EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0222

Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD))
P7_TC1-COD(2008)0028 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 94/54/KE, 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ANNESS I
ANNESS II
ANNESS III
ANNESS IV
ANNESS V
ANNESS VI
ANNESS VII
ANNESS VIII
ANNESS IX
ANNESS X
ANNESS XI
ANNESS XII

ĠU C 236E, 12.8.2011, p. 187–234 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 236/187


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I

P7_TA(2010)0222

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD))

2011/C 236 E/47

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0040),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta lill-Parlament (C6-0052/2008),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jisimha “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0109/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif jingħad aktar 'l isfel;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu ħalli jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.


L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
P7_TC1-COD(2008)0028

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Ġunju 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 94/54/KE, 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 169 tat-Trattat jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skond l-Artikolu 114 tiegħu.

(2)

Il-moviment ħieles ta’ ikel sigur ▐ għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. Dan ir-Regolament se jaqdi kemm l-interessi tas-suq intern, billi jissimplifika l-liġi, jiżgura ċertezza legali u jnaqqas il-burokrazija tal-leġiżlazzjoni, kif ukoll jibbenefika liċ-ċittadin, billi jirrikjedi li jkun hemm tikketta tal-prodotti tal-ikel li tkun ċara, tinftiehem u tinqara.

(3)

Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar l-ikel li jikkonsmaw. Id-deċiżjonijiet dwar l-akkwisti jistgħu jiġu influwenzati, inter alia, permezz ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (3) u jistipula l-proċeduri f'kwistjonijiet ta’ sigurtà fl-ikel jipprovdi li huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li toffri bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-ikel li jikkonsmaw u biex jinżamm milli jkun hemm xi prassi li tista' tiżgwida lill-konsumatur.

(5)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 li tikkonċerna prassi kummerċjali mhux ġusti min-negozji għall-konsumatur fis-suq intern (4) tkopri ċerti aspetti ta’ l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi bil-għan speċifiku li żżomm milli jsiru azzjonijiet li jiżgwidaw u milli titħalla barra informazzjoni. Il-prinċipji ġenerali dwar prassi kummerċjali inġusti għandhom jiġu kumplimentati minn regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(6)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettjar fuq l-ikel applikabbli għall-ikel kollu huma stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mat-tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (5). Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar it-tikkettjar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel (6) tistipula r-regoli dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq in-nutrizzjoni ta’ ikel ippakkjat bil-lest. Iż-żieda ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi volontarja sakemm ma ssirx talba marbuta man-nutrizzjoni li tikkonċerna l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1990 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(8)

Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettjar huma kumplimentati b’għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikel kollu f’ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta’ ikel. Barra minn hekk, hemm numru ta’ regoli speċifiċi li huma applikabbli għal ikel speċifiku.

(9)

Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettjar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex ikun hemm applikazzjoni aktar faċli u ċertezza legali akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel.

(10)

Hemm interess fost il-pubbliku inġenerali fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni mezz wieħed kif jingħata tagħrif lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ informazzjoni huma mekkaniżmu importanti biex il-konsumatur jifhem aħjar it-tagħrif dwar l-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 tal-Unjoni enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata. Barra minn hekk, tagħmel sens u hu xieraq li l-konsumaturi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sors ta’ informazzjoni newtrali sabiex jiċċaraw il-mistoqsijiet tagħhom dwar in-nutrizzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu hotlines xierqa li jistgħu jkunu ffinanzjati parzjalment mill-industrija tal-ikel.

(11)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun assigurat li l-infurzar isir b’mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u jiġu mibdula b’Regolament wieħed li jassigura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi ta’ l-industrija kif ukoll li jnaqqas il-piż amministrattiv.

(12)

Għall-fini ta’ ċarezza, jixraq li jitħassru u jiddaħħlu f’dan ir-Regolament atti oħra ġeneriċi, prinċipalment id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 ta’ April 1987 dwar l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum fit-tikkettjar ta’ xorb alkoħoliku għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari (7), id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE tat-18 ta’ Novembru 1994 li tikkonċerna l-indikazzjoni obbligatorja dwar it-tikkettjar ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel bid-dettalji barra dawk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE (8), id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta’ Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (9), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar it-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kinina, u ta’ oġġetti ta’ l-ikel li fihom il-kafeina (10), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna t-tikkettjar ta’ ikel u ingredjenti ta’ l-ikel li fihom miżjud magħhom phytosterols, phytosterol esters, phytostanols u/jew phytostanol esters (11) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward tat-tikkettjar ta’ ċertu ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta’ l-ammonju tiegħu (12).

(13)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.

(14)

Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta ma’ l-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa ta’ l-informazzjoni u edukazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

(15)

Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta’ attivitajiet u ċertu grad ta’ organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħat-twassil okkażjonali, ta’ ikel lil partijiet terzi , is-servizz tal-ikliet u l-bejgħ ta’ ikel minn persuni privati ngħidu aħna waqt avvenimenti għall-karità jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat kif ukoll il-bejgħ ta’ ikel permezz ta’ forom differenti ta’ marketing dirett mill-bdiewa , mhumiex koperti fl-ambitu ta’ dan ir-regolament. Sabiex jiġi evitat piż żejjed, b’mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni ta’ l-ikel u fil-bejgħ ta’ l-ikel bl-imnut, li jinkludu wkoll fornituri ta’ servizzi ta’ catering tal-massa, il-prodotti li ma jiġux ippakkjati bil-lest għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti tat-tikkettjar.

(16)

Is-servizzi ta’ catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m’għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

(17)

Is-servizzi ta’ catering provduti mis-swali taċ-ċinema – ħlief l-SMEs – għandhom jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk l-ikel huwa ppakkjat fil-post fejn jinbiegħ f’pakketti standard, li l-kapaċità tagħhom hija ddeterminata minn qabel, u għaldaqstant fejn il-kwantità u l-kontenut tal-ikel jew xorb hija definita u tista’ titkejjel.

(18)

Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun imsejsa wkoll fuq ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-konsumaturi u tiżgura li l-innovazzjoni fl-industrija tal-ikel ma tkunx maħnuqa. Il-possibilità li l-operaturi fin-negozju tal-ikel jagħtu informazzjoni addizzjonali volontarja tippermetti flessibilità addizzjonali .

(19)

L-iskop li tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hu biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konxji dwar ix-xiri li jaqblu max-xewqat u mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali.

(20)

Sabiex il-liġi ta’ informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta’ informazzjoni tal-konsumaturi, u sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ħela fl-ippakkjar, l-ittikkettjar obbligatorju fuq l-ikel għandu jinżamm biss għal finijiet ta’ informazzjoni li huwa ta’ interess kbir għall-maġġoranza tal-konsumaturi ▐.

(21)

Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel jew il-forom ġodda tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel , għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità , trasparenza u sostenibbiltà.

(22)

Barra r-regoli eżistenti kontra ir-reklamar qarrieqi, ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-indikazzjoni ta’ kull dettalli li jista’ jiżgwida lill-konsumatur b’mod partikulari dwar il-kontenut ta’ enerġija, l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-ikel . Biex tkun effettiva, dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ l-ikel.

(23)

Qed jingħad li l-użu ta’ ċerti prodotti għandu effetti li huma ta’ benefiċċju għas-saħħa. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu espressi b’mod li jiżgura li l-effetti ta’ l-użu ta’ dawn il-prodotti jistgħu jitkejlu jew jiġu vverifikati.

(24)

Sabiex ma jiġux imkissra f’biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-informazzjoni żbaljata, qarrieqa jew nieqsa dwar l-ikel huwa essenzjali li r-responsabbiltajiet ta’ l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel f’dan il-qasam jiġu stabbiliti b’mod ċar . Bla ħsara għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi tan-negozji tal-ikel responsabbli għal attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu fil-pront meta jsiru jafu li din l-informazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament .

(25)

Għandha tissawwar lista ta’ l-informazzjoni kollha obbligatorja li ▐ għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

(26)

It-teknoloġija l-ġdida ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jista’ jkollha rwol importanti fit-tixrid ta’ l-informazzjoni supplimentari lill-konsumaturi billi din tippermetti li jsir skambju ta’ informazzjoni malajr u li ma jiswiex ħafna flus. Huwa possibbli li jiġi kkontemplat li l-konsumaturi jottjenu tagħrif addizzjonali permezz tat-terminals imqegħdin fis-supermarkets. Dawk it-terminals ikunu, permezz tal-qari tal-barcode, jistgħu jagħtu tagħrif dwar il-prodott li jkun. Bl-istess mod, wieħed jista’ jimmaġina li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni supplimentari permezz ta’ paġna fuq l-internet.

(27)

Meta jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi u f’ċerti każijiet xi wħud jistgħu wkoll joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti għalhekk li tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra li jkunu ġew ippruvati xjentifikament b’effett allerġeniku jew li jistgħu jkattru r-riskju ta’ mard sabiex il-konsumaturi b’mod partikolari dawk li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza ikunu jistgħu jagħżlu b’mod maħsub dak l-ikel li hu sigur għalihom . Għandhom jingħataw it-traċċi wkoll sabiex dawk il-persuni neqsin mill-enerġija jkunu jistgħu jagħmlu għażla sikura. Għal dan l-għan għandhom jitfasslu regoli komuni.

(28)

It-tikketti ta’ l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet selettivi dwar ikel u dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà faċli hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-informazzjoni dwar il-prodott li ma tkunx tista’ tinqara hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għalhekk, fatturi bħal tipa, kulur u kuntrast għandhom jitqiesu flimkien.

(29)

Sabiex ikun assigurat l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jkun inkluż il-bejgħ ta’ l-ikel permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f’każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel trid tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

(30)

Bil-ħsieb li jagħtu lill-konsumatur informazzjoni dawr l-ikel meħtieġa sabiex issir għażla informata, ix-xarbiet alkoħoliċi mħallta wkoll għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-ingredjenti tagħhom.

(31)

F’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2007 dwar strateġija tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-Istati Membri fit-tnaqqis tad-dannu relatat mal-alkoħol (13), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar il-proviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-ikel għal konsumaturi, il-ħidma tal-Kummissjoni, u t-tħassib pubbliku ġenerali dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol speċjalment għall-konsumaturi żgħażagħ u vulnerabbli, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tistabbilixxi definizzjoni ta’ xarbiet bħal “alcopops” immirata speċifikament għaż-żgħażagħ. Minħabba n-natura alkoħolika tagħhom, “alcopops” għandu jkollhom rekwiżiti ta’ tikkettar aktar stretti, u jkunu separati b’mod ċar mis-soft drinks fil-ħwienet.

(32)

Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar it-tikkettjar ta’ l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (14) jipprovdi sett eżawrjenti ta’ standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta’ manifattura u l-mod ta’ preżentazzjoni u t-tikkettjar ta’ l-inbejjed, u permezz ta’ hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B’mod partikolari, dik il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f’mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta’ produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta’ lista pożittiva ta’ prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f’din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f’dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mal-birra, u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tas-spirit drinks (15), u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-konsizzjonijiet stabbiliti mill-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta’ eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u tista’ tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(33)

L-indikazzjoni tal-post ta’ provenjenza tal-ikel għandu jingħata fuq bażi obbligatorja bi qbil mal-Artikolu 9(1)(i) u kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru jew il-post veru ta’ provenjenza ta’ dak il-prodott. F’kull każ ieħor l-indikazzjoni tal-pajjiż jew il-post ta’ provenjenza jitħalla f’idejn l-approvazzjoni ta’ l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza għandha tingħata f’mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta’ l-informazzjoni relatata mal-pajjiż jew il-post ta’ provenjenza ta’ ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma’ l-isem jew l-indirizz ta’ l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.

(34)

Jekk l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel ▐ jindikaw li l-oriġini ta’ dak l-ikel hija l - Unjoni Ewropea sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom u għall-istandards ta’ produzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ▐ jikkonformaw ma kriterji armonizzati. L-istess għandu japplika, fejn ikun il-każ, għall-indikazzjoni tal-Istat Membru.

(35)

Ir-regoli mhux preferenzjali dwar l-oriġini tal-Unjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t’Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (16) u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jimplimentaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 (17). Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-ikel għandha tkun ibbażata fuq dawk ir-regoli, li huma magħrufa tajjeb ma’ l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħha aktar faċli.

