Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0438

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-“Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija” (l-IPEEC) u tal-“Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija”

    /* KUMM/2009/0438 finali - CNS 2009/0119 */

    52009PC0438

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-“Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija” (l-IPEEC) u tal-“Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija” /* KUMM/2009/0438 finali - CNS 2009/0119 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 8.9.2009

    KUMM(2009) 438 finali

    2009/0119 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-“Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija” (l-IPEEC) u tal-“Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija”

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Bħala parti importanti mill-politika integrata dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, il-Kummissjoni ħadet l-inizjattiva li tippromwovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-kuntest internazzjonali wkoll. Fl-Istqarrija adottata mill-Kummissjoni, mill-membri tal-G8, miċ-Ċina, mill-Indja u mill-Korea t’Isfel f’Aomori, il-Ġappun f’Ġunju tal-2008, inqabel li tiġi stabbilita s-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (“l-IPEEC”). Din is-sħubija suppost se tkun forum ta’ livell għoli “sabiex jittejbu u jkunu kkoordinati l-isforzi konġunti tagħna sabiex jitħaffef il-pass li bih jiġu adottati prattiki sodi għat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija”. L-IPEEC se tipprovdi bażi soda għad-diskussjoni, il-konsultazzjoni u l-iskambju tat-tagħrif.

    It-Termini ta ’ Referenza għall-IPEEC (it-“Termini ta’ Referenza”) kienu ffirmati mill-membri tal-G8, miċ-Ċina, mill-Korea t’Isfel, mill-Brażil u mill-Messiku nhar l-24 ta’ Mejju 2009 f’Ruma. Minħabba li l-gvern tagħha kien qed jinbidel, l-Indja ma ffirmathomx.

    It-Termini ta’ Referenza jagħtu deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-IPEEC, jistabbilixxu l-organizzazzjoni tagħha, jiddefinixxu l-kriterji għall-membri l-ġodda li jista’ jkun hemm, u jinkludu dispożizzjonijiet ġenerali, fost l-oħrajn dwar il-finanzjament tas-Sħubija u dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    L-Artikolu 4.2 tat-Termini ta’ Referenza jipprovdi għall-possibbiltà li jissieħbu mas-Sħubija pajjiżi oħrajn u organizzazzjonijiet intergovernattivi. Is-sħubija fl-IPEEC tiddependi fuq l-iffirmar tat-Termini ta’ Referenza. Jaqbel li l-Komunità tkun irrappreżentata fis-Sħubija, minħabba li se jkollha kontribut sinifikanti x’tagħti fid-diskussjonijiet, fil-konsultazzjonijiet u fl-iskambju tat-tagħrif li għalihom is-Sħubija tipprovdi bażi soda. Huwa importanti li dan isir b’mod ikkoordinat. Xi obbligi li dwarhom hemm dispożizzjoni fit-Termini ta’ Referenza jaffettwaw jew x’aktarx jaffettwaw l-arranġamenti stabbiliti minn atti Komunitarji adottati fl-oqsma tal-ambjent u tal-enerġija, u b’hekk jaffettwaw il-kompetenzi tal-Komunità. Se jkun japplika wkoll kodiċi tal-kondotta sabiex tkun żgurata l-koordinazzjoni t-tajba tal-pożizzjonijiet tal-Komunità fejn dan ikun meħtieġ.

    It-Termini ta’ Referenza huma ftehim internazzjonali, u għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

    Il-proċess tas-sħubija ma jinvolvi l-ebda negozjati minħabba li t-Termini ta’ Referenza diġà ffirmawhom 12-il Stat. Għaldaqstant, il-Komunità tista’ tissieħeb mat-Termini ta’ Referenza abbażi ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li permezz tagħha tinħatar il-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma t-Termini ta’ Referenza f’isem il-Komunità Ewropea.

    Il-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tal-IPEEC mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (il-“Memorandum”) kien iffirmat, minn naħa waħda, minn seba’ mill-membri tal-G8, miċ-Ċina, mill-Korea t’Isfel, mill-Brażil u mill-Messiku nhar l-24 ta’ Mejju 2009 u, min-naħa l-oħra, mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (“l-AIE”) nhar it-18 ta’ Ġunju 2009. It-tmien membru tal-G8, Franza, iffirma nhar it-22 ta’ Ġunju 2009.

