Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0345

Ittikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0778 – C6-0412/2008 – 2008/0222(COD))
P6_TC1-COD(2008)0222 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)
ANNESS I
ANNESS II

ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 229–244 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/229


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
Ittikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0345

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0778 – C6-0412/2008 – 2008/0222(COD))

2010/C 212 E/33

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0778),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0412/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-11 ta' Marzu 2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija b konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0146/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta, u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0222

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita ║ Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skont l-apparat tad-dar (4) ġiet emendata sostanzjalment (5). Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi sostantivi, dik id-Direttiva għanda tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-ambitu tad-Direttiva ║ 92/75/KEE huwa ristrett għall-apparat domestiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar Politika Sostenibbli dwar il-Konsum u l-Produzzjoni u Politika Industrijali Sostenibbli wera li l-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 92/75/KEE għall-prodotti b'rabta mal-enerġija , inklużi l-prodotti tal-kostruzzjoni, li għandhom impatt dirett jew indirett sinifikanti fuq il-konsum tal-enerġija matul l-użu tagħhom, tista' ssaħħaħ is-sinerġiji potenzjali fost il-miżuri leġiżlattivi, u partikolarment mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta' ħtiġijiet ta' ekodisinn għall-prodotti li jużaw l-enerġija ║ (6), u twassal għal iffrankar addizzjonali tal-enerġija u gwadanji ambjentali . Din id-Direttiva għandha tikkumplimenta, u bl-ebda mod ma għandha tippreġudika, l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/32/KE  (7). Filwaqt li permezz ta' metodu olistiku għandha bħala l-għan tagħha, u tiggwadanja, iffrankar addizzjonali tal-enerġija u gwadanji ambjentali, din id-Direttiva għandha titqies bħala parti minn qafas legali usa', li jinkludi r-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema tal-għoti tal-ekotikketta 1 u d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini  (8) .

(3)

Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 enfasizzaw il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija fil-Komunità sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' ffrankar ta' 20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Komunità sal-2020 u talbu li jkunu implimentati sew u malajr l-oqsma ewlenin identifikati fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 bit-titolu Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal. Il-pjan ta' azzjoni enfasizza l-opportunitajiet kbar ta' ffrankar tal-enerġija fis-settur tal-prodotti.

(4)

Sabiex ikunu promossi l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, huwa barra minn hekk essenzjali li l-UE u l-Istati Membri jagħmlu l-mira tal-2020 ta' ffrankar ta' 20 % fl-enerġija waħda li torbot b'mod legali u jipproponu u jimplimentaw miżuri konsistenti biex jiżguraw li din il-mira tintlaħaq.

(5)

It-titjib fl-effikaċità ta' prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażliet li jsiru minn konsumaturi infurmati huwa ta' benefiċċju globali għall-ekonomija tal-UE kif ukoll l-industrija tal-manifattura permezz ta' tnaqqis fil-prezz tal-karbonju fl-iskema għall-iskambju ta' emissjonijiet.

(6)

Il-forniment ta' informazzjoni preċiża, rilevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku ta' enerġija tal-prodotti marbutin mal-enerġija għandu jinfluwenza l-għażla tal- utenti finali favur dawk il-prodotti li jikkonsmaw jew indirettament iwasslu għal konsum inqas tal-enerġija u riżorsi oħra essenzjali matul l-użu, u b'hekk iwassal lill-produtturi biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra essenzjali mill-prodotti li jimmanifatturaw. Indirettament, dan għandu jinkoraġġixxi wkoll l-użu effiċjenti ta' dawn il-prodotti sabiex jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira tal-UE ta' 20 % f'effiċjenza fl-enerġija. Fin-nuqqas ta' din l-informazzjoni, il-ħidma tal-forzi tas-suq waħidha tonqos milli tippromwovi l-użu razzjonali tal-enerġija u r-riżorsi essenzjali l-oħra għal dawn il-prodotti.

(7)

Peress li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum ta' enerġija totalifl-UE u li r-reviżjoni tad-Direttiva 2002/91/KE timmira li tippromwovi titjib effettiv mil-lat tal-ispiża fir-rendiment ġenerali tal-enerġija tal-bini, l-inklużjoni, f'dan il-kuntest, ta' ċerti prodotti tal-kostruzzjoni relatati mal-enerġija fl-ambitu ta' din id-Direttiva għandha tgħin lid-djar privati sabiex jagħżlu l-aktar prodott effiċjenti fl-enerġija u fl-ispiża meta sseħħ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom.