(36)

Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta’ l-enerġija u ċerti nutrijenti u ingredjenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni fuq quddiem u fuq wara tal-pakkett għandu jkun sostnut minn azzjonijiet tal-Istati Membri, bħal pjan ta’ azzjoni dwar in-nutrizzjoni bħala parti mill-politika tagħhom dwar is-saħħa pubblika, li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(37)

Il-White Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-30 ta’ Mejju 2007 enfasizzaw ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jkunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta’ dik il-White Paper .

(38)

Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, kienet tkun ta’ għajnuna, li kieku l-produtturi kellhom jagħtu informazzjoni dwar il-kontenut tal-enerġija fix-xorb alkoħoliku ▐.

(39)

Sabiex ikun hemm ċertezza legali u koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni t-tniżżil volontarju ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti ta’ l-ikel għandu jkun skond ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar it-talbiet tan-nutrizzjoni u tas-saħħa li saru fuq l-ikel (18).

(40)

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq il-produtturi u n-negozjanti tal-prodotti tal-ikel , huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għad-deċiżjoni tal-konsumatur dwar ix-xiri, jew li l-pakkett ta’ barra tiegħu jew it-tikketta jkunu żgħar wisq għat-tikkettjar obbligatorju biex isir it-tikkettar tassattiv , jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta’ dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta’ forniment ta’ informazzjoni bħal din hija prevista f’leġiżlazzjoni oħra tal- Unjoni .

(41)

Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, ▐ l-informazzjoni ▐ għandha tkun ▐ faċilment tinftiehem mill-konsumatur medju . Ikun xieraq li tingħata l-informazzjoni f’kamp wieħed tal-viżjoni , sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel ▐.

(42)

Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta’ l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet mingħajr dewmien . Minkejja dan, ma hemm l-ebda evidenza xjentifika fl-Unjoni kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Biex jitħaffef il-mod li bih jitqabblu l-prodotti f’pakketti ta’ daqs differenti jkun xieraq li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tibqa’ obbligatorja għal kull 100g/100ml u, fejn xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet oħra bbażati fuq il-porzjonijiet. Jekk l-ikel ikun ippakkjat f’porzjonijiet individwali, l-informazzjoni nutrittiva għal kull porzjon għandha, barra minn hekk, tkun obbligatorja. Sabiex jiġu esklużi indikazzjonijiet dwar id-daqs tal-porzjonijiet li jiżgwidaw, id-daqsijiet tal-porzjonijiet għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni.

(43)

Id-dikjarazzjoni fuq iż-żona ta’ viżjoni prinċipali ta’ l-ammonti ta’ elementi nutrizzjonali u ta’ l-indikaturi komparattivi f’forma li tingħaraf malajr sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-proprjetajiet nutrizzjonali ta’ ikel għandha titqies fit-totalità tagħha bħala parti mid-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni u ma għandhiex tiġi ttrattata bħala grupp ta’ talbiet individwali.

(44)

L-esperjenza turi li f’ħafna każijiet informazzjoni volontarja dwar l-ikel tingħata għad-detriment taċ-ċarezza ta’ l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel. Għalhekk, għandhom jiġu provduti kriterji biex jgħinu lill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel u lill-awtoritajiet ta’ l-infurzar biex joħolqu bilanċ bejn l-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u dik volontarja.

(45)

L-informazzjoni għall-persuni allerġiċi dwar sustanzi li jikkawżaw allerġiji hija importanti wkoll fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat minn qabel u servizzi tal-catering tal-massa. Għalhekk dik l-informazzjoni għandha dejjem tkun magħmula disponibbli lill-konsumatur.

(46)

L-Istati Membri m’għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f’dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih. Barra minn hekk, minħabba li r-rekwiżiti tal-ittikkettar nazzjonali jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment liberu fis-suq intern, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġuni għall-ħtieġa ta’ miżuri bħal dawn u jfasslu passi li għandhom jieħdu biex jiżguraw li dawn ikunu applikati b’mod li jfixkel l-inqas il-kummerċ.

(47)

Ir-regoli ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu jistgħu jadattaw għal ambjent soċjali, ekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.

(48)

Fir-rigward ta’ ċerti aspetti ta’ informazzjoni dwar l-ikel li jwasslu għall-iżvilupp tta’ prassi innovativi u kummerċjali moderni, jeħtieġ li jsiru esperimenti biżżejjed u riċerka dwar il-konsumaturi u tingħata evidenza soda dwar l-aħjar sistemi. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn il-liġi tal-Unjoni ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun ristretta biex tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali obbligatorji li jiddeterminaw il-livell ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumatur u tħalli flessibbiltà biex ikunu jistgħu jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti, f’mod li huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-suq intern.

(49)

Sabiex ikun assigurat li jiġu disinjati aktar rekwiżiti dettaljati ta’ informazzjoni dwar l-ikel u jiġu stabbiliti b’mod dijalettiku u li qed jirfdu mill-aħjar prassi, għandu jkun hemm mekkaniżmi flessibbli fuq il-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali bbażati fuq konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti u interazzjoni kontinwa bejn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati rappreżentattivi. Mekkaniżmu bħal dan jista’ jirriżulta fl-iżvilupp ta’ skemi nazzjonali li ma jorbtux fuq il-bażi ta’ riċerka solida tal-konsumatur u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati. Għandu jkun hemm mekkaniżmi għall-konsumaturi sabiex ikunu kapaċi jidentifikaw ikel li huwa ttikkettjatbħala konformi ma’ l-iskema nazzjonali bħal pereżempju permezz ta’ numru jew simbolu ta’ identifikazzjoni.

(50)

Sabiex jiġi żgurat livell ta’ konsistenza fir-riżultati li nkisbu fl-Istati Membri differenti, jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni ta’ l-iskambju u d-distribuzzjoni kostanti ta’ l-aħjar prassi u esperjenza bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal skambju bħal dawn.

(51)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (19).

(52)

Referenzi għad-Direttiva 90/496/KEE fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (20) għandhom jiġu aġġornati biex iqisu dan ir-Regolament. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati skond il-bżonn.

(53)

Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta’ perjodi ta’ transizzjoni estiżi b’perjodu ta’ transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji.

(54)

Naturalment, il-prodotti tas-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u l-prodotti friski tan-negozju tal-bejgħ tal-ikel li jiġu prodotti direttament fil-post tal-bejgħ jistgħu jinkludu wkoll sustanzi li joħolqu reazzjonijiet allerġiċi jew intolleranzi f’persuni sensittivi. Billi, madankollu, huma l-prodotti mhux ippakkjati minn qabel li jinbigħu f’kuntatt dirett mal-konsumatur, l-informazzjoni rilevanti, pereżempju, għandha tingħata bil-kelma fil-waqt tal-bejgħ, jew permezz ta’ tabella li tkun tidher ċar fil-post tal-bejgħ jew permezz ta’ materjal informattiv disponibbli biex jittieħed.

(55)

Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hemm minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(56)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(57)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni, għandhom jingħataw kompetenzi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta linji gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista ta’ ingredjenti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, biex jiġi ddeterminat kif tiġi indikata d-data tad-durabilità minima u fir-rigward tat-teħid ta’ pożizzjoni dwar dispożizzjonijiet nazzjonali adottati minn Stat Membru. B’konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta’ kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta’ regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-Regolament ġdid, u meta titqies il-ħtieġa li jiġi adottat dan ir-regolament malajr kemm jista’ jkun, il-kontroll mill-Istati Membri għandu jiġi eżerċitat skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (21), bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli, safejn dawk id-dispożizzjonijiet għadhom kompatibbli mat-Trattati emendati. Ir-referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jinbidlu b’referenzi għar-regoli u l-prinċipji stipulati fir-regolament il-ġdid hekk kif dak ir-regolament jidħol fis-seħħ.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b’mod partikolari t-tikkettjar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi provduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq ma’ l-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess ta’ l-ikel, fejn jidħol l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill- konsumatur aħħari .

Hu għandu japplika għall-ikel kollu ppakkjat bil-lest intiż li jitwassal lill-konsumatur aħħari, ▐ u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

Dan m’għandux japplika għal ikel li hu ppakkjat direttament fil-post tal-bejgħ qabel ma jitwassal lill-konsumatur aħħari.

Is-servizzi ta’ catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m’għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

3.     Dan ir-regolament japplika biss għall-ikel ippreparat fil-qafas ta’ attività ekonomika, fejn il-kunċett ta’ attività ekonomika jimplika ċerta kontinwità ta’ l-attivitajiet u ċertu livell ta’ organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbigħ ikel minn persuni privati f’okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, mhumiex koperti fl-ambitu ta’ dan ir-regolament.

4.     L-ikel li joriġina minn pajjiżi terzi jista’ jitqassam fl-Unjoni biss wara li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ tikketjar previsti f’leġiżlazzjoni speċifika tal- Unjoni applikabbli għal ikel partikolari. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa … (22), lista tar-rekwiżiti kollha dwar it-tikkettjar li hemm dispost għalihom fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari, u għandha tagħmel din il-lista aċċessibbli fuq l-Internet.

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … (23), għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità ta’ dawk ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposta relevanti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-definizzjonijiet ta’ “ikel”, “liġi dwar l-ikel”, “negozju ta’ l-ikel”, “operatur tan-negozju dwar l-ikel”, “bejgħ bl-imnut”, tqegħid fis-suq’ u “konsumatur aħħari” fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(1), (2), (3), (7), (8) u (18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b)

id-definizzjoni ta’ “ipproċessar”, “prodotti mhux ipproċessati” u “prodotti pproċessati” fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlemnt Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (24);

(c)

id-definizzjonijiet ta’ “l-addittivi fl-ikel” u “l-għajnuniet għall-ipproċessar” fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li tikkonċerna l-addittivi fl-ikel awtorizzati għall-użu fl-ikel intiż għall-konsum uman (25);

(d)

id-definizzjoni ta’ “ħwawar” fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-ħwawar għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u għall-materjal mhux maħdum għall-produzzjoni tagħhom (26);

(e)

id-definizzjonijiet ta’ “laħam”“laħam separat b’mod mekkaniku” fil-punti 1.1 u 1.14 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (27);

(f)

id-definizzjonijiet ta’ “talba”, “nutrijent”, “sustanza oħra”, “talba dwar in-nutrizzjoni” u “talba għas-saħħa” fil-punti (1) sa (5) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“l-informazzjoni dwar l-ikel” tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inkluż għodda teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali. Ma tkoprix komunikazzjonijiet kummerċjali kif imfissra fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta’ servizzi ta’ informazzjoni għas-soċjetà, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (28);

(b)

caterers tal-massa” tfisser kull stabbiliment (inkluż vending machines, vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u intrapriżi tal-catering, li fihom , waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel li jkun intiż għall-konsum immedjat mill-konsumatur aħħari ;

(c)

“ikel ippakkjat bil-lest” tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel f’pakkett , sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b’tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

(d)

“ikel mhux ippakkjat bil-lest” tfisser kwalunkwe ikel li jkun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ippakkjar, jekk ikun il-każ, u li jkun ippakkjat biss fil-ħin tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari, u ikel u prodotti friski li jkunu ppakkjati bil-lest fil-post tal-bejgħ u dakinhar tal-bejgħ, għal bejgħ immedjat;

(e)

“prodott tal-ikel artiġjanali”tfisser prodott tal-ikel li hu prodott f’kumpanija elenkata fir-reġistri nazzjonali, skont il-liġi kummerċjali nazzjonali, bħala intrapriża tal-artiġjanat, u li jiġi prodott direttament għall-konsumaturi;

(f)

“ingredjent” tfisser kull sustanza, inkluż l-addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi ta’ l-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula; ir-residwi m’għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti;

(g)

“post ta’ provenjenza” tfisser il-post , pajjiż jew reġjun minn fejn jinkisbu kompletament il-prodotti jew l-ingredjenti agrikoli skont l- Artikolu 23(2) sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(h)

“ingredjent kompost” huwa ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed;

(i)

“tikketta” tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv miktub, stampat, stensilljat, immarkat, ibbuzzat ‘l barra jew imprimat fuq, xi kontenitur ta’ l-ikel, jew imwaħħal miegħu;

(j)

“tikkettjar” tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma’ xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma’ dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

(k)

“parti viżiva” tfisser l-uċuh kollha ta’ xi pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni ta’ l-ittikkettjar ▐;

(l)

“Leġibbiltà” tfisser inter alia test miktub, stampat, ibbuzzat, immarkat, minqux, ittimbrat b’mod tali li konsumatur b’vista normali jkun jista’ jifhem x’fihom it-tikketti tal-ikel mingħajr għajnuna ottika; il-leġibbiltà tiddependi mid-daqs tal-kitba, it-tipa, il-wisa’ tal-linji, l-ispazju bejn il-kliem, l-ittri u l-linji, ir-relazzjoni bejn il-wisa’ u l-għoli tal-ittri, kif ukoll mill-kuntrast bejn il-kitba u l-isfond ;

