Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0426(05)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 106, 26.4.2008, p. 16–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 106/16


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 106/07)

    XA Number: XA 295/07

    Stat Membru: Spanja

    Reġjun: Navarra

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a la creación y desarrollo de las asociaciones promotoras de denominaciones de calidad de productos agroalimentarios

    Bażi ġuridika: Orden foral de la consejera de desarrollo rural y medio ambiente, por la que se establecen las normas reguladoras para la concesión de ayudas a la creación y desarrollo de las asociaciones promotoras de denominaciones de calidad de productos agroalimentarios, y se aprueba la convocatoria para el año 2007

    Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 150 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa 70 % tal-valur ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna għall-produtturi agrikoli.

    Għajnuna sa 70 % tal-valur ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità.

    Għajnuna sa 70 % tal-valur ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-assistenza teknika fis-settur agrikolu

    Data ta' l-implimentazzjoni:: L-1 ta' Novembru 2007

    Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Mill-1 ta' Novembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007

    Għan ta' l-għajnuna: 1) L-għan prinċipali ta' l-għajnuna huwa li jkunu mħeġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta' assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jippromwovu denominazzjonijiet ta' kwalità għall-prodotti agroalimentari. 2) Jistgħu jkunu enfasizzati dawn l-għanijiet sekondarji li ġejjin: l-offerta ta' valur miżjud għall-konsumatur, u b'hekk titjib tal-garanziji dwar il-kwalità, is-sikurezza u l-benna tal-prodotti agroalimentari u li jkunu tajbin għas-saħħa, flimkien mar-rispett lejn l-ambjent. L-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Għajnuna għall-assoċjazzjonijiet tal-produtturi responsabbli għas-superviżjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u d-denominazzjonijiet. L-ispejjez eliġibbli jirrigwardaw: Dawk relatati ma' l-implimentazzjoni u l-iżvilupp.

    L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: L-ispejjez eliġibbli jirrigwardaw: dawk relatati mat-tħeġġiġ tal-prodotti agrikoli ta' kwalità.

    L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: L-ispejjez eliġibbli jirrigwardaw: dawk relatati ma' l-assistenza teknika meħtieġa minn dawn l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi

    Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produtturi tas-settur ta' l-annimali u l-ħxejjex fl-Anness I b'tikketti ta' kwalità

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Gobierno de Navarra

    Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

    C/ Tudela, 20

    E-31003 Pamplona

    Indirizz ta' l-internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO07064%20OF.pdf

    Aktar informazzjoni:

    Gobierno de Navarra

    Dirección General de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

    C/ Tudela, 20

    E-31003 Pamplona

    Tel. (34) 848 42 29 33

    E-mail: izabalzv@cfnavarra.es

    XA Number: XA 297/07

    Stat Membru: Spanja

    Reġjun: —

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones para fomentar la producción de productos agroalimentarios de calidad diferenciada de origen animal

    Bażi ġuridika: Proyecto de Real Decreto no … /2007, de ... de ..., por el que se establecen las bases reguladoras para la concesión de las subvenciones para fomentar la producción de productos agroalimentarios de calidad diferenciada de origen animal

    Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Baġit ta' EUR 2 404 000 għas-sena 2007. Skond l-istimi li saru għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013, huwa ppjanat li dan l-ammont jiżdied sa EUR 5 600 000 għal kull sena finanzjarja

    Intensità massima ta' l-għajnuna: Is-sussidji mogħtija għall-finanzjament ta' l-attivitajiet eliġibbli ma għandhomx jaqbżu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Dan ifisser li l-ammont totali tas-sussidji mogħtija mill-amministrazzjonijiet pubbliċi jista' jilħaq il-100 % ta' l-ispejjeż għal kull attività eliġibbli, mingħajr ma jinqabżu fl-ebda każ l-ammonti disponibbli tal-baġit. L-attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament f'dan il-każ huma:

    Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data ta' pubblikazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' l-abbozz ta' Digriet Irjali (Proyecto de Real Decreto) li jistabbilixxi l-qafas regolatorju għall-għoti tas-sussidji għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta' prodotti agroalimentari ta' kwalità distinta derivati mill-annimali

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013. Is-sejħa għall-proposti għall-għajnuniet titħabbar darba fis-sena

    Għan ta' l-għajnuna: It-tħeġġiġ tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agroalimentari ta' kwalità distinta derivati mill-annimali. L-għan tal-promozzjoni ta' dawn il-programmi huwa li tiżdied l-offerta ta' prodotti agroalimentari ta' kwalità li taqbel mad-domanda tal-konsumaturi, u li tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fil-konsum ta' prodotti agroalimentari derivati mit-trobbija tal-bhejjem.

