This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XG1215(01)
Updated European Union Guidelines on promoting compliance with international humanitarian law (IHL)
Linji Gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL)
Linji Gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL)
ĠU C 303, 15.12.2009, p. 12–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/12 |
Linji Gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL)
2009/C 303/06
I. SKOP
1. |
Il-fini ta' dawn il-Linji Gwida huwa li jistabbilixxu għodda operattivi għall-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet u l-korpi tagħha biex jippromwovu l-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali (IHL). Huma jissottolinjaw l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi tali konformità f'mod viżibbli u konsistenti. Il-Linji Gwida huma indirizzati lejn dawk kollha li qed jieħdu azzjoni fil-qafas tal-Unjoni Ewropea safejn il-kwistjonijiet imqajma jaqgħu fl-oqsma tar-responsabbiltà u l-kompetenza tagħhom. Huma kumplimentari għal-Linji Gwida u l-Pożizzjonijiet Komuni oħra diġà adottati fi ħdan l-UE fir-rigward ta' kwistjonijiet bħad-drittijiet tal-bniedem, it-tortura u l-protezzjoni ta' persuni ċivili (1). |
2. |
Dawn il-Linji Gwida huma konformi mal-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħha għall-IHL, u jimmiraw li jindirizzaw il-konformità mal-IHL minn Stati terzi, u fejn xieraq, atturi li m'humiex Stati li joperaw ma' Stati terzi. Waqt li l-istess impenn jestendi għal miżuri meħuda mill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jiżguraw il-konformità mal-IHL fil-kondotta tagħhom stess, inkluż mill-forzi tagħhom stess, tali miżuri m'humiex koperti minn dawn il-Linji Gwida (2). |
II. LIĠI UMANITARJA INTERNAZZJONALI (IHL)
Introduzzjoni
3. |
L-Unjoni Ewropea hija fondata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Dan jinkludi l-għan tal-promozzjoni tal-konformità mal-IHL. |
4. |
Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL) – magħrufa wkoll bħala l-Liġi tal-Konflitt Armat jew il-Liġi tal-Gwerra – hija maħsuba biex ittaffi l-effetti tal-konflitt armat billi tipproteġi dawk li m'humiex, jew m'għadhomx qed jieħdu sehem fil-konflitt u billi tirregola l-mezzi u l-metodi tal-gwerra. |
5. |
L-Istati huma obbligati jikkonformaw mar-regoli tal-IHL li għalihom intrabtu permezz ta' trattat jew li jiffurmaw parti mil-liġi internazzjonali konswetudinarja. Huma jistgħu japplikaw ukoll għal atturi li m'humiex Stati. Tali konformità hija kwistjoni ta' tħassib internazzjonali. Barra minn hekk, it-tbatija u l-qerda kkawżati minn vjolazzjonijiet tal-IHL jagħmlu s-soluzzjonijiet ta' wara l-konflitt iktar diffiċli. Għalhekk hemm interess politiku, kif ukoll umanitarju, fit-titjib tal-konformità mal-IHL fid-dinja kollha. |
Evoluzzjoni u Sorsi ta' l-IHL
6. |
Ir-regoli tal-IHL evolvew bħala riżultat tal-bilanċjar tal-ħtieġa militari u t-tħassib umanitarju. L-IHL tinkludi regoli li jfittxu li jipproteġu lil persuni li m'humiex, jew m'għadhomx, qed jieħdu sehem dirett fl-ostilitajiet – bħal persuni ċivili, priġunieri tal-gwerra u detenuti oħra, u l-feruti u l-morda – kif ukoll tirrestrinġi l-mezzi u l-metodi tal-gwerra – inklużi tattiċi u armi – sabiex jiġu evitati tbatija u qerda li m'humiex meħtieġa. |
7. |
Bħal f'partijiet oħra tal-liġi internazzjonali, l-IHL għandha żewġ sorsi prinċipali: konvenzjonijiet internazzjonali (trattati) u liġi internazzjonali konswetudinarja. Il-liġi internazzjonali konswetudinarja hija ffurmata mill-prattika ta' l-Istati, li huma jaċċettaw bħala li torbot fuqhom. Deċiżjonijiet ġudizzjarji u kitbiet ta' awturi ewlenin huma mezz sussidjarju għad-determinazzjoni tal-liġi. |
8. |
Il-Konvenzjonijiet prinċipali tal-IHL huma elenkati fl-Anness għal dawn il-Linji Gwida. L-iktar importanti huma r-Regolamenti tal-Aja tal-1907, l-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra mill-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom tal-1977. Ir-Regolament tal-Aja u l-biċċa l-kbira mid-disposizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-Protokolli Addizzjonali tal-1977 huma ġeneralment rikonoxxuti bħala liġi konswetudinarja. |
Kamp ta’ applikazzjoni
9. |
L-IHL hija applikabbli għal kwalunkwe konflitt armat, kemm internazzjonali u mhux internazzjonali u irrespettivament mill-oriġini tal-konflitt. Hija tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet ta' okkupazzjoni li jinħolqu bħala riżultat ta' konflitt armat. Reġimi legali differenti japplikaw għal konflitti armati internazzjonali, li huma bejn Stati, u konflitti armati li m'humiex internazzjonali (jew interni), li saru fi Stat. |
10. |