(m)

“isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu mifhum bħala l-isem ta’ l-ikel mingħajr ma l-konsumaturi jkunu jeħtieġu aktar spjegazzjoni dwaru fl-Istat Membru li fih jinbiegħ;

(n)

“isem deskrittiv” tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni ta’ l-ikel, u jekk hemm bżonn ta’ l-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi ħalli jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista’ jiġi mħawwad;

(o)

“prodott li fih ingredjent wieħed” tfisser kwalunkwe ikel li, għajr il-melħ, iz-zokkor, il-ħwawar, l-ilma, l-additivi, it-tagħmiet jew l-enżimi, ikun fih ingredjent wieħed biss;

(p)

“rekwiżiti essenzjali” tfisser ir-rekwiżiti li bihom il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur u l-informazzjoni dwar l-ikel tiġi determinata fir-rigward ta’ xi suġġett partikolari u li huma stipulati f’xi att tal-Unjoni ;

(q)

“data ta’ durabbiltà minima” tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa’ jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun kif indikat jew maħżun skont struzzjonijiet speċifiċi li jkunu mniżżla fuq il-pakkett ;

(r)

“sa meta għandu jintuża” tfisser id-data sa meta l-ikel għandu jiġi kkunsmat. Wara dik id-data l-ikel ma għandux jingħata lill-konsumaturi jew jiġi pproċessat aktar ;

(s)

“id-data tal-produzzjoni” tfisser id-data meta l-prodotti jkunu ġew manifatturati u possibilment ippakkjati u deep-frozen

(t)

“l-aħjar prassi” tfisser l-istandards, l-iskemi, l-inizjattivi, jew xi attivitajiet oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti li mill-esperjenza u r-riċerka rriżulta li huma l-aktar effettivi għall-maġġoranza tal-konsumaturi u huma meqjusa bħala mudell għall-oħrajn li jridu jsegwuhom;

(u)

“Ikel ta’ imitazzjoni” tfisser ikel li jagħti l-impressjoni li hu ikel ieħor u li ingredjent li s-soltu jintuża fih jiġi mħallat kompletament jew parzjalment ma’ ingredjent ieħor jew sostitwit bih.

3.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament il-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ ikel għandu jirreferi għall-oriġini ta’ ikel kif iddeterminata skond l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

4.   Id-definizzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TA’ L-IKEL

Artikolu 3

Għanijiet ġenerali

1.   Il-forniment ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tat-trasparenza u l-komparabilità tal-prodotti, fl-interess tal-konsumaturi u għandu jipprovdi bażi għal għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b’mod sigur ▐.

2.     It-tikketta tal-ikel trid tkun tintgħaraf, tinqara u tinftiehem faċilment mill-konsumatur medju.

3.   Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fl-Unjoni jintlaħaq iċ-ċaqliq ħieles ta’ l-ikel magħmul u mibjugħ legalment ▐.

4.   Meta l-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, ikun previst, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jirrigwardawx il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem , perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista’ jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw. Regoli ġodda dwar l-ittikkettjar tal-ikel għandhom jiġu introdotti skont id-data standard ta’ implimentazzjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u gruppi ta’ interess.

Artikolu 4

Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.   Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi, ▐ din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa’, b’mod partikolari, f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kwantitajiet, kontenut jew karatteristiċi oħra ta’ l-ikel;

(b)

informazzjoni dwar il-ħarsien ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B’mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(i)

kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(ii)

durabbiltà, ħżin, rekwiżiti ta’ konservazzjoni ladarba jinfetaħ il-prodott, jekk ikun il-każ, u użu sigur;

(c)

informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, inkluż dawk b’rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

2.   Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali għall-istakeholders inklużi l-konsumaturi, il-produtturi u oħrajn tal-għoti ta’ ċerta informazzjoni ▐.

Artikolu 5

Konsultazzjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel

Kwalunkwe miżura tal-liġi dwar l-informazzjoni ta’ l-ikel probabbilment li se jkollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-“Awtorita’”).

KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U RESPONSABBILTAJIET TA’ L-OPERATURI TAN-NEGOZJI TA’ L-IKEL

Artikolu 6

Rekwiżit bażiku

Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

1.   L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida ▐, speċjalment:

(a)

peress li d-deskrizzjoni u/jew ir-rappreżentazzjoni permezz ta’ stampi tal-ikel jistgħu jiżvijjaw lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, l-ingredjenti individwali u l-kwantità tagħhom fil-prodott , id-durabbiltà, il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(b)

billi fid-deskrizzjoni jew rappreżentazzjonijiet bl-istampi fuq il-pakkett tiġi ssuġġerita l-preżenza ta’ prodott jew ingredjent partikolari għalkemm fir-realtà l-prodott li l-pakkett ikun fih ikun ikel ta’ imitazzjoni jew ikun fih sostitut għal ingredjent normalment użat fi prodott. F’każijiet bħal dawn, il-pakkett għandu jkollu l-marka prominenti “imitazzjoni” jew “prodott bi (isem tal-ingredjent użat bħala sostitut) minflok (isem tal-ingredjent li ġie ssostitwit)”;

(c)

billi tingħata l-impressjoni, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, li prodott jinkludi biċċa laħam waħda, għalkemm fil-fatt jikkonsisti f’biċċiet ta’ laħam magħqudin flimkien. F’każijiet bħal dawn, il-prodott għandu jiġi ttikkettat fuq quddiem tal-pakkett bħala “laħam magħmul minn biċċiet tal-laħam magħqudin” ;

(d)

billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(e)

billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi jew billi speċifikament tiġi enfasizzata l-assenza ta’ ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti li l-ikel partikolari normalment ma jkunx fih ;.

(f)

billi espliċitament isir reklamar ta’ tnaqqis sostanzjali fiz-zokkor u/jew xaħam, meta fl-istess ħin ma jkunx hemm tnaqqis korrispondenti fil-kontenut ta’ enerġija (espress f’kilojoules jew kilokaloriji);

(g)

billi tintuża d-deskrizzjoni “tad-dieta”, għalkemm l-ikel partikolari ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-ikel intenzjonat għall-persuni bi ħtiġijiet bħal dawn ;

(h)

għall-ħalib: billi tindika l-ħalib bħala “frisk” meta d-data sa meta jrid jintuża tkun aktar minn sebat ijiem wara d-data ta’ mili.

2.   L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara, u li tinftiehem malajr mill-konsumatur.

3.   Skond derogi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

4.    Il-paragrafi 1 u 3 għandha tapplika wkoll għal:

(a)

reklamar;

(b)

il-preżentazzjoni ta’ ikel b’mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal ta’ l-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

Artikolu 8

Responsabbiltajiet

1.    Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tiżgura l-preżenza u l-akkuratezza sostantiva tad-dettalji mogħtija .

2.    Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun l-operatur tan-negozju tal-ikel li jqiegħed oġġett tal-ikel fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba jew, fejn applikabbli, l-operatur tan-negozju tal-ikel li l-ikel ikun kummerċjalizzat taħt ismu jew taħt l-isem tan-negozju tiegħu .

3.    Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw l-informazzjoni dwar l-ikel fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tingħata tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament .

4.   L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu b’attenzjoni biex jgħinu ħalli jassiguraw, fi ħdan il-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, l-ottemperanza mar- rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ikel ▐, b’mod partikolari billi joqogħdu lura milli jfornu ikel li jafu jew jaħsbu ▐, abbażi ta’ l-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali , li ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti .

5.   L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha ssir disponibbli lill-operatur li jitratta l-ikel biex jerġa’ jinbigħ jew jiġi pproċessat aktar sabiex ikun jista’, meta mitlub, jipprovdi lill-konsumatur aħħar l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fil-punti (a) sa (ċ), (f) u (h) tal-Artikolu 9(1).

6.   Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozji li fuqhom għandhom kontroll għandhom jassiguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa skond l-Artikolu 9 jidhru fuq il-pakkett ta’ barra li fih jiġi ppreżentat l-ikel għall-bejgħ, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirreferu għall-ikel fejn jista’ jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu ma’ l-ikel li jirreferu għalih jew intbagħtu qabel jew fl-istess ħin li jasal:

(a)

fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur aħħari iżda mibjugħ fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur aħħari u fejn il-bejgħ lil xi caterer tal-massa mhux involut f’dak l-istadju;

(b)

fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta’.

Minkejja s-subparagrafu 1, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel għandhom jassiguraw li d-dettalji msemmija fil-punti (a), (e), (f) (h) u (j) tal-Artikolu 9(1) jidhru wkoll fuq il-pakkett estern li fih jiġi preżentat l-ikel għall-bejgħ.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL

TAQSIMA 1

KONTENUT U PREŻENTAZZJONI

Artikolu 9

Lista ta’ dettalji obbligatorji

1.   Skond l-Artikoli 11 sa 33 u skond l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, għandhom jiġu indikati b’mod obbligatorju d-dettalji li ġejjin.

(a)

l-isem li bih jinbigħ il-prodott ;

(b)

il-lista ta’ ingredjenti;

(c)

kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ikel mhux ippakkjat bil-lest ;

(d)

il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti skont l-Anness VII ;

(e)

il-kwantità netta ta’ l-ikel fil-ħin tal-ippakkjar ;

(f)

id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew fil-każ ta’ ikel li, min-naħa mikrobijoloġika huma vulnerabbli, id-data sa “meta jrid jintuża”;

(g)

id-data tal-produzzjoni fil-każ ta’ prodotti tal-friża;

(h)

kull kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjonijiet dwar l-użu inklużi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġiderazzjoni u l-ħżin u l-konservazzjoni tal-prodott qabel u wara li jinfetaħ il-pakkett, meta jkun impossibbli li jsir użu xieraq tal-ikel fl-assenza ta’ dan it-tagħrif ;

(i)

struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun impossibli li l-ikel jintuża’ kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

(j)

l-isem jew l-isem tan-negozju jew it-trademark reġistrat u l-indirizz tal-fabbrikant stabbilit fl-Unjoni ta’ min ippakkjah, u, għall-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi, tal-bejjiegħ/l-importatur jew, fejn ikun applikabbli, tal-operatur tan-negozju tal-ikel li f’ismu jew f’isem in-negozju tiegħu jkun ġie mmarketjat l-ikel ;

(k)

il pajjiż ▐ jew il-post tal-provenjenza fil-każ tal-prodotti li ġejjin:

laħam,

tjur,

lattiċibi,

frott frisk u ħaxix

prodotti oħrajn b’ingredjent wieħed; u

laħam u tjur meta użati bħala ingredjent f’ikel ipproċessat.

Fil-każ tal-laħam u t-tjur l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tista’ tingħata bħala post uniku biss għall-annimali fejn dawn ikunu twieldu, trabbew u nqatlu fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta’ twelid, trobbija u qatla. Fejn ikun hemm raġunijiet li minħabba fihom ma jkunx prattiku li jkun ittikkettat il-pajjiżi tal-oriġini, id-dikjarazzjoni li ġejja trid tingħata minflok: “Ta’ oriġini mhux speċifikata”

Għall-ikel l-ieħor kollu, il-pajjiż jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ▐ ta’ l-oriġini ta’ l-ikel jew il-post veru ta’ provenjenza tiegħu, b’mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma’ l-ikel jew it-tikketta b’mod globali tista’ inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta’ oriġini jew post differenti ta’ provenjenza; f’każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun adottata permezz ta’ atti delegati, skond ir-regoli stipulati fl- Artikolu 42 u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44;

(l)

fir-rigward ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum;

(m)

dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri ▐.

Artikolu 10

Derogi għall-mikro-intrapriżi

Prodotti manifatturati b’mod artiġjanali minn mikro-intrapriżi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9(1)(m). Dawk il-prodotti jistgħu wkoll ikunu eżentati mir-rekwiżiti dwar tagħrif stabbiliti fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 9(1) jekk ikunu mibjugħa fil-post tal-produzzjoni u l-istaff tal-bejgħ ikun kapaċi jipprovdi l-informazzjoni fuq talba. Alternattivament, it-tagħrif jista’ jingħata wkoll permezz ta’ tikketti fuq l-ixkafef.

Artikolu 11

Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel

1.   Minbarra d-dettalji mniżżla fl-Artikolu 9(1) dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel huma stipulati fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness III permezz ta’ atti ddelegati, skont l-Artikolu 42 u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 12

Piżijiet u miżuri

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati (29).