    Il-Memorandum huwa ftehim internazzjonali bejn il-membri tal-IPEEC u l-AIE u fih arranġamenti dwar l-organizzazzjoni tas-Segretarjat li se jiġi ospitat mill-AIE. Fih dispożizzjonijiet dwar il-persunal tas-Segretarjat u r-reklutaġġ tiegħu, kif ukoll dwar il-kwistjonijiet tal-finanzjament u tal-proċeduri tal-baġit. Għal dan il-ftehim internazzjonali japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

    Il-punt 16 tal-Memorandum jistipula li, sa fejn kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva tkun tixtieq tissieħeb fl-IPEEC, se tintalab tiffirma l-Memorandum u tkun iddefinita bħala Membru għall-għanijiet ta’ dan il-Memorandum. Minħabba li l-Komunità tixtieq tissieħeb mal-IPEEC - ħaġa li għaliha l-Kummissjoni qed titlob l-approvazzjoni tal-Kunsill, il-Kunsill għandu jawtorizza l-iffirmar tal-Memorandum f’isem il-Komunità.

    Il-proċess tas-sħubija ma jinvolvi l-ebda negozjati minħabba li l-Memorandum diġà ffirmawh 12-il Stat u l-AIE. Għaldaqstant, il-Komunità tista’ tissieħeb mal-Memorandum abbażi ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li permezz tagħha tinħatar il-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Memorandum f’isem il-Komunità Ewropea.

    Din il-proposta tipprovdi għall-iffirmar tat-Termini ta’ Referenza u tal-Memorandum.

    1.1. Il-baġit

    Skont it-Taqsima 5 tat-Termini ta’ Referenza, il-baġit tas-Sħubija għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji mill-membri tagħha. Il-kontribut tal-Komunità se jkun ta’ EUR 400 000 fl-2009 u ta’ EUR 60 000 fis-sena għal kull sena ta’ wara. Din il-proposta fiha dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.

    2009/0119 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-“Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija” (l-IPEEC) u tal-“Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija”

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 300(2)(1) u (3)(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1) B’inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, f’Ġunju tal-2008, il-membri tal-G8, iċ-Ċina, l-Indja, il-Korea t’Isfel u l-Kummissjoni ddeċidew li jwaqqfu s-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (l-IPEEC) li għandha tħaffef dawk l-azzjonijiet li jrendu kisbiet kbar fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. L-IPEEC se tipprovdi forum għad-diskussjoni, il-konsultazzjoni u l-iskambju tat-tagħrif. L-IPEEC hija miftuħa għal pajjiżi u organizzazzjonijiet intergovernattivi oħrajn.

    (2) Nhar l-24 ta’ Mejju 2009, it-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (it-“Termini ta’ Referenza”) kienu ffirmati f’Ruma minn tnax-il Stat, inklużi erba’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

    (3) It-Termini ta’ Referenza jagħtu deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-IPEEC, jistabbilixxu l-organizzazzjoni tagħha, jiddefinixxu l-kriterji għall-membri l-ġodda li jista’ jkun hemm, u jinkludu dispożizzjonijiet ġenerali, fost l-oħrajn dwar il-finanzjament tas-Sħubija u dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    (4) L-Artikolu 4.2 tat-Termini ta’ Referenza jipprevedi li l-IPEEC tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet intergovernattivi u li s-sħubija tagħhom fiha tiddependi fuq l-iffirmar tat-Termini ta’ Referenza.

    (5) Kemm il-Komunità Ewropea kif ukoll l-Istati Membri tagħha huma kompetenti fl-oqsma koperti mit-Termini ta’ Referenza. B’hekk jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet sabiex ikun żgurat li jittieħdu pożizzjonijiet koerenti, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, u b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u mal-enerġija.

    (6) L-aħjar mod kif jitmexxew il-ħidmiet amministrattivi tal-IPEEC huwa billi jitwaqqaf segretarjat. Nhar l-24 ta’ Mejju 2009 u t-22 ta’ Ġunju 2009 rispettivament, f’Ruma, kien iffirmat Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tal-IPEEC mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (il-“Memorandum”) minn tnax-il Stat, inklużi erba’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea. L-AIE ffirmat nhar it-18 ta’ Ġunju 2009.