(8)

Sabiex ikunu żgurat li jkun hemm prevedibilità għall-manifatturi u ċarezza għall-utenti finali, il-Kummissjoni għandha tfassal lista prijoritarja ta' prodotti marbuta mal-enerġija, inklużi prodotti tal-kostruzzjoni, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u li konsegwentement se jkunu koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

(9)

Billi l-informazzjoni tilgħab rwol importanti fil-ħidma tal-forzi tas-suq u huwa għalhekk neċessarju li tiġi introdotta tikketta uniformi għall-prodott kollha tal-istess tip, sabiex ix-xerrejja potenzjali jiġu pprovduti b'informazzjoni supplimentari standard dwar l-ispejjeż ta' dawk il-prodotti f'termini ta' enerġija u l-konsum ta' riżorsi essenzjali oħra u sabiex jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li utenti aħħari potenzjali li ma jarawx il-prodott għall-wiri, u għalhekk li ma jkollhomx l-opportunità jaraw it-tikketta, ikunu wkoll fornuti b'din l-informazzjoniSabiex tkun effiċjenti u ta' suċċess, it-tikketta għandha tkun sempliċi, fil-qosor u tingħaraf faċilment mill-utent aħħari. Għal dan il-għan it-tqassim attwali tat-tikketta għandu jinżamm bħala l-bażi biex ikunu infurmati l-utenti aħħarin dwar l-effiċjenza tal-enerġija tal-prodotti. il-konsum tal-enerġija mill-prodotti u informazzjoni oħra dwarhom għandhom jitkejlu skond standards u metodi armonizzati.

(10)

Kif indikat fl-Istima tal-Impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta tagħha għal din id-Direttiva, it-tikketta A-G ġiet segwita bħala mudell f'pajjiżi differenti madwar id-dinja, bħall-Afrika ta' Isfel, l-Arġentina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina, l-Iran u l-Iżrael.

(11)

L-Istati Membri għandhom b'mod regolari jimmonitorjaw il-konformità ma' din id-Direttiva , u jinkludu l-informazzjoni rilevanti fir-rapport biennali li huma obbligati li jgħaddu lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva b'attenzjoni partikolari għar-responsabbiltajiet tal-fornituri u n-negozjanti.

(12)

Skema volontarja għal kollox twassal sabiex ftit prodotti jibdew jiġu ttikkettati, jew fornuti b'informazzjoni standard dwar il-prodott, bir-riskju li dan jista' jiżgwida jew jagħti informazzjoni ħażina lil xi utenti aħħarin. L-iskema preżenti għandha għalhekk tiżgura li, il-konsum tal-enerġija u ta' riżorsi essenzjali oħra jkun indikat b'tikketta obbligatorja u skedi standard tal-prodott għall-prodotti kollha konċernati.

(13)

Prodotti marbutin mal-enerġija għandhom impatt dirett jew indirett fuq il-konsum ta' firxa wiesgħa ta' forom ta' enerġija waqt l-użu, fejn l-elettriku u l-gas ikunu l-aktar importanti. Din id-Direttiva għandha għalhekk tkopri prodotti b'rabta mal-enerġija li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq il-konsum ta' kull tip ta' enerġija waqt l-użu, bi qbil mal-miri tal-UE għat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, il-promozzjoni tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija (RES) u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHG) .

(14)

Prodotti marbutin mal-enerġija biss li għandhom impatt dirett jew indirett sinifikanti fuq il-konsum tal-enerġija jew, fejn applikabbli, tar-riżorsi essenzjali matul l-użu ▐ għandhom jiġu koperti mill-miżuri implimentattivi, fejn il-forniment tal-informazzjoni permezz ta' ttikkettar jista' jistimola l-utenti aħħarin jixtru prodotti aktar effiċjenti.

(15)

Peress li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum ta' enerġija totali fl-UE u li, fil-kuntest tal-impenji tagħha fil-Protokoll ta' Kyoto, l-UE ffissat mira li ttejjeb l-effiċjenza tal-enerġija tagħha b'20 % sas-sena 2020, huwa essenzjali li tingħata prijorità lill-iżvilupp tal-miżuri ta' implimentazzjoni għall-prodotti ta' kostruzzjoni, bħalma huma t-twieqi.

(16)

L-għadd ta' Stati Membri li għandhom fis-seħħ politiki ta' akkwist pubbliku li jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti jakkwistaw prodotti effiċjenti enerġetikament. , għandu jiżdied kontinwament sakemm jintlaħaq l-għan li jkun kopert it-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għall-għadd ta' Stati Membri li għandhom fis-seħħ daħħlu wkoll inċentivi għal prodotti effiċjenti enerġetikament. Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tas-suq, u għalkemm il- kriterji għall-prodotti li jkunu eliġibbli għall-akkwist pubbliku jew inċentivi jistgħu jvarjaw sostanzjalment minn Stat Membru għall-ieħor , dawn għandhom jikkonformaw mal-miri strateġiċi tal-Unjoni Ewropea dwar l-effiċjenza fl-enerġija . Referenza għall-klassijiet ta' prestazzjoni bħala livelli għal prodotti partikolari kif stipulat fil-miżuri implimentattivi tad-Direttiva, tista' tnaqqas il-frammentazzjoni tal-akkwist pubbliku u l-inċentivi u tiffaċilita l-ksib ta' prodotti effiċjenti.

