EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0097

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv Cariforum-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Cariforum, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

/* KUMM/2009/0097 finali */

52009PC0097

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv Cariforum-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Cariforum, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE /* KUMM/2009/0097 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.3.2009

KUMM(2009) 97 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra ġie iffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2008, u kien applikat provviżjorjament sa mid-29 ta’ Diċembru 2008. Il-Ftehim iħaddan, fl-Artikolu 5 tiegħu, monitoraġġ bħala wieħed mill-elementi ewlenin fis-Sħubija għal Żvilupp Sostenibbli li l-Ftehim jistabbilixxi. B’żieda ma’ dan, il-kapitolu istituzzjonali fih dispożizzjonijiet speċifiċi fuq monitoraġġ, b’dan il-mod jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva ta’ attività bħal din. Il-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Artikolu 232 tal-Ftehim se jkollu rwol partikolarment importanti. Il-Kunsill hu mitlub jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tal-KE fil-Kumitat Konsultattiv, bil-għan li tkun żgurata rappreżentazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati kollha. F’dan ir-rigward il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) hu lest li jkun strumentali fl-għażla tar-rappreżentanti Ewropej għall-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE, u sabiex ikun żgurat is-segretarjat ta’ dak il-Kumitat fid-dawl tal-esperjenza konsiderevoli tiegħu fil-koordinazzjoni ta’ korpi konġunti ta’ natura simili, u l-fatt li l-KESE diġà jwettaq djalogu regolari ma’ oħrajn bħalu f’pajjiżi tal-AKP.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra u dwar l-għażla tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 300(2), it-tieni sotto paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1) Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra[2], ġie ffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2008, u kien applikat provviżjorjament sa mid-29 ta’ Diċembru 2008.

(2) L-Artikolu 232(2) tal-Ftehim jistabbilixxi għal Kunsill Konġunt tiegħu biex jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE, bl-għan li tkun żgurata rappreżentazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati kollha.

(3) Huwa kruċjali li jkun żgurat t-twaqqif mgħaġġel tal-istituzzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim, u partikolarment il-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE, fid-dawl tar-rwol tiegħu fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(4) Proċedura interna tal-Kommunità għandha tiġi stabbilita biex tagħżel rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE.

(5) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew esprima r-rieda tiegħu biex jgħin fl-identifikazzjoni u l-għażla ta’ rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fis-soċjetà ċivili Ewropea, u biex inizjalment jieħu ħsieb is-segretarjat tal-Kumitat Konsultattiv,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni Komunitarja fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt tal-Fehim li twassal għall-għażla ta’ membri permanenti tal-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat”) stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni (minn hawn 'il quddiem “l-Anness”).

Artikolu 2

1. Rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej iddefiniti fl-Artikolu 1.1(a) tal-Anness għandhom ikunu proposti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni għall-approvazzjoni mill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-KE.

2. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jintalab biex jistabbilixxi rosters tal-organizzazzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 1.1(b) u 1.1(c) tal-Anness. Dan għandu jseħħ billi tingħata pubbliċità kbira lil sejħa għall-wiri ta’ interess biex tiġi inkluża f’roster bħal din. Fir-risposta għal sejħa bħal din kull organizzazzjoni interessata għandha tiddeskrivi kif tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1 tal-Anness. Ir-rosters għandhom jibqgħu miftuħa għal kull organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni li għandha tiġi inkluża. Organizzazzjonijiet inklużi fir-rosters għandhom jinżammu infurmati b’mod speċjali bil-ħidma tal-Kumitat.

3. Fis-sejħa għall-wiri ta’ interess, organizzazzjonijiet għandhom ukoll jiġu mistiedna biex juru interess f’wieħed mir-rappreżentanti tagħhom biex iservi bħala membru permanenti tal-Kumitat. L-Organizzazzjonijiet inklużi fir-rosters se jkunu msejħa sussegwentament biex japprovaw il-kandidatura sa żewġ rappreżentanti permanenti għall-Kumitat, fost dawk li jkunu wrew interess bħal dan. Il-parti tal-KE għandha tipproponi lill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-KE bħala membri permanenti għall-kategoriji 1.1(b) u 1.1(c) lil dawk ir-rappreżentanti li jkunu rċevew l-aktar approvazzjoni.