Artikolu 13

Disponibbiltà u tqegħid ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.   Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, skond dan ir-Regolament għall-ikel kollu.

2.   Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher fuq il-pakkett ▐.

Artikolu 14

Preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji

1.   Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fil-punti (1) sa (k) tal-Artikolu 9(1), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta b’tali mod li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar . Għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma d-daqs tat-tipa, it-tipa nnifisha, il-kuntrast bejn it-tipa u l-isfond u d-densità tal-linji u tal-karattri .

Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tfassal qafas vinkolanti, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44, li jispeċifika linji gwida rigward il-leġibilità tal-informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi.

2.     Fil-każ tal-prodotti intiżi għal użi nutrizzjonali partikolari, kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 dwar l-ikel djetarju għal skopijiet mediċi speċjali (30) u formuli għat-trabi, formuli follow-on u ikel diversifikat intiż għat-trabi u t-tfal żgħar, li jidħlu fil-kwadru tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (31) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (32), li huma soġġetti għar-rekwiżiti tassattivi ta’ tikkettar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni oltre dawk il-partikolari li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament, id-daqs tat-tipa għandu jkun tali li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ informazzjoni għall-konsumaturi ħalli jkun leġibbli u għal tagħrif addizzjonali marbut mal-użu partikolari ta’ dak l-ikel.

3.   Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e) u (l) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess parti viżiva.

4.   Il-paragrafu 3 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2). Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta’ Stati Membri li għandhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda.

5.     Abbrevjazzjonijiet, inklużi inizjali, m’għandhomx jintużaw jekk dawn jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi.

6.   L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, ▐ jew imfixkla b’xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni jew mill-imballaġġ ta’ l-ikel stess, bħal, pereżempju, xi tiwi bil-kolla .

7.     L-indikazzjoni tad-dettalji partikolari m’għandhiex tirriżulta f’żieda tad-daqs u/jew tal-volum tal-materjal ta’ l-ppakkjar jew tal-kontentitur u m’għandhiex b’xi mod iżżid il-piż fuq l-ambjent.

Artikolu 15

Bejgħ mill-bogħod

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta’ ikel imqiegħed għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif imfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod (33):

(a)

l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 9 u 29 għandha tkun disponibbli fuq talba tal-konsumaturi qabel ma tiġi konkluża x-xirja u tista’ tidher fuq il-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b’mezzi oħra adattati;

(b)

id-dettalji previsti fl- Artikolu 9(1) punti ▐, (f), ▐ u (i) mhux se jkunu obbligatorji biss fil-mument tal-forniment.

Artikolu 16

Rekwiżiti lingwistiċi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta’ l-ikel għandha tidher f’ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi ta’ l-Istat membru fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

2.   Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.     L-ikel mibjugħ f’zoni franki jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ippreżentat bl-Ingliż.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b’diversi lingwi.

Artikolu 17

Derogi mir-rekwiżt li jingħataw ċerti dettalji obbligatorji ▐

1.   Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl- Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji.

2.   Fil-każ ta’ l-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ li jista’ jiġi stampat tagħhom fih erja ta’ inqas minn 80 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) u fl-Artikolu 29(1)(a) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Il-għoti ta’ aktar dettalji fuq il-pakkett għandu jkun possibbli fuq bażi volontarja. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

3.   Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni , id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(m) m’għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

Id-dettalji elenkati fl-Artikoli 9 u 29 m’għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta’ prodotti mhux ippakkjati bil-lest, inklużi dawk ipprovduti minn caterers tal-massa skont l-Artikolu 2(2)(b).

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET DETTALJATI DWAR DETTALJI OBBLIGATORJI

Artikolu 18

L-isem ta’ l-ikel

1.   L-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem provdut fil-leġislazzjoni relevanti . Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta’ l-ikel.

2.   Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kif għandu jintuża’ l-isem ta’ l-ikel u d-dettalji li għandu jkollu miegħu huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 19

Lista ta’ ingredjenti

1.   Il-lista ta’ ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma “ingredjenti”. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha ta’ l-ikel, f’ordni li tonqos skond l-użin, kif innutati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni ta’ l-ikel.

2.     Jekk prodott jinkludi nanomaterjal, dan għandu jiġi indikat fil-lista ta’ ingredjenti bil-kelma “nano”.

3.   L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 18 u fl-Anness V.

4.   Regoli tekniċi dwar kif għandhom jiġu applikati l-paragrafi 1 u 3 huma stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 20

Derogi ġenerali mir-rekwiżit tal-lista ta’ ingredjenti ▐

L-ikel li ġej m’għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta’ ingredjenti:

(a)

frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b’mod simili;

(b)

ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;

(c)

ħall tal-fermentazzjoni mnissel esklussivament minn prodott bażiku wieħed, dejjem jekk l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud miegħu;

(d)

ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;

(e)

Xorb li fih l-alkoħol; il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara … (34) dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu ta’ l-Artikolu 19 dwar dawn il-prodotti u tista’ takkumpanja dan ir-rapport b’miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta’ nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti . Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 ;

(f)

ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:

(i)

l-isem ta’ l-ikel hu identiku għall-isem ta’ l-ingredjent; jew

(ii)

l-isem ta’ l-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura ta’ l-ingredjent.

Artikolu 21

Dawn li ġejjin ma għandhomx ikunu meqjusa bħala ingredjenti tal -ikel ▐:

(a)

il-kostitwenti ta’ xi ingredjent li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta’ fabbrikazzjoni u ddaħħlu mill-ġdid aktar tard iżda mhux aktar mill-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;

(b)

addittivi ta’ l-ikel u enżimi:

(i)

li jinsabu biss f’xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f’xi ingredjent jew ingredjenti ta’ dak l-ikel, dejjem jekk m’għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew

(ii)

li jintużaw bħala għajnuniet fl-ipproċessar;

(c)

sustanzi użati fil-kwantitajiet meħtieġa bilfors bħala solvents jew mezzi għal sustanzi nutrizzjonali, addittivi ta’ l-ikel, enzimi jew ħwawar;

(d)

sustanzi li mhumiex addittivi ta’ l-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula;

(e)

ilma:

(i)

fejn l-ilma hu użat biss waqt il-proċess ta’ fabbrikazzjoni għall-ħolqien mill-ġdid ta’ ingredjent użat f’forma konċentrata jew deidrata; jew

(ii)

fil-każ ta’ mezz likwidu li mhux normalment ikkonsmat.

Artikolu 22

Tikkettjar ta’ ċerti sustanzi li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi

1.   Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, dejjem skond l-eċċessjonijiet tiegħu kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun dejjem indikat fuq il-lista tal-ingredjenti b’mod li s-sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi jiġu rikonoxxuti mill-ewwel .

Dik l-indikazzjoni m’għandhiex tintalab f’każijiet fejn:

(a)

l-isem ta’ l-ikel jirreferi biċ-ċar għall-ingredjent konċernat;

(b)

l-ingredjent imniżżel fl-Anness II li minnu tkun ġejja xi sustanza huwa diġà mniżżel fil-lista ta’ ingredjenti; jew

(c)

l-ikel ma huwiex ippakkjat minn qabel. F’dan il-każ għandu jiġi indikat f’mod ċar viżibbli fl-inħawi fejn isir il-bejgħ jew fuq il-menu illi:

il-klijenti jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sustanzi allerġeniċi direttament fid-djalogu li jsir fil-proċess tal-bejgħ u / jew permezz ta’ materjal li jidher fuq il-post;

il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni reċiproka ma tistax tiġi eskluża.

2.   Il-lista fl-Anness II għandha tiġi eżaminata mill-ġdid sistematikament u, fejn ikun meħtieġ, tiġi aġġornata mill-Kummissjoni abbażi ta’ l-aktar tagħrif xjentifiku u tekniku riċenti permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

3.   Fejn jeħtieġ, jistgħu jinħarġu linji ta’ gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista fl-Anness II, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 23

Indikazzjoni kwantitattiva ta’ l-ingredjenti

1.   L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel għandha tkun meħtieġa meta:

(a)

l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati jidhru fl-isem li bih jinbigħ l-ikel jew normalment huma assoċjati ma’ dak l-isem mill-konsumatur; jew

(b)

l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati huma enfasizzati fuq it-tikkettjar bi kliem, stampi jew grafika; jew

(c)

l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati huma essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista’ jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.

2.   Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta’ ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VII.

Artikolu 24

Kwantità netta

1.   Il-kwantità netta ta’ xi ikel għandha tiġi mfissra, bl-użu ta’ litri, ċentrilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif jixraq:

(a)

f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar il-kontenituri ta’ likwidi għall-konsum tal-bniedem (35) ;

(b)

f’unitajiet ta’ piż fil-każ ta’ prodotti oħra.

2.   L-espressjoni tal-kwantità netta għal ċertu ikel speċifikat b’mod differenti minn dak deskritt fil-paragrafu 1 tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

3.   Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m’għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 25

Data minima sakemm iservi ▐ data ‘sa meta għandu jintuża u data tal-produzzjoni

1.   Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perjodu taż-żmien qasir x’aktarx jista’ jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data “sa meta għandu jintuża”.

2.   Id-data adattata għandha tinstab faċilment u ma tistax tkun mgħottija. Għandha tiġi mfissra kif ġej :

(a)

data tad-durabilita’ minima:

(i)

Id-data għandu jkollha quddiemha l-kliem:

“Uża qabel …” fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata, jew

“Uża qabel l-aħħar ta’ …” f’każijiet oħra;

(ii)

Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom jew:

id-data nnifisha; jew

referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Jekk ikun hemm bżonn, dawk id-dettalji għandu jkollhom warajhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħżin li jridu jiġu osservati jekk il-prodott irid jinżamm għall-perjodu speċifikat.

(iii)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena f’forma kronoloġika mhux kodifikata.

Iżda, fil-każ tal-ikel:

li jibqa’ tajjeb għal anqas minn tliet xhur: għandhom ikunu ddikjarati l-ġurnata u x-xahar;

li jibqa’ tajjeb għal aktar minn tliet xhur iżda mhux aktar ċminn 18-il xahar: għandhom ikunu ddikjarati x-xahar u s-sena;

li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

Regoli dettaljati għall-indikazzjoni tad-data tad-durabilita’ minima taħt dan il-punt (iii) jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2);

(iv)

id-data tad-durabilità minima għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat minn qabel.

(v)

skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data m’għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b’mod simili; din id-deroga m’għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tarmi u prodotti simili bħal legumi tal-isprouts;

inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed ifexfxu, inbejjed aromatizzati u prodotti simili, u xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00 91, 2206 00 93 u 2206 00 99 u fabbrikati mill-għeneb jew mill-għeneb magħsur;

xorb li fih 10 % jew aktar bil-volum ta’ alkoħol;

luminati, għasir il-frott, nektars tal-frott u xarbiet alkoħolici li fihom iktar minn 1,2 % mil-lat ta’ volum ta’ alkoħol f’reċipjenti individwali ta’ aktar minn ħames litri, intenzjonati għall-forniment lil mass-caterer;

oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jintgħamlu;

ħall;

melħ tat-tisjir;

zokkor sħiħ;

prodotti tad-dulċier magħmula kważi għal kollox minn zokkor bil-ħwawar u/jew ikkulurit;

chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom;

(b)

Data sa meta l-ikel irid jintuża:

(i)

id-data għandu jkollha qabilha l-kelmiet “uża sa …”:

(ii)

il-kliem fil-punt (a) għandu jkollu miegħu:

jew id-data nfisha, jew

referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

(iii)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.

(c)

id-data tal-manifattura:

(i)

id-data għandu jkollha qabilha l-kliem “Manifatturat fi”;

(ii)

il-kelmiet imsemmija fil-punt għandu jkollhom magħhom:

id-data nfsiha; jew

referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar;

(iii)

id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista’ jkun, is-sena, f’dik l-ordni u f’forma mhux kodifikata.

Artikolu 26

Struzzjonijiet dwar l-użu

1.   L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost. Fejn xieraq, għandhom ikunu provduti l-istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġerazzjoni u tal-ħażna u dwar il-limitu ta’ żmien għall-konsum wara li jinfetaħ il-pakkett.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tistipula permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44, regoli dwar il-mod kif dawk l-istruzzjonijiet għandhom jiġu indikati fil-każ ta’ ċertu ikel. ▐

Artikolu 27

Saħħa alkoħolika

1.   Ir-regoli li jikkonċernaw l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum għandhom ikunu, fil-każ tal-prodotti kklassfikati taħt it-titoli 22.04 u 22.05 tat-Tariffa Doganali Komuni, dawk stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi applikabbli għal dawk il-prodotti.