(17)

Meta jitfasslu dispożizzjonijiet ta' akkwist pubbliku f'miżuri implimentattivi skont din id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti għetiebi proporzjonati f'termini ta' valur u volum ta' akkwist pubbliku, fejn jitqies il-piż amministrattiv u l-infurzabbiltà tar-regoli tal-akkwist għall-Istati Membri.

(18)

Inċentivi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-promozzjoni ta' prodotti effiċjenti jistgħu jikkostitwixxu ta' għajnuna mill-Istat. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għar-riżultat ta' kwalunkwe proċedura futura ta' għajnuna mill-Istat li tista' tittieħed fir-rigward tagħhom skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ║. Madankollu, għajnuna mill-istat għall-ħarsien ambjentali, u b'mod partikolari għall-iffrankar tal-enerġija, li tkun ta' interess Ewropew komuni, hija suġġetta għal eżenzjonijiet skont l-istrumenti Komunitarji differenti u bil-kundizjonijiet stipulati fihom kif previst fil-linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat għall-protezzjoni ambjentali  (9) .

(19)

Il-promozzjoni tal-prodotti enerġetikament effiċjenti permezz tal-ittikkettar, l-akkwist pubbliku u l-inċentivi ma għandhiex tkun għad-detriment tal-prestazzjoni ambjentali kumplessiva tagħhom ta' dawn il-prodotti.

(20)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-kontenut tar-reklami għandhom jiġu kkunsidrati biss bħala miżura straordinarja. Dawn id-dispożizzjonijiet għalhekk m'għandhomx jirrestrinġu reklamar b'xi mod ieħor skont kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

(21)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni (10).

(22)

Għandha tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tal-ittikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra skont il-prodott marbut mal-enerġija matul l-użu tiegħu . Sabiex tinħoloq sistema li tkun kemm prevedibbli għall-industrija kif ukoll komprensiva għall-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex jiġi stabbilit perjodu fiss għall-klassifikazzjoni(jiet) tat-tikketti tal-enerġija u sabiex taġġorna l-livelli minimi ta' klassifikazzjoni fuq bażi rikorrenti u regolari . Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-Kummissjoni għandha, kull sentejn, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew li jkun ikopri l-UE u kull Stat Membru separatament, li jkun fih informazzjoni ddettaljata dwar l-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni, u kif ukoll informazzjoni standard dwar il-prodott.

(23)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġejja mid-Direttiva preċedenti.

(24)

Meta l-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, huma għandhom jistinkaw biex iżommu lura minn miżuri li jistgħu jimponu obbligi burokratiċi u riġidi żżejjed għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u, sa fejn huwa fattibbli, iqisu l-bżonnijiet speċjali kif ukoll il-limiti finanzjarji u amministrattivi tal-SMEs.

(25)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stipulata fl-Anness I, il-Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Ambitu

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall- armonizzazzjoni ta' miżuri nazzjonali dwar l-informazzjoni għall-utent aħħari, b'mod partikolari b'mezzi ta' ttikkettar u b'informazzjoni dwar il-prodott, dwar il-konsum ta' enerġija u dwar riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu , u b'informazzjoni supplimentari dwar prodotti marbutin mal-enerġija, u b'hekk tippermetti lill-utenti aħħarin jagħżlu prodotti aktar effiċjenti.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti marbutin mal-enerġija , inklużi prodotti tal-kostruzzjoni li għandhom impatt sinifikanti dirett jew indirett fuq il-konsum tal-enerġija u, fejn applikabbli, ▐ ir-riżorsi essenzjali l-oħra waqt l-użu.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

prodotti użati (second-hand);

(b)

kwalunkwe mezz ta' trasport għall-persuni u merkanzija;

(c)

planjċa tal-klassifikazzjoni jew l-ekwivalenti tiegħu mwaħħal għal raġunijiet ta' sikurezza mal-prodotti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva:

“prodott marbut mal-enerġija”, minn hawn 'il quddiem “il-prodott”, tfisser kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jitqiegħed fis-suq u/jew jibda jintuża fil-Komunità, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti b'rabta mal-enerġija koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jintużaw bħala partijiet individwali għall-utenti aħħarin u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista' tkun ivvalutata indipendentement;

“prodott ta” kostruzzjoni ifisser prodott relatat mal-enerġija użat fil-kostruzzjoni jew fir-rinnovazzjoni tal-bini;

“skeda” tfisser tabella standard ta' informazzjoni dwar prodott;

“riżorsi essenzjali oħra” tfisser ilma, materja prima jew kwalunkwe sostanza oħra kkonsmata minn prodott f'użu normali;

“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni oħra dwar il-prestazzjoni u l-karatteristiċi ta' prodott, li għandha x'taqsam ma', jew tgħin fl-evalwazzjoni, tal-użu tal-enerġija f'unità ta' ħin jew riżorsi essenzjali oħra , fuq il-bażi ta data li tista' titkejjel inkluża dik relatata mal-manifattura tiegħu jew kwalunkwe aspett ieħor ambjentali sinifikanti ;

