This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0043
Communication from the Commission to the European Parliament, the Council and the European Court of auditors - Impact Report on the Commission Action Plan towards an Integrated Internal Control Framework
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat
/* KUMM/2009/0043 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.2.2009 KUMM(2009) 43 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat 1. Taqsira eżekuttiva Fl-2005, wara rapporti suċċessivi mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li taw opinjoni negattiva dwar it-tranżazzjonijiet sottostanti f'numru ta' oqsma ta' politika ewlenin, il-Kummissjoni stabbiliet l-objettiv strateġiku ambizzjuż li taħdem għal dikjarazzjoni pożittiva ta' assigurazzjoni mill-Qorti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, u ispirata mill-Opinjoni tal-Qorti 2/2004[1] (l-”Opinjoni dwar Verifika Unika”), il-Kummissjoni pproponiet “Pjan għal Qafas ta' Kontroll Intern Integrat[2]” f'Ġunju 2005, u ħadmet sabiex tikseb “fehma komuni” mal-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-Pjan. Fuq il-bażi tar-reazzjonijiet riċevuti, u kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjoni ta' rilaxx tal-Parlament Ewropew tal-2003[3], il-konklużjonijiet ECOFIN tat-8 ta' Novembru 2005, u valutazzjoni ddettaljata magħmula għall-oqsma ewlenin kollha ta' nfiq, il-Kummissjoni adottat “Pjan ta' Azzjoni għal Qafas ta' Kontroll Intern Integrat”[4] f'Jannar 2006. Filwaqt li rrikonoxxa b'mod espliċitu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit kif stabbilit fl-Artikolu 274 tat-Trattat, il-Pjan ta' Azzjoni stabbilixxa qafas għall-Istati Membri sabiex “ jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba ”[5]. Fir-Rapport dwar il-Progress tagħha ta' Frar 2008[6], il-Kummissjoni rrappurtat li 7 mis-16-il azzjoni oriġinali kienu tlestew, 6 kienu sostanzjalment tlestew u 3 ma setgħux jiġu implimentati jew kienet qed issir ħidma biex jitwettqu b'mod differenti. Il-Qorti fil-biċċa l-kbira qablet mal-awtovalutazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta' twettiq[7]. Sena wara, is-6 azzjonijiet pendenti tlestew. Filwaqt li jipprovdi l-aħħar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, l-iskop ewlieni ta' dan ir-rapport huwa li tingħata valutazzjoni aġġornata u oġġettiva tal- impatt tagħha abbażi ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi. Il-konklużjoni ġenerali hija pożittiva, u tibni fuq l-osservazzjonijiet fir-Rapport Annwali tal-Qorti fl-2007, li jirrappurta progress sinifikanti b'opinjoni mingħajr riżerva dwar il-kontijiet għall-ewwel darba, u l-aħjar DAS li qatt inħareġ fejn madwar 45% tan-nefqa tal-baġit ingħatat opinjoni mingħajr riżervi dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Dan jikkompara ma' 6% fid-Dikjarazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Qorti għall-2003. Il-Qorti identifikat ukoll aktar progress fis-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Kummissjoni u, għall-ewwel darba l-ebda sistema ma rċeviet valutazzjoni negattiva fir-rapport tal-2007. 2. X'inhu l-Impatt u kif jista' jitkejjel? Il-Pjan ta' Azzjoni ppropona qafas komuni għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u r-rwol li l-Kunsill, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandu jkollhom fil-kisba ta' qafas ta' kontroll intern integrat affidabbli u li jiffunzjona tajjeb, li jagħti assigurazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-impatt tiegħu jista' jiġi vvalutat skont kriterji differenti: - jekk hemmx evidenza li l-qbil komuni li hemm dwar il-Pjan ikompli jiggwida lill- Istituzzjonijiet involuti, u li l-koperazzjoni neċessarja, inkluż mill-Istati Membri, qed timmaterjalizza u tikkristalizza dwar prinċipji ta' “verifka komuni”; - jekk il-Kummissjoni tejbitx il-kontrolli fejn għandha responsabbiltà sħiħa u diretta , permezz ta' kopertura