Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0323

Regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (COM(2008)0345 – C6-0220/2008 – 2008/0110(COD))
P6_TC1-COD(2008)0110 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 485–485 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/485


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I

P6_TA(2009)0323

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (COM(2008)0345 – C6-0220/2008 – 2008/0110(COD))

2010/C 184 E/83

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0345),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0220/2008),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-1 ta' April 2009 biex jadotta l-proposta kif emendata, skond l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE;

wara li kkunsidra l-ambitu tas-setgħat ikkonferiti fuq il-Kummissjoni mir-Regolament futur [li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem] (“Ir-Regolament futur”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0087/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji l-abbozz ta' miżura tagħha għall-implimentazzjoni tar-Regolament futur bil-kompetenzi tekniċi meħtieġa li kienu preżenti b'mod ċar fid-diskussjonijiet u qabel id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament, biex is-suġġerimenti aktar speċifiċi tal-Parlament biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet tekniċi jistgħu jitqiesu f'dan l-abbozz ta' miżura;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta dan l-abbozz ta' miżura lill-Parlament għal skambju ta' opinjonijiet, qabel tibda l-proċedura regolatorja bi skrutinju, sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-Parlament;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0110

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1069/2009.)


Top