Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0160

    L-Istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE dwar l-istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat (COM(2008)0459 – C6-0311/2008 – 2008/0150(CNS))

    ĠU C 117E, 6.5.2010, p. 226–231 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 117/226


    It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
    L-Istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat *

    P6_TA(2009)0160

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE dwar l-istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat (COM(2008)0459 – C6-0311/2008 – 2008/0150(CNS))

    2010/C 117 E/41

    (Proċedura ta’ konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0459),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0311/2008),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6–0121/2009),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

    EMENDA

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 2

    (2)

    Bil-għan li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas- saħħa, kif rekwiżit mill-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, meta jitqies li l-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), bidliet differenti għandhom isiru fil-materja. Dawn il-bidliet għandhom iqisu l-qagħda prevalenti għal kull wieħed mill-prodotti tat-tabakk.

    (2)

    Bil-għan li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas- saħħa, kif rekwiżit mill-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, meta jitqies li l-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), bidliet differenti għandhom isiru fil-materja. Dawn il-bidliet , fejn xieraq, għandhom iqisu l-projbizzjoni tat-tipjip u l-qagħda prevalenti għal kull wieħed mill-prodotti tat-tabakk u għandhom ikunu kumplimentari għall-projbizzjoni dwar ir-reklamar tat-tabakk u għat-tnedija ta’ kampanji edukattivi. Għandu jitqies ukoll il-bżonn li jkun miġġieled il-kuntrabandu minn pajjiżi terzi u l-kriminalità organizzata u l-istabbiliment u t-tkabbir taz-zona Schengen.

    Emenda 2

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 3

    (3)

    Dwar is-sigaretti, l-arranġamenti għandhom ikunu ssimplifikati sabiex jinħolqu kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi, biex inaqqsu s-separazzjoni tas-swieq tat-tabakk u jenfasizzaw l-għanijiet tas-saħħa. Għal dan il-għan, għandu jkun sostitwit il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l-aktar popolari; ir-rekwiżit minimu relatat mal-prezz għandu jirreferi għall-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, waqt li l-minimu monetarju għandu jkun applikabbli għas-sigaretti kollha. Għal raġunijiet simili, il- prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi wkoll bħala referenza għall-kejl ta’ l-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa.

    (3)

    Dwar is-sigaretti, l-arranġamenti għandhom ikunu ssimplifikati sabiex joħolqu kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi, biex inaqqsu s-swieq tat-tabakk , sabiex ikun żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, ta’ dawk li jkabbru t-tabakk u tal-industrija tat-tabakk jenfasizzaw l-għanijiet tas-saħħa , u biex jikkonformaw mal-għanijiet makroekonomiċi, bħall-mira tal-inflazzjoni baxxa, fid-dawl tat-tkabbir taz-zona euro u l-konverġenza tal-prezzijiet . Għal dan il-għan, għandu jkun sostitwit il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l-aktar popolari; ir-rekwiżit minimu tad-dazju tas-sisa għall-prodotti kollha tat-tabakk fl-Istati Membri kollha għandu, sal-1 ta’ Jannar 2012, ikun espress biss bħala kompenent speċifiku impost fuq kull unità ta’ tabakk. Il- prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi biss bħala referenza għall-kejl tal-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa. Stati Membri b’livell għoli ta’ dazji tas-sisa fuq prodotti tat-tabakk għandhom jadottaw politika ta’ moderazzjoni fir-rigward żieda fit-taxxa, billi jżommu f’moħħhom l-importanza tal-konverġenza tal-livell tat-taxxa fis-suq intern.

    Emenda 3

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Premessa 5

    (5)

    Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, il-limiti minimi tal-Komunità għandhom jiġu espressi b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dak fil-qasam tas-sigaretti. Għal dan il-għan, għandu jkun ipprovdut li livell ta’ tassazzjoni nazzjonali għandu jikkonforma mal-minimu espress bħala perċentwal tal-prezz bl-imnut u ieħor espress bħala ammont fiss .

    (5)

    Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, il-limiti minimi tal-Komunità għandhom jiġu espressi b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dak fil-qasam tas-sigaretti. Għal dan il-għan, għandu jkun ipprovdut li l-livelli ta’ tassazzjoni nazzjonali għandhom jikkonformaw mal-minimu espress bħala ammont fiss impost fuq kull unità ta’ tabakk sal-1 ta’ Jannar 2012 .

    Emenda 7

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 92/79/KEE

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa (dazju speċifiku u dazju ad valorem) fuq is-sigaretti jirrapreżenta ta’ l-anqas 57 % tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti mibjugħa. Dak id-dazju tas-sisa ma jkunx inqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

    1.     Sal-1 ta’ Jannar 2012 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa ma jkunx anqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarrett għat-tipi kollha ta’ sigaretti.

    Emenda 8

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 92/79/KEE

    Artikolu 2 – paragrafu 2

    2.   Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa (dazju speċifiku u dazju ad valorem) fuq is- sigaretti jirrapreżenta ta’ l-anqas 63 % tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti mibjugħa. Dak id-dazju tas-sisa ma jkunx inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

    2.   Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa fuq kull kategorija ta’ sigaretti ma jkunx anqas minn EUR 75 għal kull 1 000 sigarett jew EUR 8 iżjed mil-livell għal 1 000 fl-1 ta’ Jannar 2010 .

    Madankollu, l-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 122 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut ma jeħtiġilhomx li jikkonformaw mar-rekwiżit tas-63 % indikat fl-ewwel subparagrafu.

     

    Emenda 9

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 92/79/KEE

    Artikolu 2 – paragrafu 3

    3.   Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.