ta' verifika aħjar, kwalità aħjar tar-Rapporti Annwali tal-Attività u rkupru effettiv ta' ħlasijiet mhux dovuti; u - jekk, fl-azzjonijiet li jsiru flimkien mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri , hemmx titjib li jista' jitkejjel fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri b'riżultat tal-azzjonijiet tagħhom stess u dawk tal-Kummissjoni u permezz tal-irkupru ta' ħlasijiet mhux dovuti. Għandhom jitqiesu l-livelli differenti ta' influwenza tal-Kummissjoni meta jiġi vvalutat l-impatt tal-Pjan ta' Azzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, dan ir-”Rapport dwar l-Impatt” iħares lil hinn mill-indikaturi sempliċi kwantitattivi bħar-rati ta' żbalji jew l-ammonti rkuprati. Pereżempju, meta tingħata gwida dan jista' jgħin sabiex jiġu ċċarati l-obbligi leġiżlattivi iżda m'għandux impatt li jista' jintwera direttament fuq ir-rati tal-iżbalji fi żmien qasir. Bl-istess mod, it-titjib fir-rapporti annwali tal-attività tas-servizzi tal-Kummissjoni ma jitkejjilx b'dan il-mod iżda permezz ta' valutazzjoni kwalittattiva indipendenti tal-Qorti. Sabiex tingħata stampa globali sħiħa, realistika u oġġettiva, il-Kummissjoni għalhekk tirrapporta l-impatt fit-taqsima li ġejja, abbażi ta' taħlita xierqa ta' indikaturi kwalittattivi u kwantitattivi. Fejn disponibbli, issir referenza għal valutazzjoni indipendenti mill-awditur estern permezz tar-rati osservati ta' żbalji, l-indikazzjonijiet tad-DAS, il-valutazzjonijiet tas-sistemi u osservazzjonijiet oħra. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mill-opinjonijiet tal-verifika mogħtija mill-IAS, jew minn awtovalutazzjonijiet u dejta miġbura mis-servizzi tal-Kummissjoni. 3. L-impatt fil-31 ta' Diċembru 2008 DAS pożittiv issa huwa prijorità politika rikonoxxuta u li tiffoka l-attenzjoni fl-Istituzzjonijiet kollha. Dan għen sabiex jiġi mmobilizzat l-appoġġ fis-servizzi tal-Kummissjoni u mmotivahom sabiex iħarsu b'mod kritiku lejn il-kontrolli u s-superviżjoni tagħhom, u ħoloq kunsens dwar l-azzjonijiet sabiex jiġu evitati l-iżbalji. Dan huwa riżultat importanti fid-dawl tal-kompetizzjoni bejn l-objettivi differenti, bħall-ħtieġa għal aktar awdituri u l-limiti strinġenti għall-persunal, jew li jsir ħlas mingħajr dewmien u li jkun hemm kontrolli effettivi. Il-Kummissjoni tqis li jeżisti qbil, u li l-qafas kunċettwali għall-Pjan ta' Azzjoni jkompli jiggwida b'mod effettiv aktar titjib, bħad-dibattitu li tnieda riċentement dwar ir-riskju tollerabbli tal-iżbalji. L-interess u l-appoġġ mill-Parlament Ewropej baqa' b'saħħtu u l-koperazzjoni mal-Istati Membri kompliet titjieb. Il-valutazzjoni tal-impatt aktar 'l isfel hija bbażata fuq indikaturi speċifiċi, azzjoni b'azzjoni[8], fil-31 ta' Diċembru 2008. 3.1. Prinċipji tas-simplifikazzjoni u tal-kontroll komuni (azzjonijiet 1-3) [9] Azzjoni 1: Simplifikazzoni tal-leġiżlazzjoni proposta għall-2007-13 Azzjoni mwettqa : Is-simplifikazzjoni għall-2007-2013 oriġinarjament ma kenitx wiesgħa daqs kemm kien mixtieq. Minbarra l-azzjonijiet ippreżentati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar is-simplifikazzjoni, il-Kummissjoni ħadet passi oħra għas-simplifikazzjoni tar-regoli għall-azzjonijiet strutturali permezz tal-adozzjoni min-naħa tagħha ta' proposti sabiex jiġu emendati r-regolamenti relevanti tal-Kunsill, bil-għan li jitwessa' l-użu tar-rati fissi, somom ta' darba u spejjeż għal kull unità għat-tipi kollha ta' nfiq sew għall-ERDF u għall-ESF. Il-Kummissjoni se tikkunsidra li tipproponi aktar miżuri fl-2009 fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet ta' grupp ta' ħidma konġunt tal-Kummissjoni/l-Istati Membri li għandu jiġi ppreżentat fl-ewwel nofs tal-2009. Jekk ikun hemm appoġġ mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal dawn il-miżuri, l-impatt ta' aktar simplifikazzjoni fuq ir-rata ta' żbalji għandu jsir apparenti mill-2010/2011. Impatt Indikatur: Perċentwal tal-baġit eżegwit permezz