6a. Għall-ewwel sena ta’ ħidma tal-Awtorità, li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-baġit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitat Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad trasmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni tagħhom.
Artikolu 50
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.
2. Sal-1 ta’ Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.
Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (36), (minn hawn “il quddiem ir-Regolament Finanzjarju”).
3. Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord Maniġerjali.
4. Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, sal-1 ta’ Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
6. Il-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati.
7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru. Huwa għandu jibgħat wkoll kopja ta’ din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija.
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit (inklużi l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu tal-Awtorità) għas-sena finanzjarja N.
Artikolu 51
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (37) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu u dan biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 52
Miżuri kontra l-frodi
1. Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, l-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.
2. L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (38) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.
3. Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flus.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 53
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.
Artikolu 54
Persunal
1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ▐ għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha .
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.
3. Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ persunal ieħor.
4. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.
Artikolu 55
Responsabbiltà tal-Awtorità
1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din.
2. Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.
Artikolu 56
Obbligu tas-Segretezza Professjonali
1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni ▐, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.
F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-persunal għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni jews kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw il-membri tal-persunal tal-Awtorità.
2. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f'forma mqassra jew miġbura, b'tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u b'mod partikolari għal proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni Komunitarja oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.
Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha, l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (39).
Artikolu 57
Protezzjoni tad-data
Dan ir-regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.
Artikolu 58
Aċċess għad-dokumenti
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.
2. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sal-31 ta’ Mejju 2011.
3. Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif adatt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.
Artikolu 59
Arranġamenti lingwistiċi
1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (40) għandhom japplikaw għall-Awtorità.
2. Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.
3. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 60
Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali
L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.
Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament adatt tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi, b'orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.
Artikolu 61
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi
1. Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni ▐ fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2).
1a. L-Awtorità tista' tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif jiddisponu l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 216 TFUE.
2. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 62
Azzjonijiet preparatorji
-1. |
Matul il-perijodu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel l-istabbiliment tal-Awtorità, il-KSBE għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni fit-tħejjija għas-sostituzzjoni tal-KSBE mill-Awtorità. |
1. |
Ladarba l-Awtorità tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u għall-operat amministrattiva inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess. Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri f'konformità mal-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi. Dan il-perijodu għandu jkun limitat sa meta l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva li timplimenta l-baġit tagħha stess. |
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti previsti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord Maniġerjali u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti ta’ persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità. |
3. |
Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali. |
3a. |
L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KSBE. L-attiv u l-passiv kollu u l-operati kollha pendenti tal-KSBE ser ikunu trasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Awditur indipendenti għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-attiv u l-passiv tal-KSBE sa mid-data tat-trasferiment. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ivverifikata u approvata mill-membri tal-KSBE u mill-Kummissjoni qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment tal-atttiv jew tal-passiv. |
Artikolu 63
Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-Persunal
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 54, il-kuntratti ta’ impjieg u l-ftehimiet ta’ ssekondar kollha konklużi mill-KSBE jew is-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom. Ma jistgħux jiġu estiżi. Ma jistgħux jiġu estiżi.
2. Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.
Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal tal-KSBE jew tas-Segretarjat tiegħu , imsemmi fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura ta’ għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwu qabel ir-reklutaġġ.
3. Jiddependi fuq it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li għallinqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa' taħt il-kuntratt preċedenti.
4. Il-liġi nazzjonali rilevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti rilevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għal membri tal-persunal b'kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.
Artikolu 63a
Dispożizzjonijiet nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jagħmlu tali dispożizzjoni kif adatt biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 64
Emendi
Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE hija bil-preżenti emendata billi l-KSBE qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 65
Revoka
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, li tistabbilixxi l-KSBE , qiegħda bil-preżenti titħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 66
Klawsola ta’ reviżjoni
-1. |
Sa mhux aktar tard mid-data … (41), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa biex issaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jafu joħolqu riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 12b u l-istabbiliment ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja inklużi arranġamenti relatati mal-finanzjamenti. |
1. |
Sa mhux aktar tard mid-data … (42) u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa ▐, fost affarijiet oħra:
|
1a. |
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:
|
2. |
Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif adatt, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Artikolu 67
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011 , bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 62 u 63(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Awtorità għandha tkun stabbilita fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0166/2010).
(2) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.
(3) Opinjoni tat-22 ta’ Jannar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU C, , p. .
(6) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ….
(7) ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
(8) ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.
(9) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.
(10) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.
(11) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.
(12) Testi adottati, P6_TA(2009)0251.
(13) Testi adottati, P6_TA(2009)0279.
(14) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 23.
(15) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28.
(16) ĠU L 25, 29.1.2009, p.18.
(17) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(18) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(19) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.
(20) ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.
(21) ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.
(22) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.
(23) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(24) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
(25) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(26) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(27) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(28) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(29) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(30) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(32) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(34) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(35) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8.
(36) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(37) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.
(38) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(39) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.
(40) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.
(41) hawn għandha tiddaħħal id-data: sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(42) hawn għandha tiddaħħal id-data: tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.