Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0265

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenuti tal-annessi tiegħu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2009/0265 finali - COD 2006/0008 */

52009PC0265




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.6.2009

KUMM(2009) 265 finali

2006/0008 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenuti tal-annessi tiegħu

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2006/0008 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenuti tal-annessi tiegħu

1. INTRODUZZJONI

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha dwar l-erba’ emendi proposti mill-Parlament f’dan li ġej.

2. Kuntest

Id-data ta’ trażmissjoni tal-proposti lill-Parlament u lill-Kunsill: - li tikkonċerna l-proposta COM(2006) 7 finali (2006/0008/COD) - li tikkonċerna l-proposta COM(2007) 376 finali (2007/0129 (COD) | l-24 ta’ Jannar 2006 it-3 ta’ Lulju 2007 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | is-26 ta’ Ottubru 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | id-9 ta’ Lulju 2008 |

Id-data tat-tressiq tal-proposta emendata (COM(2008) 648 finali) 2006/0008/COD) | il-15 ta’ Ottubru 2008 |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | is-17 ta’ Diċembru 2008 |

Id-data tal-adozzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: | is-7 ta’ Jannar 2009 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, (it-tieni Qari): | it-22 ta’ April 2009 |

3. L-għan tal-proposta

Fid-29 ta’ April 2004, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004[1] dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li għandu jieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71[2].

Ir-Regolament 883/2004 għandu għadd ta’ Annessi li fihom dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Istati Membri individwali. Il-kontenut ta’ wħud minn dawn l-annessi kien għadu ma ġiex iddeterminat meta ġie adottat ir-Regolament 883/2004. Dan tal-aħħar, għaldaqstant, jipprevedi li l-kontenut tal-Annessi II (id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet li jibqgħu fis-seħħ), X (il-benefiċċji fi flus kontanti speċjali mhux kontributorji) u XI (id-dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri) għandu jiġi ddeterminat qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament. Barra minn hekk, xi wħud mill-Annessi tar-Regolament 883/2004 għandhom ikunu adattati wkoll biex iqisu r-rekwiżiti tal-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea mill-adozzjoni tar-Regolament ’l hawn, kif ukoll ta’ żviluppi li saru dan l-aħħar fi Stati Membri oħra.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti fl-24 ta’ Jannar 2006 u fit-3 ta’ Lulju 2007, rispettivament:

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI;

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.

Il-Kummissjoni ressqet il-proposta emendata tagħha fil-15 ta’ Ottubru 2008 fejn qieset l-emenda tal-Parlament Ewropew biex jingħaqdu ż-żewġ proposti oriġinali f’test wieħed. Il-proċedura li tikkonċerna l-proposta (2007/0129/COD) ġiet abbandunata minħabba fl-inkorporazzjoni tal-kontenut tagħha fil-proċedura relatata mal-ewwel proposta (2006/0008/COD).

Il-proposta għal Regolament li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI tistipula regoli supplimentari rigward aspetti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri individwali biex ikun żgurat li r-Regolament 883/2004 jiġi applikat mingħajr tfixkil fl-Istati Membri kkonċernati. B’konformità mal-objettiv ġenerali ta’ simplifikazzjoni, il-proposta fiha inqas entrati mill-Anness VI korrispondenti fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

L-Annessi II u X tar-Regolament 883/2004 għandhom dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fl-Annessi III u IIa tar-Regolament 1408/71. L-Annessi l-oħra jeħtieġ li jiġu komplementati biex jitqiesu l-Istati Membri li ssieħbu mal-UE wara l-adozzjoni tar-Regolament 883/2004. Xi wħud minn dawn l-Annessi għandhom ukoll dispożizzjonijiet korrispondenti fir-Regolament 1408/71. Madankollu, l-Anness I, il-Parti 1 (l-avvanzi ta’ ħlasijiet ta’ manteniment) u l-Annessi III u IV (regoli speċjali għall-benefiċċji tal-kura tas-saħħa) huma ġodda.

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni aċċettat l-erba’ emendi kollha adottati mill-Parlament.

L-erba’ emendi jikkonċernaw l-Anness III, li fih lista tal-Istati Membri li japplikaw ‘restrizzjoni ta’ drittijiet ta’ benefiċċji mogħtija in natura għall-membri tal-familja ta’ ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri’ fl-Istat Membru kompetenti. It-test jipprovdi reviżjoni tal-Anness III mhux iktar tard minn ħames snin minn dakinhar li jkun daħal fis-seħħ ir-Regolament. L-erba’ emendi li jikkorrispondu (il-premessa l-ġdida 7a, l-Artikolu 1 - il-punt 7, l-Artikolu 1 - il-punt 8 u l-Artikolu 1 - il-punt 9- il-punt b (a) ġdid) kollha għandhom l-għan li jiċċaraw li l-ħsieb wara r-reviżjoni huwa, fil-prinċipju, li jitħassar l-Anness III, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet validi biex dan ma jsirx.

5. KONKLUżJONI

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

[1] ĠU L 166, 30.4.2004, il-verżjoni kkoreġuta ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali lil persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u lill-membri tal-familji tagħhom li jinsabu fil-Komunità, ĠU L 149 tal-5.7.1971, p. 2.

Top