Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0419(07)

    Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

    ĠU C 99, 19.4.2008, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 99/38


    Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lil impriżi żgħar u ta' daqs medju

    (2008/C 99/09)

    Numru XA: XA 7058/07

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Piemonte

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali: d.g.r. n. 36-6961 del 24 settembre 2007«Legge regionale 20 novembre 2002, n. 29 (Istituto per il marketing dei prodotti agroalimentari del Piemonte), art. 3, comma 2. Procedure, criteri e condizioni per l'erogazione di contributi in conto capitale»

    Bażi ġuridika: Legge regionale 29/2002

    d.g.r. n. 36-6961 del 24 settembre 2007

    Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-impriża: Ammont annwali totali skond l-iskema EUR 0,40 miljun

    Ammont totali ta' għajnuniet ad hoc EUR 2,40 miljun

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima ta' l-għajnuna hija kif ġej:

    50 % għal riċerki tas-suq, żvilupp ta' prodotti u l-istipulazzjoni ta' l-istandards tal-produzzjoni (f'konformità mad-d.g.r. nru 36-6961 ta' l-24.9.2007 il-punt 1.2.1.A);

    50 % għal attivitajiet ta' konsulenza teknika għal ftehimiet u sħubijiet kummerċjali (f'konformità mad-d.g.r. nru 36-6961 ta' l-24.9.2007 il-punt 1.2.1.B);

    50 % għal inizjattivi ta' promozzjoni, parteċipazzjoni f'fieri u avvenimenti simili (f'konformità mad-d.g.r. nru. 36-6961 ta' l-24.9.2007 il-punt 1.2.1.D)

    Data ta' l-applikazzjoni:

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

    Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna maħsuba għall-iżvilupp ta' prodotti agrikoli ta' kwalità u biex tippromwovi ftehimiet u sħubijiet kummerċjali.

    Fil-każ ta' għajnuna mogħtija lill-SMEs għal servizzi minn konsulenti esterni, l-ammont gross ta' l-għajnuna ma għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż ta' dawn is-servizzi. Is-servizzi kkonċernati m'għandhomx ikunu attività kontinwa jew perjodika, u lanqas m'għandhom jirrelataw għall-ispiża ta' kuljum biex topera l-impriża, bħal servizzi normali ta' konsulenza dwar taxxa, servizzi legali regolari, jew -lispejjeż għar -reklamar.

    Għajnuna maħsuba għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi ta' promozzjoni (parteċipazzjoni f'fieri u avvennimenti simili).

    Fil-każ ta' għajnuna mogħtija lill-SMEs għall-parteċipazzjoni f'fieri u wirjiet, l-ammont gross ta' l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż addizzjonali mġarrba minħabba l-kiri, l-istallazzjoni jew il-ġestjoni ta' l-istand. Eżenzjoni bħal din tapplika biss għall-ewwel parteċipazzjoni ta' impriża f'fiera jew wirja stipulata

    Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat/i: Ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli (kif definiti skond l-Artikoli 2(k) tar-Regolament Nru (KE) 1857/2008

    Isem u l-indrizz ta' l-awtorità konċessjonarja:

    Regione Piemonte Direzione Agricoltura

    Corso Stati Uniti, 21

    I-10129 Torino

    Sit ta' l-Internet: L-indirizz għal-link tat-test sħiħ dwar l-iskema ta' għajnuna huwa kif ġej:

    http://www.regione.piemonte.it/governo/bollettino/abbonati/2007/39/suppo2/00000001.htm

    Tagħrif ieħor: It-tul ta' żmien ta' l-għajnuna huwa ppjanat sa tmiem is-sena 2013, jew inkella sa l-iskadenza tal-validità skond “il-Linji Gwidi Komunitarji għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007 — 2013” (ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1) u tar-Regolament ta' eżenzjoni (KE) Nru 1857/2006 ). In-nefqa annwali ta' EUR 400 000 tiġi prevista fil-bilanċ multiannwali tar-Reġjun ta' Pjemonte li ġie approvat bil-Liġi Reġjonali L.R. 10 tat-23.4.2007 għas-snin 2007, 2008 u 2009. Mis-sena 2010 sas-sena 2013 l-fond finanzjarju għall-iskema ta' għajnuna jiġi stabbilit minn sena għal sena permezz ta' l-atti ġuridiċi reġjonali sussegwenti li għandhom x'jaqsmu mal-kontabilità u l-finanzi.

    Numru XA: XA 7059/07

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Provincia autonoma di Bolzano

    Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali: Criteri e modalità relativi agli aiuti a favore delle imprese di trasformazione e di commercializzazione dei prodotti agricoli

    Bażi ġuridika: Articolo 4, comma 1, lettere b) e p), della legge provinciale 14 dicembre 1998, n. 11, e successive modifiche

    Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-impriża: EUR 6 000 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna: 40 % ta' l-investimenti f'assi tanġibbli

    50 % għal servizzi ta' konsulenza, tagħrif u servizzi u attivitajiet oħra

    Data ta' l-implimentazzjoni:

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali:

    Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna għal investimenti u konsulenza

    Settur(i) ekonomiku/i kkonċernat/i: Proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

    Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ripartizione provinciale agricoltura

    Via Brennero, 6

    I-39100 Bolzano

    Tagħrif ieħor: Din l-iskema ta' għajnuna tinsab ippubblikata fuq dan is-sit ta' l-Internet:

    http://www.provincia.bz.it/agricoltura/form/form_getreso.asp?FRES_ID=34102

    Il direttore di ripartizione sostituto

    Helmuth SCARTEZZINI


    Top