Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0071R(01)

Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (Verżjoni kkodifikata)

/* KUMM/2009/0071 finali/2 - COD 2006/0222 */

52009PC0071R(01)

Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2009/0071 finali/2 - COD 2006/0222 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.4.2009

KUMM(2009) 71 finali/2

2006/0222 (COD)

CORRIGENDUMAnnule et remplace le COM(2009) 71 final du 18.2.2009Concerne tous les versions linguistiques [acronyme 2006/0222(COD) au lieu de 2009/0021(COD)]

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol

(Verżjoni kkodifikata)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fis-7 ta' Novembri 2006, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva 83/477/KEE tal-Kunsill tad-19 ta' Settembru 1983 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol[1].

2. Fl-opinjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2007, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Ġuridiċi, imwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' atti leġislattivi[2], iddikjara illi l-proposta msemmija fl-ewwel punt tabilħaqq tillimita ruħha għas-sempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdiliet sostanzjali lill-atti li tkopri.

3. Fid-dawl ta’ l-emendi adottati[3] għall-proposta msemmija fl-ewwel punt, u fid-dawl tax-xogħol li diġà sar fi ħdan il-Kunsill fuq din il-proposta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta – skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE - proposta emendata għall-kodifikazzjoni tad-Direttiva 83/477/KEE.

Din il-proposta emendata tqies ukoll il-bidliet ta’ natura purament formali jew testwali proposti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Ġuridiċi fejn dawn kienu kkunsidrati bħala ġustifikati[4].

4. Meta mqabbla mal-proposta msemmija fl-ewwel punt, il-bidliet mdaħħla f’din il-proposta emendata huma dawn li ġejjin:

(1) it-tieni kunsiderazzjoni ġiet emendata;

(2) in-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 3 ġiet adattata;

(3) il-premessi 2, 3 u 4 ġew imħassra;

(4) il-premessi 5, 12, 14 u 18 ġew emendati;

(5) fl-Artikoli 9 u 18(2), ir-referenza magħmula għall-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 89/391/KEE hija mibdula b'referenza għall-Artikolu 17 ta' l-istess Direttiva;

(6) fl-Artikolu 18(5), ir-referenza magħmula għat-tieni paragrafu hija mibdula b'referenza għat-tielet paragrafu;

( 7) l-Artikolu 22 ġdid ġie introdott; għaldaqstant, l-Artkoli 22 sa 25 isiru l-Artikoli 23 sa 26;

( 8) fl-Anness II, Parti A, it-tabelli ġew aġġornati wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2007/30/KE; min-naħa l-oħra, l-indikazzjoni li takkumpanja ir-referenza għad-Direttiva 98/24/KE tal-Kunsill ġiet mibdula bl-indikazzjoni "biss fl-Artikolu 13(2)";

( 9) fl-Anness II, Parti B, id-data l-1 ta' Jannar 1987 ġiet mibdula bid-data tal-31 ta' Diċembru 1986; fin-nota' ta' qiegħ il-paġna li tikkorrispondi, id-data tal-1 ta' Jannar 1990 hija mibdula b'dik tal-31ta' Diċembru 1989.

(10) fl-Anness III, it-tabella ta' korrelazzjoni ġiet adattata skond it-tibdil effetwat fit-termini ta' promulgazzjoni.

5. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż.

ê 83/477/KEE (adattat)

2006/0222 (COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kkodifikata)

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 137(2) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Ö Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni, Õ

Ö Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], Õ

Billi:

ê

(1) Id-Direttiva 83/477/KEE tal-Kunsill tad-19 ta’ Settembru 1983 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma’ l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE)[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalita' l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 83/477/KEE premessa 3 (adattat)

(2) L-asbestos huwa sustanza Ö partikolarment perikoluża li tista' tikkawża mard gravi u Õ li jinsab f'numru kbir ta' ċirkustanzi fuq ix-xogħol. Għalhekk huma ħafna l-ħaddiema esposti għal riskju potenzjali għal saħħithom. Il-kroċidolite huwa kkunsidrat tip ta' asbestos li huwa partikolarment perikoluż.

ê 83/477/KEE premessi 1 u 4 (adattat)

(3) Għalkemm it-tagħrif xjentifiku kurrenti mhux tali li jista' jiġi stabbilit livell li taħtu ma jibqgħux jeżistu r-riskji għas-saħħa, tnaqqis fl-esposizzjoni għall-asbestos għandu madanakollu jnaqqas ir-riskju li wieħed jiżviluppa mard konness ma' l-asbestos. Ö Huwa għalhekk neċessarju li jitwaqqfu proċeduri speċifiċi armonizzati li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos. Õ Din id-Direttiva tinkludi kondizzjonijiet minimi li ser jiġu eżaminati mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba u l-iżviluppi fit-teknoloġija f'dan il-qasam.

ê 83/477/KEE premessa 5

(4) Il-mikroskopija ottika, għalkemm ma tippermettix l-għadd ta' l-iżgħar fibri li jagħmlu ħsara lis-saħħa, hija l-metodu li bħalissa qed jiġi aktar użat għat-tkejjil normali ta' l-asbestos.

ê 83/477/KEE premessa 6 (adattat)

(5) Miżuri preventivi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema li huma esposti għall-asbestos u l-impenn maħsub mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tas-saħħa Ö huma importanti Õ.