    (7) Il-Memorandum jiddeskrivi l-prinċipji ġenerali dwar l-organizzazzjoni tas-Segretarjat, u fih dispożizzjonijiet dwar il-persunal tas-Segretarjat u r-reklutaġġ tiegħu, kif ukoll dwar il-kwistjonijiet tal-finanzjament u tal-proċeduri tal-baġit.

    (8) Il-punt 16 tal-Memorandum jipprevedi li kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva li tkun tixtieq tissieħeb fl-IPEEC se tintalab tiffirma l-Memorandum.

    (9) Huwa xieraq li l-Komunità Ewropea tiffirma t-Termini ta’ Referenza u l-Memorandum.

    (10) Il-Komunità Ewropea għandha tħallas kontribut lill-IPEEC għall-ispejjeż amministrattivi tagħha.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. It-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (l-IPEEC), mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness I, b’dan qed jiġu approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

    2. Il-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness II, b’dan qed jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna/il-persuni li għandha/għandhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunità Ewropea, biex tesprimi/jesprimu l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta:

    - bit-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (l-IPEEC), u

    - bil-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom josservaw il-kodiċi tal-kondotta mniżżel fl-Anness III.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS III

    Il-kodiċi tal-kondotta

    1. Il-kodiċi se japplika għal-laqgħat kollha organizzati fil-qafas tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (l-IPEEC) u li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tat-Termini ta’ Referenza.

    2. Għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-Presidenza se ssejjaħ, b’inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru, laqgħat ta’ koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE qabel, waqt u wara kull laqgħa msemmija fil-paragrafu 1, bil-għan li jkunu elaborati pożizzjonijiet li jkunu kkoordinati. L-abbozz tad-dikjarazzjonijiet dwar il-pożizzjonijiet se jitqassam lill-Istati Membri minn qabel. L-Istati Membri se jesprimu dawn il-pożizzjonijiet ikkoordinati.

    3. Għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza konġunta, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

    - kwistjonijiet marbutin mal-politika dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li dwarhom teżisti leġiżlazzjoni tal-UE,

    - ir-relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet oħrajn,

    - emendi tat-Termini ta’ Referenza,

    - il-programm ta’ ħidma tal-IPEEC, ir-regoli tal-proċedura u r-regoli finanzjarji, u r-rapport annwali,

    il-Kummissjoni tista’ ssejjaħ laqgħat ta’ koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE qabel, waqt u wara kull laqgħa msemmija fil-paragrafu 1, bil-għan li jkunu elaborati l-pożizzjonijiet Komunitarji. L-abbozz tad-dikjarazzjonijiet dwar il-pożizzjonijiet se jitqassam lill-Istati Membri minn qabel. Il-Kummissjoni se tesprimi, f’isem il-Komunità, il-pożizzjonijiet Komunitarji dwar dawn il-kwistjonijiet.

    4. Jista’ jkun hemm ftehim li, f’każijiet fejn il-Komunità ma tkunx irrappreżentata, l-Istati Membri jesprimu l-pożizzjoni Komunitarja dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

    5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu mill-qrib, inkluż permezz ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, sabiex jistabbilixxu pożizzjoni li dwarha jkun hemm qbil.

    6. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, imbagħad il-kwistjoni tintbagħat mingħajr dewmien żejjed lill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Enerġija tal-Kunsill jew lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Il-kontribuzzjonijiet volontarji lis-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (l-IPEEC).

    2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB

    Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i u l-attività/l-attivitajiet assoċjata/i:

    L-enerġija u t-trasport

    0604 L-enerġija konvenzjonali u dik rinnovabbli

    3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (li qabel kienu l-linji B..A)) inklużi l-intestaturi:

    060406 Il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – L-Enerġija Intelliġenti – Programm għall-Ewropa

    3.2. It-tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    EUR 400 000 fl-2009 u wara EUR 60 000 fis-sena.

    3.3. Il-karatteristiċi baġitarji:

    Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    060406 | Mhux obbligatorju | Iddifferenzjat[1] | LE | IVA | IVA | Nru 1a |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

    4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    It-tip ta’ nfiq | It-Taqsima nru | Is-sena n | Is-sena n + 1 | Is-sena n + 2 | Is-sena n + 3 | Is-sena n + 4 | Is-sena n + 5 u wara | It-total |

    L-infiq operattiv[2] |

    L-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1. | a | 0.400 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 fis-sena |

    L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | 0.400 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 fis-sena |