2.   Is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skond l-Anness X.

TAQSIMA 3

IT-TIKKETTJAR DWAR IN-NUTRIZZJONI

Artikolu 28

Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni m’għandhomx japplikaw għall-ikel fi ħdan l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a)

Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mas-supplimenti ta’ l-ikel (36);

(b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-esplojtazzjoni u l-bejgħ ta’ ilma minerali naturali (37).

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel intiżi għal użu nutrizzjonali partikolari (38) u Direttivi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 29

Kontenut

1.   Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej (minn issa ’l quddiem magħruf bħala “dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni”):

(a)

valur enerġetiku;

(b)

l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b’referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ;

(c)

l-ammonti ta’ proteini, karboidrati, fajber, transxaħmijiet naturali u artifiċjali .

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għax-xarbiet li jkun fihom l-alkoħol . Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara … (39) dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista’ takkumpanja dan ir-rapport b’miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli biex tiġi provduta dikjarazzjoni obbligatorja ta’ nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti , adottati permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

2.   Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jista’ jkun fiha wkoll b’mod addizzjonali l-ammonti ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

▐ (a)

mono-unsaturates;

(b)

polyunsaturates;

(c)

polyols;

(d)

kolesterol;

(e)

lamtu;

(f)

il- minerali jew vitamini preżenti f’ammonti sinifikanti skont ma jingħad fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness X, u skont il-valuri indikati fil-punt 2 tal-Parti A ta’ l-Anness X;

(g)

sustanzi oħra fil-kuntest tat-tifsir tal-Parti A tal-Anness XII u l-kostitwenti ta’ dawk in-nutrijenti;

(h)

sustanzi oħra kif imsemmija fir-Regolament (KE) nru 1925/2006 ;

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ l-ammont ta’ sustanzi li jappartjenu jew huma komponenti ta’ waħda mill-kategoriji ta’ nutrijenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu meħtieġa meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa.

Artikolu 30

Kalkolu

1.   L-ammont ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni fl-Anness XI.

2.   Il-fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, sabiex jiġi kkalkulat b’mod aktar preċiż il-kontenut tagħhom fl-ikel, għandhom jiġu stabbiliti u mdaħħla fl-Anness XII mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

3.   L-ammonti ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu dawk ta’ kif jinbiegħ l-ikel.

Fejn jixraq, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta ma’ l-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw struzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta ma’ l-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

4.   Il-valuri dikjarati għandhom, skond kull każ individwali, ikunu valuri medji fl-aħħar tal-perjodu minimu ta’ durabilità filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi xierqa u għandhom ikunu bbażati fuq:

(a)

l-analiżi ta’ l-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(b)

kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta’ l-ingredjenti użati; jew

(c)

kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali għandhom jiġu adottati, wara li l-Awtorità tkun tat l-opinjoni tagħha, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 42 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

Artikolu 31

Forom ta’ espressjonijiet

1.   L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom jiġu mfissra permezz ta’ l-unitajiet tal-kejl imniżżla fl-Anness XII .

2.    Id-“dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorju fuq quddiem tal-pakket” għandha tinkludi l-ammont tal-enerġija f’Kcal kif stipulat fl-Artikolu 29(1)(a) u wkoll in-nutrijenti obbligatorji, mogħtija fi grammi, kif stipulati fl-Artikolu 29(1)(b).

Huma għandhom jiġu preżentati f’tabella ċara fl-ordni li ġejja:enerġija, xaħam, saturati, zokkrijiet, u melħ.

3.     Id-“dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorja fuq wara tal-pakkett” għandha tinkludi l-ammont tal-enerġija f’kcal u n-nutrijenti obbligatorji msemmija fl-Artikolu 29(1) u fejn xieraq, in-nutrijenti volontarji msemmija fl-Artikolu 29(2).

Għandha tingħata kif xieraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni stipulat f’Parti C tal-Anness XII, kemm għal kull 100g/ml kif ukoll għal kull porzjon.

Id-dettalji għandhom jiġu preżentati f’forma ta’ tabella, bin-numri mqegħdin f’linja.

4.   Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tiġi mfissra, kif jixraq, bħala persentaġġ ta’ konsum referenzjali stipulat fil-Parti B ta’ l-Anness XI b’rabta ma’ kull 100 g jew kull 100 ml jew kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI.

5.     Jekk jingħataw l-indikazzjonijiet skont it-termini tal-paragrafu 4, l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun indikata qrib ħafna tat-tabella konċernata. “Kemm teħtieġ medjament ta’ kuljum mara ta’ mezz’età. Il-ħtiġiet personali tiegħek ta’ kuljum għandu mnejn li ma jkunux l-istess.”

6.   Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ saturati u trans xaħmijiet msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XII ▐.

Artikolu 32

Forom oħra ta’ espressjoni

Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) sa (4), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tiġi ripetuta f’xi forom oħra ta’ espressjoni u, b’mod fakultattiv, xi mkien ieħor fuq il-pakkett, pereżempju permezz ta’ rappreżentazzjoni grafika jew simboli, dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

(a)

dawk il-forom ta’ espressjoni m’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur jew ineħħu l-attenzjoni minn fuq id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni;

(b)

huma bbażati jew fuq il-konsum referenzjali skont il-Parti B tal-Anness X , jew jekk ma jeżistix, fuq parir xjentifiku validu aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti;

(c)

huma appoġġjati b’evidenza xjentifika dwar kemm il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-informazzjoni preżentata; u

(d)

huma appoġġjati minn evidenza ta’ riċerka tal-konsumatur indipendenti li turi li l-konsumatur medju jifhem il-forma ta’ espressjoni.

Artikolu 33

Preżentazzjoni

1.     Minbarra l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni skont l-Artikoli 29 u 31, l-ittikkettjar dwar il-kontenut ta’ enerġija skont it-termini tal-Artikolu 29(1)(a) u l-Anness X, Taqsima B, għandhom jidhru fil-kolonna tal-lemin t’isfel tal-faċċata tal-ippakkjar, b’tipa ta’ daqs ta’ 3 mm u mberflin b’bordura.

2.     L-ippakkjar forma ta’ rigal huwa eżentat mill-ħtieġa tar-repetizzjoni tal-kontenut ta’ enerġija fuq il-faċċata tal-ippakkjar kif previst fil-paragrafu 1.

3.   Id-dikjarazzjoni mwessgħa volontarjament dwar in-nutrizzjoni marbuta man-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2) għandha ▐ kif jixraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni provduta ▐ fl-Anness XII. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.

4.     Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel elenkat fl-Anness IV tkun obbligatorja għaliex ikun hemm xi allegazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew dwar is-saħħa, ma jkunx meħtieġ li d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tidher fil-parti viżiva prinċipali.

5.     Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ikel kif definit fid-Direttiva 89/398/KEE u d-direttivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(1) tiegħu.

6.   F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew nutrijent(i) fi prodott huwa/huma negliġibbli, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f’dawk l-elementi tista’ tinbidel bi stqarrija bħal “Fih ammonti negliġibbli ta’ …” qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

7.   Ir-regoli marbuta ma’ aspetti oħra ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

8.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta … (40) rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-forma ta’ preżentazzjoni deskritta fil-paragrafi 1 sa 7.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

Artikolu 34

Rekwiżiti ▐

1.     L-informazzjoni volontarja m’għandhiex tintwera għad-detriment ta’ l-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja.

2.     L-informazzjoni kollha rilevanti rigward l-iskemi ta’ informazzjoni volontarja dwar l-ikel, bħall-kriterji sottostanti u l-istudji xjentifiċi, trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.     L-informazzjoni addizzjonali volontarja dwar in-nutrizzjoni maħsuba għal gruppi speċifiċi, pereżempju għat-tfal, għandha tkompli titħalla tingħata kemm-il darba dawn il-valuri ta’ referenza specifiċi jkunu ppruvati xjentifikament, ma jkunux iqarrqu bil-konsumatur u jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stipulati f’dan ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, il-pargrafu 5 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta’ ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Unjoni jew minn pajjiż jew post speċifiku.

5.   Fil-każ tal-laħam, barra miċ-ċanga u l-vitella, l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tista’ tingħata bħala post uniku fejn twieldu trabbew u nqatlu l-annimali fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta’ tewelid, trobbija jew qatla.

6.     It-terminu “veġetarjan” m’għandux ikun applikat għal ikel li jkun, jew isir minn jew bl-għajnuna ta’ prodotti meħuda minn annimali li mietu, inqatlu jew minn annimali li mietu minħabba li ttieklu. It-terminu “vegan” m’għandux jiġi applikat għal ikel li huwa, jew isir minn jew bl-għajnuna ta’ annimali jew ta’ prodotti tal-annimali (inklużi prodotti minn annimali ħajjin).

▐ KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI

Artikolu 35

Il-Prinċipju

L-Istati Membri jistgħu jadottaw biss dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumatur fejn dan ikun previst b’dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet nazzjonali u dettalji obbligatorji ulterjuri

1. Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 39, jirrikjedu partikolari obbligatorji ulterjuri għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, iġġustifikati b’raġunijiet ta’:

(a)

il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

(b)

il-ħarsien tal-konsumaturi;

(c)

il-prevenzjoni ta’ frodi;

(d)

il-ħarsien tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, indikazzjonijiet tal-provenjenza, reġjonali postijiet ta’ l-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta.

Miżuri bħal dawn m’għandhomx iwasslu għal ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti fis-suq intern.

Artikolu 37

Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11(2) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib preżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 38

▐ Ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1.     Rigward l-ikel li mhuwiex ippakjat għandhom jingħataw id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1)(c).

2.     L-indikazzjoni tad-dettalji l-oħra msemmija fl-Artikoli 9 u 11 mhijiex obbligatorja.

3.     L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod li bih l-informazzjoni msemmija fil-pararafi 1 u 2 għandha tkun disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomumikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 mingħajr dewmien.

Artikolu 39

Proċedura ta’ notifika

1.   Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta’ informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Proċess ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal ukoll proċedura ta’ notifika formali għall-partijiet interessati kollha f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (41).

3.   L-Istat Membru kkonċernat jista’ jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

4.   Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tibda l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2) qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta’ tliet xhur sabiex tiddetermina jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista’ titlob li jsiru ċerti emendi għall-miżuri maħsuba. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jieħu l-miżuri previsti biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni finali tagħha.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TA’ EMENDAR U FINALI

Artikolu 40

Adattamenti tekniċi

Skond id-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-emendi ta’ l-Annessi II u III imsemmija fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 22(2), l-Annessi jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 .

Artikolu 41

Kumitat

1.   Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

Artikolu 42

Eżerċitar tad-delega

1.     Is-setgħa biex jiġu adottati dawn l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 9(1)(k), 11(2), 14(1), 20(e), 22(2), 24(2), 26(2), 29(1), 30(2) u (4) u 33(7) u 40, għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin … (42). Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport rigward is-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex skont l-Artikolu 43.

2.     Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.     Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 43

Revoka tad-delega

1.     Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9(1)(k), 11(2), 14(1), 20(e), 22(2), 24(2), 26(2), 29(1), 30(2) u (4) u 33(7) u 40 tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.     L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex ikun deċiż għandhiex tiġi rrevokata d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.     Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data oħra speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn.

2.     Jekk, meta jintemm dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att delegat jista’ jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista’ jidħol fis-seħħ qabel tmiem dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.     Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 45

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-obbligu u l-modalitajiet biex tingħata l-informazzjoni skond il-Kapitolu IV, It-Taqsima 3 tar-Regolament (UE) Nru. …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (43) meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni u/jew is-saħħa għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta’ reklamar ġeneriku.

Barra minn hekk, u kif jista’ jagħti l-każ, l-ammont(i) tas-sustanza(/i) li miegħu hi marbuta talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa li ma jidhirx fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandu jitniżżel fl-istess post viżiv bħad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u għandu jiġi mfisser skond l-Artikoli 30 u 31 tar-[Regolament (UE) Nru …/… dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi].

Artikolu 46

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 hu emendatkif ġej:

1.

Fl-Artikolu 6 paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Iż-żieda ta’ xi vitamini jew minerali f’xi ikel għandha twassal biex dawk il-vitamini jew minerali fl-ikel ikunu talanqas f’ammont sinifikanti fejn dan hu definit skond il-[punt 2 tal-Parti A ta’ l-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi] (44). L-ammonti minimi, inkluż kull ammont ibaxx, b’deroga mill-ammonti sinifikanti msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta’ ikel speċifiċi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

2.