ê 2003/18/KE premessa 6

(6) Sabiex tiġi assigurata kjarezza fid-definizzjoni tal-fibri, dawn għandhom ikunu definiti jew f’termini mineraloġiċi jew fir-rigward tan-numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) tagħhom.

ê 2003/18/KE premessa 7

(7) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità li jikkonċernaw il-marketing u l-użu ta’ l-asbestos, l-illimitar ta’ l-attivitajiet li jinvolvu espożizzjoni għall-asbestos għandu jkollu rwol importanti ħafna fil-prevenzjoni ta’ mard assoċjat ma’ dik l-espożizzjoni.

ê 2003/18/KE premessa 8

(8) Is-sistema ta’ notifika ta' l-attivitajiet li jinvolvu espożizzjoni għall-asbestos għandha tiġi adattata għal sitwazzjonijiet ġodda tax-xogħol.

ê 2003/18/KE premessa 9 (adattat) u 91/382/KEE premessa 7

(9) Ö Il-projbizzjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-asbestos bi proċess ta' traxxix m'huwiex bizzejjed biex jimpedixxi r-rilaxx tal-fibri ta' l-asbestos fl-atmosfera. Jeħtieġ ukoll li jkunu pprojbiti Õ attivitajiet li jesponu l-ħaddiema għall-fibri ta’ l-asbestos matul l-estrazzjoni ta’ l-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti ta’ l-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti li jkun fihom fibri ta’ l-asbestos miżjuda apposta, minħabba l-livell għoli tagħhom u li ma jistgħax jiġi prevvist ta’ espożizzjoni.

ê 2003/18/KE premessa 10

(10) Waqt li jittieħed kont tal-kapaċità teknika l-aktar reċenti, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni użata biex tkejjel il-livell ta’ asbestos fl-arja u l-metodu ta’ kif jingħaddu l-fibri.

ê 2003/18/KE premessa 11 (adattat) u 91/382/KEE premessa 6

(11) Għalkemm s’issa għadu ma kienx possibbli li tiġi identifikata l-għatba ta’ espożizzjoni li taħtha l-asbestos ma jinvolviex ir-riskju tal-kanċer, il-protezzjoni tal-ħaddiema għandha tittejjeb Ö u għandu jitnaqqas għal livell minimu Õ il-valur tal-limitu għall-espożizzjoni okkupazzjonali għall-asbestos.

ê 2003/18/KE premessa 12

(12) L-impjegati għandhom ikunu meħtieġa li jirrekordjaw, qabel il-bidu ta’ xi proġett ta’ tneħħija ta’ asbestos, il-presenza jew il-presenza preżunta ta’ asbestos f’bini jew installazzjonijiet u jikkomunikaw din l-informazzjoni lil persuni oħra li jistgħu jkunu esposti għall-asbestos bħala riżultat ta’ l-użu tiegħu, tal-manutenzjoni jew ta’ attivitajiet oħrajn fi jew fuq il-bini.

ê 2003/18/KE premessa 13

(13) Għandu jiġi assigurat li t-twaqqigħ jew ix-xogħol ta’ tneħħija ta’ l-asbestos jitwettaq minn impriżi li huma familjari mal-prekawzjonijiet kollha li għandhom jittieħdu biex jiġu protetti l-ħaddiema.

ê 2003/18/KE premessa 14

(14) Taħriġ speċjali għall-ħaddiema esposti jew li x’aktarx ikunu esposti għall-asbestos għandu jiġi provdut sabiex jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għat-tnaqqis tar-riskji relatati ma’ dik l-espożizzjoni.

ê 2003/18/KE premessa 16 (adattat)

(15) Ö Jeħtieġ li jkunu previsti Õ rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar is-sorveljanza klinika ta’ ħaddiema esposti fid-dawl ta' l-għarfien mediku l-aktar reċenti Ö bil-ħsieb ta' kxif kmieni ta' patoloġiji marbuta ma' l-asbestos Õ.

ê 2003/18/KE premessa 17

(16) L-objettiv ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-espożizzjoni ta’ asbestos fuq ix-xogħol, ma jistgħax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif preskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif preskritt f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

ê 2003/18/KE premessi 18 u 19 (adattat)

(17) Ö Id-dispożizzjonijiet Õ li jinsabu f’din id-Direttiva jikkostitwixxu kontribuzzjoni konkreta lejn il-ħolqien ta’ dimensjoni soċjali fis-suq intern. Dawn Ö id-dispożizzjonijiet Õ huma limitati għall-minimu sabiex ma jimponux piż żejjed fuq il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

ê

(18) Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-direttivi msemmija fl-Anness II, Parti B,

ê 83/477/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva, għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għal saħħithom, inkluża l-prevenzjoni ta' riskji ta' din ix-xorta, li jiġu jew aktarx jiġu mill-fatt li jkunu esposti għall-asbestos fuq ix-xogħol.

Tistabbilixxi l-limitu Ö ta’ din l-espożizzjoni Õ kif ukoll kondizzjonijiet oħra speċifiċi.