    3.   Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tal-volum totali mqiegħed fis-suq u l-prezzijiet li jinkludu t-taxxi kollha.

    Emenda 10

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 92/79/KEE

    Artikolu 2 – paragrafu 5

    5.   L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil- paragrafu 2 fid-dati indikati fil-paragrafi 2 u 4 rispettivament .

    5.   L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil- paragrafu 1 sal-1 ta’ Jannar 2012 .

     

    L-Istati Membri li fihom id-dazju tas-sisa ġie applikat fl-1 ta’ Jannar 2009 għal kull kategorija tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jkun ogħla minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarrett ma għandhomx inaqqsu l-livell tad-dazju tas-sisa.

    Emenda 11

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 1

    Direttiva 92/79/KEE

    Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 a (ġdid)

     

    Il-Kummissjoni għandha tikkalkula u tippubblika, fl-istess okkażjoni u għal raġunijiet ta’ informazzjoni, il-prezz l-aktar baxx għas-sigaretti fl-UE, espress f’euro u fil-muniti nazzjonali oħrajn, biż-żieda tad-dazju tas-sisa u l-VAT imposta fuq pakkett nominali ta’ sigaretti ta’ valur ta’ EUR 0 qabel it-taxxa.

    Emenda 12

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 2

    Direttiva 92/79/KEE

    Artikolu 2a

    L-Artikolu 2a jinbidel b’dan li gej:

    “Artikolu 2a

    1.    Fejn bidla fil-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut isseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib id-dazju tas-sisa taħt il-livelli indikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 rispettivament, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax dak id-dazju sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha seħħet il-bidla.

    2.     Fejn Stat Membru jżid ir-rata tat-taxxa tal-valur miżjud fuq is-sigaretti, huwa jista’ jnaqqas id-dazju tas-sisa sa ammont li, espress bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, huwa ugwali għaż-żieda fir-rata tat-taxxa tal-valur miżjud, espressa wkoll bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, anke jekk aġġustament bħal dan għandu l-effett li jonqos id-dazju tas-sisa sa taħt il-livelli, espress bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 rispettivament.

    Madankollu, l-Istat Membru għandu jerġa’ jżid id-dazju sabiex jilħaq tal-anqas dawk il-livelli mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis.”

    imħassar

    Emenda 13

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 2 – punt 1

    Direttiva 92/80/KEE

    Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafi 8 u 9

    Mill - 1 ta’ Jannar 2010 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas 38 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxa kollha, u ta’ l-anqas EUR 43 kull kilogramm .

    Sa mill-1 ta’ Jannar 2014 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas EUR 50 għal kull kilogramma jew 6 % aktar mill-livell għal kull kilogramma fl-1 ta’ Jannar 2012 .

    Mill-1 ta’ Jannar 2014 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas 42 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxa kollha, u ta’ l-anqas EUR 60 kull kilogramm .

    Sa mill-1 ta’ Jannar 2012 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas EUR 43 għal kull kilogramma jew 20 % aktar mill-livell għal kull kilogramma fl-1 ta’ Jannar 2010.

    Emenda 14

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 2 – punt 1

    Direttiva 92/80/KEE

    Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafi 10 u 11

    L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa biex jilħqu r- rekwiżiti minimi msemmija fid-disa’ subparagrafu fl-1 ta’ Jannar 2014 .

    L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa biex jilħqu dawk ir- rekwiżiti minimi.

    Mill-1 ta’ Jannar 2010 , id-dazju tas-sisa espress bħala perċentwal, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal għadd iffissat ta’ oġġetti għandu jkun ta’ l-anqas ekwivalenti għal li ġej:

    Sa mill-1 ta’ Jannar 2012 , id-dazju tas-sisa espress bħala ammont għal kull kilogramma jew għal għadd iffissat ta’ oġġetti għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għal li ġej:

    (a)

    fil-każ ta’ sigarri u sigarri żgħar, 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha jew EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew għal kull kilogramm;

    (a)

    fil-każ tas-sigarri jew sigarri żgħar, EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew għal kull kilogramma;

    (b)

    fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm.

    (b)

    fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, EUR 22 għal kull kilogramma.

    Emenda 15

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 3 – punt 4 a (ġdid)

    Direttiva 95/59/KE

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    (4a)

    Fl-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    It-tieni subparagrafu ma jistax, madankollu, ifixkel l-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali […] rigward il-kontroll tal-livelli tal-prezzijiet, l-osservanza tal-prezzijiet imposti jew l-implimentazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-livelli tal-prezzijiet applikabbli, fil-kuntest tal-politika tas-saħħa pubblika ta’ dak l-Istat Membru, sabiex ma jinkoraġġux il-konsum tat-tabakk, speċjalment minn dawk li għadhom żgħar, sakemm ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.”

    Emenda 16

    Proposta għal direttiva – att li jemenda

    Artikolu 3 – punt 5

    Direttiva 95/59/KE

    Artikolu 16 – paragrafu 1

    1.   Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 % u aktar minn 75 % ta’ l- ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:

    1.    Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 % , sa mill-1 ta’ Jannar 2012, u ma jistax ikun aktar minn 55 % tal- ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:

    (a)

    dazju speċifiku tas-sisa;

    (a)

    dazju speċifiku tas-sisa;

    (b)

    id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

    (b)

    id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

    Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.

    Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.

     

    1a.     Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 %, sa mill-1 ta’ Jannar 2014, u aktar minn 60 % tal-ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:

     

    (a)

    dazju speċifiku tas-sisa; kif ukoll

     

    (b)

    id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

     

    Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.


    Top