Fl-Artikolu 7 il-paragrafu 3 hu mibdul b’dan li ġej:

“3.   It-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni ta’ prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali li huma koperti b’dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 29(1) tar-[Regolament (UE) Nru … dwar l- l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi] u ta’ l-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda ma’ l-ikel”.

Artikolu 47

Revoka

1.   Id-Direttivi 87/250/KEE, 94/54/KE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 huma revokati b’effett minn… (45).

2.   Id-Direttiva 90/496/KEE hi revokata minn… (46).

3.   Ir-Referenzi għall-atti rrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 14(1) għandu japplika minn … (47).

L-Artikoli 29 sa 33 għandhom japplikaw minn … (47) minbarra fil-każ ta’ ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li għandhom, fi… (48), inqas minn 100 impjegat u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 5 miljun fejn għandhom japplikaw … (49).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2010.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(5)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(6)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(7)  ĠU L 113, 30.4.1987, p. 57.

(8)  ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14.

(9)  ĠU L 69, 16.3.1999, p. 22.

(10)  ĠU L 191, 19.7.2002, p. 20.

(11)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

(12)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 76.

(13)   ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 160.

(14)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(15)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(16)  ĠU L 302, 19.10.1993, p. 1.

(17)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(18)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(19)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(20)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(21)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23 .

(22)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(23)   18 - il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(24)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(25)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

(26)  ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61.

(27)  ĠU L 139, 30.4.2004, p.55.

(28)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(29)   ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

(30)   ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.

(31)   ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(32)   ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.

(33)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(34)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(35)   ĠU L 176, 6.7.1985, p. 18.

(36)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(37)  ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.

(38)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

(39)  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(40)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(41)   ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(42)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(43)  ĠU L …”.

(44)  ĠU L …”.

(45)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(46)  Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(47)  L-ewwel jum tax-xahar 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(48)  Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(49)  Data tal-ewwel jum tax-xahar 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

1.

“dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni” jew “tikkettjar dwar in-nutrizzjoni” tfisser informazzjoni li tindika :

(a)

valur enerġetiku; jew

(b)

valur enerġetiku u wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin u l-komponenti tagħhom:

xaħam,

karboidrati,

fajber,

proteina,

melħ,

vitamini u minerali mniżżla fl-Anness X, il-Parti A, il-punt 1 u preżenti f’ammonti sinifikanti kif imfissra fl-Anness X, il-Parti A, il-punt 2.

2.

“xaħam” ifisser lipids totali, u jinkludi l-phospholipids;

3.

“saturati” tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rbit doppju;

4.

“trans fat” tfisser aċidi tax-xaħam b’talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b'mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fit-trans konfigurazzjoni;

5.

“mono-unsaturates” tfisser l-aċidi tax-xaħam b'cis rbit doppju wieħed;

6.

“polyunsaturates” tfisser aċidi tax-xaħam b’rbit cis, cis-metilenu interrot doppju;

7.

“karboidrat” tfisser kull karboidrat li hu metabolizzat fil-bniedem, u jinkludi l-polyols;

8.

“zokkrijiet” tfisser il-monosaccharidi u d-disaccharidi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polyols, l-iżomaltulożju u d-D-tagatożju;

9.

“polyols” tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta’ hydroxyl;

10

“proteina” tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitroġenu × 6,25 u fil-każ tal-proteini tal-ħalib, total Kjeldahl nitroġenu x 6,38;

11.

“melħ” tfisser il-kontenut ta’ melħ ikkalkulat permezz tal-formula: salt = sodju × 2,5;

12.

“Weraq tad-deheb tal-ikel” tfisser dekorazzjoni tal-ikel u x-xorb tittiekel li tikkonsisti f’weraq tad-deheb ta’ madwar 0,000125 mm f’forma ta’ qxur jew trab;

13

“valur medju” tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta’ konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur proprja;

14.

quddiem tal-pakkett ” tfisser in-naħa jew il-faċċata tal-pakkett tal-ikel li għandha l-aktar tendenza li jiġi esebit jew jidher taħt kondizzjonijiet normali jew tradizzjonali ta’ bejgħ jew użu.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS II

INGREDJENTI LI JISTGĦU JIKKAWŻAW L-ALLERĠIJI JEW L-INTOLLERANZI

1.

Iċ-ċereali li fihom il-glutina (prinċipalment il-qamħ, is-segala, il-barli, il-ħafur, l-ispelt, il-kamut jew il-pjanti ibridizzati tagħhom) u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju (1);

(b)

maltodextrins li fihom il-qamħ (1);

(c)

ġulepp tal-glukows li fihom il-barli;

(d)

ċereali użati biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi ▐.

2.

Krustaċew u prodotti tagħhom.

3.

Bajd u prodotti tagħhom.

4.

Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-carotenoid;

(b)

il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid.

5.

Il-karawett u prodotti minnu.

6.

Is-soybeans u prodotti minnhom, minbarra:

(a)

żejt u xaħam tas-soybean irfinat għal kollox (1);

(b)

tocopherols imħallta b'mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;

(c)

żjut veġetali mnissla minn phytosterols u phytosterol esters minn sorsi tas-soybean;

(d)

stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean.

7.

Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

(a)

ix-xorrox użat biex jagħmlu distillati alkoħoliċi ▐;

(b)

lactitol.

8.

Ġewż, l-aktar lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), anakardji (Anacardium occidentale), ġewż Amerikan (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), pistaċċi (Pistacia vera), macadamia nuts u Queensland nuts (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

ġewż użat biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi ▐.

9.

Karfus u prodotti minnu.

10.

Mustarda u prodotti tagħha.

11.

Ġulġlien u prodotti minnu.

12.

Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f'konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru mfissra bħala SO2, fil-prodott intenzjonat għall-konsum .

13.

Lupin u prodotti minnu.

14.

Molluski u prodotti minnhom.


(1)  U l-prodotti tagħhom, sakemm il-proċessi li għaddew minnhom m'għandhomx tendenza li jżidu l-livell ta’ allerġeniċità evalwata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu oriġinaw.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS III

IKEL LI T-TIKKETTJAR TIEGĦU JRID JINKLUDI DETTALL WIEĦED JEW AKTAR ADDIZZJONALI

TIP JEW KATEGORIJA TA’ IKEL

DETTALJI

1.   

IKEL IPPAKKJAT F’CERTI GASSIJIET

1.1

Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta’ gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“Ippakkjati f'atmosfera protetta”

2.     PRODOTTI TAL-LAĦAM MINN QATLIET SPEĊJALI

2.1

Laħam u prodotti tal-laħam ġejjin minn annimali li ma ġewx sturduti qabel il-qatla, jiġifieri nqatlu f'ritwal

“Laħam li ġej minn qtil mingħajr stordiment”

3.   

IKEL LI FIH IL-ĦLEWWIET

3.1

Ikel li fih xi ħlewwa jew ħlewwiet awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“bil-ħlewwa(/iet)”, din l-istqarrija għandha tkun ma’ l-isem ta’ l-ikel fil-parti viżiva prinċipali .

3.2

Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma’ ħlewwa jew ħlewwiet skond id-Direttiva 89/107/KEE

“biz-zokkor/zokkriet u ħlewwa(/iet)” din l-istqarrijiet għandha tkun ma’ l-isem ta’ l-ikel.

3.3

Ikel li fih l-aspartame awtorizzat skond id-Direttiva 89/107/KEE

“fih l-aspartame”

3.4

Ikel li fih aktar minn 10 % polyols miżjuda awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“konsum eċċessiv jista’ jkollu effetti lassattivi”

4.   

IKEL LI FIH L-ACIDU GLYCYRRHIZINIC JEW IL-MELH TA’ L-AMMONJU TIEGHU

4.1

Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta’ 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar.

“fiha l-likurizja” għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta’ ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà mniżżla fil-lista ta’ ingredjenti jew fl-isem ta’ l-ikel. Jekk ma jkunx hemm lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

4.2

Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 4 g/kg jew aktar.

“fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

4.3

Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta’ l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likorizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta’ 50 mg/l jew aktar, jew ta’ 300 mg/l jew aktar fil-każ ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol (1).

“fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta’ ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta’ ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

5.     IKEL LI FIH L-AĊIDU GLUTAMIKU JEW L-IMLUĦA TIEGĦU

5.1

Ikel li fih wieħed jew iktar mill-addittivi mal-ikel E620, E 621, E622, E623, E624 u E 625

“fih ingredjenti li jżidu l-aptit”

6.     LAĦAM LI JIKKONSISTI MINN BIĊĊIET TAL-LAĦAM IKKUMBINATI

6.1

Laħam li jikkonsisti minn biċċiet tal-laħam ikkumbinati, li jista' jagħti l-impressjoni li jkun magħmul minn biċċa sħiħa

“b'partijiet ikkumbinati”, din l-istqarrija għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.

7.   

XORB B’KONTENUT GĦOLI TA’ KAFFEINA

7.1

Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafe, it-te jew il-kafe jew l-estratt tat-te fejn l-isem ta’ l-ikel jinkludi l-kelma “kafe’” jew “te”, li:

hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f'proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l, jew

hu f’forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostruzzjoni fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f’proporzjon ta’ aktar minn 150 mg/l

“Kontenut għoli ta’ kafeina” fl-istess post viżiv bħall-isem tax-xorb, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u skond l-Artikolu 14(5) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kafeina mfisser f’mg/100 ml.

8.   

IKEL B’PHYTOSTEROLS MIŻJUDA, PHYTOSTEROL ESTERS, PHYTOSTANOLS JEW PHYTOSTANOL ESTERS

8.1

Ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel b’phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters

(1)

“bi sterols tal-pjanti miżjuda” jew “bi stanols tal-pjanti miżjuda” fl-istess parti viżiva bħall-isem ta’ l-ikel;

(2)

l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli jew l-esteri fitostanoli miżjud (espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi dikjarat fil-lista ta’ l-ingredjenti;

(3)

stqarrija li l-ikel hu intiż esklussivament għan-nies li jixtiequ jbaxxu l-livell ta’ kolesterol fid-demm tagħhom;

(4)

stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika;

(5)

stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista’ ma jkunx adattat b’mod nutrizzjonali għal ommijiet tqal jew li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin;

(6)

parir li l-ikel irid jintuża’ bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta’ frott u ħaxix biex iżomm għolja l-livelli ta’ carotenoid;

(7)

fl-istess parti viżiva bħad-dettall meħtieġ taħt il-punt 3) ta’ hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta’ aktar minn 3 g kuljum ta’ sterols tal-pjanti miżjuda/stanols tal-pjanti għandu jiġi evitat;

(8)

definizzjoni ta’ porzjon ta’ l-ikel jew ingredjent ta’ l-ikel konċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont ta’ l-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon.

9.     PRODOTTI TAL-LAHAM U TAT-TJUR

9.1

Prodotti tat-tiġieġ li fil-produzzjoni tagħhom ntużaw il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal.

L-użu tal-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal għandu dejjem ikun ittikkettat b'mod ċar fuq l-imballaġġ.


