Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009BP0108

    Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Diċembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16327/2009 – C7-0288/2009 – 2009/2185(BUD))

    ĠU C 286E, 22.10.2010, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 286/50


    L-Erbgħa, 16 ta’ Diċembru 2009
    Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni

    P7_TA(2009)0108

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni (16327/2009 – C7-0288/2009 – 2009/2185(BUD))

    2010/C 286 E/12

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Tratta dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod aħħari fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarju tajba (3),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku li saret mill-Awtorità tal-Baġit fit-trilogu tat-2 ta' April 2009,

    wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-27 ta' Ottubru 2009 (SEC(2009)1464),

    wara li kkunsidra l-aġġunstament ulterjuri tal-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda proposti mill-Kummissjoni fil-11 ta' Novembru 2009,

    wara li kkunsidra r-riżultati tal-konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009,

    wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Baġit ta' Emenda Nru 10/2009 mħejji milli l-Kunsil fil-20 ta' Novembru 2009 (16327/2009 – C7-0288/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 75b sa 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0081/2009),

    A.

    billi l-Abbozz tal-Baġit ta' Emenda Nru 10/2009 jkopri l-punti li ġejjin:

    żieda netta fil-previżjonijiet tad-dħul li tammonta għal EUR 478 700 000 wara r-reviżjoni tal-previżjonijiet ta' riżorsi proprji u dħul ieħor,

    tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas fil-linji tal-baġit għas-subintestatura 1a u l-intestaturi 2 u 4 li jammontaw għal EUR 2 768 700 000 wara li jitqies it-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment hekk imsejjaħ “globali” (DEC 27/2009),

    tnaqqis f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-Intestaturi tal-baġit 2 u 5 li jammonta għal EUR 359 000 000, li jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fil-marġni rispettiv, sabiex jiġi pprovdut parti mill-finanzjament tat-tieni parti tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (EERP),

    B.

    billi fil-11 ta' Novembru 2009 l-Kummissjoni infurmat lill-Parlament u lill-Kunsill li l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda kien jeħtieġlu aktar aġġustamenti li jirrigwardaw:

    żieda fil-previżjoni tad-dħul,

    tnaqqis taħt l-Intestatura 2 li tirrigwarda l-approprjazzjonijiet tal-Fond ta' Garanzija Agrikolu Ewropew (EAGF), kemm f'impenji u kemm fi ħlasijiet,

    tnaqqis taħt l-Intestatura 2 li jirrigwarda approprjazzjonijiet ta' ħlas għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Agrikolu Rurali (EARDF),

    C.

    billi kien intlaħaq ftehim fil-konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009 li l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009 jiġi aċċettat kif aġġustat fil-11 ta' Novembru 2009 u kif modifikat tul il-konċiljazzjoni nnifisha għal ammonti oħra addizjonali ta' EUR 40 000 000 mit-Taqsima II (Il-Kunsill), EUR 2 000 000 mit-Taqsima VI (Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew) u EUR 500 000 mit-Taqsima VII (Il-Kumitat tar-Reġjuni) tal-baġit 2009,

    D.

    billi l-iskop tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009 huwa li jdaħħal b'mod formali dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009,

    1.

    Japprova l-Abbozz tal-Baġit ta' Emenda Nru 10/2009 mingħajr emendi;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

    (3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


    Top