This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0516
Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council repealing Council Decision 79/542/EEC drawing up a list of third countries or parts of third countries, and laying down animal and public health and veterinary certification conditions, for importation into the Community of certain live animals and their fresh meat
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom
/* KUMM/2009/0516 finali - COD 2009/0146 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom /* KUMM/2009/0516 finali - COD 2009/0146 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.10.2009 KUMM(2009) 516 finali 2009/0146 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Dan l-Abbozz ta’ Proposta għal Deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom[1]. Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk ta’ annimali bħal dawn u ta’ ekwidi, waqt li teskludi l-preparamenti tal-laħam. Minħabba bidliet fundamentali fil-qafas regolatorju f’dan il-qasam, u għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ sigurtà legali, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni 79/542/KEE ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja[2]. Hekk kif dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tiskadi u ma tapplikax aktar. Għall-fini taċ-ċarezza u t-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi rrevokata espliċitament b’effett minn dik id-data. 2009/0146 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġuni[5], Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' bhejjem tal-ifrat, mogħoż u ngħaġ u majjali, kif ukoll ta' laħam frisk jew ta’ prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi[7] stabbilixxiet li għandha titfassal lista tal-pajjiżi jew tal-partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali. (2) Għalhekk, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistipula il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom[8]. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' annimali ħajjin, esklużi l-ekwidi, u għall-importazzjoni ta' laħam frisk ta’ annimali bħal dawn, inklużi l-ekwidi, iżda li teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam. L-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxu wkoll listi ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom li minnhom ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità kif ukoll mudelli ta’ ċertifikati veterinarji. (3) Mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għadd ta’ rekwiżiti ġodda tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika ġew stipulati f’atti oħra Komunitarji, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman[9], u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin[10], kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel[11], ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali[12], ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman[13], u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Eworpew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali[14]. (4) Dawn l-atti Komunitarji jikkostitwixxu qafas regolatorju ġdid f’dan il-qasam u d-Direttiva 72/462/KEE ġiet ukoll revokata mid-Direttiva 2004/68/KE. (5) L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/68/KE jistipula li r-regoli ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont id-deċiżjonijiet adottati għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ laħam u ta’ prodotti tal-laħam skont id-Direttiva 72/462/KKE, inter alia d-Deċiżjoni 79/542/KEE, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu mibdula b'miżuri adottati skont il-qafas regolatorju l-ġdid. (6) Flimkien ma' dan, l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġene tal-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem[15] jistipula li sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 jew id-Direttiva 2002/99/KE, ir-regoli ta’ implimentazzjoi adottati fuq il-bażi tad-Direttiva 72/462/KEE għandhom ikomplu japplikaw. (7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni[16][17], fih rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja u dispożizzjonijiet oħra li jqisu l-qafas regolatorju l-ġdid u li jibdlu dawk stipulati fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Hekk kif dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE għalhekk tiskadi u ma tibqax tapplika aktar. (8) Għall-fini taċ-ċarezza u t-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi rrevokata espliċitament b’effett minn dik id-data, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi rrevokata b’effett minn [ Għandha timtela bid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, ta’ territorji u ta’ partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja[18] + 20 jum – ex art 254 KE. Għandu jkun żgurat li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jittieħdu bħala referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja[19]. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. [2] Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni preżumibbilment f’Jannar 2010 (SANCO/4787/2009). [3] ĠU C [...], [...], p. [...]. [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28. [8] ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. [9] ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11. [10] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321. [11] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. [12] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. [13] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. [14] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. [15] ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33. [16] ĠUL […], […], p. […]. [17] Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni preżumibbilment f’Jannar 2010 (SANCO/4787/2009). [18] Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni preżumibbilment f’Jannar 2010 (SANCO/4787/2009). [19] Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta’ […] (KE) Nru XX/2010 li jistipula listi ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni preżumibbilment f’Jannar 2010 (SANCO/4787/2009).