“aspetti ambjentali sinifikanti” tfisser dawk l-aspetti identifikati bħala sinifikanti għall-prodotti marbutin mal-enerġija f'miżura implimentatttiva adottata skont id-Direttiva 2005/32/KE fir-rigward ta' dak il-prodott;

“impatt dirett” tfisser l-impatt tal-prodotti li fil-fatt jikkonsmaw l-enerġija;

“impatt indirett” tfisser l-impatt ta' prodotti li ma jikkunsmawx l-enerġija, iżda li jikkontribwixxu għall-konsum tal- enerġija fejn l-evalwazzjoni tar-rendiment ta' dawn il-prodotti għandha tkun ibbażata fuq parametri oġġettivi u indipendenti li ma jippreżentawx varjazzjoni klimatika;

“negozjant” tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna oħra li tbigħ, tikri, toffri għal xiri bin-nifs jew tqiegħed għall-wiri prodotti għall-utenti aħħarin;

“fornitur”: tfisser il-produttur, importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew il-persuna li tpoġġi l-prodott fis-suq tal-Komunità;

“utent finali” tfisser il-persuna legali jew naturali li tuża l-prodott għal skopijiet personali jew professjonali. Din il-persuna hija l-konsumatur finali ta' prodott, u b'mod partikolari l-persuna li għaliha l-prodott kien maħsub, u tista' tvarja mill-persuna li tixtri l-prodott. Din id-definizzjoni tkopri konsumaturi privati u gruppi ta' konsumaturi. Meta jinxtraw prodotti relatati mal-enerġija, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ukoll jiġu meqjusa bħala “utenti aħħarin”għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li:

(a)

il-fornituri u n-negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6 u l-Artikolu 10 (3) u (4) ta' din id-Direttiva;

(b)

fir-rigward ta' prodotti koperti minn din id-Direttiva, il-wiri ta' tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi relevanti mhuwiex permess, jekk tali wiri jkun jista' jħawwad jew jiżgwida lill-utenti aħħarin fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew, fejn applikabbli, riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu ;

(c)

l-introduzzjoni ta' sistema ta' tikketti u skedi dwar il-konsum jew il-konservazzjoni tal-enerġija għandha tkun hija akkumpanjata b'kampanja ta' informazzjoni edukattiva u promozzjonali li l-għan tagħha jkun li tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u użu tal-enerġija aktar responsabbli mill-utenti aħħarin;

(d)

jittieħdu miżuri xierqa sabiex iħeġġu lill- Kummissjoni u lill -awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jimplimentaw din id-Direttiva sabiex jikkooperaw ║ u jipprovdu lil xulxin informazzjoni sabiex jassistu fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Il-koperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni għandhom jieħdu kemm jistgħu vantaġġ mill-mezzi ta' komunikazzjoni u jista' jkollhom l-appoġġ mill-programmi relevanti tal-Komunità. Tali kooperazzjoni għandha tiggarantixxi s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva pprovduta matul il-proċedura, fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tħeġġeġ u tikkontribwixxi favur koperazzjoni bejn l-Istati Membri ║.

2.   Meta Stat Membru jaċċerta li prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha rilevanti stipulati f'din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha għat-tikketta u l-iskeda, il-fornitur għandu jiżgura li l-prodott jikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti u kwalunkwe kundizzjonijiet effettivi u proporzjonati imposti mill-Istat Membru. Fir-rigward tal-prodotti li diġà nxtraw, il-konsumaturi għandu jkollhom id-drittijiet diġà stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità u dik nazzjonali dwar il-ħarsien tal-konsumatur, inklużi kumpens jew bdil tal-prodott.

Fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li prodott jista' ma jkunx konformi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri preventivi neċessarji f'perjodu ta' żmien speċifiku biex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe dannu kkawżat min-nuqqas ta' konformità .

F'każ ta' nuqqas ta' konformità persistenti ▐ , l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni fejn jillimita jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim tal-prodott inkwistjoni jew jiżgura li dan jiġi rtirat mis-suq. F'każijiet ta' restrizzjoni, irtirar tal-prodott mis-suq jew il-projbizzjoni tat-tqegħid tal-prodott ║ fis-suq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati minnufih.

3.   Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-infurzar u l-livell ta' konformità fit-territorju tagħhom.

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika d-dettalji tal-kontenut komuni ta' dawn ir-rapporti permezz tal-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi għal format armonizzat . Miżuri bħal dawn, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 4

Rekwiżiti ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(1)

informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija elettrika, forom oħra ta' enerġija u riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu , u informazzjoni supplimentari tkun, konformi mal-miżuri implimentattivi skont din id-Direttiva, tinġieb għall-attenzjoni tal- utenti aħħarin permezz ta' skeda u tikketta dwar il-prodotti offruti għall-bejgħ, kiri, xiri bin-nifs jew murija lill- utenti aħħarin direttament jew indirettament bi kwalunkwe mezz ta' bejgħ mill-bogħod inkluż bl-internet;

