EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0366

Programm ta' rkupru ekonomiku: proġetti fil-qasam tal-enerġija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità għall-proġetti fil-qasam tal-enerġija (COM(2009)0035 – C6-0049/2009 – 2009/0010(COD))
P6_TC1-COD(2009)0010 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
ANNESS

ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 321–322 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/321


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Programm ta' rkupru ekonomiku: proġetti fil-qasam tal-enerġija ***I

P6_TA(2009)0366

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità għall-proġetti fil-qasam tal-enerġija (COM(2009)0035 – C6-0049/2009 – 2009/0010(COD))

2010/C 212 E/46

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0035),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 156 u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0049/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0261/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummisjoni hawn annessa;

3.

Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jista' jkun kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali għaliex dan tal-aħħar kien rivedut;

4.

Ifakkar li għandu jiġi evitat kull użu mill-ġdid li jista' jwassal għal impatt negattiv fuq politiki oħrajn tal-UE billi jnaqqas il-fondi allokati għalihom;

5.

Ifakkar li l-ammont annwali se jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Punt 37 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1);

6.

Jinnota li billi l-iffinanzjar tal-programm issa ġie miftiehem, il-proċess leġiżlattiv jistà jkun kompletat;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2009)0010

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 663/2009.)

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
ANNESS

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

“Il-Kummissjoni tissottolinja li l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli huma prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE, kemm għal raġunijiet ambjentali kif ukoll għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista. F'dan ir-rigward, ir-Regolament ser jikkontribwixxi għal dawn il-prijoritajiet billi jagħti appoġġ sostanzjali għal proġetti ta’ enerġija ġġenerata mir-riħ lil hinn mill-kosta.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar id-diversi inizjattivi ġodda l-oħra li jappoġġaw l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, issuġġeriti mill-Kummissjoni partikolarment fil-Pjan ta’ Rkupru Ewropew tagħha, li kien endorsjat mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008. Dawn jinkludu:

 

Modifika tar-Regolament tal-FEŻR sabiex ikunu permessi sa EUR 8 biljun f'investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli fis-settur tad-djar fl-Istati Membri kollha. Sħubija pubblika-privata dwar l-inizjattiva ‘Bini Ewropej b'effiċjenza fl-enerġija’ sabiex ikunu promossi teknoloġiji favur l-ambjent u l-iżvilupp ta’ sistemi u materjali b'effiċjenza fl-enerġija f'bini ġodda jew restawrati. Għal din l-azzjoni huma stmati EUR 1 biljun: EUR 500 miljun mill-baġit EC FP7 matul is-snin mill-2010 sal-2013 u EUR 500 miljun mill-industrija.

 

L-inizjattiva KE-BEI ‘Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament ta’ Enerġija Sostenibbli’. Hija mmirata sabiex tippermetti investimenti għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli f'ambjenti urbani. Il-Kummissjoni tiffinanzja faċilità għall-assistenza teknika mill-programm Ewropew tal-Enerġija Intelliġenti (allokazzjoni annwali ta’ 15-il miljun EUR għall-2009). Din il-faċilità, amministrata mill-BEI, ser tiffaċilita l-aċċess għal self tal-BEI b'effetti ta’ lieva sostanzjali.

 

Il-ħolqien minn investituri istituzzjonali tal-UE - immexxija mill-BEI - ta’ fond ta’ ishma orjentat lejn is-suq, imsejjaħ Marguerite: il-Fond Ewropew tal-2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura. Dan il-Fond jinvesti fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima (TEN-E, il-produzzjoni ta’ enerġija sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji l-ġodda, l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, is-sigurtà tal-provvista, kif ukoll infrastruttura ambjentali). Il-Kummissjoni tappoġġa dan l-approċċ.

Barra dan, qabel it-tmiem ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tippreżenta r-reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija kif mitluba mill-Kunsill (Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2009) u mill-Parlament (Riżoluzzjoni tal-PE P6_TA(2009)0064).

Hemm qbil fost l-esperti li l-effiċjenza fl-enerġija hija l-aktar għażla rħisa disponibbli sabiex jitnaqqsu l-emmissjonijiet ta’ gass b'effett ta’ serra. Sa Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tipprovdi analiżi dettaljata tal-ostakli għal żieda fl-investimenti tal-effiċjenza fl-enerġija. B'mod partikolari hija ser teżamina jekk hemmx ħtieġa għal inċentivi finanazjarji aktar fil-forma ta’ self b'interessi baxxi u/jew għotjiet, kif jista' jintuża l-baġit Ewropew għal dan il-għan, u, jekk addatt, il-Kummissjoni ser tinkludi, fost l-oħrajn, fondi addizzjonali għal finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istrument il-ġdid tas-Sigurtà u l-Infrastruttura tal-Enerġija tal-UE, li ser ikun ippreżentat fl-2010.

Matul l-eżami tal-pjan ta’ azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lid-dimensjoni tal-viċinat tal-effiċjenza fl-enerġija. Ser tanalizza kif tista' tagħti inċentivi finanzjarji u regolatorji lil pajjiżi tal-viċinat sabiex iħaffu l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza fl-enerġija.

Jekk il-Kummissjoni, meta tirrapporta fl-2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament skont l-Artikolu 28, issib li ma jkunx possibbli li tikkommetti parti mill-fondi previsti għall-proġetti elenkati fl-anness għar-Regolament sat-tmiem tal-2010, il-Kummissjoni ser tipproponi, jekk adatt u f'mod ġeografikament ibbilanċjat, emenda għar-Regolament li tippermetti l-finanzjament ta’ proġetti fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, flimkien mal-inizjattivi ta’ hawn fuq, inklużi kriterji tal-eleġibbiltà simili għal dawk li japplikaw għall-proġetti fl-Anness għal dan ir-Regolament.”


Top