Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0012

    Impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Jannar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0458 – C6-0287/2008 – 2008/0153(COD))
    P6_TC1-COD(2008)0153 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 13 ta' Jannar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid)

    ĠU C 46E, 24.2.2010, p. 125–125 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 46/125


    Impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) ***I

    P6_TA(2009)0012

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0458 – C6-0287/2008 – 2008/0153(COD))

    (2010/C 46 E/27)

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0458),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0287/2008),

    wara li kkunsidra l-Ftehim interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0497/2008),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix emendi sostantivi ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    P6_TC1-COD(2008)0153

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Jannar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2009/65/KE.)


    Top