(2)

l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha titforna fir-rigward tal-prodotti li jintramaw f'armarju jew istallati fejn ikun ▐ meħtieġ mill-miżuri implimentattivi applikabbli;

(3)

kull reklam għal mudell speċifiku ta' prodotti relatati mal-enerġija kopert b'miżura implimentattiva skont din id-Direttiva, fejn jiġu żvelati speċifikazzjonijiet tekniċi, għandu jipprovdi lill-utenti aħħarin bl-informazzjoni neċessarja dwar il-konsum tal-enerġija jew l-iffrankar tal-enerġija jew jinkludi referenza għall-klassi enerġetika tal-prodott;

(4)

kull dokumentazzjoni teknika ta' promozzjoni rigward prodotti marbuta mal-enerġija li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi ta' prodott, jiġifieri manwali tekniċi u fuljetti tal-manifatturi, kemm jekk tkun stampata u kemm jekk tkun offruta permezz tal-Internet, għandha tagħti lill-utenti aħħarin l-informazzjoni neċessarja dwar il-konsum tal-enerġija jew għandha tinkludi referenza għat-tikketta tal-enerġija tal-prodott.

Artikolu 5

Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(1)

il-fornituri li jqiegħdu fis-suq jew għat-tħaddim prodotti koperti minn miżuri implimentattivi jipprovdu tikketta u skeda skont din id-Direttiva u kwalunkwe miżura implimentattiva bħal din;

(2)

il-fornituri jipproduċu dokumentazzjoni teknika li għandha tkun biżżejjed sabiex tippermetti li tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-informazzjoni li jkun hemm fit-tikketta u l- iskeda. Dik id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,

(b)

ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-disinn imwettqa, ║

(c)

rapporti tat-testijiet, fejn disponibbli, inklużi dawk li jsiru minn organizzazzjonijiet rilevanti notifikati kif iddefiniti skont leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità,

(d)

fejn valuri jintużaw għal mudelli simili, referenzi li jippermettu l-identifikazzjoni ta' dawk il-mudell.

Għal dan il-għan il-fornituri jistgħu jużaw dokumentazzjoni diġà stabbilita skont ir-rekwiżiti stabbiliti f' leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità;

(3)

il-fornituri jagħmlu disponibbli d-dokumentazzjoni teknika għal finijiet ta' spezzjoni għal perjodu li jispiċċa ħames snin wara li jkun ġie mmanifatturat l-aħħar prodott konċernat;

Il-fornituri jagħmlu disponibbli verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika fuq talba lill-awtoritajiet superviżorji tas-suq fl-Istati Membri u lill-Kummissjoni;

(4)

fir-rigward ta' tikketti u informazzjoni tal-prodott, il-fornituri jipprovdu t-tikketti neċessarji mingħajr ebda ħlas lin-negozjanti. Mingħajr ħsara għall-għażla tal-fornituri dwar is-sistema ta' distribuzzjoni tat-tikketti, il-fornituri għandhom jipprovdu t-tikketti minnufih fuq it-talba tan-negozjanti;

(5)

barra mit-tikketti, il-fornituri jipprovdu skeda tal-prodott ▐;

(6)

il-fornituri għandhom jinkludu skeda fil-fuljetti kollha tal-prodotti. Fejn il-fuljetti tal-prodotti ma jiġux ipprovduti mill-fornitur, il-fornitur jipprovdi skedi ma' letteratura oħra pprovduta mal-prodott;

(7)

il-fornituri ikunu responsabbli għall-preċiżjoni tat-tikketti u tal-iskedi li jipprovdu;

(8)

il-fornituri jitqiesu li jkunu taw l-kunsens għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta jew fl-iskeda.

Artikolu 6

Ir-responsabbiltajiet tan-negozjanti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(1)

in-negozjanti juru t-tikketti kif xieraq b'mod viżibbli u leġġibbli, u jagħmlu disponibbli l-iskedi fil-fuljett tal-prodotti jew letteratura oħra li takkumpanja l-prodotti meta jinbiegħu lill-utenti aħħarin;

(2)

fir-rigward tal-ittikkettar u l-informazzjoni dwar il-prodott , kull meta jintwera prodott speċifikat f'miżura implimentattiva, in-negozjanti iwaħħlu l-aħħar verżjoni tat-tabella xierqa, hekk kif jiskadi l-perdjodu ta' validità tat-tikketta l-antika , f'pożizzjoni li tidher sewwa speċifikata fil-miżura implimentattiva applikabbli, u fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti.

Artikolu 7

Bejgħ mill-bogħod

Fejn il-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs b' ordni postali, b'katalgu, permezz tal-internet , permezz tal-bejgħ fuq it-televiżjoni, jew bi kwalunkwe mezz ieħor li bih, il- utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara l-prodott imqiegħed għall-wiri, il-miżuri implimentattivi għandhom jippervedu li jiġi żgurat li l- utenti aħħarin jiġu pprovduti b'informazzjoni speċifikata fuq l-aħħar verżjoni it-tikketta u fl-iskeda qabel ma jixtru l-prodott . F'każijiet ta' bejgħ mill-bogħod, il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw il-mod kif it-tikketta u l-iskeda għandhom jintwerew.