Jekk sitwazzjoni tammontax għal konflitt armat jew jekk hijiex konflitt armat internazzjonali jew mhux internazzjonali huma mistoqsijiet imħallta ta' fatt u ta' liġi, li t-tweġiba għalihom tiddependi minn bosta fatturi. Parir legali xieraq, flimkien ma' informazzjoni biżżejjed dwar il-kuntest partikolari, għandhom dejjem jiġu mfittxija sabiex jiġi determinat jekk sitwazzjoni tammontax għal kunflitt armat, u għalhekk jekk tapplikax il-liġi umanitarja internazzjonali. |
11. |
Id-disposizzjonijiet tat-trattat dwar konflitti armati internazzjonali huma iktar dettaljati u estensivi. Konflitti armati li m'humiex internazzjonali huma soġġetti għad-disposizzjonijiet fl-Artikolu 3 li huwa komuni għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u, fejn l-Istat konċernat huwa Parti, fil-Protokoll Addizzjonali II tal-1977. Ir-regoli tal-liġi internazzjonali konswetudinarja japplikaw kemm għal konflitti armati internazzjonali u dawk interni iżda hawnhekk ukoll hemm differenzi bejn iż-żewġ reġimi. |
Liġi Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-IHL
12. |
Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-IHL. Huma korpi distinti tal-liġi u, waqt li t-tnejn huma prinċipalment immirati biex jipproteġu l-individwi, hemm differenzi importanti bejniethom. B'mod partikolari l-IHL hija applikabbli fi żmien ta' konflitt armat u okkupazzjoni. Għall-kuntrarju, il-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem hija applikabbli għal kulħadd fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Istat konċernat fi żmien ta' paċi kif ukoll fi żmien ta' konflitt armat. Għalhekk filwaqt li huma distinti, iż-żewġ settijiet ta' regoli jistgħu jkunu t-tnejn applikabbli għal sitwazzjoni partikolari u għaldaqstant xi kultant huwa neċessarju li tiġi kkunsidrata r-relazzjoni bejniethom. Madankollu dawn il-Linji Gwida ma jittrattawx dwar il-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem. |
Responsabbiltà individwali
13. |
Ċerti vjolazzjonijiet serji tal-IHL huma definiti bħala delitti tal-gwerra. Delitti tal-gwerra jistgħu jseħħu fl-istess ċirkostanza bħal ġenoċidju u reati kontra l-umanità iżda dawn tal-aħħar, kuntrarjament għad-delitti tal-gwerra, m'humiex marbuta mal-eżistenza ta' konflitt armat. |
14. |
Individwi għandhom responsabbiltà personali għad-delitti tal-gwerra. L-Istati għandhom, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awturi allegati jinġabu quddiem il-qrati domestiċi tagħhom stess jew jiġu mibgħuta għall-proċess mill-qrati ta' Stat ieħor jew minn tribunal kriminali internazzjonali, bħall-Qorti Kriminali internazzjonali (3). |
III. LINJI GWIDA OPERAZZJONALI
A. RAPPURTAR, VALUTAZZJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI
15. |
Azzjoni taħt din l-intestatura tinkludi:
|
B. MEZZI TA' AZZJONI LI GĦANDHA L-UE FIR-RELAZZJONIJIET TAGĦHA MA' PAJJIŻI TERZI
16. |
L-UE għandha varjetà ta' mezzi ta' azzjoni għad-disposizzjoni tagħha Dawn jinkludu, iżda m'humiex limitati għal, dan li ġej:
|
(1) Ara l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (approvati mill-Kunsill fit-13 ta' Diċembru 2001, aġġornati fid-19 ta' Jannar 2009); Linji gwida għall-Politika tal-UE lejn il-Pajjiżi Terzi dwar it-Tortura u l-Pieni jew it-Trattamenti oħra Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (approvati mill-Kunsill fid-9 ta' April 2001, aġġornati fid-29 ta' April 2008); Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitt Armat (approvati mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2003, aġġornati fis-17 ta' Ġunju 2008); Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (approvati mill-Kunsill fl-10 ta' Diċembru 2007); Linji Gwida dwar il-Vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u li jiġġieldu kull forma ta' diskriminazzjoni kontrihom (approvati mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2008) u Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-ICC (ĠU L 150, 18.6.2003, p. 67).
(2) L-Istati Membri tal-UE kollha huma Partijiet għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom u għalhekk taħt l-obbligu li jsegwu r-regoli tagħhom.
(3) Ara l-Pożizzjoni Komuni tal-Unjoni dwar l-ICC (2003/444/PESK) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-ICC. Ara wkoll id-Deċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2002 (2002/494/ĠAI) li biha l-Kunsill stabbilixxa network Ewropew ta' punti ta' kuntatt fir-rigward ta' persuni responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u delitti tal-gwerra id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (2002/584/ĠAI) dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri; id-Deċiżjoni tat-8 ta' Mejju 2003 (2003/335/ĠAI) dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra; Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/313/PESK tal-10 ta' April 2006 rigward il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza, ĠU L 115, 28.4.2006, p. 49.