ta' approċċ simplifikat. Fl-Agrikoltura, l-introduzzjoni tal-Iskema tal-Ħlas Uniku firdet l-appoġġ mill-produzzjoni u temmet il-kundizzjonijiet kumplessi għall-eliġibilità. L-Iskema tal-Ħlas Uniku Skont id-Daqs tal-Art tranżitorja applikata fil-biċċa l-kbira tal-Istati UE-12 tmur lil hinn għax hija bbażata biss fuq id-daqs tal-art. Il-kontroll tas-saħħa riċenti u l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq unika kkontribwew ukoll għas-simplifikazzjoni. Fil-Fondi Strutturali, l-użu ta' rati fissi għall-ispejjeż ġenerali jnaqqas il-ħtieġa għall-benefiċjarji sabiex janalizzaw u jżommu dejta tal-kontabilità bbażata fuq il-ħlasijiet u għandu jnaqqas il-ħlasijiet eċċessivi minħabba spejjeż mhux eliġibbli. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Il-perċentwal tal-fondi eżegwiti permezz ta' għajnuniet diretti mifruda żdied minn 47% tal-ħlasijiet diretti totali fis-settur tal-agrikoltura fl-2005 għal 83% fl-2008, b'mira ta' żieda ta' 93% sal-2013 u lil hinn. Madwar 25% tal-baġit tal-UE huwa għalhekk eżegwit permezz ta' dan l-approċċ simplifikat. Indikatur: Rati ta' żbalji tal-QEA mnaqqsa minħabba leġiżlazzjoni aktar ċara u ħidma estensiva ta' gwida. Saret simplifikazzjoni konsiderevoli fl-Edukazzjoni u l-Kultura inklużi għotjiet ta' somom ta' darba għall-Programm Tagħlim tul il-Ħajja. Kjarifikazzjoni futura tal-kriterji għall-użu tal-ispejjeż medji tal-persunal fis-7 Programm ta' Qafas tar-Riċerka se tagħmilha aktar faċli sabiex il-pretensjonijiet tal-ispejjeż jiġu kkompilati u mressqa iżda l-impatt se jkun evidenti wara l-implimentazzjoni sa mill-2009. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Fl-Edukazzjoni u l-Kultura, il-biċċa l-kbira tal-għotjiet (madwar 80%) mogħtija permezz tal-Aġenziji Nazzjonali huma somom ta' darba jew rati fissi. Pereżempju, għall-isħubijiet Comenius (€106 miljun), l-ispejjeż attwali ddettaljati m'għadx għandhom għalfejn jiġu ppreżentati u l-għotjiet huma ddeterminati abbażi ta' somom ta' darba u rati fissi bbażati fuq skala ta' spejjeż għal kull unità. Madankollu, l-effetti fuq ir-rati tal-iżbalji għadhom iridu jiġu kkonfermati. Azzjoni 3: Strateġiji ta' kontroll u assigurazzjoni raġonevoli Azzjoni mwettqa : Mudelli sħaħ ta' Kontroll Intern ġew użati fir-Rapporti Annwali tal-Attività kollha tal-2007. Impatt Indikatur: Valutazzjoni aħjar mill-QEA dwar il-kwalità tal-AARs. Fir-rapport annwali tagħha tal-2007, il-QEA nnutat titjib fir-Rapporti Annwali tal-Attività fl-Agrikoltura u fil-Politika tal-Koeżjoni. It-titjib, sostnut minn proċess imsaħħaħ ta' valutazzjonijiet inter pares , qed ikompli. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn L-oqsma kollha ta' politika rċevew grad 'B' jew aħjar (jiġifieri pprovdew mill-anqas evidenza ta' sostenn għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti wara l-korrezzjonijiet)[10]. 3.2. Dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni u assigurazzjoni tal-verifika (azzjonijiet 5-8) Azzjoni 5: Dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-ġestjoni Azzjoni imwettqa kif reveduta u maqbula[11] : L-ewwel grupp ta' rapporti annwali fil-qosor kien mistenni mill-Istati Membri fi Frar 2008. Impatt Indikatur: Kwalità tat-taqsiriet riċevuti u azzjoni meħuda biex isir titjib. Il-livelli ta' konformità mar-rekwiżiti minimi kienu jvarjaw. Għall- Fondi Strutturali , l-Istati Membri kollha minbarra wieħed eventwalment ipprovdew taqsiriet annwali li laħqu r-rekwiżiti minimi. L-informazzjoni pprovduta reċentement mill-Ġermanja qed tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jissupplimentaw it-taqsiriet b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, iżda dan mhux rekwiżit legali. Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida reveduti għat-titjib tal-grupp ta' taqsiriet li jmiss, li huma mistennija fil-15 ta' Frar 2009. Fl- Agrikoltura , l-Istati Membri kkonformaw mal-obbligi legali - sew f'dak li jirrigwarda t-taqsiriet annwali u d-dikjarazzjoni annwali tal-assigurazzjoni li d-diretturi tal-aġenziji tal-ħlas iffirmaw għall-ewwel darba. L-Istati Membri segwew il-linji gwida dwar it-taqsiriet annwali pprovduti mis-servizzi tal-Kummissjoni, u taw ħarsa ġenerali fattwali. Madankollu, il-kwalità tal-analiżi addizzjonali fil-biċċa l-kbira tat-taqsiriet tista' tittejjeb. Il-Kummissjoni rrevediet il-linji gwida tagħha sabiex ittejjeb din l-analiżi fit-taqsiriet tal-2008. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn “Il-Qorti tqis li, għall-ewwel sena tat-taqsiriet annwali, il-Kummissjoni ssorveljat b'mod adegwat il-proċess billi ħarġet linji gwida ċari u billi segwiet ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi u l-kriterji għall-wisa' tal-kopertura jew il-kwalità.” Hija inkoraġġiet lill-Kummissjoni sabiex tidentifika l-valur miżjud tat-taqsiriet għall-assigurazzjoni[12]. Indikatur: Dikjarazzjonijiet ex ante ta' assigurazzjoni fl-Edukazzjoni u l-Kultura. Dikjarazzjonijiet ex ante mill-Awtoritajiet Nazzjonali għall-perjodu 2007-13 ipprovdew assigurazzjoni li dawn qed jirrispettaw standards minimi dwar il-kontroll u li ċ-ċiklu tal-proġett jikkonforma mal-proċeduri. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Id-dikjarazzjonijiet ex ante ta' assigurazzjoni kollha dovuti fil-qasam tal-Edukazzjoni u l-Kultura ġew riċevuti. 33 minn dawn komplew jiġu segwiti permezz ta' żjajjar ta' monitoraġġ u kollha kemm huma ġew segwiti sistematikament fil-qafas tal-valutazzjoni tad-Dikjarazzjoni Annwali tal-Assigurazzjoni. Indikatur: Inizjattivi tal-Istati Membri dwar id-dikjarazzjonijiet. Il-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi volontarji meħuda minn xi Stati Membri. Il-kopertura u n-natura tagħhom tvarja u r-riżultati ma jistgħux jitqabblu. Huma jipprovdu xi tagħrif supplimentari dwar is-sistemi tal-kontroll. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Id-dokumenti tal-2008 mid-Danimarka (opinjoni tal-verifika dwar il-fondi tal-UE, li tkopri l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, is-sussidji agrikoli, il-kontribuzzjoni tal-VAT u dik tad-DGN), l-Olanda (dikjarazzjoni nazzjonali - agrikoltura biss fl-2008) u r-Renju Unit (dikjarazzjoni kkonsolidata u opinjoni tal-verifika dwar l-użu tal-fondi tal-UE - nefqa fuq il-proġetti appoġġjati mill-UE). Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Il-Qorti ddikjarat li “id-dikjarazzjonijiet nazzjonali jistgħu jitqiesu bħala element ġdid ta' kontroll intern, u l-Kummissjoni u l-Qorti għandhom iqisuhom f'dan ir-rigward”[13]. Azzjoni 7: Titjib tar-relazzjoni piż-benefiċċju tal-verifika fuq il-livell tal-proġetti Azzjoni mwettqa : Proċeduri maqbula huma użati fir-Riċerka u l-Għajnuna Esterna sabiex tittejjeb l-assigurazzjoni mill-verifiki esterni tal-proġetti billi jiġu ddefiniti l-proċeduri tal-verifika li għandhom jitwettqu. Dawn il-proċeduri għadhom ma ġewx introdotti fl-Edukazzjoni u l-Kultura għax in-numru ta' ftehimiet ta' għotjiet ogħla mil-limitu sabiex jingħata ċertifikat tal-verifika huwa limitat ħafna. Il-verifika diretta ġestita mill-Kummissjoni hija meqjusa bħala aktar effiċjenti ekonomikament. Impatt Indikatur: Titjib fil-kwalità tar-rappurtar mill-awdituri esterni. Proċeduri maqbula, billi jiġi speċifikat b'mod aktar preċiż ix-xogħol li jrid jitwettaq mill-awditur, għandhom iżidu l-konsistenza u l-affidabilità tal-konklużjonijiet tal-verifika u jipprovdu evidenza ta' sostenn aħjar għad-deċiżjonijiet tal-maniġment dwar l-eliġibilità tal-finanzjament. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Fl-Għajnuna Esterna l-ewwel valutazzjoni ta' numru żgħir ta' rapporti indikat li l-proċeduri maqbula qed ikollhom ir-riżultati maħsuba minkejja li l-kwalità u l-konsistenza tar-rapporti tista' tittejjeb. Għar-Riċerka għadu kmieni wisq sabiex jiġi vvalutat it-titjib. L-impatt fuq l-iżbalji għadu ma jistax jitkejjel u se jkollu jiġi kkorroborat minn verifiki futuri tal-proġetti koperti mis-sistema l-ġdida. Azzjonijiet 8 u 8N: Assigurazzjoni addizzjonali mill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika Azzjoni mwettqa : Il-Kummissjoni stabbiliet relazzjonijiet ma' SAIs indipendenti. Impatt Indikatur: Numru ta' SAIs fi djalogu mal-Kummissjoni. Ir-reazzjoni mill-SAIs għar-rapporti tal-ħlas mill-Kummissjoni kienet tvarja iżda wasslet għal titjib fir-rapporti. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Ħames SAIs talbu tagħrif u analiżi addizzjonali (li l-Kummissjoni pprovdiethom). Għaxar SAIs għamlu rapport ġenerali dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-UE u tnejn oħra qed jikkunsidraw dan [14]. 3.3. Approċċ tal-verifika unika: l-iskambju tar-riżultati u l-prijoritizzazzjoni tal-analiżi tal-piżijiet-benefiċċji Azzjonijiet 3N u 11N: Assigurazzjoni aħjar permezz ta' sanzjonijiet u rkupri Azzjoni mwettqa : Il-firxa tas-sanzjonijiet ġiet estiża fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-2007-13 u l-Kummissjoni qed tieħu approċċ aktar vigoruż lejn l-irkupri u s-sanzjonijiet. Il-kwalità tad-dejta fuq l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji qed tiġi mtejba. Impatt Indikatur: Affidabilità, konsistenza u kompletezza tad-dejta tal-irkupru: Il-Qorti nnutat titjib fid-dejta dwar l-irkupri tal-2007. Sar aktar titjib għall-kontijiet tal-2008, li għadhom iridu jiġu vverifikati mill-Qorti, sew dwar l-irkupri tal-Kummissjoni u kif ukoll dwar dawk irrappurtati mill-Istati Membri. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Il-Qorti ddikjarat li "aktar informazzjoni dwar l-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti kienet ippreżentata … Madankollu, in-noti tar-rendikonti finanzjarji għadhom ma fihomx informazzjoni kompleta u affidabbli dwar l-attivitajiet ta' korrezzjoni finanzjarja magħmula mill-Istati Membri"[15]. L-estensjoni tar-reġistrazzjoni fl-ABAC tal-irkupri mis-servizzi tal-Kummissjoni minħabba l-kontrolli jew verifiki: saru aktar minn €500 miljun ta' rkupri minn dawn fl-2008. Indikatur: Ħidma aktar sistematika dwar l-iżbalji tad-DAS: Is-servizzi tal-Kummissjoni ppreżentaw fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħhom il-ħidma li qed jagħmlu dwar l-osservazzjonijiet ewlenin tal-Qorti u spjegaw id-differenzi fl-opinjoni. Il-Kummissjoni tibgħat lill-Istati Membri kull sena[16] lista ta' osservazzjonijiet magħmula u żbalji misjuba mill-Qorti fil-pajjiż tagħhom, u titlob tagħrif dwar il-ħidma li tkun saret dwar dan u r-raġunijiet għall-aktar żbalji komuni fl-azzjonijiet strutturali. Il-ħidma dwar l-iżbalji tad-DAS 2006 hija inkluża fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali[17]. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn L-aħħar rapport, dwar l-iżbalji tad-DAS 2006[18], innota li meta l-Istati Membri jaċċettaw żbalji identifikati mill-QEA, huma jirrappurtaw fil-biċċa l-kbira rkupru ta' fondi jew irtirar ta' nfiq mhux eliġibbli. Indikatur: Effikaċja tal-proċess ta' rkupru: Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Għall-fondi strutturali, analiżi tal-IAS tat xhieda tal-progress sinifikanti li sar mill-Kummissjoni sabiex tirreġistra l-irkupru effettiv ta' ħlasijiet mhux dovuti. Il-Kummissjoni issa tista' tippreżenta tabella ġenerali dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula jew ippjanati, bin-numru ta' proċeduri u ammonti mqassma skont il-programmi u s-sorsi tal-korrezzjoni. L-analiżi turi li l-kontrolli tal-Kummissjoni jinsabu fil-punt tal-bidu ta' 80% tal-korrezzjonijiet li jinsabu għaddejjin. Il-Kummissjoni wettqet ukoll verifiki[19] tad-dejta għall-azzjonijiet strutturali f'10 Stati Membri fl-2008. Verifika interna oħra tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-proċess ta' rkupru f'ġestjoni ċentralizzata, b'xi riżervi dwar it-tul ta' ċerti proċeduri. [20] Għall-qasam tar-riċerka, il-kopertura tal-verifika żdiedet b'mod sinifikanti taħt l-istrateġija