4. Sejħa għall-wiri ta’ interess biex iservu bħala membri permanenti tal-Kumitat għandha titnieda erba’ xhur qabel l-iskadenza tal-mandat tal-membri li qed iservu fil-Kumitat. In-nomina għandha ssegwi l-istess proċeduri stipulati f’paragrafu 3.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

ANNESS

.

DEĊIŻJONI Nru .../2009 TAL-KUNSILL KONĠUNT

stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra dwar il-parteċipazzjoni fil- Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), iffirmat fi Bridgetown, Barbados fil-15 ta’ Ottubru 2008, u partikolarment l-Artikolu 232 (2) tiegħu,

Billi:

Fid-dawl tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, u l-impenn lejn il-monitoraġġ tiegħu stabbilit fl-Artikolu 5 tiegħu, huwa xieraq li jitwaqqaf mingħajr dewmien il-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Partiċipazzjoni fil-Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat” għandha tkun magħmula minn […] membri permanenti fir-rappreżentazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, […] fir-rappreżentazzjoni tal-organizzazzjonijiet fl-Istati tal-CARIFORUM u […] fir-rappreżentazzjoni tal-organizzazzjonijiet fil-Parti tal-KE.

Fost kull wieħed ta’ dawn iż-żewġ gruppi għandu jkun hemm mill-inqas żewġ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw rispettivament:

(a) l-imsieħba soċjali u ekonomiċi,

(b) il-komunità akkademika, u

(c) organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp u ambjentali.

Membri permanenti għandhom jibqgħu fil-kariga għal sentejn. Għarfien espert rilevanti u rappreżentazzjoni ġeografika u settorjali wiesgħa għandhom ikunu żgurati.

2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, organizzazzjonijiet ta’ soċjetà ċivili għandhom ifissru assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet u istituzzjonijiet privati oħra b’għan mhux ta’ profitt ta’ utilità internazzjonali u li huma kapaċi li jikkontribwixxu għarfien espert jew parir fi kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim, jew li jirrappreżentaw elementi importanti ta’ opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet koperti mill-Ftehim. Dan ir-rekwiżit jista’ jiġi rrevokat f’każ ta’ istituzzjonijiet akkademiċi b’għarfien espert speċifiku fuq kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim.

3. Organizzazzjoni tista’ titqies li tkun f’territorju jew ta’ Stati CARIFORUM jew ta’ Parti tal-KE jekk organizzazzjoni bħal din ikollha kariga statutorja u tmexxija u kontroll ċentrali fit-territorju tal-Istati CARIFORUM jew tal-Parti tal-KE skont ma jkun il-każ.

Artikolu 2

Il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-KE għandu jiddiskuti u japprova mingħajr dewmien il-lista tal-membri permanenti proposti mill-Istati CARIFORUM u l-Parti tal-KE rispettivament, u t-tiġdid tiegħu.

Artikolu 3

Kull organizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 1 tista’ tattendi l-laqgħat tal - Kumitat Konsultattiv CARIFORUM-KE bħala osservatur. Madankollu, membri permanenti biss jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja għat-twettiq ta’ dmirijiethom fi ħdan il-Kumitat.

Artikolu 4

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jservi bħala s-segretarjat tal-Kumitat għal perjodu inizjali li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2010. Dan il-perjodu għandu jiġi mġedded awtomatikament sakemm il-Partijiet jew il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ma jaqbilx permezz ta’ notifika bil-quddiem li tkun ingħatat qabel u tkun raġonevoli .

Artikolu 5

Arranġamenti ta’ finanzjament għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-KE.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-[…]

Magħmula fi [...] 2009

[1] ĠU

[2] ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3

Top