    Dan jaqa' fil-kuntest tas-subparagrafi li ġejjin ta' l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:

    l-Artikolu 14(2)(a): Assistenza teknika għall-istħarriġ tas-suq, kif ukoll għad-disinn u l-ħolqien ta' prodotti agroalimentari ta' kwalità distinta derivati mill-annimali,

    l-Artikolu 14(2)(b): L-introduzzjoni ta' programmi għall-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità distinta,

    l-Artikolu 14(2)(c): It-taħriġ tal-persunal, marbut speċifikament mal-programm għall-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità distinta,

    l-Artikolu 14(2)(d): Iċ-ċertifikazzjoni tal-programmi għall-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità distinta

    Settur jew setturi benefiċjarji: L-għan ta' l-għajnuniet huwa li jġibu 'l quddiem il-prodotti agroalimentari ta' kwalità distinta derivati mill-annimali, bħal-laħam, il-ħalib, il-bajd, l-għasel u l-bebbux ta' l-art iddestinati għall-konsum mill-bniedem, miksubin minn annimali ta' produzzjoni ġejjin minn azjendi li jieħdu sehem fil-programmi għall-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità distinta, u li jkunu trabbew skond id-dispożizzjonijiet ta' tali programmi. Għaldaqstant, is-setturi kkonċernati tat-trobbija tal-bhejjem se jkunu dawk taċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib tal-baqar, il-laħam tan-ngħaġ, il-ħalib tan-ngħaġ, il-laħam tal-mogħoż, il-ħalib tal-mogħoż, il-ħnieżer, il-laħam taż-żwiemel, il-laħam tat-tjur, il-bajd tat-tjur, l-għasel tan-naħal, u l-bebbux

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación

    Paseo Infanta Isabel, 1

    E-28014 Madrid

    Indirizz ta' l-internet: http://rasve.mapa.es/Publica/InformacionGeneral/Legislacion/DOCUMENTOS/LEGISLACION/RD %20AYUDAS %20PROGRAMAS %20AGROALIMENTARIOS %20DE %20CALIDAD.DOC

    Tagħrif ieħor: Is-sussidji se jkunu kompatibbli ma' kull sussidju ieħor mogħti minn amministrazzjonijiet pubbliċi oħra, minn entitajiet pubbliċi marbutin magħhom jew li jiddependu minnhom, sew nazzjonali sew internazzjonali, jew minn persuni naturali jew legali fuq bażi privata. Madankollu, l-ammont tas-sussidju, waħdu jew flimkien ma' kwalunkwe għajnuna jew sussidju li tista' tagħti amministrazzjoni jew entità pubblika jew persuna naturali jew legali, ma għandux jaqbeż il-limiti msemmija aktar 'il fuq, u fl-ebda każ ma għandu jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għall-produzzjoni agrikola, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (traduzzjoni mhux uffiċjali).

    F'kull każ, jekk l-ispejjeż realment imwettqa jkunu inqas minn dawk allokati oriġinalment, jew jekk jinkisbu għajnuniet oħrajn li, meta akkumulati, jaqbżu l-perċentwali ta' finanzjament, id-deċiżjoni għandha tiġi emendata, u l-għajnuna għandha titnaqqas b'mod proporzjonali għal dik mogħtija fid-deċiżjoni korrispondenti; b'hekk, sakemm ikun hemm ammont mill-baġit disponibbli, l-ammonti jkunu jistgħu jiġu aġġustati skond l-applikazzjonijiet irċevuti, li għandhom jiġġustifikaw l-attivitajiet tagħhom.

    Carlos ESCRIBANO MORA

    Id-Direttur Ġenerali għat-Trobbija tal-Bhejjem

    Numru XA: XA 360/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Makole

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Sofinanciranje programov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Makole

    Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Makole

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 4 000

     

    2008: EUR 9 500

     

    2009: EUR 12 000

     

    2010: EUR 12 000

     

    2011: EUR 12 000

     

    2012: EUR 12 000

     

    2013: EUR 12 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'LFAs,

    sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

    L-appoġġ għandu jingħata għall-investiment fil-modernizzazzjoni tal-farms (għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola), u f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

    2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

    sa 100 % fil-każ ta' karatteristiċi mhux produttivi,

    sa 60 %, jew sa 75 % f'LFA's, fil-każ ta' investiment f'assi produttivi dwar farms,

    għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

    3.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

    il-livell ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

    4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba attwalment.

