Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0045

Proposta għad- deċiżjoni tal-Kunsill li tikkoreġi d-direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

/* KUMM/2009/0045 finali - CNS 2009/0016 */

52009PC0045

Proposta għad- deċiżjoni tal-Kunsill li tikkoreġi d-direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE /* KUMM/2009/0045 finali - CNS 2009/0016 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.2.2009

KUMM(2009) 45 finali

2009/0016 (CNS)

Proposta għad-

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE temenda numru tal-atti tal-Kunsill biex tipprovdi għal, inter alia , regoli uniformi tal-publikazzjoni ta’ listi ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali approvati uffiċjalment mill-Istati Membri għal testijiet dijanjositiċi tal-mard tal-annimali u listi ta’ stabbilimenti jew awtoritajiet approvati uffiċjalment għall-kummerċ ġewwa l-Komunità jew importazzjonijiet fil-Komunit fl-oqsma veterinarji u żootekniċi.

Id-Direttiva 2008/73/KE daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008. Id-Direttiva 2008/73/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi magħha sal-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, dik id-Direttiva ma tipprovdix għall-Istati Membri biex japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data.

Għas-saħħa taċ-ċertezza legali u sabiex tkun żgurata data uniformi tal-applikazzjonijiet ta’ dawk il-miżuri fl-Istati Membri kollha, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn dik id-data.

Peress li l-miżuri għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010, id-Direttiva 2008/73/KE għandha tapplika wkoll b’mod uniformi minn dik id-data fl-Istati Membri kollha.

Madankollu, ċerti emendi introdotti mid-Direttiva 2008/73/KE li ma jeħtieġux traspożizzjoni mill-Istati Membri ma’għandhomx jiġu affettwati b’din id-Deċiżjoni. Dawk l-emendi jikkonċernaw rispettivament l-adozzjoni ta’ miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1] u tikkoreġi referenza skaduta.

Sabiex ikun żgurat li tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-proċeduri ssimplifikati ġodda tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi, għandu jkun pprovdut li dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Għaldaqstant id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

2009/0016 (CNS)

Proposta għad-

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE[4] emendat total ta’ 23 att tal-Kunsill biex tipprovdi, inter alia , għal proċeduri ssimplifikati tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żooteknici.

(2) Id-Direttiva 2008/73/KE daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, dik id-Direttiva ma pprovdietx li l-Istati Membri kellhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data.

(3) Għas-saħħa taċ-ċertezza legali, id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta biex jiġi żgurat li l-emendi magħmula fid-diversi atti tal-Kunsill minn dik id-Direttiva, sabiex jipprovdu għal dawk il-proċeduri ssimplifikati, huma applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2010. Għaldaqstant id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta biex tapplika wkoll minn dik id-data. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi kkoreġuta wkoll sabiex tipprovdi li l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data.

(4) Madankollu, ċerti emendi oħra magħmula mid-Direttiva 2008/73/KE fid-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KE[5] u 90/426/KEE[6] ma jikkonċernawx il-proċeduri ssimplifikati u għaldaqstant ma jeħtieġux data tal-applikazzjoni differita mill-Istati Membri tal-1 ta’ Jannar 2010. Dawk l-emendi jikkonċernaw rispettivament l-adozzjoni ta’ miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[7] u tikkoreġi referenza skaduta.

(5) Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-proċeduri ssimplifikati ġodda tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma verterinarji u żootekniċi, għandu jkun pprovdut li dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

(6) Biex tiġi żgurata ċertezza legali u kontinwità din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/73/KE.

(7) Għaldaqstant id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2008/73/KE hija kkoreġuta kif ġej:

(1) Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 għandu jitħassar.

(2) Jiddaħħlu l-Artikoli 23a u 23b li ġejjin:

"Artikolu 23a Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23b(2).

Artikolu 23b Il-proċedura tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2. Fejn hemm riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun għal tliet xhur."

(3) L-Artikolu 24(1) għandu jinbidel b’li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.”

(4) L-Artikolu 25 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 25 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(1) u (5) u Artikoli 7, 23a u 23b."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Ghall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.

[5] ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

[6] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

[7] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Top