EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0316

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur {SEC(2008) 1908} {SEC(2008) 1909}

/* KUMM/2008/0316 finali - COD 2008/0100 */

52008PC0316




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.5.2008

KUMM(2008) 316 finali

2008/0100 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur

(preżentata mill-Kummissjoni)

{SEC(2008) 1908}{SEC(2008) 1909}

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa li tistipula regoli armonizzati dwar il-kostruzzjoni ta' vetturi bil-mutur bl-għan li jiġi żgurat it-tħaddim tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu livell għoli ta' sikurezza pubblika u protezzjoni ambjentali. Din il-proposta għandha l-għan li tkabbar is-sikurezza ta' vetturi bil-ħtieġa ta' ffittjar mandatorju ta' strumenti avvanzati ta' sikurezza. Il-proposta għandha l-għan ukoll li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi billi jitnaqqsu l-ammont ta' l-ħsejjes fit-triq u l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tajers. Finalment, il-proposta tikkontribwixxi għall-kompetittività ta' l-industrija awtomotiva billi tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza tal-vetturi, billi tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv. |

Kuntest ġenerali Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi bil-mutur fejn jidħlu ħafna elementi ta' sikurezza u ambjentali ġew armonizzati fil-livell Komunitarju sabiex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza stradali u ta' protezzjoni ambjentali fil-Komunità kollha. Attwalment jeżistu teknoloġiji ġodda li jistgħu jtejbu b'mod drammatiku s-sikurezza ta' vettura (bħalma huma s-Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà) jew inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 (bħalma huma tajers b'reżistenza baxxa waqt it-tidwir). Ir-riċerka indikat li se jkun hemm benefiċċji sinifikanti jekk teknoloġiji bħal dawn jiġu introdotti bħala standards għal vetturi ġodda. L-impożizzjoni ta' rekwiżiti mandatorji ma jħallux ukoll li ssir frammentazzjoni tas-suq intern li tista' twassal għal standards ta' prodotti li jvarjaw bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Qafas regolatorju kompetittiv tal-karozzi għas-Seklu 21"[1] laqgħet ir-rakkomandazzjoni mir-rapport CARS 21[2] biex jiġi simplifikat l-qafas regolatorju kollu ta' l-approvazzjoni tat-tipi tal-vetturi. Wara din ir-rakkomandazzjoni, il-proposta tissimplifika b'mod sinifikanti l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tipi bis-sostituzzjoni ta' 50 Direttiva bażika (u madwar 100 Direttivi ta' emendi relatati) fil-qasam tas-sikurezza ta' vetturi bil-mutur u tat-tajrs b'Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament wieħed. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 78/317/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/297/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/20/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/28/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/79/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/27/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/27/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/91/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/40/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/56/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/85/KE, id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/97/KE. Il-proposta u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha se jkomplu r-rekwiżiti eżistenti stabbiliti fl-atti msemmija hawn fuq. Meta titqabbel ma' l-atti eżistenti, il-proposta tiddefinixxi rekwiżiti ġodda dwar ċerti miżuri avvanzati ta' sikurezza, prinċipalment is-Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà, is-Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers, is-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u s-Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn. Barra minn hekk, il-proposta tagħmel aktar stretti r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir tat-tajers u tintroduċi rekwiżiti ġodda dwar it-tajers fir-rigward ta' l-irbit tagħhom fiż-żliq u tar-reżistenza waqt it-tidwir. Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Il-proposta hi konsistenti ma' l-għan ta' l-UE li t-toroq ikunu aktar sikuri kif definit, b'mod partikolari, fil-White Paper dwar il-Politika Ewropea għat-Trasport[3], li kienet adottata mill-Kummissjoni fl-2001 u tagħti viżjoni globali għall-Programm Ewropew ta' Azzjoni għas-Sikurezza Stradali. Barra minn hekk, safejn huma kkonċernati l-aspetti ambjentali tal-proposta, il-proposta timplimenta tnejn mill-miżuri identifikati fl-istrateġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ir-riżultati tar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief "[4] Fl-aħħarnett, il-proposta hi konsistenti ma' l-istrateġija tal-KE għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolamentari kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Aġġornament u s-Simplifikazzjoni ta' l-acquis Komunitarju"[5] li tidentifika s-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tipi għal vetturi bil-mutur bħala qasam bi prijorità għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. |

2. IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Metodi ta' konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali tar-rispondenti Fl-iżvilupp tal-proposta l-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati f'diversi modi: Saret konsultazzjoni ġenerali fuq l-internet, li kopriet l-aspetti kollha tal-proposta. Fir-rigward tal-proposti dwar is-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza, twettaq proġett biex jiġu eżaminati l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mit-tagħmir ta' vetturi ta' diversi klassijiet b'sistemi ta' din ix-xorta. Dan il-proġett twettaq b'kooperazzjoni ma' grupp b'interessi fl-industrija. Rigward ir-rekwiżiti li jkopru t-tajers, saru għadd ta' laqgħat ma' l-organizzazzjonijiet tal-manifatturi tat-tajers, ma' grupp ta' riċerka u ma' grupp b'interessi ambjentali, bl-għan li jintlaħaq sett ta' rekwiżiti bilanċjati u prattiċi. |

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Matul il-konsultazzjoni bl-internet, tqajmu għadd ta' kwistjonijiet mill-partijiet interessati. L-istima ta' l-impatt li takkumpanja din il-proposta tagħti rendikont sħiħ tal-kwistjonijiet sostantivi mqajma u tiddiskuti kif dawn jistgħu jitqiesu. |

Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet mit-23/08/2007 sat-18/10/2007. Il-Kummissjoni rċeviet 81 risposta. Ir-riżultati jinsabu f' http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/safety/consultation/summary.htm. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

Oqsma ta' għarfien xjentifiku/espert involuti Il-propost ħtiġilha kemm l-istima ta' għażliet differenti ta' politiki kif ukoll l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali assoċjati |

Metodoloġija użata Studji dwar l-attwazzjoni ta' tnaqqis tal-ħsejjes mit-tajers u dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji prinċipali tas-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza saru speċifikament biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' l-aspetti rilevanti ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sar użu mill-istudji eżistenti dwar it-tnaqqis tas-CO2 (mit-TNO) u dwar it-tnaqqis ta' korrimenti stradali (mis-COWI) sabiex jiġu kwantifikati l-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw mill-miżuri proposti. Fil-każ ta' l-istudju dwar il-ħsejjes tat-tajers, ix-xogħol li ġej twettaq mill-konsulent: Analiżi tal-letteratura rilevanti biex jiġu identifikati l-impatti soċjali u ambjentali tal-ħsejjes tat-tajers/stradali. Ġbir u stima tad-data tat-testijiet tal-ħsejjes dwar tajers eżistenti ta' diversi kategoriji. Stima dwar l-attwazzjoni tat-tnaqqis tal-limiti tal-ħsejjes tat-tajers, inkluż l-impatt potenzjali fuq parametri oħra ta' disinji tat-tajers. Stima ta' tnaqqis possibbli b'mod ġenerali ta' ħsejjes li jirriżulta mill-miżuri proposti, bl-użu ta' tekniki adatti għall-iddisinjar fuq il-kompjuter. Koordinament ma' diversi partijiet interessati. Fil-każ ta' l-istudju dwar is-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza, ix-xogħol li ġej twettaq mill-konsulent: Stima tax-xenarji attwali ta' aċċidenti li jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsin bl-użu ta' din it-teknoloġija. Stima tal-kapaċitajiet attwali u futuri tas-sistemi. Stimi ta' 'l-ispiża ekonomika għal kull vettura' li fiha jiġu stallati sistemi ta' din ix-xorta. Koordinament ma' diversi partijiet interessati. |

Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin li ġew ikkonsultati L-istudju dwar il-ħsejjes tat-tajers twettaq mill-FEHRL (Federation of European Highway Research). L-istudju dwar is-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza twettaq mit-TRL (Transport research laboratory) Ltd. |

Il-valuri limitu tal-ħsejjes tat-tajers proposti fl-Anness għal dan ir-Regolament huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjoni ta' l-FEHRL. Il-ħdima tat-TRL appoġġat il-każ għal prijoritizzazzjoni ta' Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza għal vetturi kbar. L-istima ta' l-impatt tirriferi għal studji ta' riċerka oħra li ntużaw ukoll biex jiġu stmati diversi għażliet ta' politiki. Fil-każijiet kollha, l-għażla politika preferita ntgħażlet fuq il-bażi ta' analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji, kif spjegat fl-istima ta' l-impatt li takkumpanja l-proposta. Mezzi użati biex il-konsulenza ta' l-esperti tkun disponibbli għall-pubbliku Ir-rapporti ta' riċerka kollha li huma sħaħ u approvati huma jew se jkunu disponibbli fil-websajt tad-DĠ għall-Intrapriżi u l-Industrija. |

Stima ta' l-impatt Għal kull wieħed mill-aspsetti prinċipali tal-proposta, ġew ikkunsidrati għażliet differenti: 1. Aspetti ta' simplifikazzjoni a) Ma jsir xejn. Dan ifisser li l-50 Direttiva eżistenti jinżammu b'emendi addizzjonali meta meħtieġa. Id-Direttivi ta' l-KE jkomplu joperaw flimkien mar-Regolamenti tal-UNECE eżistenti bir-rekwiżiti tekniċi ta' spiss (iżda mhux dejjem) ikunu ekwivalenti. Attwalment din hi l-kawża ta' ħafna konfużjoni għal partijiet interessati li mhumiex involuti mill-viċin fis-sistemi ta' l-approvazzjoni tat-tipi, u din twassal għal sitwazzjoni ta' sistema regolatorja li mhix kompletament trasparenti. b) Ma jsir xejn bħala parti mill-eżerċizzju attwali, iżda analiżi ta' kull Direttiva bħal meta din tkun meħtieġa li tiġi emendata, u jiġi deċiż jekk hu adatt li jkun hemm sostituzzjoni. Din l-għażla se tikkontribwixxi effettivament għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju. Madankollu, l-eżerċizzju ta' simplifikazzjoni għandu jsir matul numru ta' snin. c) Sostituzzjoni tad-Direttivi eżistenti kollha permezz tar-Regolament propost. Din hi l-għażla miżmuma billi din timmassimizza l-vantaġġi ta' simplifikazzjoni għall-benefiċċju, b'mod partikolari, ta' l-awtoritajiet nazzjonali u ta' l-industrija. 2. Teknoloġiji avvanzati ta' sikurezza a) Ma jsir xejn u s-suq jitħalla jieħu l-inizjattiva. Strumenti bħas-Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà diġà qed jitfaċċaw fuq għadd ta' karozzi li dejjem qed jiżdied f'ċerti swieq. Madankollu, għal vetturi bħal trakkijiet kbar u coaches għat-turisti, fejn il-benefiċċju tas-Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà jista' jkun anki akbar milli għal karozzi, ta' spiss ma hemmx l-inċentiv tas-suq biex jiġu ffittjati b'mod volontarju Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà, billi, kuntrarjament għal każ tal-karozzi, mhumiex il-benefiċjarji li jixtruhom. Madankollu, mingħajr standards armonizzati, jeżisti r-riskju li standards diverġenti jiġu applikati fl-UE kollha li jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern. b) Jiġu stabbiliti standards tekniċi għal teknoloġiji avvanzati ta' sikurezza (fejn iffittjati) u jingħata l-permess li l-manifatturi jiffittjawhom jekk jidhrilhom. Għalkemm dan ma jħallix li jkun hemm standards li jvarjaw fl-UE kollha, kif mistqarr hawn fuq, din l-għażla ma tiżgurax li strumenti avvanzati ta' sikurezza jiġu ffittjati fil-vetturi kollha. c) Jiġu stabbiliti standards tekniċi u rekwiżiti mandatorji ta' ffittjar. Din l-għażla tiżgura li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta' strumenti avvanzati ta' sikurezza. Billi hemm każ pożittiv bejn l-ispiża u l-benefiċċju għal dawn is-sistemi, jidher li l-għażla mandatorja mhix ġustifikata. 