Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0264

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2009/0264 finali - COD 2006/0006 */

52009PC0264

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2009/0264 finali - COD 2006/0006 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.6.2009

KUMM(2009) 264 finali

2006/0006 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2006/0006 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali

1. Introduzzjoni

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (ċ), tat-Trattat KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni hawn taħt qiegħda tagħti l-opinjoni tagħha dwar it-tmien emendi adottati mill-Parlament.

2. Kuntest

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2006) 16 finali - 2006/0006 (COD): | Il-31 ta’ Jannar 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | Is-26 ta’ Ottubru 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari: | Id-9 ta’ Lulju 2008 |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | Il-15 ta’ Ottubru 2008 |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | Is-17 ta’ Diċembru 2008 |

Id-data tal-adozzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: | Is-7 ta’ Jannar 2009 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: | It-22 ta’ April 2009 |

3. L-għan tal-proposta

L-għan tal-proposta hu li ttemm il-proċess ta’ modernizzazzjoni tar-regoli eżistenti dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, u b’hekk tissostitwixxi r-Regolament ta’ implimentazzjoni attwali[1].

Hi timmira li tiddefinixxi għall-partijiet involuti, (il-persuni assigurati, min iħaddimhom, l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri) il-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament bażiku (KE) Nru 883/2004[2]. Il-proposta timmira li tissimplifika u tiċċara l-proċeduri attwali. Il-proposta tiċċara wkoll id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet diversi. Ir-regoli ġodda se jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u tippromwovi trasparenza u fiduċja reċiproka. Din il-kooperazzjoni mtejba hi appoġġjata b'sistema ġdida ta' skambju elettroniku tad-dejta bejn l-Istati Membri, li jtejjeb l-effiċjenza u l-preċiżjoni.

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni aċċettat it-tmien emendi kollha adottati mill-Parlament. It-tmien emendi ġew miftehma wara kuntatti infurmali bejn il-Parlament u l-Kunsill sabiex ikun hemm ftehim fit-tieni qari. L-emendi huma ta’ natura teknika u jimmiraw b’mod partikolari l-garanzija li l-persuni kkonċernati jirċievu tweġiba fil-ħin għat-talbiet tagħhom mill-istituzzjoni kompetenti kif ukoll tagħrif xieraq li jinkludi gwida dwar il-proċedui amministrattivi.

5. Konklużjoni

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stipulat hawn fuq.

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

[2] ĠU L 166, 30.4.2004, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.

Top