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri li japplikaw jew idaħħlu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jagħtu protezzjoni ikbar għall-ħaddiema, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bdil ta' l-asbestos b'sostituti anqas perikolużi.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 2

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, «asbestos» tfisser is-silikati fibrużi li ġejjin:

a) Asbestos actinolite, CAS Nru 77536–66–4[9];

b) Asbestos gruenerite (amosite) CAS Nru 12172–73–5[10];

ċ) Asbestos anthophyllite, CAS Nru 77536–67–5[11];

d) Chrysotile, CAS Nru 12001–29–5[12];

e) Crocidolite, CAS Nru 12001–28–4[13];

f) Asbestos tremolite, CAS Nru 77536–68–6[14].

ê 83/477/KEE

Artikolu 3

1. Din id-Direttiva tapplika għall-attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jkunu esposti waqt xogħolhom għat-trab li jiġi mill-asbestos jew materjali li fihom l-asbestos.

2. Fil-każ ta' kull attività li x'aktarx tinvolvi xi riskju li jiġu esposti għat-trab li jiġi mill-asbestos jew xi materjali li jkun fihom l-asbestos, dan ir-riskju għandu jiġi stmat b'mod li tiġi stabbilita n-natura jew il-grad ta' l-espożizzjoni għat-trab li ġej mill-asbestos jew minn materjali li fihom l-asbestos.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 3(a) (adattat)

3. B’dan illi l-espożizzjoni tal-ħaddiema jkun sporadiku u ta’ intensità baxxa, u meta jkun ċar mir-riżultati ta’ l-istima tar-riskju Ö msemmija Õ fil-paragrafu 2 li l-limitu ta’ l-espożizzjoni għall-asbestos m’għandux jinqabeż fl-arja taż-żona tax-xogħol, l-Artikoli 4, 18 u 19 jistgħu jiġu skartati meta x-xogħol jinvolvi:

(a) attivitajiet ta’ manutenzjoni qosra, mhux kontinwi li fihom jintmissu biss materjali li li ma jinkisrux malajr;

(b) it-tneħħija mingħajr deterjorazzjoni ta’ materjali mhux degradati li fihom il-fibri ta’ l-asbestos huma mqabbda sew mal-matriċi;

(ċ) enkapsulazzjoni jew issiġillar ta’ materjali li jkun fihom l-asbestos li huma f’kondizzjoni tajba;

(d) immonitorjar u kontroll ta’ l-arja, u t-teħid ta’ kampjuni biex jiġi aċċertat jekk materjal speċifiku jkunx fih l-asbestos.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 3(b)

4. L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali jippreskrivu linji gwida prattiċi għall-istabbiliment ta’ espożizzjoni sporadika u ta’ intensità baxxa, hekk kif provdut fil-paragrafu 3.

ê 83/477/KEE (adattat)

5. L-istima Ö msemmiija Õ fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment u għandhom jerġgħu jiġu eżaminati meta jkun hemm raġuni li wieħed jaħseb li mhijiex korretta jew hemm xi bdil materjali fix-xogħol.

Artikolu 4

1. Bla ħsara għall-Artikolu 3(3), għandhom jittieħdu miżuri Ö skond il-paragrafi 2 sa 5 Õ.

2. L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jiġu rregolati b'sistema ta' notifika amministrata mill-awtorità responsabbli ta' l-Istat Membru.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 4(a) (adattat)

3. In-notifika Ö skond il-paragrafu 2 Õ għandha tintbagħat minn min iħaddem lill-awtorità responsabbli ta’ l-Istati Membri, qabel ma jinbeda x-xogħol, skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali.

Din in-notifika għandha tinkludi ta’ l-anqas deskrizzjoni qasira ta’:

(a) fejn jinsab s-sit tax-xogħol;

(b) it-tip u l-kwantitajiet ta’ asbestos użati jew immaniġġjati;

(ċ) l-attivitajiet u l-proċessi involuti;

(d) in-numru ta’ ħaddiema involuti;

(e) id-data tal-bidu tax-xogħol u t-tul ta’ żmien;

(f) miżuri meħuda biex jillimitaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-asbestos.

ê 83/477/KEE (adattat)

4. Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriżi jew fl-istabbilimenti għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti li jaqgħu taħt in-notifika Ö msemmija fit-tieni paragrafu Õ li għandhom x'jaqsmu ma' l-impriża jew l-istabbiliment tagħhom stess b'mod konformi mal-liġijiet nazzjonali.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 4(b)

5. Kull darba li bidla fil-kondizzjonijiet tax-xogħol x’aktarx li tirriżulta f’żieda sinifikanti f’espożizzjoni għat-trab ta’ l-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos, għandha tintbagħat notifika ġdida.

ê 91/382/KEE Art. 1, punt 2

Artikolu 5

L-applikazzjoni ta' l-asbestos bi proċess ta' traxxix u proċeduri ta' xogħol li jinvolvu l-użu ta' materjali iżolanti jew li jwaqqfu l-ħoss ta' densità baxxa (anqas minn 1g/ċm3) li jkun jinsab fihom l-asbestos huma pprojbiti.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 5

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il- marketing u l-użu ta’ l-asbestos, attivitajiet li jesponu lill-ħaddiema għall-fibri ta’ l-asbestos matul l-estrazzjoni ta’ asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti ta’ l-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti li jkun fihom asbestos miżjud apposta għandhom ikunu projbiti, bl-eċċezzjoni tat-trattament u d-disponiment ta’ prodotti li jirriżultaw mit-twaqqigħ u t-tneħħija ta’ l-asbestos.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 6