3. Rekwiżiti għat-tajers Rigward it-tajers, il-proposta tintroduċi rekwiżiti ġodda dwar l-aspetti li ġejjin: valuri limitu ta' Ħsejjes ta' Tidwir, valuri limitu ta' Reżistenza ta' Tidwir, Irbit fiż-Żliq u Sistema għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers. Għal kull aspett msemmi hawn fuq, l-għażliet segwenti kienu b'mod ġenerali kunsidrati: a) ma jsir xejn; b) soluzzjoni voluntarja/titħalla l-inizjattiva lis-suq; c) soluzzjoni mandatorja b'diffikultà teknika baxxa; d) soluzzjoni mandatorja b'diffikultà teknika għolja. L-għażla d) ingħażlet għall-aspetti kollha. Fil-każ tar-Reżistenza tat-Tidwir, Irbit fiż-Żliq u s-Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-prodott diġà huma fi stadju avvanzat għalhekk l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi stretti fuq skeda qasira ta' żmien hi kkunsidrata li tista' ssir. Dwar is-Sistema għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers, b'mod partikolari, l-esiġenza ta' standard ogħla din timmassimizza l-benefiċċji ta' sikurezza, u tiżgura probabbiltà massima li jintlaħqu l-miri ta' tnaqqis tas-CO2. Dwar il-Ħsejjes tat-Tidwir, inżammet ukoll l-għażla d) billi din hi l-unika waħda li tiżgura t-twettiq ta' l-għanijiet ambjentali tal-proposta. Madankollu, billi r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes huma aktar ta' sfida mir-rekwiżiti l-oħra, ġie previst perjodu itwal ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni wettqet stima ta' l-impatt elenkat fil-Programm ta' Ħidma, li r-rapport tiegħu huwa disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/pedestrianprotection/index.htm. Billi ma setgħux jiġu inklużi aktar studji industrijali qabel il-finalizzazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni lesta li tanalizza b'mod sħiħ ir-riżultati ta' studji addizzjonali ta' din ix-xorta matul il-proċess leġiżlattiv u, jekk meħtieġ, tissuġġerixxi jew tappoġġa adattamenti neċessarji biex jiġi evitat impatt negattiv fuq is-sikurezza tat-tajers. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-proposta tissimplifika b'mod sinifikanti s-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tar-rekwiżiti dwar is-sikurezza u t-tajers bir-revoka ta' 50 Direttiva. Il-proposta tintroduċi rekwiżiti mandatorji ġodda dwar strumenti avvanzati ta' sikurezza. B'mod partikolari, il-proposta teħtieġ l-iffittjar mandatorju ta': Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà fil-vetturi kollha; Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers fil-karozzi tal-passiġġieri; Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u s-Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn fil-vetturi kbar. Il-proposta tipprevedi wkoll, f'każ ta' l-iffittjar voluntarju ta' Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u s-Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn f'kategoriji oħra ta' vetturi, dawn is-sistemi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-proposta. Il-proposta tistabbilixxi valuri limitu ta' ħsejjes aktar stretti għat-tajers minn dawk definiti fil-leġiżlazzjoni eżistenti u tintroduċi rekwiżiti ġodda dwar l-irbit fiż-żliq u r-reżistenza tat-tidwir. Bażi legali Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 95 tat-Trattat. Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-prinċipju ta' sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħafna elementi ta' sikurezza u ambjentali ġew armonizzati fil-livell Komunitarju u azzjoni mill-Istati Membri weħedhom timmina s-sistema kollha ta' l-approvazzjoni tat-tipi. L-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija meħtieġa minħabba l-bżonn li jiġu evitati ostakoli għas-suq waħdieni. Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta minħabba li tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern li jseħħ kieku jsir mod ieħor u żżid il-prestazzjoni ta' sikurezza u ambjentali tal-vetturi. Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Kif jidher fl-istima ta' l-impatt, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-garanzija tat-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta' sikurezza pubblika u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Is-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju se jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis ta' l-ispejjeż amministrattivi għall-awtoritajiet nazzjonali u l-industrija. Għażla ta' strumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin: L-użu ta' Regolament jitqies xieraq sabiex jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa għal konformità filwaqt li ma jirrikjedix traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri. Il-proposta tagħmel użu mill-"avviċinament f'żewġ livelli" li kien oriġinalment introdott fuq talba tal-Parlament Ewropew u użat f'atti leġiżlattivi oħrajn. Dan l-avviċinament jipprevedi li l-proposta u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni jsiru skond żewġ rotot differenti iżda paralleli: l-ewwel, jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet fundamentali mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE permezz tal-proċedura ta' kodeċiżjoni (il-'proposta tal-kodeċiżjoni'); it-tieni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fundamentali se jiġu stabbiliti fir-Regolamenti adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/KE (il-'proposti ta' komitoloġija'). 4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. 5. L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Simulazzjoni, fażi pilota u fażi tranżitorja Hemm bosta perjodi tranżitorji ġenerali fil-proposta sabiex jagħtu biżżejjed ħin lill-manifatturi tal-vetturi u tat-tajers. Simplifikazzjoni Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Se jiġu revokati 50 Direttiva dwar l-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi. Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni fil-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi. Il-proposta hi inkluża fil-programm kontinwu għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l-acquis Komunitarju tal-Kummissjoni u l-Programm Leġiżlattiv ta' Ħidma tagħha taħt ir-referenza 2008/ENTR/004. Revoka ta' liġijiet eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni eżistenti. Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