    L-infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza[3] |

    L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | X | x | x | x | x | X | x |

    L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    L-approprjazzjonijiet tal-impenn | a+c | 0.400 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 fis-sena |

    L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c | 0.400 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 fis-sena |

    L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[4] |

    Ir-riżorsi umani u l-infiq li għandu x’jaqsam magħhom (AMD) | 8.2.5. | d | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 fis-sena |

    L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.003 | 0.010 | 0.010 | 0.010 | 0.010 | 0.010 fis-sena |

    L-ispiża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent |

    It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.443 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 fis-sena |

    It-TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.443 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 fis-sena |

    Id-dettalji tal-kofinanzjament

    F’dan l-istadju, l-ispiża totali tal-IPEEC għall-2009 hija stmata li se tkun ta’ EUR 1.2 miljun. Għall-2009, il-Kummissjoni warrbet kontribut ta’ EUR 400 000 għall-IPEEC taħt il-Programm tal-Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa. Għas-snin ta’ wara, spiża totali annwali ta’ EUR 2.5 miljun għall-IPEEC hija waħda raġonevoli. Jekk wieħed jassumi li fis-snin ta’ wara se jkun hemm madwar 40 membru mseħbin fl-IPEEC, kontribut ta’ EUR 60 000 fis-sena huwa wieħed xieraq.

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    L-entità tal-kofinanzjament | Is-sena n | Is-sena n + 1 | Is-sena n + 2 | Is-sena n + 3 | Is-sena n + 4 | Is-sena N + 5 u wara | It-total |

    L-Istati Membri (bħalissa 4 minnhom huma membri fis-sħubija, imma biż-żmien jistgħu jiżdiedu) | f | 0.4 | 1.14 | 1.14 | 1.14 | 1.14 | 1.14 fis-sena |

    Il-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE (bħalissa 8 minnhom huma membri fis-sħubija, imma biż-żmien jistgħu jiżdiedu) | f | 0.4 | 1.25 | 1.25 | 1.25 | 1.25 | 1.25 fis-sena |

    It-TOTAL tal-AI, inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 1.243 | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 2.5 fis-sena |

    4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Jista’ jkun li l-proposta tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[5] (jiġifieri l-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    f’miljuni ta’ EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    Qabel l-azzjoni [Is-sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

    L-għadd totali tar-riżorsi umani | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 fis-sena |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul

    L-għan ewlieni tal-IPEEC huwa li tappoġġa kooperazzjoni internazzjonali produttiva u żvelta li tippromwovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija.

    5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

    Bħala membru, il-Kummissjoni se jkollha aċċess dirett aħjar u ikbar għat-tagħrif dwar l-attivitajiet fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kemm fi ħdan l-UE kif ukoll mad-dinja kollha. Dan huwa ta’ benefiċċju għat-tfassil tal-politika b’mod ġenerali u se jsaħħaħ il-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri lejn il-mira tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija sal-2020.

    Barra minn hekk, il-Komunità għandha kompetenzi konġunti mal-Istati Membri f’ħafna mill-aspetti tal-politika tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Huwa mixtieq li l-Komunità taġixxi b’mod ikkoordinat fi ħdan l-IPEEC. Huwa propost li l-Komunità ssir membru tal-IPEEC; dan ifisser li jrid jingħata kontribut finanzjarju volontarju.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    L-għan ewlieni tal-IPEEC huwa li tħaffef dawk l-azzjonijiet li jrendu kisbiet kbar fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dan jinkludi:

    - l-appoġġ għall-ħidma kontinwa tal-membri tal-IPEEC sabiex jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iskambju tat-tagħrif dwar miżuri li jistgħu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b’mod sinifikanti fuq bażi settorjali u transsettorjali;

    - il-possibbiltà li jkun hemm riċerka u żvilupp konġunti fit-teknoloġiji ewlenin tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b’mod speċjali sabiex dawn jiġu applikati fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

    - l-iffaċilitar tat-tixrid ta’ prodotti u servizzi marbutin mal-enerġija li jikkontribwixxu għat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

    Ir-riżultati huma:

    It-tixrid tal-għarfien u tal-aqwa prattiki, billi l-Komunità tieħu sehem b’mod attiv fl-IPEEC skont il-pożizzjonijiet ikkoordinati dwar il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza konġunta.

