EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0337

It-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2009/2021(IMM))

ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 124–124 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/124


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
It-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello

P6_TA(2009)0337

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2009/2021(IMM))

2010/C 212 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Aldo Patriciello għall-ħarsien tal-immunità tiegħu b'konnessjoni mal-investigazzjoni li għaddejja bħalissa min-naħa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi ħdan il-Qorti Distrettwali ta' Isernia, kif imħabbra fis-seduta plenarja tad-9 ta' Marzu 2009,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0286/2009),

1.

Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-Kumitat responsabbli immedjatament lill-awtoritajiet konċernati tar-Repubblika Taljana.


(1)  Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2 391 u Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, li li għadhom mhux irrapportati fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea.


Top