Artikolu 6

Għall-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(1), l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos fuq il-post tax-xogħol għandha titnaqqas għal minimu u f’kull każ taħt il-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8, b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a) in-numru ta’ ħaddiema esposti jew x’aktarx li jkunu esposti għat-trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos għandu jkun limitat għall-figura l-aktar baxxa possibbli;

(b) il-proċessi tax-xogħol għandhom ikunu disinjati biex ma jipproduċux trab ta’ l-asbestos jew, jekk dan ikun impossibbli, li jiġi evitat ir-rilaxx ta’ trab ta’ l-asbestos fl-arja;

(c) il-postijiet kollha u l-apparat involut fit-trattament ta’ asbestos għandu jkun kapaċi li jiġi regolarment u effettivament imnaddaf u mantnut;

(d) l-asbestos jew materjal li fih l-asbestos li jiġġenera t-trab għandu jiġi maħżun u trasportat f’pakketti ssiġillati kif imiss;

(e) l-iskart għandu jinġabar u jitneħħa mill-post tax-xogħol kemm jista’ jkun malajr f’pakketti ssiġillati kif imiss b’tabelli li jindikaw li jkun fihom l-asbestos; din il-miżura ma tapplikax għal attivitajiet tal-minjieri; dak ir-rimi għandu mbagħad jiġi ttrattat skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE[15].

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 7

Artikolu 7

1. Skond ir-riżultati ta’ l-stima inizjali tar-riskju, u sabiex tiġi assigurata konformità mal-limitu preskritt fl-Artikolu 8, il-kejl tal-fibri ta’ l-asbestos fl-arja fil-post tax-xogħol għandu jitwettaq regolarment.

2. It-teħid ta' kampjuni għandu jkun rappreżentattiv ta’ l-espożizzjoni personali tal-ħaddiema għal trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos.

3. It-teħid ta' kampjuni għandu jitwettaq wara konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom f’impriżi.

4. It-teħid ta' kampjuni għandu jitwettaq minn persunal kwalifikat kif imiss. Il-kampjuni meħuda għandhom sussegwentement ikunu analizzati, skond il-paragrafu 6, f’laboratorji mgħammra biex jingħaddu l-fibri.

5. It-tul ta’ żmien tat-teħid ta' kampjuni għandu jkun tali li espożizzjoni rappreżentattiva tista’ tiġi stabbilita għal perjodu ta’ referenza ta’ tmien sigħat (xift wieħed) permezz ta’ kejl jew kalkolazzjonijiet peżati skond il-ħin.

6. L-għadd tal-fibri għandu jitwettaq kull fejn possibbli permezz ta’ phase-contrast microscope (PCM) skond il-metodu rakkomandat ta’ l-1997 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)[16] jew xi metodu ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.

Għall-għanijiet tal-kejl ta’ l-asbestos fl-arja, kif imsemmija fl-ewwel paragrafu, għandhom jiġu kkunsidrati biss dawk il-fibri biss b’tul ta’ aktar minn 5 mikrometri u wisa’ ta’ inqas minn 3 mikrometri u proporzjon ta’ tul/wisa’ akbar minn 3:1.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 8

Artikolu 8

Min iħaddem għandu jassigura li ebda ħaddiem ma jiġi espost għall-konċentrazzjoni ta’ asbestos fl-arja li teċċedi ż-0,1 fibri kull cm3 fuq medja ta’ perjodu ta’ tmien sigħat peżat skond il-ħin (TWA).

ê 91/382/KEE Art. 1, punt 5

Artikolu 9

ê 98/24/KE Art. 13, punt 2(b) (adattat)

L-emendi meħtieġa sabiex jaddattaw Ö l-Anness I ta’ Õ din id-Direttiva għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura Ö stabbilita Õ fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE[17].

ê 83/477/KEE

è1 2003/18/KE Art. 1, punt 10(a)

Artikolu 10

1. è1 Fejn il-limitu preskritt fl-Artikolu 8 jinqabeż, ir-raġunijiet għaliex il-limitu jkun inqabeż għandhom jiġu identifikati u miżuri adattati biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni għandom jittieħdu mill-aktar fis possibbli. ç

Ma jistax jibqa' jsir xogħol fiż-żona affetwata sakemm ma jkunux ittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-ħaddiema interessati.

2. Biex jiġi kkontrollat kemm huma effettivi l-miżuri msemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti għal darb'oħra u minnufih il-konċentrazzjonijiet ta' l-asbestos fl-arja.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 10(b)

3. Fejn l-espożizzjoni ma tistgħax titnaqqas b’mezzi oħra u fejn il-konformità mal-limitu teħtieġ l-ilbies ta’ apparat tan-nifs individwali protettiv, dan m’għandux ikun permanenti u għandu jinżamm għall-minimu strett meħtieġ għal kull ħaddiem. Matul perjodi ta’ xogħol li jeħtieġu l-użu ta’ dak l-apparat tan-nifs, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodi ta’ mistrieħ adattati għall-kondizzjonijiet fiżiċi u klimatoloġiċi u, fejn relevanti, b’konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, skond il-liġijiet u l-prattika nazzjonali.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 11

Artikolu 11

Qabel ma jinbeda xogħol ta’ twaqqigħ jew manutenzjoni, min iħaddem għandu jieħu, fejn xieraq, billi jikseb informazzjoni mis-sidien tal-post, il-passi kollha meħtieġa biex jidentifika materjali li huwa maħsub li fihom l-asbestos.

Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-preżenza ta’ asbestos f’materjal jew kostruzzjoni, id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu osservati.

ê 83/477/KEE

Artikolu 12

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 12

Fil-każ ta’ ċerti attivitajiet bħal xogħolijiet ta' twaqqigħ, tneħħija, tiswija u manutenzjoni li fir-rigward tagħhom ikun prevvist li l-limitu tal-valur stipulat fl-Artikolu 8 jinqabeż minkejja l-użu ta’ miżuri tekniċi preventivi għall-illimitar ta' konċentrazzjoni ta’ asbestos fl-arja, min iħaddem għandu jistabbilixxi l-miżuri maħsuba biex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu qed jaħdmu f’dawk l-attivitajiet, b’mod partikolari dan li ġej:

(a) il-ħaddiema għandu jinħarġilhom apparat respiratorju adattat u apparat ieħor personali protettiv, li għandu jintlibes, u

(b) għandhom jitqiegħdu sinjali ta’ twissija li juru li huwa prevvist li l-limitu preskritt fl-Artikolu 8 sejjer jinqabeż, u

(ċ) it-tixrid ta’ trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li fihom l-asbestos barra l-post jew is-sit ta’ l-azzjoni għandu jkun evitat.

ê 83/477/KEE

Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment għandhom jiġu kkonsultati dwar dawn il-miżuri qabel ma jsiru l-attivitajiet ikkonċernati.

Artikolu 13

1. Għandu jitfassal pjan ta' xogħol qabel ma jinbeda xi xogħol ta' twaqqigħ jew xogħol ta' tneħħija ta' l-asbestos u/jew ta' prodotti li jkun fihom l-asbestos minn bini, strutturi, impjanti jew installazzjonijiet jew minn vapuri.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 13

2. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreskrivi l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

Il-pjan għandu b’mod partikolari jispeċifika li:

a) asbestos u/jew prodotti li fihom l-asbestos għandhom jitneħħew qabel ma tiġi applikata t-teknika tat-twaqqigħ, ħlief fejn dan joħloq riskju akbar għall-ħaddiema milli jekk l-asbestos jew il-prodotti li fihom l-asbestos jitħallew fil-post;

b) l-apparat personali protettiv imsemmi fl-Artikolu 12(1)(a) għandu jkun provdut, fejn meħtieġ;

ċ) meta x-xogħol tat-twaqqigħ jew tneħħija ta’ l-asbestos ikun tlesta, l-assenza ta’ riskji ta’ espożizzjoni għall-asbestos fil-post tax-xogħol għandha tiġi verifikata b’konformità mal-leġislazzjoni u l-prattika nazzjonali.

ê 91/382/KEE Art. 1, punt 6(a)

Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, il-pjan għandu jinkludi informazzjoni dwar dan li ġej:

a) in-natura tax-xogħol u kemm x'aktarx li jdum sejjer;

b) il-post fejn isir ix-xogħol;

ċ) il-metodi applikati meta x-xogħol jinvolvi l-immaniġġar ta' l-asbestos jew ta' materjali li jkun fihom l-asbestos;

d) il-karatteristiċi ta' l-apparat użat għal:

i) protezzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' dawk li qed jagħmlu x-xogħol,

ii) protezzjoni tal-persuni l-oħra preżenti jew qrib tal-post tax-xogħol.

ê 91/382/KEE Art. 1, punt 6(b)

3. Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi nnotifikat lilhom qabel il-bidu tax-xogħol proġettat.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 14

Artikolu 14

1. Min iħaddem għandu jipprovdi taħriġ adattat għall-ħaddiema kollha li huma, jew li x’aktarx ikunu, esposti għal trab li jkun fih l-asbestos. Dak it-t aħriġ għandu jkun provdut f’intervalli regolari u bla ebda spiża għall-ħaddiema.

2. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jkun jiftiehem faċilment mill-ħaddiema. Għandu jippermettilhom li jiksbu l-għerf u l-kapaċitajiet meħtieġa f’termini ta’ prevenzjoni u sigurtà, partikolarment fir-rigward ta’:

(a) il-proprjetajiet ta’ l-asbestos u l-effetti tiegħu fuq is-saħħa, inkluż l-effett sinerġiku tat-tipjip;

(b) it-tipi ta’ prodotti u materjali li x’aktarx ikun fihom l-asbestos;

(ċ) l-operazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f’espożizzjoni għall-asbestos u l-importanza ta’ kontrolli preventivi biex tiġi minimizzata l-espożizzjoni;

(d) prattiċi ta’ xogħol bla perikolu, kontrolli u apparat protettiv;

(e) ir-rwol xieraq, l-għażla, l-għażla, is-selezzjoni, il-limitazzjonijiet u l-użu kif imiss ta’ apparat respiratorju;

(f) proċeduri ta’ emerġenza;

(g) proċeduri ta’ dekontaminazzjoni;

(h) rimi ta’ l-iskart;

(i) ħtiġiet ta’ eżami mediku.