    L-indikaturi huma:

    - l-għadd ta’ membri tal-IPEEC li adottaw azzjonijiet jew miżuri ġodda dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b’riżultat dirett tal-ħidma tal-IPEEC;

    - l-għadd ta’ miżuri ġodda implimentati b’riżultat tal-ħidma tal-IPEEC;

    - is-sehem mill-pożizzjonijiet Komunitarji kkoordinati maqbulin dwar kwistjonijiet rilevanti fi ħdan l-IPEEC.

    5.4. Il-metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv)

    ( Ġestjoni ċċentralizzata

    ( direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament b’delega lil:

    ( l-Aġenziji eżekuttivi

    ( l-entitajiet imwaqqfin mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( l-entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/l-entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    ( Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

    ( mal-Istati Membri

    ( ma’ pajjiżi terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti rilevanti:

    6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

    6.1. Is-sistema tal-monitoraġġ

    Mhix applikabbli.

    6.2. L-evalwazzjoni

    6.2.1. L-evalwazzjoni minn qabel

    Mhix applikabbli.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ta’ wara (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi):

    M’huma proposti l-ebda miżuri.

    6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    Wara ħames snin, f’każ li jkun hemm sinjali ta’ nuqqas ta’ suċċess u nuqqas ta’ appoġġ għall-IPEEC.

    7. Il-miżuri kontra l-frodi

    Mhumiex meqjusa rilevanti.

    8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

    L-approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 |

    L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[8] (XX 01 01) | A*/AD | 0.222 | 0.222 | 0.222 | 0.222 | 0.222 | 0.222 |

    B*, C*/AST |

    Il-persunal iffinanzjat[9] permezz tal-Artikolu XX 01 02 | 0.178 | 0.178 | 0.178 | 0.178 | 0.178 | 0.178 |

    Persunal ieħor[10] iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 04/05 |

    IT-TOTAL | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

    8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet imnissla mill-azzjoni

    - Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-IPEEC

    - L-għoti ta’ kontribuzzjonijiet għall-programm ta’ ħidma

    - Is-sejħa, it-tħejjija u t-tkomplija tal-laqgħat ta’ koordinazzjoni mal-Istati Membri

    8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

    ( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

    ( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

    8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Il-linja tal-baġit (in-numru u l-intestatura) | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | IT-TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros |

    It-total tal-għajnuna teknika u amministrattiva |

    8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

    f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    It-tip ta’ riżorsi umani | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara |

    L-uffiċjali u l-persunal temporanju (XX 01 01) | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.027 fis-sena |

    Il-persunal iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 02 (il-persunal awżiljarju, l-SNEs, il-persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0.013 | 0.013 | 0.013 | 0.013 | 0.013 | 0.013 fis-sena |

    L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u tal-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 fis-sena |

    Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji |

    Ħidma multiannwali, għalhekk l-ispejjeż jissejsu fuq l-ispejjeż medji tal-uffiċjali amministrattivi fil-Kummissjoni 0.4 fte x (122 x 5/9) + 0.4 fte x (73 x 3/9) + 0.4 fte x (64 x 1/9) = 40 000 Euro Kalkolu - Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 Ara l-kaxxa t’hawn fuq |

    8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) |

    Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | IT-TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.003 | 0.010 | 0.010 | 0.010 | 0.010 | 0.010 fis-sena |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[11] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi tat-tagħrif |

    2 It-total ta’ nfiq ieħor tal-ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja tal-baġit) |

    It-total tal-infiq amministrattiv, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.003 | 0.010 | 0.010 | 0.010 | 0.010 | 0.010 fis-sena |

    Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza |

    3 missjonijiet ta’ EUR 1000 (fis-sena n) – 10 missjonijiet ta’ EUR 1000 = EUR 10 000 (fis-snin n u wara) Dawn l-ispejjeż jistgħu jinbidlu, skont id-deċiżjoni li tittieħed dwar fejn se jkun il-post permanenti tas-segretarjat. |

    [1] Approprjazzjonijiet iddifferenzjati.

    [2] Infiq li ma jaqax fi ħdan il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [3] Infiq li jaqa’ fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [4] Infiq li jaqa’ fi ħdan il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [5] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [6] Għandhom jiżdiedu iktar kolonni jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum iktar minn sitt snin.

    [7] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

    [8] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [9] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [10] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

    [11] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.

    Top