This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009AP0027
Prevention and settlement of conflicts of exercise of jurisdiction in criminal proceedings * European Parliament legislative resolution of 8 October 2009 on the initiative of the Czech Republic, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, the Slovak Republic and of the Kingdom of Sweden for adoption of a Council framework decision 2009/…/JHA on prevention and settlement of conflicts of exercise of jurisdiction in criminal proceedings (08535/2009 – C7-0205/2009 – 2009/0802(CNS))
Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Ottubru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/…/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (08535/2009 – C7-0205/2009 – 2009/0802(CNS))
Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Ottubru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/…/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (08535/2009 – C7-0205/2009 – 2009/0802(CNS))
ĠU C 230E, 26.8.2010, pp. 15–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 230/15 |
Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009
Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali *
P7_TA(2009)0027
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/…/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (08535/2009 – C7-0205/2009 – 2009/0802(CNS))
2010/C 230 E/05
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja (08535/2009),
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) u l-Atikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0205/2009),
wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0011/2009),
|
1. |
Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja kif emendata; |
|
2. |
Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju tal-Iżvezja b'mod sostanzjali; |
|
5. |
Jitlob lill-Kunsill sabiex ma jadottax l-inizjattiva formalment qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona sabiex jilħaq ikun iffinalizzat l-att finali u jkunu żgurati l-irwol sħiħ u l-kontroll sħiħ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni u tal-Parlament (Protokoll tat-Trattat ta' Liżbona dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali). F'dan il-każ, jimpenja ruħu li jqis kull proposta ulterjuri fil-qafas tal-proċedura ta' urġenza. |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka, u tar-Renju tal-Iżvezja. |
|
ABBOZZ TAL-KUNSILL |
EMENDA |
||||||||||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 4 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 7 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 8 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 9 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 16 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 18 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Premessa 20 |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt b |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 5 - paragrafu 3 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
3a. Skont id-Deċiżjoni Eurojust l-awtorità li qed tagħmel il-kuntratt għandha fl-istess ħin tinforma lill-Eurojust. |
||||||||||||||||
|
Emenda 10 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Article 6 - paragrafu 1 |
|||||||||||||||||
|
1. L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, mingħajr dewmien żejjed , u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f'detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b'urġenza. |
1. L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, fi żmien 30 ġurnata , u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f'detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b'urġenza. |
||||||||||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt c |
|||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Article 10 - paragrafu 1 |
|||||||||||||||||
|
1. Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva immirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed. |
1. Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr ebda dewmien, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva mmirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed. Fil-każijiet fejn il-persuna suspettata jew akkużata tiġi miżmuma f'detenzjoni jew f'kustodja provviżorja, il-konsultazzjonijiet diretti għandu jkollhom l-għan li jilħqu kunsens bħala kwistjoni ta' urġenza. |
||||||||||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 11 |
|||||||||||||||||
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u l-fatturi kollha li jikkunsidraw li huma rilevanti . |
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u fatturi bħal : |
||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 11 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 11a Garanziji proċedurali Il-persuna imputata formalment fl-istadju tal-proċess b’mod partikolari għandha:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu ggarantiti t-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-għajnuna legali xierqa. |
||||||||||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 11 b (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 11b Drittijiet Fundamentali Kwalunkwe konsensus li jintlaħaq fuq il-bażi tal-Artikolu 10(1) għandu jkun ġust, indipendenti u oġġettiv u għandu jintlaħaq bl-applikazzjoni tal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u rifless fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, biex jiġi żgurat li jitħarsu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata. |
||||||||||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 12 - paragrafu 1 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
1a. Kwalunkwe awtorità nazzjonali hija libera, fi kwalunkwe stadju ta' proċedura nazzjonali, li titlob il-parir tal-Eurojust u li tirreferi każijiet speċifiċi lill-Eurojust, liema każijiet jistgħu jqajmu l-kwistjoni dwar liema ġurisdizzjoni tinsab fl-aħjar qagħda. |
||||||||||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 12 - paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
2a. Jekk xi Stat Membru jiddeċiedi li ma jkunx konformi mal-opinjoni tal-Eurojust, dan għandu jinforma lill-Eurojust bil-miktub dwar id-deċiżjoni tiegħu skont it-termini tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Eurojust. |
||||||||||||||||
|
Emenda 18 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, u r-Renju tal-Iżvezja Artikolu 15 – paragrafu 1– parti introduttorja |
|||||||||||||||||
|
1. Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu millproċedimenti paralleli, l-Istati Membri jistgħu: |
1. Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu skambju ta' informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu mill-proċedimenti paralleli u sakemm ma titnaqqasx il-protezzjoni mogħtija lill-persuna suspettata jew akkużata , l-Istati Membri jistgħu: |
||||||||||||||||
|
Emenda 19 |
|||||||||||||||||
|
Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja Artikolu 15 a (ġdid) |
|||||||||||||||||
|
|
Artikolu 15a Inklużjoni fir-rapport annwali Il-każijiet riferuti lill-Eurojust, li dwarhom ma jkunx intlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-Eurojust. |
||||||||||||||||