(4) Ara l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Assistenza bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea msemmi fin-nota ta' qiegħ il-paġna numru 3 hawn fuq.
(5) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari, ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99. Din il-Pożizzjoni Komuni tissostitwixxi l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi adottat mill-Kunsill fit-8 ta' Ġunju 1998.
ANNESS
STRUMENTI LEGALI PRINĊIPALI DWAR IL-LIĠI UMANITARJA INTERNAZZJONALI U STRUMENTI LEGALI OĦRA RILEVANTI
— |
Il-Konvenzjoni ta' l-Aja IV ta' l-1907 Rispett għal-Liġijiet u l-Konswetudnijiet tal-Gwerra |
— |
Anness għall-Konvenzjoni: Regolamenti li Jirrispettaw il-Liġijiet u l-Konswetudnijiet tal- Gwerra |
— |
Il-Protokoll ta' l-1925 dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu ta' Gassijiet Asfisjanti, Velenużi jew Oħra, u ta' Metodi ta' Gwerra Batterjoloġiċi |
— |
Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra I ta' l-1949 għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Feruti u l-Morda fil-Forzi Armati fuq il-Kamp |
— |
Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra II ta' l-1949 għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Feruti, il-Morda u l-Membri Nawfragi tal-Forzi Armati fuq il-Baħar |
— |
Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra III ta' l-1949 Dwar it-Trattament tal-Priġunieri tal-Gwerra |
— |
Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra IV ta' l-1949 Dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra |
— |
Il-Protokoll ta' Ġinevra I ta' l-1977 Addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awissu 1949, u Dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi ta' Konflitti Armati Internazzjonali |
— |
Il-Protokoll ta' Ġinevra I tal-1977 Addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awissu 1949, u Dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi ta' Konflitti Armati Internazzjonali |
— |
L-Ewwel Protokoll ta' l-Aja ta' l-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Konflitt Armat |
— |
Regolamenti għall-Eżekuzzjoni tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Konflitt Armat |
— |
L-Ewwel Protokoll ta' l-Aja ta' l-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Konflitt Armat |
— |
It-Tieni Protokoll ta' l-Aja ta' l-1999 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Konflitt Armat |
— |
Il-Konvenzjoni ta' l-1972 dwar il-Projbizzjoni ta' l-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta' Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u Tossiċi u dwar il-Qerda tagħhom |
— |
Il-Konvenzjoni tan-NU ta' l-1980 dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta' Ċerti Armi Konvenzjonali Li Jistgħu jiġu Meqjusa li jagħmlu Ħsara Eċċessiva jew li Jkollhom Effetti Mhux Diskriminatorji |
— |
Il-Protokoll I ta' l-1980 dwar Frammenti li M'humiex Osservabbli |
— |
Il-Protokoll II ta' l-1980 dwar Projbizzjonijiet jew Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta' Mini, Bombi Moħbija u Apparat Ieħor |
— |
Il-Protokoll II Emendat ta' l-1996 dwar Projbizzjonijiet jew Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta' Mini, Bombi Moħbija u Apparat Ieħor |
— |
Il-Protokoll III ta' l-1980 dwar Projbizzjonijiet jew Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta' Armi Inċendjarji |
— |
Il-Protokoll IV ta' l-1995 dwar Armi Laser li Jagħmew |
— |
Protokoll V ta' l-2003 dwar Fdalijiet Esplossivi tal-Gwerra |
— |
Il-Konvenzjoni ta' l-1993 dwar il-Projbizzjoni ta' l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom |
— |
Konvenzjoni ta' Ottawa ta' l-1997 dwar il-Projbizzjoni fuq l-Użu, il-Ħżin, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta' Mini Anti-Persunal u dwar il-Qerda tagħhom |
— |
L-Istatut ta' l-1993 tat-Tribunal Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni ta' Persuni Responsabbli ta' Vjolazzjonijiet Serji tal-Liġi Umanitarja Internazzjonali li Twettqu fit-Territorju ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja mill-1991 |
— |
L-Istatut ta' l-1994 tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni ta' Persuni Responsabbli għal Ġenoċidju u Vjolazzjonijiet Serji Oħra tal-Liġi Umanitarja Internazzjonali li Twettqu fit-Territorju tar-Rwanda u ċ-Ċittadini tar-Rwanda Responsabbli għal Ġenoċidju u Tali Vjolazzjonijiet Oħra li Twettqu fit-Territorju ta' Stati Ġirien, bejn l-1 ta' Jannar 1994 u l-31 ta' Diċembru 1994 |
— |
L-Istatut ta’ Ruma ta' l-1998 tal-Qorti Kriminali Internazzjonali |
— |
Il-Protokoll addizzjonali tal-2005 għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949, u li jikkonċerna l-Adozzjoni ta' Emblema Distintiva Addizzjonali (Protokoll III) |
— |
Il-Konvenzjoni tal-2008 dwar Munizzjonijiet Raggruppati |