3. Linji gwida prattiċi għat-taħriġ ta’ ħaddiema li jneħħu l-asbestos għandhom ikunu żviluppati fil-livell tal-Komunità.

Artikolu 15

Qabel ma jitwettaq xogħol ta’ twaqqigħ jew tneħħija ta’ asbestos, id-ditti għandhom jipprovdu evidenza ta’ l-abbiltà tagħhom f’dan il-qasam. L-evidenza għandha tiġi stabbilita skond il-liġijiet u/jew prattika nazzjonali.

ê 83/477/KEE

Artikolu 16

1. Fil-każ ta' l-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(1), u bla ħsara għall-Artikolu 3(3), għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li:

(a) il-postijiet fejn isiru l-attivitajiet msemmija aktar 'il fuq għandhom:

(i) ikunu mmarkati b'mod ċar u indikati b'sinjali ta' twissija;

(ii) ma jkunux aċċessibbli għall-ħaddiema ħlief għal dawk li għandhom bżonn jidħlu fihom minħabba x-xogħol jew id-dmirijiet tagħhom;

(iii) ikunu żoni fejn ma jkunx permess tipjip;

(b) jitwarrbu żoni fejn il-ħaddiema jistgħu jieklu u jixorbu mingħajr ir-riskju ta' tniġġis mit-trab ta' l-asbestos;

(ċ) il-ħaddiema jiġu pprovduti b'ilbies tax-xogħol xieraq jew protettiv; dan l-ilbies tax-xogħol jew protettiv jibqa' ġewwa l-impriża; iżda, jista' jinħasel fi stabbilimenti barra l-impriza li huma mgħammra għal dan it-tip ta' xogħol kemm-il darba l-impriża stess ma tagħmilx it-tindif; f'dak il-każ l-ilbies għandu jinġarr f'kontenituri magħluqa;

(d) jiġu pprovduti postijiet separati għaż-żamma ta' l-ilbies tax-xogħol jew protettiv u l-ilbies ta' barra;

(e) il-ħaddiema jiġu pprovduti b'faċilitajiet xierqa għall-ħasil u twaletta, inklużi doċoċ fil-każ ta' ħidmiet fit-trab;

(f) l-apparat protettiv jitqiegħed f'post definit tajjeb u jiġi kkontrollat u mnaddaf wara kull darba li jintuża u għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex jissewwa jew jinbidel apparat difettuż qabel ma jerġa' jintuża.

2. Il-ħaddiema ma jistgħux jiġu mġiegħla jħallsu għan-nefqa tal-miżuri meħuda skond il-paragrafu 1.

Artikolu 17

1. Fil-każ ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment jirċievu informazzjoni xierqa dwar:

(a) ir-riskji potenzjali għas-saħħa meta jiġu esposti għat-trab li jiġi mill-asbestos jew minn materjali li jkun fihom l-asbestos;

(b) l-eżistenza ta' limiti statutorji u l-ħtieġa li l-arja tkun immonitorjata;

(ċ) il-kondizzjonijiet ta' iġjene mitluba, inkluża l-ħtieġa li ma jsirx tipjip;

(d) il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilbies u l-użu ta' apparat u ilbies protettivi;

(e) il-prekawzjonijiet speċjali maħsuba biex inaqqsu kemm jista' jkun il-livell ta' espożizzjoni għall-asbestos.

2. Barra mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, u bla ħsara għall-Artikolu 3(3), għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li:

(a) il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment ikollhom aċċess għar-riżultati tat-tkejjil tal-konċentrazzjoni ta' l-asbestos fl-arja u jistgħu jingħataw tifsiriet ta' xi jfissru dawk ir-riżultati;

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 15

(b) jekk ir-riżultati jeċċedu l-limitu preskritt fl-Artikolu 8 il-ħaddiema konċernati u r-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment ikunu informati kemm jista’ jkun malajr bil-fatt u bir-raġunijiet għal dan u l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment ikunu konsultati dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu jew, f’emerġenza, jiġi infurmati bil-miżuri li jkunu ttieħdu.

ê 83/477/KEE (adattat)

è1 98/24/KE Art. 13, punt 2(ċ)

Artikolu 18

1. Bla ħsara għall-Artikolu 3(3) għandhom jittieħdu l-miżuri Ö mniżżla fil-paragrafi 2 sa 5 Õ:

2. Għandha tkun disponibbli stima ta' l-istat tas-saħħa ta' kull ħaddiem qabel ma jibdew ikunu esposti għall-asbestos jew għall-materjali li jkun fihom l-asbestos fuq il-post tax-xogħol.

Din l-istima għandha tinkludi eżami speċifiku tas-sider. L-Anness I jagħti rakkomandazzjonijiet prattiċi li l-Istati Membri jistgħu jirriferu għalihom għas-sorveljanza klinika tal-ħaddiema; dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku è1 skond il-proċedura Ö stabbilita Õ fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE ç.

Stima ġdida għandha tkun disponibbli mill-inqas darba kull tliet snin sakemm tkompli l-espożizzjoni.

Rekord individwali tas-saħħa għandu jitwaqqaf skond il-liġijiet u d-drawwiet nazzjonali għal kull ħaddiem.

3. Wara s-sorveljanza klinika msemmija Ö fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2 Õ, it-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika tal-ħaddiema għandhom, skond il-liġijiet nazzjonali, jagħtu parir dwar jew jistabbilixxu l-miżuri individwali protettivi jew preventivi li għandhom jittieħdu.

Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fejn huwa xieraq, it-tneħħija tal-ħaddiem ikkonċernat minn kwalunkwe espożizzjoni għat-trab ġej mill-asbestos jew mill-materjali li jkollhom l-asbestos.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 16

4. Għandhom jingħataw lill-ħaddiema informazzjoni u pariri fir-rigward ta’ kull stima tas-saħħa tagħhom li jistgħu jgħaddu minnha wara t-tmiem ta’ l-espożizzjoni.

It-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika ta’ ħaddiema jistgħu jindikaw li s-sorveljanza medika għandha tkompli wara t-tmiem ta’ l-espożizzjoni sakemm huma jqisu li dan ikun meħtieġ biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-persuna kkonċernata.

Dik is-sorveljanza li tkompli għandha titwettaq skond il-liġijiet u l-prattiċi ta’ l-Istati Membri individwali.

ê 83/477/KEE (adattat)

5. Il-ħaddiem ikkonċernat jew min iħaddmu jista' jitlob li l-istima msemmija Ö fil-paragrafu Õ 3 tiġi riveduta b'mod konformi mal-liġijiet nazzjonali.

Artikolu 19

1. Bla ħsara għall-Artikolu 3(3) għandhom jittieħdu l-miżuri Ö msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 Õ:

2. Min iħaddem irid idaħħal lill-ħaddiema li jkunu responsabbli li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) f'reġistru, li jindika n-natura u d-dewmien ta' l-attività u l-livell ta' l-espożizzjoni tagħhom. It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika għandhom ikollhom aċċess għal dan ir-reġistru. Kull ħaddiem ikkonċernat għandu jkollu aċċess għar-riżultati fir-reġistru li għandhom x'jaqsmu miegħu personalment. Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti fl-impriża jew l-istabbiliment tagħhom għandhom jkollhom aċċess għall-informazzjoni anonima u kollettiva li jkun hemm fir-reġistru.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 17 (adattat)

3. Ir-reġistru msemmi Ö fil-paragrafu 2 Õ u Ö rekords Õ mediċi msemmija fl-Artikolu 18 Ö (2), ir-raba’ sentenza, Õ għandhom jinżammu għal ta’ l-anqas erbgħin sena wara t-tmiem ta’ l-espożizzjoni, skond il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 18 (adattat)

4. Id-dokumenti msemmija Ö fil-paragrafu 3 Õ għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità responsabbli fil-każi fejn l-impriża ma tibqax bl-attivita' tagħha, skond il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 19

Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet adegwati li jkunu applikabbli fil-każ ta’ ksur tal- liġijiet nazzjonali adottata bis-saħħa ta’ din id-Direttiva. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

ê 83/477/KEE

Artikolu 21

L-Istati Membri jridu jżommu reġistru tal-każijiet kollha magħrufa ta' asbestożi u tal-mesoteljoma.

ê 2007/30/KE Art. 2, pt. 1 (adattat)

Artikolu 22

1. Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fil-forma ta' Kapitolu speċifiku tar-rapport uniku previst fl-Artiklu 17(a)(1), (2) u (3) tad-Direttiva 89/391/KEE, li għandu jservi bħala bażi ta' l-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni skond il-pargrafu 4 ta' l-istess Artikolu 17(a).

Ö 2. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-2007 sa' l-2012. Õ

ê 83/477/KEE

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

ê

Artikolu 24

Id-Direttiva 83/477/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 25

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum w ara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 83/477/KEE

Artikolu 26

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ê 83/477/KEE (adattat)

L–ANNESS I

Rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-monitoraġġ kliniku tal-ħaddiema, skond kif imsemmi fl-Artikolu 18 Ö (2), it-tieni sentenza Õ

1. It-tagħrif kurrenti jindika li l-fatt li l-espożizzjoni għall-fibri ħielsa ta' l-asbestos jista' jġib il-mard li ġej:

- asbestożi,

- mesoteljoma,

- karċinoma fil-bronki,

- karċinoma gastro-intestinali.

2. It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika tal-ħaddiema esposti għall-asbestos għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi li għalihom ikun espost kull ħaddiem.

ê 2003/18/KE Art. 1, punt 21

3. L-eżami tas-saħħa tal-ħaddiema għandu jitwettaq skond il-prinċipji u l-prattiċi ta’ mediċina okkupazzjonali. Għandu jinkludi ta’ l-anqas il-miżuri li ġejjin:

- iż-żamma ta’ records ta’ l-istorja medika u okkupazzjonali tal-ħaddiem,

- intervista personali,

- eżami kliniku ġenerali, b’referenza partikolari għas-sider,

- testijiet tal-funzjoni tal-pulmun (volumi u rati tal-kurrent respiratorju).

It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa għandu jiddeċiedi dwar aktar eżamijiet, bħal testijiet ta’ sputum cytology jew X-ray tas-sider jew tomodensitometry , fid-dawl ta’ l-għerf dwar is-saħħa okkupazzjonali l-aktar reċenti disponibbli.

