Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0158

    Stabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (16626/2/2009 – C7-0049/2010 – 2009/0027(COD))

    ĠU C 161E, 31.5.2011, p. 158–159 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 161/158


    It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
    Stabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***II

    P7_TA(2010)0158

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (16626/2/2009 – C7-0049/2010 – 2009/0027(COD))

    2011/C 161 E/24

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16626/2/2009 – C7-0049/2010),

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0066),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punti (1) u (2) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0071/2009),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1),

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa ” (COM(2009)0665),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0118/2010),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

    2.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  Testi adottati, 7.5.2009, P6_TA(2009)0379.


    Top