Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0681

    Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

    /* KUMM/2008/0681 finali - COD 2006/0272 */

    52008PC0681

    Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2008/0681 finali - COD 2006/0272 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 30.10.2008

    KUMM(2008) 681 finali

    2006/0272 (COD)

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva Nru 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità

    JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

    2006/0272 (COD)

    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva Nru 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità

    1. Daħla

    L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-emenda unika mressqa mill-Parlament hawn taħt.

    2. Sfond tal-Fajl

    Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2006)784 finali - 2006/0272 COD): | 13.12.2006 |

    Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 11.07.2007 |

    Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 29.11.2007 |

    Data tal-adozzjoni b'unanimità tal-pożizzjoni komuni: | 03.03.2008 |

    Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew (it-tieni Qari): | 09.07.2008 |

    3. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

    Fit-13 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni Ewropea adottat sensiela ta’ miżuri bil-għan li jappoġġaw it-tiġdid tas-settur tal-ferroviji billi jitneħħa x-xkiel għaċ-ċirkolazzjoni tat-trenijiet fin-netwerk ferrovjarju Ewropew.

    Il-Kummissjoni niedet din l-inizjattiva għal żewġ raġunijiet ewlenin:

    - biex tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tat-trenijiet fl-Unjoni Ewropea billi l-proċedura għad-dħul fis-servizz tal-lokomotivi tagħmilha aktar trasparenti u effikaċi;

    - biex tissimplifika l-ambitu regolatorju billi ssaħħaħ u tgħaqqad id-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja.

    Waħda minn dawn il-miżuri hija l-emendar tad-Direttiva 2004/49/KE fuq is-sikurezza ferrovjarja. Fit-tfassil ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni kellha tliet għanijiet:

    - l-introduzzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet għad-dħul fis-servizz diġà maħruġa minn Stat Membru. Skont dan il-prinċipju, il-materjal ferrovjarju li d-dħul fis-servizz tiegħu diġà jkun ġie awtorizzat fi Stat Membru mhux se jeħtieġ ċertifikazzjoni addizzjonali fi Stat Membru ieħor, għajr fejn jidħlu r-rekwiżiti nazzjonali supplimentari li joħorġu, pereżempju, mill-karatteristiċi partikolari tan-netwerk lokali;

    - it-twessigħ tal-kompetenzi tal-Aġenzija sabiex tkun tista’ telenka d-diversi proċeduri nazzjonali u r-regoli tekniċi eżistenti, u tfassal u taġġorna (waqt li testendiha) l-lista tar-rekwiżiti li għandhom jiġu vverifikati darba biss, sew għax għandhom x'jaqsmu ma’ regoli rikonoxxuti internazzjonalment, kif ukoll għax jistgħu jitqiesu bħala ewkivalenti;

    - l-iċċarar tar-relazzjonijiet bejn l-impriża ferrovjarja u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni. Fil-fatt, id-dħul fis-seħħ tal-konvenzjoni l-ġdida dwar it-trasport ferrovjarju internazzjonali (COTIF 1999) ġab miegħu regoli ġodda fil-qasam tal-kuntratti tal-użu tal-vetturi. Għaldaqstant, huwa propost li jiġi definit il-kunċett ta’ detentur tal-vaguni, u li tiġi speċifikata r-relazzjoni bejn l-impriża u dan tal-aħħar, fuq kollox fil-qasam tal-manutenzjoni.

    4. L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI FUQ L-EMENDI PROPOSTI MILL-PARLAMENT EWROPEW

    Wara l-ftehim tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fl-ewwel qari, biex jiġu trasferiti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 ta' din il-proposta tad-direttiva fir-rigward tad-dħul fis-servizz u l-aċċettazzjoni tal-materjal ferrovjarju għall-proposta li d-direttiva terġa' tiġi riformulata, din il-proposta fiha biss id-daħla tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (PRAC) u artikolu dwar il-manutenzjoni tal-vetturi.

    Wara bosta xhur ta' negozjazzjoni taħt il-Presidenza Slovena, instabet soluzzjoni biex jintlaħaq ftehim fit-tri-logu informali tal-24 ta' Ġunju 2008. Dan il-ftehim jirrigwarda essenzjalment il-liċenzja tal-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni tal-vetturi.

    Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emenda tal-kompromess adottata mill-Parlament Ewropew fi tmiem it-tieni qari.

    Top