_________________

é

L-ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 24)

Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE (ĠU L 263, 24.9.1983. p. 25) |

Direttiva tal-Kunsill 91/382/KEE (ĠU L 206, 29.7.1991, p. 16) |

Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11) | l-Artikolu 13(2) biss |

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/18/KE (ĠU L 97, 15.4.2003, p. 48) |

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/30/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21) | l-Artikolu 2, l-ewwel punt biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġ i nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 24)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

83/477/KEE | 31 ta' Diċembru 1986[18] |

91/382/KEE | l-1 ta’ Jannar 1993[19] |

98/24/KE | il-5 ta’ Mejju 2001 |

2003/18/KE | 14 ta' April 2006 |

2007/30/KE | 31 ta' Diċembru 2012 |

_____________

ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 83/477/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) |

Artikolu 1(2) | - |

Artikolu 1(3) | Artikolu 1(2) |

Artikolu 2, l-ewwel sas-sitt inċiż | Artikolu 2(a) sa (f) |

Artikolu 3(1) sa (3) | Artikolu 3(1) sa (3) |

Artikolu 3(3)(a) | Artikolu 3(4) |

Artikolu 3(4) | Artikolu 3(5) |

Artikolu 4, kliem tal-bidu | Artikolu 4(1) |

Artikolu 4(1) | Artikolu 4(2) |

Artikolu 4(2) | Artikolu 4(3) |

Artikolu 4(3) | Artikolu 4(4) |

Artikolu 4(4) | Artikolu 4(5) |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

Artikolu 6, punti 1 sa 5 | Artikolu 6, punti a) sa e) |

Artikoli 7 u 8 | Artikoli 7 u 8 |

Artikolu 9(2) | Artikolu 9 |

Artikolu 10 | Artikolu 10 |

Artikolu 10(a) | Artikolu 11 |

Artikolu 11(1) u (2) | Artikolu 12, l-ewwel u t-tieni sentenza |

Artikolu 12(1) | Artikolu 13(1) |

Artikolu 12(2), l-ewwel sentenza | Artikolu 13(2), l-ewwel sentenza |

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż | Artikolu 13(2), it-tieni sentenza, punt (a) |

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza, it-tieni inċiż | Artikolu 13(2), it-tieni sentenza, punt (b) |

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza, it-tielet inċiż | Artikolu 13(2), it-tieni sentenza, punt (ċ) |

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, l-ewwel inċiż | Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (a) |

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, it-tieni inċiż | Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (b) |

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, it-tielet inċiż | Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (ċ) |

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, ir-raba’ inċiż | Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (d) |

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, ir-raba’ inċiż, l-ewwel sub inċiż | Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (d)(i) |

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, ir-raba’ inċiż, it-tieni sub inċiż | Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (d)(ii) |

Artikolu 12(3) | Artikolu 13(3) |

Artikolu 12a | Artikolu 14 |

Artikolu 12b | Artikolu 15 |

Artikolu 13(1)(a) | Artikolu 16(1)(a) |

Artikolu 13(1)(b) | Artikolu 16(1)(b) |

Artikolu 13(1)(ċ)(i) u (ii) | Artikolu 16(1)(ċ) |

Artikolu 13(1)(ċ)(iii) | Artikolu 16(1)(d) |

Artikolu 13(1)(ċ)(iv) | Artikolu 16(1)(e) |

Artikolu 13(1)(ċ)(v) | Artikolu 16(1)(f) |

Artikolu 13(2) | Artikolu 16(2) |

Artikolu 14(1), kliem tal-bidu | Artikolu 17(1), kliem tal-bidu |

Artikolu 14(1), l-ewwel sal-ħames inċiżi | Artikolu 17(1)(a) sa (e) |

Artikolu 14(2) | Artikolu 17(2) |

Artikolu 15, kliem tal-bidu | Artikolu 18(1) |

Artikolu 15, punti (1) sa (4) | Artikolu 18 (2) sa (5) |

Artikolu 16, kliem tal-bidu | Artikolu 19(1) |

Artikolu 16, punti (1) sa (3) | Artikolu 19(2) sa (4) |

Artikolu 16a | Artikolu 20 |

Artikolu 17 | Artikolu 21 |

Artikolu 17a | Artikolu 22(1) |

- | Artikolu 22(2) |

Artikolu 18(1) | - |

Artikolu 18(2) | Artikolu 23 |

- | Artikolu 24 |

- | Artikolu 25 |

Artikolu 19 | Artikolu 26 |

Anness II | Anness I |

- | Anness II |

- | Anness III |

_____________

[1] COM(2006) 664 finali, 7.11.2006.

[2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

[3] ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21.

[4] Cf. L-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tat-2 ta' Frar 2007.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 263, 24.9.1983, p. 25.

[8] Ara l-Anness II, parti A.

[9] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

[10] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

[11] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

[12] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

[13] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

[14] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

[15] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

[16] Stabbiliment ta’ konċentrazzjonijiet ta’ fibri li jinġarru fl-arja. Metodu rakkomandat, permezz ta’ phase-contrast optical microscopy (metodu membrane filter) , WHO, Geneva 1997, ISBN 92-4-154496-1.

[17] ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

[18] Din id-data hija mibdula bid-data tal-31 ta' Diċembru 1989 għal dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet ta' tħaffir għall-asbestos

[19] Għal dak li għandu x'jaqsam mar-Repubblika Ellenika d-data ta’ limitu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva hija l-1 ta' Jannar 1996. Iżda, id-data tat-trapożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar tħaffir għall-asbestos hija l-1 ta' Jannar 1996 għall-Istati Membri kollha u l-1 ta' Jannar għar-Repubblika Ellenika.

Top