Artikolu 8

Moviment liberu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ixekklu it-tqegħid fis-suq jew it-tħaddim, fit-territorji taħghom, ta' prodotti li jkunu koperti b'din id-Direttiva u bil-miżuri implimentattivi applikabbli u jkunu konformi b'mod sħiħ magħhom .

2.    Jekk l-Istati Membri jimmoniterjaw is-suq regolarment u sakemm ma jkollhomx evidenza li turi l-kontra, ▐ għandhom iqisu t-tikketti u l- iskedi bħala konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi. L-istati Membri għandhom jeħtieġu lill-fornituri sabiex jagħtu evidenza fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni fornuta fuq it-tikketti jew skedi tagħhom meta jkollhom raġuni għaliex jissuspettaw li din l-informazzjoni mhijiex korretta.

Artikolu 9

Akkwist pubbliku u inċentivi

1.   L-awtoritajiet kontraenti li jikkonkludu kuntratti pubbliċi ta' xogħolijiet, provvista ║ jew servizzi kif imsemmi fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), li mhumiex esklużi skont l-Artikoli 12 sa 18 ta' dik id-Direttiva, ma għandhomx jakkwistaw prodotti li ma jilħqux il-livelli minimi ta' prestazzjoni stipulati fil-miżura implimentattiva applikabbli , u bil-għan li tintlaħaq l-ogħla klassi ta' effiċjenza, li ma jissodisfawx il-kriterji, kif stipulat fil-paragrafu 2 .

2.   Il-kriterji għall-iffissar tal-livelli minimi ta' prestazzjoni għall-akkwist pubbliku fil-miżuri implimentattivi għandhom ikunu kif ġej:

(a)

kosteffikaċja fir-rigward tal-finanzi pubbliċi,

(b)

ir-rilevanza tal-prodotti għall-akkwist pubbliku,

(c)

il-potenzjal għall-iffrankar enerġetiku,

(d)

il-promozzjoni tal-innovazzjoni, skont l-Istrateġija ta' Liżbona,

(

e)il-probabbiltà li tiġi stimulata trasformazzjoni fis-suq lejn prodotti bi prestazzjoni aħjar,

(

f)il-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall kuntratti b'valur stmat daqs EUR 15 000 jew aktar, eskluż it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Il-miżuri implimentattivi jistgħu jistipulaw l-għetiebi għal valuri ogħla minn EUR 15 000 eskluż il-VAT, billi jitqiesu l-prezzijiet tax-xiri u l-volumi normali.

4.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu inċentivi għal prodotti li ma jilħqux il-livelli minimi ta' prestazzjoni stipulati fil-miżura implimentattiva applikabbli.

5.   Meta l-Istati Membri jakkwistaw pubblikament jew jipprovdu inċentivi għal prodotti, huma għandhom jesprimu l-livelli ta' prestazzjoni f'termini ta' klassijiet kif iddefinit fil-miżura implimentattiva applikabbli.

L-inċentivi jistgħu, inter alia, jinkludu krediti tat-taxxa, kemm għall-utenti aħħarin li jużaw prodotti li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti ħafna, u kif ukoll għal industriji li jippromwovu u jipproduċu prodotti bħal dawn, u VAT mnaqqsa fuq il-materjali u l-komponenti li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija. L-inċentivi mogħtija mill-Istati Membri għandhom ikunu effettivi u effiċjenti.

Artikolu 10

Reviżjoni tal-klassifikazzjoni(jiet) tat-tikketta tal-enerġija

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għar-reviżjoni tal-klassifikazzjoni(jiet) tat-tikketta tal-enerġija fuq bażi rikorrenti u regolari, skont it-tul fiss taż-żmien tal- klassifikazzjoni(jiet) kif determinat permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 12.

2.     Il-Kummissjoni għandha tibbaża r-reviżjoni tal-livelli minimi ta' klassifikazzjoni fuq l-aktar figuri riċenti disponibbli, filwaqt li tqis il-ħeffa tal-progress teknoloġiku tal-prodott ikkonċernat, u għandha twettaq, ħafna qabel ir-reviżjoni, konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati skont l-Artikolu 12(3).

3.     Il-fornituri għandhom ikunu obbligati jipprovdu l-aħħar verżjoni tat-tikketta, sa mhux aktar tard mill-għeluq tal-perjodu ta' validità tat-tikketta l-antika, lin-negozjanti.

4.     In-negozjanti għandhom ikunu obbligati jibdlu t-tikketta l-antika bit-tiketta tal-enerġija bil-klassifikazzjonijiet rriveduti għall-prodott ikkonċernat fl-istess ġurnata li fih jiskadi l-perjodu ta' validità tat-tikketta l-antika skont l-Artikolu 6(2).