(1)  Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif propost lesti li jiġu kkonsmati jew magħmula mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS IV

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT DWAR IT-TIKKETTJAR OBBLIGATORJUTAN -NUTRIZZJONI ▐

frott u ħaxix frisk u prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

prodotti pproċessati li għaddew biss minn ipproċessar wieħed li hu affumikazzjoni jew maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

ilmijiet minerali naturali jew ilmijiet oħrajn intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir jew taħlitiet tagħhom;

melħ u sostituti tal-melħ;

zokkor u tipi ġodda ta’ zokkor;

varjetajiet ta’ dqiq;

prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 marbuta ma’ estratti tal-kafe u estratti taċ-ċikwejra (1), żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafe dekafinat sħiħa jew mitħuna;

infużjoni tal-ħxejjex aromatiċi, te, te dekafinat, te magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-te, dekafinat magħmul malajr jew te li jinħall jew estratt tat-te, li ma fihomx ingredjenti miżjuda;

ħall fermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma l-ħwawar;

ħwawar;

addittivi ta’ l-ikel;

għajnuniet għall-ipproċessar;

enżimi ta’ l-ikel;

ikel koloranti;

weraq tad-deheb tal-ikel;

ġelatina;

ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;

ħmira;

prodotti taċ-chewing gum;

oġġetti tal-ikel b’disinn jew ippakkjar staġjonali, ta’ lussu jew biex jingħataw bħala rigal;

ħlewwiet tal-istaġun u figuri taz-zokkor u ċ-ċikkulata;

multi-pakketti mħallta;

assortimenti;

ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 75 ċm2; il-kontenut tal-enerġija kif spjegat fl-Artikolu 29(1)(a) xorta waħda għandu jiġi indikat fiz-zona viżiva prinċipali;

ikel mibjugħ minn nies privati fil-kuntest ta’ attivitajiet okkażjonali, u mhux bħala parti minn intrapriża li tkun timplika ċerta kontinwità ta’ attivitajiet u ċertu ammont ta’ organizzazzjoni;

ikel li mhux ippakkjat minn qabel, inklużi l-prodotti tal-ikel tal-massa, maħsub għall-konsum immedjat;

prodotti magħmula b’mod artiġjanali;

ikel mibjugħ direttament fuq is-suq agrikolu;

ikel fornut direttament minn impriżi żgħar fi ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur aħħari jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari;

ikel f’pakkett intern mhux maħsub li jinbiegħ mingħajr il-pakkett ta' barra (l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tingħata fuq il-pakkett ta' barra sakemm ma tkunx tappartjeni għall-kategoriji ta' ikel li huma eżentati taħt dan l-Anness);

ikel fi kwantità ta' anqas minn 5 g/ml;

fliexken tal-ħġieġ immarkati b’mod indelebbli.


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS V

L-ISEM TA' L-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI LI JKOLLU MIEGĦU

PARTI A –   L-ISEM TA’ L-IKEL

1.

Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem ta’ l-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat legalment u mibjugħ fl-Istat Membru tal-produzzjoni.

Minkejja dan, meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 9, ma jgħinux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera ta’ l-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista' jiġi mħawwad, l-isem ta’ l-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher fl-istess zona viżiva ma’ ġenb l-isem tal-ikel u tinkiteb b'tipa ċara u li tista' tinqara faċilment .

2.

F'każijiet rari, l-isem ta’ l-ikel ta’ l-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża' fl-Istat Membru tal-bejgħ meta l-ikel li hu jsemmi jkun differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem li d-dispożizzjonijiet tal-punt 1 mhumiex biżżejjed biex jassiguraw, fl-Istat Membru tal-bejgħ, li tingħata informazzjoni korretta lix-xerrej.

3.

L-ebda isem protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali ma jista' jiġi sostitwit ma’ l-isem ta’ l-ikel.

PARTI B –   DETTALJI OBBLIGATORJI LI JINSABU MA’ L-ISEM TA’ L-IKEL

1.

L-isem ta’ l-ikel għandu jinkludi jew ikollu miegħu d-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, bit-trab, imnixxef iffriżat, iffriżat mill-ġdid, iffriżat għal kollox, iffriżat malajr, defriżat, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

2.

L-ikel trattat b'radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

“irradjat” jew “trattat b'radjazzjoni jonizzanti”.

3.

L-isem tal-ikel għandu jindika kull ingredjent li hemm miżjud li ġej minn oriġini ta’ annimal differenti mill-annimal primarju, għall-prodotti tal-laħam li għandhom l-apparenza ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam u għall-prodotti tal-ħut.

4.

L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta’ kull prodott tal-laħam li għandu dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam, jew laħam ippreservat għandu jinkludi l-indikazzjoni ta':

(a)

kull ingredjent miżjud mal-bqija tal-laħam li ġej minn oriġini ta’ xi annimal differenti; kif ukoll

(b)

kull ilma miżjud f'dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

fil-każ ta’ laħam imsajjar u nej, jew laħam ippreservat imsajjar, l-ilma miżjud 'il fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott;

fil-każ ta’ laħam ippreservat mhux imsajjar, kull ilma miżjud li jifforma 'l fuq minn 10 % tal-piż tal-prodott.

5.

L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta’ kull prodott tal-ħut li għandu dehra ta’ taqtigħa, filett, lista, jew porzjon ta’ ħut għandu jinkludi l-indikazzjoni ta':

(a)

kull ingredjent miżjud li oriġina mill-ħaxix, jew minn xi annimal ieħor għajr il-ħut; kif ukoll

(b)

kull ilma miżjud li jifforma 'l fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott.

PARTI Ċ –   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-GĦOTI TA’ ISEM TA’ “LAĦAM IKKAPULJAT”

1.

Kriterji ta’ kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta’ medja ta’ kuljum:

 

Kontenut ta’ xaħam

Tessut li jgħaqqad:

meat protein ratio

laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12

ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15

laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18

laħam ikkapuljat ta’ speċi oħra

≤ 25 %

≤ 15

2.

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tas-Taqsima V ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-kliem li ġej għandu jidher fuq it-tikkettjar:

 

“persentaġġ ta’ xaħam taħt …”,

 

“tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteini fil-laħam taħt …”.

3.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lok li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta’ din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

PARTI D –     REKWIŻITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-GĦOTI TA’ ISEM TA’ KISI GĦAZ-ZALZETT

Fil-lista ta’ ingredjenti l-kisi taz-zalzett għandu jiġi indikat kif ġej:

“kisi naturali”, jekk il-kisi użat għall-produzzjoni taz-zalzett ikun ġej mill-passaġġ intestinali ta'annimali ungulati

“kisi artifiċjali”, fil-każijiet l-oħra.

Jekk kisi artifiċjali ma’ jkux jittiekel, dan għandu jiġi indikat bħala tali.

PARTI E –     DENOMINAZZJONI UFFIĊJALI GĦAL IKEL LI TAGĦTI L-IMPRESSJONI LI HUWA IKEL DIFFERENTI (l-elenku segwenti fih xi eżempji)

Ikel li jagħti l-impressjoni li huwa ikel differenti jew li jkollu ingredjent li nbidel b'ingredent imitazzjoni għandu jkun ittikkettat kif ġej:

Diverġenza f'termini ta’ tip, kwalità u kompożizzjoni

Għoti ta’ isem uffiċjali

Meta mqabbel ma’ ġobon, sostituzzjoni totali jew parzjali ta’ xaħam tal-ħalib b'xaħam veġetali

“imitazzjoni ta’ ġobon”

Meta mqabbel mal-perżut, kompożizzjoni mibdula li tikkonsisti minn ingredjenti mfarrka b'kontenut ta’ laħam ferm anqas.

“imitazzjoni ta’ perżut”

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS VI

INDIKAZZJONI U GĦOTI TA’ ISEM LILL-INGREDJENTI

PARTI A –   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW L-INDIKAZZJONI TA’ INGREDJENTI F’ORDNI LI TONQOS SKOND L-UŻIN

Kategorija ta’ ingredjenti

Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

1.

Ilma miżjud u prodotti volatili

Għandhom jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta’ ilma miżjud bħala ingredjent f’xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali ta’ l-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont m’għandux jitqies jekk ma jaqbiżx il-5 % bil-piż tal-prodott lest.

2.

Ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni

Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom.

3.

L-ingredjenti użati f’ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma

Jistgħu jitniżżlu f’ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta’ ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala “ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid” jew “ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża”.

4.

Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f’termini ta’ użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x’aktarx ivarjaw, użati f’taħlita bħala ingredjenti ta’ xi ikel

Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta’ ingredjenti taħt l-isem “frott”, “ħxejjex” jew “faqqiegħ” flimkien mal-frażi “fi proporzjonijiet li jvarjaw”, segwiti immedjatament b’lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fihom. F’dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta’ ingredjenti skond l-Artikolu 19(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fiha.

5.

Taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Jistgħu jitniżżlu f’ordni oħra dejjem jekk dik il-lista ta’ ingredjenti fiha magħha l-espressjoni bħal “fi proporzjon varjabbli”.

6.

Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Jistgħu jitniżżlu f’ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra.

7.

Ingredjenti li huma simili jew li jistgħu jiġu sostwiti b’xulxin, li x’aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta’ xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Tista’ ssir referenza għalihom fil-lista ta’ ingredjenti permezz tal-frażi “fihom … u/jew …”, fejn talanqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal addittivi ta’ l-ikel jew għall-ingredjenti mniżżla fil-Parti Ċ ta’ dan l-Anness.

PARTI B –   ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA AKTAR MILLI B’ISEM SPEĊIFIKU

L-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta’ ikel imniżżla hawn taħt u li huma kostitwenti ta’ xi ikel ieħor għandhom ikunu meħtieġa jissemmew biss bl-isem ta’ dik il-kategorija.

Definizzjoni tal-kategorija ta’ ikel

Għoti ta’ isem

1.

Żjut raffinati apparti milli żejt taż-żebbuġa

“Żejt”, flimkien ma’jew l-aġġettiv ▐mill-“annimali”, (jew l-indikazzjoni tal-oriġini speċifika tagħhom mill-annimali) jew , skond kif xiraq, ▐b’indikazzjoni ta’ l-oriġini veġitali ▐tagħhom.

F’każijiet meta ma jistax ikun iggarantit li ċerti żjut veġitali m’humiex preżenti l-użu ta’ “Jista’ jkun fih …” huwa meħtieġ.

L-aġġettiv “idroġenizzat” irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat ▐.

2.

Xaħmijiet raffinati

“Xaħam”, flimkien ma’ ▐ indikazzjoni ta’ l-oriġini veġitali jew mill-annimali tagħhom.

L-aġġettiv “idroġenizzat” irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat sakemm l-ammont ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

3.

Taħlitiet ta’ tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali

“Dqiq”, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, f’ordni li tonqos skond l-użin

4.

Lamtijiet, ▐lamtijiet immodifikati b’meżżi fiżiċi jew bl-enżimi lamtu inkaljat jew destrinat, lamtu mmodifikat bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtu bbliċjat .

“Lamtu”

5.

L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta’ xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta’ ħut

“Ħut”

6.

It-tipi kollha ta’ ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta’ ġobnijiet tifforma ingredjent ta’ xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma tirreferix għal tip speċifiku ta’ ġobon

“Ġobon”

7.

Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta’ l-ikel

“Ħwawar” jew “ħwawar imħallta”

8.

Il-ħxejjex aromatiċi kollja jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta’ l-ikel

“Ħxejjex aromatiċi” jew “ħxejjex aromatiċi mħallta”

9.

It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum

“Bażi tal-gomma”

10.

It-tipi kollha ta’ prodotti ta’ ċereeali moħmija u mfarrka

“Frak” jew “qriemeċ” kif jixraq

11.

It-tipi kollha tas-sokrosju

“Zokkor”

12.

Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate

“Dextrose”

13.

Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat

“Ġulepp tal-glukows”

14.

It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom

“Proteini tal-ħalib”

15.

Butit tal-kokotina, ippressat, mislut jew raffinat

“Butir tal-kuddina”

16.

Estratti naturali minn frott, ħxejjex u pjanti li jittieklu jew partijiet ta’ pjanti, li jinkisbu permezz ta’ proċessi mekkaniċi u fiżiċi li jintużaw f’forma kkonċentrata għall-kulur tal-ikel

ikel li jagħti kulur

17.

It-tipi kollna ta’ nbejjed kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

“Inbid”

18.

Il-muskoli skeletriċi (1) ta’ l-ispeċi mammiferi u ta’ l-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor.

Din id-definizzjoni tinkludi l-laħam miksub mill-għadam imlaħħam permezz ta’ mezzi mekkaniċi, u li mhux kopert mid-definizzjoni tal-UE ta’ laħam separat b’mod mekkaniku kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Xaħam massimu u kontenut massimu ta’ tessut konnettiv għall-ingredjenti msemmija bit-terminu “… laħam”

“… laħam” u l-isem(/ismijiet) (2) ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali li minnu ġej.

Speċi

Xaħam (%)

Tessut li jgħaqqad (3) (%)

Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta’ speċi mal-mammiferi predominanti

25

25

Qżieqeż

30

25

Għasafar u fniek

15

10

 

Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta’ “laħam” jiġu sodisfatti, il-kontenut ta’ “… laħam” irid ikun aġġustat ‘l isfel skond il-bżonn u l-lista ta’ ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu “… laħam”, il-preżenza ta’ xaħam u/jew tessut konnettiv.

 

19.

It-tipi kollha ta’ prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ “laħam separat b’mod mekkaniku”.

“laħam separat b’mod mekkaniku” u l-isem(/ismijiet) (2) ta’ l-ispeċi ta’ annimali li minnu ġej.