multiannwali tal-verifika (aktar minn 900 verifika b'kollox magħluqa għall-FP6, inklużi 378 fl-2007 meta mqabbla mal-mira tal-Pjan ta' Azzjoni ta' 300), li ta lid-Direttorati Ġenerali tar-riċerka apprezzament ferm aktar wiesa' tan-natura u l-firxa tal-iżbalji. Indikatur: Volum ta' korrezzjonijiet finanzjarji: Isiru rkupri meta huwa ġġustifikat, u ż-żieda fil-valur tagħhom mhuwiex għan fih innifsu Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Il-volum tal-korrezzjonijiet finanzjarji applikat mill-Kummissjoni fil-Fondi Strutturali żdied b'mod sostanzjali skont iċ-ċifri provviżorji: fl-2008 it-total kien ta' €1.5 biljun, meta mqabbel ma' €288 miljun fl-2007. Aktar evidenza tal-impatt hija rrappurtata fir-rapport tal-progress tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali, adottat fi Frar 2009[21]. Azzjoni 9: L-iskambju tar-riżultati tal-verifika Azzjoni mwettqa : Għodda tar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-verifika hija għal kollox operattiva u effettiva fil-verifiki tal-ABAC prinċipalment fil-ġestjoni diretta ċentralizzata. Impatt Indikatur: L-użu tal-għodda tal-verifika u koordinazzjoni aħjar tal-verifiki. It-titjib fil-koordinazzjoni jżid l-effiċjenza tal-verifiki permezz ta' użu aħjar tar-riżorsi disponibbli pjuttost milli jnaqqas ir-rati tal-iżbalji. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Madwar 5,000 verifika huma rreġistrati u jipprovdu informazzjoni fundamentali dwar il-verifiki tal-benefiċjarji individwali u jippermettu orjentament u koordinazzjoni aħjar. Huma stabbiliti proċeduri li jassiguraw skambju sistematiku tar-riżultati dwar il-korpi komuni bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Fondi Strutturali[22]. Azzjonijiet 4, 10 u 11: Riskju tollerabbli u analiżi tal-piżijiet-benefiċċji tal-kontrolli Azzjoni mwettqa : Il-Kummissjoni pprovdiet fil-Komunikazzjoni dwar ir-Riskju Tollerabbli[23] tagħha ta' Diċembru 2008 ir-riżultati tal-Azzjonijiet 10 u 11 sabiex tifforma bażi sabiex ikunu jistgħu jitmexxew 'il quddiem id-diskussjonijiet dwar ir-riskju tollerabbli. Impatt Indikatur: Progress lejn fehma komuni dwar ir-Riskju Tollerabbli. Id-diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Baġit jinsabu għaddejjin. Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ fihom. 3.4. Nuqqasijiet settorjali Azzjonijiet 12 u 12N: Jiġu indirizzati nuqqasijiet identifikati mis-servizzi li qed jipparteċipaw Azzjoni mwettqa: Għall-azzjoni 12, id-Direttorati Ġenerali u s-servizzi qed jimplimentaw l-elementi ewlenin tal-Pjan ta' Azzjoni f'konformità mal-Valutazzjoni tan-Nuqqasijiet – deskrizzjonijiet ċari tal-approċċ tal-kontroll, verifika u kontroll ikkoordinati skont standards maqbula. Impatt Indikatur: Kwalità tas-sistemi ta' kontroll. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Il-Qorti tikkonkludi fid-DAS tagħha tal-2007 li l-ebda waħda mis-sistemi ta' superviżjoni u kontroll għall-fondi tal-UE m'hija ineffikaċi iżda f'xi oqsma ta' nfiq dawn jistgħu ma jirnexxilhomx inaqqsu l-iżbalji għal livell aċċettabbli. Indikatur: Rati ta' żbalji fl-FP6. Il-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li minkejja li l-istrateġija l-ġdida għall-FP6 tirrappreżenta bażi soda sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati mill-Qorti, il-benefiċċji potenzjali jiddependu fuq l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħha mill-2008 'il quddiem. Hija nnutat ukoll li l-istrateġija tinkludi diversi inizjattivi li jistgħu jikkontribwixxu għal tħaddim aktar effettiv ta' dan il-kontroll inkluż l-użu ta' kriterji komuni tar-riskju u metodi ta' għażla ta' kampjuni li jiffukaw fuq il-benefiċjarji l-kbar. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Ir-rata kumulattiva tal-iżbalji misjuba mill-Kummissjoni għall-FP6 fi tmiem l-2008 kienet ta' 2.47%. Meta jitqiesu l-irkupri li rriżultaw dan huwa konsistenti mal-pjan sabiex tintlaħaq rata ta' żbalji ta' anqas minn 2% matul il-ħajja tal-FP6. Azzjoni 13: Analiżi ta' kontrolli taħt il-Ġestjoni Konġunta fil-livell reġjonali u l-valur tad-dikjarazzjonijiet eżistenti Azzjoni mwettqa: Il-Kummissjoni tejbet ir-rappurtaġġ fl-AARs relevanti. Arranġamenti aħjar ta' kontroll huma inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-2007-13. Impatt Indikatur: Il-kwalità tas-sistemi tal-Istati Membri. Id-Direttorati Ġenerali tal-Fondi Strutturali jwettqu valutazzjoni annwali għal kull sistema tal-Istati Membri. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Id-DĠ REGIO u EMPL ippreżentaw valutazzjoni dettaljata tas-sistemi tal-Istati Membri fl-AARs tagħhom tal-2007[24]. Is-sistemi li ma jippreżentaw l-ebda defiċjenzi materjali fl-ERDF koprew 28% tan-nefqa flimkien ma' 11% b'"assigurazzjoni b'riżerva" b'impatt moderat; għall-Fond ta' Koeżjoni u l-ESF, iċ-ċifri kienu ta' 24%/44% u 10%/38% rispettivament. Azzjoni 14: Gwida aħjar għall-fondi strutturali dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-iżbalji [25] Azzjoni mwettqa: Fl-2008, il-Kummissjoni ppubblikat dokumenti ġodda ta' gwida għall-awtoritajiet tal-ġestjoni u ċ-ċertifikazzjoni Impatt Indikatur: Il-valutazzjoni tal-Istati Membri kontra l-parametri regolatorji. Il-Kummissjoni żviluppat għodda ta' awtovalutazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-awtovalutazzjonijiet tal-awtoritajiet tal-ġestjoni skont parametri regolatorji dwar elementi ewlenin ta' kontroll intern. Wara żewġ studji pilota l-għodda ġiet immodifikata u se tiġi ffinalizzata f'Jannar 2009 u għalhekk l-impatt għadu mhux viżibbli. Azzjoni 15: Promozzjoni tal-'Kuntratti tal-Kunfidenza' għall-Fondi Strutturali[26] Azzjoni mwettqa: ġew iffirmati 7 kuntratti. Żewġ kuntratti oħrajn għandhom jiġu ffirmati sa Frar 2009. Il-kunċett li jiġi fdat xogħol f'idejn il-korpi nazzjonali tal-verifika issa huwa inkluż fil-leġiżlazzjoni tal-2007-2013. Impatt Indikatur: Approċċ uniku ta' verifika estiż taħt Kuntratti ta' Kunfidenza. Is-sistemi tal-Istati Membri li huma koperti mill-Kuntratti ta' Kunfidenza huma meqjusa mill-Kummissjoni li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli dwar ir-regolarità tan-nefqa, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tnaqqas ix-xogħol tal-verifika tagħha. Billi ħolqot proċedura ta' parametri u ħadmet kostruttivament mal-Istati Membri, din l-inizjattiva rriżultat f'titjib għas-sistemi nazzjonali. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Id-DĠ REGIO għandu valutazzjoni pożittiva tas-sistemi koperti mill-kuntratti ta' kunfidenza li hi konsistenti mal-valutazzjoni ġenerali tal-QEA fir-rapport tagħha tal-2007. Azzjoni 16: It-twaqqif ta' linji gwida komuni għal kull familja ta' politika Azzjoni mwettqa: il-Kummissjoni saħħet il-linji gwida u l-koordinazzjoni interna fl-oqsma kollha ta' politika Impatt Indikatur: Direttorati Ġenerali bi strateġiji ċari bbażati fuq standards ġeneralment aċċettati ta' verifika u kontroll. Is-servizzi tal-Kummissjoni, l-intermedjarji u l-benefiċjarji għandhom il-possibilità li jiġu ggwidati u mħarrġa dwar aspetti ewlenin ta' kontroll bħall-ġestjoni tal-awdituri esterni, il-ġbir tal-kampjuni u l-konformità mal-leġiżlazzjoni. Fir-Riċerka, l-istrateġiji tal-kontroll u l-verifika huma appoġġjati minn gruppi ta' bejn is-servizzi li jassiguraw approċċ konsistenti għall-programmi kollha ta' qafas. Indikatur: Il-livell ta' għarfien u konsistenza tal-kontroll fil-Fondi Strutturali. Id-Direttorati Ġenerali tal-azzjonijiet strutturali żviluppaw linji gwida dwar l-għeluq għall-programmi tal-2000-06. Ġew ipprovduti taħriġ u seminars estensivi lill-Istati Membri[27]. Informazzjoni fundamentali ta' sostenn Seminars ta' taħriġ għall-awtoritajiet tal-verifika tal-Istati Membri kważi kolha dwar ir-regolamenti l-ġodda fl-2007, żewġ seminars fi Brussell fl-2008 dwar il-verifiki tal-ġestjoni u l-funzjoni taċ-ċertifikazzjoni, u l-għeluq tal-programmi. Id-Direttorati Ġenerali tal-azzjonijiet strutturali ffinalizzaw il-gwida kollha relevanti għall-Istati Membri għall-2007-13 li se jiġu kkompilati fil-Manwal ta' Referenza tal-Verifika tal-Azzjonijiet Strutturali li se jinħareġ fl-2009. 