Artikolu 11

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12

Miżuri implimentattivi

1.   Dettalji dwar it-tikketta u l-iskeda għandhom jiġu stipulati f'miżuri implimentattivi. Dawk il-miżuri implimentattivi, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jappoġġawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2), dwar kull tip ta' prodott skont dan l-Artikolu.

Meta prodott jissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, għandu jiġi kopert minn miżura implimentattiva skont il-paragrafu 4.

Dispożizzjonijiet fil-miżuri implimentattivi fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta u fuq l-iskeda dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra matul l-użu għandhom jippermettu lill-utenti aħħarin biex jaslu għal deċiżjoni aħjar dwar ix-xiri u għandhom jippermettu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jivverifikaw jekk il-prodotti jikkonformawx mal-informazzjoni pprovduta.

Meta miżura implimentattiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet fir-rigward kemm tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll il-konsum tar-riżorsi essenzjali ta' prodott, id-disinn u l-kontenut tat-tikketta għandhom jenfasizzaw l-effiċjenza enerġetika tal-prodott.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni li attwalment jinsabu fis-seħħ, li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet li jinsabu f'din id-Direttiva, b'mod partikulari fir-rigward tat-tqassim, id-disinn, il-klassijiet u karatteristiċi oħra tat-Tikketta tal-Enerġija mhux aktar tard minn …  (12) .

2.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma li ġejjin:

(a)

skont iċ-ċifri disponibbli l-aktar riċenti u meta jitqiesu l-kwantitajiet imqegħda fis-suq Komunitarju, il-prodotti għandu jkollhom potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn applikabbli, ta' riżorsi essenzjali oħra;

(b)

║ differenzi sinifikanti fil-livelli rilevanti ta' prestazzjoni ta' dawn il-prodotti meta mqabbla ma' prodotti bi funzjonalita' ekwivalenti li huma disponibbli fuq is-suq;

(c)

il-Kummissjoni għandha tqis il-leġiżlazzjoni Komunitarja u awtoregolamentazzjoni rilevanti, bħal ftehimiet volontarji, meta jkunu mistennija jilħqu l-għanijiet ta' politika iktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji;

3.   Fl-abbozzar ta' miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tqis dawk il-parametri ambjentali stipulati fl-Anness I, il-parti I, għad-Direttiva 2005/32/KE li huma identifikati bħala sinifikanti fil-miżuri implimentattivi rilevanti adottati skont id-Direttiva 2005/32/KE u li huma rilevanti għall-utent aħħari matul l-użu;

(b)

tivvaluta l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent, l-utenti aħħarin u l-produtturi, inkluż l-SMEs, f'termini ta' kompetittività, inkluż fuq is-swieq barra mill-Komunità, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-kosti u benefiċċji;

(c)

twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati , fosthom il-manifatturi u l-fornituri tagħhom;

(d)

tiffissa data(i) ta' implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f'diversi stadji, waqt li tikkunsidra b'mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-SMEs jew fuq gruppi ta' prodotti speċifiċi primarjament manifatturati mill-SMEs.

4.   Il-miżuri implimentattivi għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:

(a)

id-definizzjoni eżatta tat- tip ta' prodotti li għandhom jiġu inklużi;

(b)

l-istandards u l-metodi ta' qisien li għandhom jintużaw biex tinkiseb l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1);

(c)

id-dettalji tad-dokumentazzjoni teknika meħtieġa skont l-Artikolu 5;

(d)

id-disinn u l-kontenut tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 4, li kemm jista' jkun għandu jkollha karatteristiċi ta' disinn uniformi għall-gruppi kollha tal-prodotti u fil-każijiet kollha, għandha tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u fl-istess ħin iżżomm bħala bażi l-elementi ewlenin tat-tikketta attwali (klassifikazzjoni skont skala magħluqa A-G), li huma sempliċi u jintgħarfu ; fejn jixraq it-tikketta għandha tindika wkoll perjodu ta' validità ;

(e)

il-post fejn għandha titwaħħal it-tikketta mal- prodott imqiegħed għall-wiri u l-informazzjoni u l-mod li bih it-tikketta u/jew l-informazzjoni jrid jkunu pprovduti fil-każ ta' offerti għall-bejgħ kif kopert fl-Artikolu 7. Fejn xieraq, il-miżuri implimentattivi jistgħu jipprovdu sabiex it-tikketta titwaħħal mal-prodott jew tiġi stampata fuq il-pakkett, jew għat-dettalji tar-rekwiżiti tal-ittikkettar għall-istampar f'katalgi, jew għall-bejgħ mill-bogħod jew bejgħ fuq l-internet;

(f)

il-kontenut u fejn xieraq il-format u dettalji oħra dwar l-iskeda jew informazzjoni oħra speċifikata fl-Artikoli 4 u 5(3). L-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tiġi inkluża wkoll fuq l-iskeda;

(g)

għall-prodotti rilevanti, il-livelli minimi ta' prestazzjoni u, fejn xieraq, għatba ogħla minn EUR 15 000 eskluż il-VAT għall-finijiet tal-Artikolu 9(1) u (3);

