Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0080

    Proċedura b'kumitat assoċjati — determinar tal-kompetenzi (interpretazzjoni tal-Artikoli 47 u 149) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Frar 2009 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 47 u 149 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'Kumitat assoċjati u d-determinar tal-kompetenzi

    ĠU C 76E, 25.3.2010, p. 93–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 76/93


    Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
    Proċedura b'kumitat assoċjati — determinar tal-kompetenzi (interpretazzjoni tal-Artikoli 47 u 149)

    P6_TA(2009)0080

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 47 u 149 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'Kumitat assoċjati u d-determinar tal-kompetenzi

    2010/C 76 E/18

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-ittra tat-27 ta' Jannar 2009 u tat-13 ta' Frar 2009 mingħand il-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Konstituzzjonali,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 201 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 47:

    “Assoċjazzjoni ta' kumitati skont l-Artikolu 47 għall-iskopijiet tal-iskrutinju ta' ftehima internazzjonali taħt l-Artikolu 83 ma tistax tapplika għall-proċedura ta' kunsens skont l-Artikolu 75.”;

    2.

    Jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 149:

    “Membri li jkunu talbu għall-verifika tal-kworum għandhom ikunu preżenti fil-Kamra meta ssir it-talba.”

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


    Top