4. KONKLUżJONIJIET Sar progress sinifikanti fit-tisħiħ tas-sistemi ta' kontroll intern matul il-perjodu tal-mandat tal-Kummissjoni preżenti. Parti minn dan l-impatt pożittiv huwa dovut għal azzjonijiet li tnedew qabel l-2005, iżda ċertament hemm provi li l-progress ġie aċċellerat b'mod sinifikanti bit-tnedija tal-Pjan ta' Azzjoni kmieni fl-2006. Bl-istess mod, l-impatt pożittiv tal-Pjan ta' Azzjoni se jestendi lil hinn mill-perjodu tal-mandat kurrenti. Sabiex jinżamm il-momentum, huma meħtieġa aktar sforzi. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha, u f'konformità mal-kunċett oriġinali tal-Pjan ta' Azzjoni, il-Kummissjoni se tkompli teħtieġ u ssejjaħ għall-għajnuna u l-appoġġ tal-Istituzzjonijiet l-oħra. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-progress fl-oqsma li ġejjin huwa essenzjali sabiex ikun hemm bażi għal aktar titjib: - kif ippreżentat fil-Komunikazzjoni dwar ir-riskju tollerabbli (COM(2008)866), jeħtieġ li jiġu stabbiliti miri xierqa f'xi oqsma ta' politika sabiex jiffurmaw bażi għal ġudizzju ċar dwar kif il-Kummissjoni qed tamministra r-riskju fl-attivitajiet differenti tagħha. Dan jassigura l-bilanċ relevanti bejn l-ispejjeż tal-kontroll u r-rati tal-iżbalji; - is- simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni (filwaqt li ssir proviżjoni għal kontroll ekonomikament effiċjenti) hija meħtieġa minħabba li r-regoli kumplessi jikkawżaw l-iżbalji u jżidu l-ispejjeż tal-kontrolli. Il-Kummissjoni diġà pproponiet xi simplifikazzjonijiet f'azzjonijiet strutturali u se tikkunsidra l-potenzjal għal proposti oħra; u - bħala parti mill-inizjattiva, il-Kummissjoni se takkumpanja l-proposti leġiżlattivi relevanti futuri kollha b'deskrizzjoni tal-arranġamenti assoċjati ta' kontroll. [1] Opinjoni Nru 2/2004: ĠU C107/1 tat-30.4.2004 (L-Opinjoni tal-'Verifika Unika'). [2] COM(2005) 252. [3] ĠU L 196, 27.7.2005, p. 4. [4] COM(2006) 9 u SEC(2006) 49. [5] TEC 274 [6] COM(2008) 110. [7] Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ir-Rapport Annwali għall-2007, Tabella 2.3. [8] L-Azzjonijiet 2 u 6 mhumiex koperti minn dan ir-rapport għaliex tħassru. [9] Dan il-grupp ta' azzjonijiet inkluda l-Azzjoni 4 dwar ir-riskju tollerabbli, li hija rrappurtata fit-taqsima 3.3 ta' din il-Komunikazzjoni flimkien mal-kwistjonijiet relatati tal-piżijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli. [10] Ir-Rapport Annwali tal-QEA għall-2007, Tabella 2.1. [11] Artikolu 44 tal-Ftehim Interistituzzjonali u l-Artikolu 53 (ter) tar-Regolament Finanzjarju. [12] Ir-Rapport Annwali tal-QEA għall-2007, paragrafu 2.20. [13] Opinjoni tal-QEA Nru 6/2007. [14] Ir-Rapport Olandiż tax-Xejriet tal-UE 2008, tabella 11, p. 52. [15] Ir-Rapport Annwali tal-QEA għall-2007, paragrafu 1.29. [16] Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25.6.2002 emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13.12.2006. [17] Azzjoni 1.4 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FS - COM(2008) 97. [18] COM(2008) 112. [19] Azzjonijiet 2.3, 6.1 u 6.2 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali. [20] Il-verifika tas-Servizz tal-Verifika Interna dwar il-proċess tal-irkupru fl-AIDCO, EAC, INFSO, BUDG, is-Servizz Legali u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, u l-Kultura. [21] COM(2009) xxx [22] Azzjoni 2.1 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali. [23] COM(2008) 866. [24] Azzjoni 9 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali. [25] Azzjonijiet 2.4 u 5 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali. [26] Azzjoni 2.5 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali. [27] Azzjonijiet 2.6 u 5 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Fondi Strutturali.