PARTI Ċ –   ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGHHOM SEGWITI BL-ISEM SPECIFIKU TAGHHOM JEW IN-NUMRU TAL-KE TAGHHOM

Addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi barra minn dawk speċifikati fl-Artikolu 21(b) li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla f’din il-Parti jridu jingħataw l-isem ta’ dik il-kategorija, flimkien ma’ l-isem speċifiku tagħhom jew, jekk jixraq, in-numru tal-KE tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adattata għall-funzjoni prinċipali fil-każ ta’ l-ikel imsemmi. Minkejja dan, l-għoti ta’ l-isem “lamtu modifikat” irid ikollu dejjem miegħu l-indikazzjoni ta’ l-oriġini speċifika veġetali tiegħu, meta dak l-ingredjent jista’ jkun fih il-glutina.

 

Aċtu

 

Regolatur ta’ l-aċidità

 

Aġent ta’ kontra l-caking

 

Aġent ta’ kontra l-fowm

 

Antiossidant

 

Bulking agent

 

Kulur

 

Emulsjonant

 

Melħ emulsifikat (4)

 

Enzimi  (5)

 

Kimika li ssaħħaħ

 

Dak li jtejjeb it-togħma

 

Kimika li tittratta d-dqiq

 

Kimika tal-ġel

 

Kimika tal-kisi

 

Humectant

 

Lamtu mmodifikat (5)

 

L-estratt taċ-Ċelluloża  (5)

 

Preservattiv

 

Gass ikkompressat

 

Kimika li tgħolli

 

Stabbilizzatur

 

Ħlewwa

 

Materjal li jħaxxen

PARTI D –   L-GĦOTI TA’ ISEM LILL-ĦWAWAR FIL-LISTA TA’ INGREDJENTI

1.

Il-ħwawar għandhom jiġu msemmija jew bil-kelma “ħwawar” jew b’isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-ħwawar.

2.

Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala ħwawar fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta’ xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta’ ingredjenti eżatt wara l-kelma “ħwawar”.

3.

Il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira tista’ tintuża’ biss għall-ħwawar li fihom il-komponent tal-ħwawar fih esklussivament sustanzi tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew il-preparazzjonijiet tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta’ dik id-Direttiva.

4.

Jekk l-isem tal-ħwawar fih referenza għan-natura jew oriġini veġetali jew ta’ l-annimali tas-sustanzi inkorporati, il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira ma tistax tintuża’ sakemm il-komponent tal-ħwawar ma jkunx ġie iżolat permezz ta’ proċessi fiżiċi, enżimatiċi jew mikrobijoloġiċi adattati jew proċessi ta’ preparazzjoni ta’ l-ikel tradizzjonali biss jew kważi biss mill-ikel jew mis-sors ta’ ħwawar konċernati.

PARTI E –   L-GĦOTI TA’ ISEM LILL-INGREDJENTI KOMPOSTI

1.

Ingredjent kompost jista’ jiġi inkluż fil-lista ta’ ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b’lista ta’ ingredjenti tiegħu.

2.

Il-lista ta’ ingredjenti għall-ingredjenti komposti m’għandhiex tkun obbligatorja:

(a)

fejn il-kompożizzjoni ta’ l-ingredjent kompost huwa mfisser fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preżenti, u sakemm l-ingredjent kompost jikkostitwixxi inqas minn 2 % tal-prodott lest; iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-addittivi ta’ l-ikel, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21(a) sa (d); jew

(b)

għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta’ speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2 % tal-prodott lest, minbarra l-addittivi ta’ l-ikel, dejjem skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21 (a) sa (d); jew

(c)

fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta’ ingredjenti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.


(1)  Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.

(2)  Għat-tikkettjar bl-Ingliż, dan l-isem jista’ jiġi mibdul bl-isem ġeneriku ta’ l-ingredjent għall-ispeċi ta’ l-annimal konċernat.

(3)  Il-kontenut tat-tessut konnettiv hu kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-kontenut ta’ collagen u l-kontenut ta’ proteini tal-laħam. Il-kontenut ta’ collagen ifisser l-kontenut idroksiprolina multiplikat b’fattur ta’ 8.

(4)  Għal ġobon ipproċessat biss u prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat.

(5)  L-isem speċifiku jew in-numru tal-KE m’għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS VII

INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA’ INGREDJENTI

1.

L-indikazzjoni kwantitattiva m’għandhiex tkun meħtieġa:

(a)

għal xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti:

(i)

li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skond il-punt 5 ta’ l-Anness VIII; jew

(ii)

il-kwantitajiet ta’ liema kienu diġà obbligatorji fuq it-tikkettjar skond id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni; jew

(iii)

li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta’ ħwawar; jew

(iv)

li, filwaqt li jidhru fl-isem ta’ l-ikel, mhumiex tali li jikkmandaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jiġu mibjugħa minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew

(b)

fejn id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi jistipulaw b’mod preċiż il-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti mingħajr ma jaħsbu għall-indikazzjoni tiegħu fuq it-tikkettjar; jew

(c)

fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A ta’ l-Anness VI.

2.

L-Artikolu 23(1) (a) u (b) m’għandux japplika fil-każ ta’:

(a)

xi ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti koperti bl-indikazzjoni “bil-ħwawar” jew “biz-zokkor” jekk dik l-indikazzjoni tkun ma’ l-ikel, skond l-Anness III; jew

(b)

xi vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun soġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

3.

L-indikazzjoni tal-kwantità ta’ xi ingredjent jew kategorija ta’ l-ingredjenti għandha:

(a)

tkun imfissra bħala persentaġġ, li għandha tikkorrispondi mal-kwantità ta’ l-ingredjent jew ingredjenti meta jintuża’/jintużaw; u

(b)

tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem ta’ l-ikel jew fil-lista ta’ ingredjenti b'konnessjoni ma’ l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati.

4.

B’deroga mill-punt 3,

(a)

fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tiġi mfissra bħala persentaġġ li għandu jikkorrispondi mal-kwantità ta’ l-ingredjent(i) użat, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali ta’ l-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettjar taqbeż il-100 %, f’liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż ta’ l-ingredjent(i) użat biex tiġi preparata 100 g tal-prodott lest;

(b)

il-kwantità ta’ l-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;

(c)

il-kwantità ta’ ingredjenti użati f’forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

(d)

fil-każ ta’ ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta’ ilma, il-kwantità ta’ l-ingredjenti tista’ tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS VIII

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITA' NETTA

1.

Il-kwantità netta ma għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta’ ikel:

(a)

li hu soġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew piż tiegħu jew li mhux ippakkjat bil-lest u jinbiegħ bil-wieħed jew jintiżen fil-preżenza tax-xerrej; jew

(b)

il-kwantità netta tiegħu li hi inqas minn 5 g jew 5 ml; iżda, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-ħwawar u l-ħxejjex aromatiċi; jew

(c)

li għalihom hemm eżenzjonijiet stabbiliti f'dispożizzjonijiet legali oħra.

2.

Fejn l-indikazzjoni ta’ ċertu tip ta’ kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa bid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fejn m'hemm xejn, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.

Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità ta’ l-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali u n-numru totali ta’ dawk il-pakketti. L-indikazzjoni ta’ dawk id-dettalji m'għandhiex, iżda, tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta’ pakketti individwali jista' jidher sew u jiġi magħdud faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali.

4.

Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakkett individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta’ pakketti individwali.

5.

Meta ikel solidu jiġi preżentat f'forma likwida, il-piż nett ta’ l-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-forma likwida” għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f'taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dejjem jekk il-likwidu hu biss żieda ma’ l-elementi essenzjali ta’ dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta’ melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta’ ilma ta’ aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta’ sostanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-froxx jew tal-ħaxix fil-każ ta’ frott jew ħxejjex.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS IX

SAĦĦA ALKOĦOLIKA

Is-saħħa alkoħolika proprja bil-volum ta’ xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta’ numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu “%vol.” u jista' jkollu quddiemu l-kelma “alkoħol” jew l-abbrevazzjoni “alc”.

Is-saħħa alkoħolika għandha tiġi determinata f'temperatura ta’ 20oC.

It-tolleranzi pożittivi u negattivi mħollija fir-rigward ta’ l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum u mfissra f'valuri assoluti għandhom jidhru kif imniżżla fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta’ analiżi użat biex tiġi determinata s-saħħa alkoħolika.

Deskrizzjoni tax-xorb

Tolleranza pożittiva jew negattiva

1.

Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B II tat-Tariffa Komuni Doganali u magħmul mill-għeneb:

0,5 % vol.

2.

Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % tal-vol.; ix-xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B I tat-Tariffa Doganali Komuni u magħmula mill-għeneb; sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta’ din ix-xorta, miksuba mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassjat jew iggassjat; xorb ibbażat fuq għasel iffermentat

1 % vol.

3.

Xorb li jkollu frott imxarrab jew partijiet ta’ pjanti

1,5 % vol.

4.

Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkoħol

0.3 % vol.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS X

KONSUM REFERENZJALI

PARTI A –   KONSUM REFERENZJALI TA’ KULJUM TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

1.   Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

Vitamin A (μg)

800

Vitamin D (μg)

5

Vitamin E (mg)

12

Vitamina K (μg)

75

Vitamin C (mg)

80

Thiamin (Vitamina B1) (mg)

1,1

Riboflavin (mg)

1,4

Niacin (mg)

16

Vitamin B6 (mg)

1,4

Aċidu foliku (μg)

200

Vitamina B12 (μg)

2,5

Bijotina (μg)

50

Pantothenic acid (mg)

6

Potassju (mg)

2 000

Klorur (mg)

800

Calcium (mg)

800

Phosphorus (mg)

700

Iron (mg)

14

Magnesium (mg)

375

Zinc (mg)

10

Ram (mg)

1

Manganiżju (mg)

2

Fluworidu (mg)

3,5

Selenju (μg)

55

Kromju (μg)

40

Molibdenu (μg)

50

Jodju (μg)

150

 

 

2.   Ammont sinifikanti ta’ vitamini u minerali

Ġeneralment, 15 % ta’ l-ammont rakkomandat speċifikat fil-punt 1 mogħti b'100 g jew 100 ml jew għal kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss għandu jitqies meta jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

PARTI B –   KONSUM REFERENZJALI TA’ KULJUM ENERĠIJA U NUTRIJENTI MAGĦŻULA MINBARRA VITAMINI U MINERALI (ADULTI) (1)

Enerġija jew nutrijent

Konsum Referenzjali

Enerġija

▐(2 000 kcal)

Proteini

80 g

Xaħam totali

70 g

Saturati

20 g

Karboidrati

230 g

Zokkor

90 g

Melħ

6 g


(1)   L-ammonti ta’ konsum referenzjali huma valuri indikattivi; se jiġu definiti b'mod aktar dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel.

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS XI

FATTURI TA' KONVERŻJONI

FATTURI TA’ KONVERŻJONI BIEX TIĠI KKALKULATA L-ENERĠIJA

Il-valur ta’ enerġija li jrid jiġi dikjarat għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g ▐

polyols

2,4 kcal/g ▐

proteini

4 kcal/g ▐

xaħam

9 kcal/g ▐

salatrims

6 kcal/g ▐

alkoħol (ethanol)

7 kcal/g ▐

aċidu organiku

3 kcal/g ▐

L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2010
ANNESS XII

ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

PARTI A –   ESPRESSJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-unitajiet li jridu jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

enerġija

Kj u kcal

xaħam

grammi (g)

karboidrati

fajber

proteini

melħ

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness X

sustanzi oħrajn

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati

PARTI B –   ORDNI TA’ PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI TAL-KOMPONENTI TA’ KARBOIDRATI U XAHAM

1.

Fejn il-polyols u/jew il-lamtu huma dikjarati, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

karboidrati

g

li minnu:

zokkor

g

polyols

g

lamtu

g

2.

Fejn l-ammont u/jew tip ta’ aċtu tax-xaħam hu dikjarat, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

xaħam

g

li minnu:

saturati

g

trans fats

g

mono-unsaturates

g

polyunsaturates

g

PARTI C –   ORDNI TA’ PREŻENTAZZJONI TA’ ENERGIJA U NUTRIJENTI LI JIDHRU F'DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

L-ordni tal-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ l-enerġija u n-nutrijenti, kif jixraq, għandha tkun kif ġej:

enerġija

▐ kcal

xaħam

g

saturati

g

zokkor

g

melħ

g

proteini

g

karboidrati

g

fajber

g

Transfats naturali

g

transfats artifiċjali

g

mono-unsaturates

g

polyunsaturates

g

polyols

g

kolesterol

g

lamtu

g

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XI

sustanzi oħrajn

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati


Top