    5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali imġarrba: din għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus.

    6.   Provvista ta' appoġġ tekniku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba; din l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata s-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs

    Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar il-kofinanzjament ta' programmi għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikultura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Makole li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

    Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

    Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

    Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): Agrikoltura

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Občina Makole

    Makole 42

    SLO-2321 Makole

    Indirizz ta' l-internet: http://ls.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=675bf220-56a8-46d2-8ac7-f3fcf248a65b

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi dawn il-kundizzjonijiet ta' maltemp li jistgħu jitqiesu bħal diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

    Alojz GORČENKO

    Is-Sindku il-muniċipalita ta' Makole

    Numru XA: XA 382/07

    Stat Membru: L-Irlanda

    Reġjun: L-Istat Membru kollu

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Hardship Grant Scheme (Bovine TB and Brucellosis)

    Bażi ġuridika: Diseases of Animals Act 1966

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-ammont totali ta' l-għajnuna pagabbli skond din l-iskema hija dipendenti fuq il-livell li, imbagħad, jiddetermina n-numru ta' reatturi żvelati u impriżi limitati b'TB u Bruċellożi tal-Bovini. Fid-dawl ta' dan, mhux possibbli li jitbassar il-livell tan-nefqa fuq il-perjodu 2007-2013. Għalhekk, iċ-ċifri mogħtija hawn taħt għan-nefqa pjanata huma bbażati fuq livelli attwali tal-marda u nefqa mistennija fl-2007:

    Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 %

    Data ta' l-implimentazzjoni:

    It-tul ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Il-Hardship Grant Scheme hija implimentata fuq bażi kontinwa hekk kif inhi marbuta direttament mal-livell tal-marda tat-TB u tal-Bruċellożi fl-Irlanda. Din l-iskema se tibqa għaddeja sakemm dawn iż-żewġ mardiet huma meqruda

    L-għan ta' l-għajnuna: Biex il-bdiewa jiġu kkumpensati għal telf li jinħolqu mill-kxif u tneħħija ta' annimali meqjusa bħala reatturi tat-Tuberkolożi u tal-Bruċellożi. Il-Hardship Grant huwa maħsub biex ikopri spejjeż ta' għalf addizzjonali li jinħolqu matul il-perjodi mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

    Biex jiġi skuraġġut in-nuqqas ta' kxif tal-marda.

    Din l-għajnuna hija provduta skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 — Għajnuna f'rigward mard ta' pjanti u annimali u infestazzjonijiet minn insetti (Titolu mhux uffiċjali)

    Settur(i) konċernat(i): L-annimali bovini

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Department of Agriculture and Food

    Maynooth Business Park

    Maynooth, Co. Kildare

    Ireland

    Indirizz ta' l-internet: http://www.agriculture.gov.ie/animal_health/ERAD/ERAD_comp_scheme07.doc

    Numru XA: XA 409/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Dobje

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Dobje 2007–2013

    Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Dobje

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 11 433

     

    2008: EUR 13 147

     

    2009: EUR 15 120

     

    2010: EUR 17 388

     

    2011: EUR 19 996

     

    2012: EUR 22 995

     

    2013: EUR 26 445

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli:

    l-intensita massima ta' l-għajnuna ma tistax taqbeż l-40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli.

    L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment biex jerġgħu jinġiebu lura l-karatteristiċi tal-farm, biex jinxtara tagħmir għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u sabiex jiġu pprovduti mogħdijiet privati għall-aċċess fuq il-farms.

    2.   Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

    sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali għall-investiment f'karatteristiċi ta' wirt produttivi u mhux produttivi, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva.

    3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

    id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

    4.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu III ta' l-abbozz tar-regoli għall-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat fil-muniċpalità ta' Dobje jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

    l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

    l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Dobje

    Dobje pri Planini 26

    SLO-3224 Dobje pri Planini

    Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200795&dhid=92096

    Tagħrif ieħor:: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

    Franc SALOBIR

    Sindku


    Top