Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0834

    Abbozz ta’ emenda tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

    /* KUMM/2008/0834 finali */

    52008PC0834

    Abbozz ta’ emenda tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda /* KUMM/2008/0834 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 2.12.2008

    KUMM(2008) 834 finali

    Abbozz ta’ emenda tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

    dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    L-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet tal-ikel u l-materja prima qajmu tħassib speċjalment fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-Kummissjoni pproponiet li toħloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew ħafna fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (COM(2008)0450 – 2008/0149(COD).

    Wara li ġie eżaminat iċ-ċans għar-riallokazzjoni tan-nefqa fi ħdan l-Intestatura 4 kif ukoll l-użu possibbli tal-istrumenti disponibbli l-oħra kollha (l-Istrument tal-Istabbilità, l-istrument tal-Flessibbiltà), ir-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza ġet identifikata bħala wieħed mill-istrumenti xierqa biex tiġi ffinanzjata l-faċilità.

    Minħabba li l-ammont li fadal mir-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza għas-sena 2008 mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-faċilità tal-ikel, hemm bżonn ta’ żieda sabiex ir-Riżerva tkun tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-faċilità tal-ikel.

    L-ammont Annwali tal-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza huwa ta' EUR 221 miljun fi prezzijiet kostanti għal perjodu tal-qafas finanzjarju. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew qablu li dan għandu jiżdied għal EUR 479.218 miljun (fi prezzijiet kurrenti), unikament u eċċezzjonalment għas-sena 2008.

    Għalhekk punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali li stabbilixxa l-ammont annwali tar-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza għandu jiġi emendat skont dan.

    Abbozz ta’ emenda tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

    dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    Billi:

    (1) L-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet tal-ikel u l-materja prima qajmu tħassib speċjalment fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-Kummissjoni pproponiet li toħloq faċilità ġdida għar-rispons fil-pront għall-prezzijiet għoljin ħafna fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw[1] u ż-żewġ għanijiet ta' awtorità baġetarja, waqt il-ftehim ta' konċiljazzjoni tal-21 ta’ Novembru 2008, qablu li jipprovdu parti mill-finanzjament ta’ din il-faċilità mir-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza.

    (2) Minħabba li l-ammont li fadal mir-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza għas-sena 2008 m’huwiex biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-faċilità tal-ikel, hemm bżonn ta’ żieda sabiex ir-Riżerva tkun tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-faċilità tal-ikel.

    (3) Sabiex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni eċċezzjonali r-Riżerva tal-Għajnuna f’Emerġenza għandha tiżdied għal EUR 479.218 miljun fi prezzijiet kurrenti, unikament u eċċezzjonalment għas-sena 2008.

    (4) Punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġetarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda għandu għalhekk jiġi emendat skont il-ħtieġa,

    ftiehmu kif ġej:

    F’punt 25 is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-ewwel subparagrafu:

    “Dan l-ammont għandu jiġi miżjud eċċezzjonalment għal EUR 479.218 miljun għas-sena 2008 fi prezzijiet kurrenti.”

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Għall-Kummissjoni

    Il-President Il-President Il-President

    [1] COM(2008)0450 – 2008/0149(COD)

    Top