(h)

għall-prodotti rilevanti, il-livelli minimi ta' prestazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 9(4);

(i)

il-kontenut speċifiku għat-tikketta għar-reklmar, inkluż, kif xieraq, il-klassi enerġetika u l-livell(i) rilevanti ta' prestazzjoni ta' prodott partikolari f'forma leġġibbli u viżibbli;

(j)

it-tul fiss taż-żmien tal-klassifikazzjoni(jiet) tat-tikketti, li għandu jkun għal tul ta' żmien ta' mhux anqas minn tliet snin iżda li ma jaqbiżx il-ħames snin, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-innovazzjoni tal-prodott, u d-data tar-reviżjoni li jmiss ta' dawk il-klassifikazzjonijiet, ibbażati fuq tul fiss taż-żmien ;

(k)

il-livell ta' preċiżjoni fl-istqarrijiet fuq it-tikketta u l-iskedi;

(l)

id-data għall-evalwazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-miżura implimentattiva, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku.

Artikolu 13

Lista prijoritarja għall-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn …  (13), tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri lista ta' prodotti prijoritarji, inklużi l-prodotti tal-kostruzzjoni, li huma proposti għat-tikkettar, fuq il-bażi tal-potenzjal tagħhom li jiffrankaw l-enerġija.

Artikolu 14

Il-fattibilità tal-estensjoni tal-ambitu

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2010, twettaq studju ta' fattibilità biex jiġi eżaminat jekk, bl-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi, it-tikketta għandhiex ukoll tipprovdi informazzjoni lill-utenti aħħarin dwar l-impatt tal-prodott fuq riżorsi sinifikanti tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħrajn matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajtu.

Artikolu 15

Penali

L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex tissaħħah il- protezzjoni legali kontra l-użu mhux awtorizzat tat-tikkettar. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 16(1) u għandhom jinnotifikawha bla dewmien dwar kull emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn… (14). Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva rrevokata minn din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Ir-revoka

Id-Direttiva 92/75/KEE, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ║ (15) indikata fl-Anness I, il-Parti A, hija revokata b'effett minn  (16), bla ebda ħsara lill-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stipulata fl-Anness I, il-Parti B.

Referenzi għad-Direttiva rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli … (17) għandhom japplikaw minn … (18).

Artikolu 19

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tal-24 ta' Marzu 2009.

(2)  ĠU C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009.

(4)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(5)  Ara l-Anness I, il-Parti A.

(6)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(7)   ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(8)   ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(9)   ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(11)  ĠU L 134, 30.04.2004, p. 114.

(12)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(13)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(14)  12 -il xahar wara id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(15)  ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1.

(16)  Jum wieħed wara d-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva.

(17)  L-artikoli meqjusa bħala ║ mhux mibdula skont ir-riformulazzjoni fil-verżjoni finali.

(18)  Jum wieħed wara d-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva.

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
ANNESS I

Parti A

Id-Direttiva rrevokata bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE

(ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Il-punt (32) biss tal-Anness III

Parti B

Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Id-Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

92/75/KEE

L-1 ta’ Jannar 1994

 

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 92/75/KEE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1(1), kliem introduttorju, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1), kliem introduttorju, it-tieni sentenza

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(1), l-ewwel sas-seba' inċiż

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(3)(a) u (b)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 1(3)(c)

L-Artikolu 2, l-ewwel u t-tielet inċiż

L-Artikolu 1(4), l-ewwel u t-tieni inċiżi

L-Artikolu 2, is-sitt u l-għaxar inċiż

L-Artikolu 2, l-ewwel inċiż

L-Artikolu 1(4), it-tielet inċiż

L-Artikolu 1(4), ir-raba' inċiż

L-Artikolu 2, ir-raba' inċiż

L-Artikolu 1(4), il-ħames inċiż

L-Artikolu 2, il-ħames inċiż

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 5(2)-(3)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 5(5)-(6)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 5(7)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 5(8)

L-Artikolu (4)(a)

L-Artikoli 5(4) u 6(2)

L-Artikolu (4)(b)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7(a)

L-Artikolu 3(1)(a)

L-Artikolu 7(b)

L-Artikolu 3(1)(b)

L-Artikolu 7(c)

L-Artikolu 3(1)(c)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 9(a)

L-Artikolu 9(b)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12(a)

L-Artikolu 12(4)(a)

L-Artikolu 12(b)

L-Artikolu 12(4)(b)

L-Artikolu 12(c)

L-Artikolu 12(4)(c)

L-Artikolu 12(d)

L-Artikolu 12(4)(d)

L-Artikolu 12(e)

L-Artikolu 12(4)(e)

L-Artikolu 12(f)

L-Artikolu 12(4)(f)

L-Artikolu 12(g)

L-Artikolu 13

L-Artikolu 17

L-Artikolu 14

L-Artikolu 16

L-Artikolu 15

L-Artikolu 19

L-Artikolu 3(1)(d)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 12(1)-(3)

L-Artikolu 12(4)(g)-(l)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 18

L-Anness I

L-Anness II


Top