2008/0100 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

(1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan l-għan teżisti sistema komprensiva Komunitarja għall-approvazzjoni tat-tipi għal vetturi bil-mutur stabbilita bid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva ta' Qafas")[9].

(2) Dan ir-Regolament hu Regolament ġdid separat fil-kuntest tal-proċedura Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tipi skond id-Direttiva 2007/46/KE. Għalhekk, l-Annessi IV, VI u XI għal din id-Direttiva għandhom jiġu emendati skond dan.

(3) Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjonit tat-tip ta' vetturi bil-mutur fejn jidħlu ħafna elementi ta' sikurezza u ambjentali ġew armonizzati fil-livell Komunitarju sabiex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza stradali u ta' protezzjoni ambjentali fil-Komunità kollha.

(4) Hu xieraq li jiġu definiti rekwiżiti kemm dwar is-sikurezza ġenerali ta' vetturi bil-mutur u l-prestazzjoni ambjentali tat-tajers, minħabba d-disponibilità tas-Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers li jtejbu fl-istess waqt is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tat-tajers.

(5) Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, ġie introdott avviċinament regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi biss dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza ta' vetturi u l-emissjonijiet tas-CO2 u ħsejjes minn tajers filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti b'miżuri ta' implimentazzjoni adotati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[10].

(6) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi bil-mutur, komponenti u unitajiet tekniċi separati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi b'mod aktar preċiż l-aspetti li tajer għandu jwettaq biex jiġi definit bħala "tajer professjonali off-road". Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tiddefinixxi l-iskop preċiż ta' l-applikazzjoni tar-rekwiżiti definiti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingaħta s-setgħa li tiddefinixxi rekwiżiti addizzjonali ta' sikurezza għal vetturi intenzjonati għal ġarr ta' merkanziji perikolużi fit-toroq bejn jew fl-Istati Membri. Barra minn dan, soġġetta għall-attwazzjoni teknika u ekonomika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li testendi l-istallazzjoni mandatorja tas-Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers u strumenti oħra avvanzati ta' sikurezza għal kategoriji oħra ta' vetturi li mhumiex inizjalment koperti. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tistabbilixxi proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tipi ta' sistemi avvanzati ta' vetturi li mhumiex imsemmija f'dan ir-Regolament u li temenda l-valuri limitu dwar ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir għal tajers bħala riżultat ta' bdil fil-proċeduri tat-test, mingħajr ma jitbaxxa l-livell mixtieq fir-rigward ta' l-ambjent. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba li jemendaw dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(7) Progress tekniku fil-qasam tas-sistemi avvanzati ta' sikurezza għal vetturi joffri possibbiltajiet ġodda għal tnaqqis ta' korrimenti. Sabiex jiġi massimizzat l-għadd ta' korrimenti meħlusin meħtieġ li tiġi prevista l-introduzzjoni ta' xi wħud minn dawn it-teknoloġiji.

(8) Sabiex tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tipi skond ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport CARS 21: A Competitive Automotive Regulatory System for the 21st century [11], hu adatt li jiġu revokati diversi Direttivi mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' protezzjoni ta' l-utenti tat-triq. Ir-rekwiżiti definiti f'dawn id-Direttivi għandhom jitpoġġew f'dan ir-Regolament u għandhom jiġu sostitwiti, fejn xieraq, b'referenzi għal regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), kif inkorporati fil-liġi Komunitarja skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijet [12].

(9) Hu xieraq li jiġi stabbilit il-prinċipju li vetturi għandhom jiġu disinjati, mibnija u montati b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti oħra tat-triq. Għal dan l-għan, hu neċessarju li l-manifatturi jiżguraw li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti definiti f'dan ir-Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhux ikunu limitati għal, rekwiżiti relatati ma' l-integrità strutturali tal-vettura, sistemi ta' għajnuna fil-kontroll tal-vettura mis-sewwieq, sistemi li jipprovdu lis-sewwieq viżibilità u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u ta' żona tal-madwar, is-sistemi ta' dwal tal-vetturi, is-sistemi ta' protezzjoni ta' l-okkupant, il-parti ta' barra u l-aċċessorji tal-vettura, il-massa u d-dimensjoni tal-vettura, it-tajers tal-vettura, is-sistemi avvanzati tal-vettura u aspetti mixxelanji. Barra minn hekk, hu neċessarju li l-vetturi jikkonformaw ma' dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma' ċerti vetturi ta' merkanzija u t-trejlers tagħhom, jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-karozzi tal-linja, skond il-każ.

(10) L-iskeda taż-żmien għall-introduzzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi ġodda għall-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi għandha tikkunsidra l-attwazzjoni teknika ta' dawn ir-rekwiżiti. B'mod ġenerali, ir-rekwiżiti għandhom inizjalment japplikaw biss għal tipi ġodda ta' vetturi. Tipi eżistenti ta' vetturi għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex jikkonformaw mar-rekwiżiti. Barra minn hekk, stallazzjoni mandatorja ta' Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers għandha inizjalment tapplika biss għal karozzi tal-passiġġieri. Stallazzjoni mandatorja ta' strumenti avvanzati oħra ta' sikurezza għandha inizjalment tapplika biss għal vetturi kbar ta' merkanzija.

(11) Fejn jiġu stallati b'mod voluntarju strumenti avvanzati ta' sikurezza mill-manifattur tal-vettura, ikun neċessarju li dawn il-karatteristiċi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti definiti f'dan ir-Regolament.

(12) Hu adatt li jiġu implimentati l-miżuri mħabbra fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Ir-riżultati tar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief "[13] li għandhom l-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tajers. Dan it-tnaqqis għandu jintlaħaq billi jiġu kumbinati tajers b'resistenza baxxa ta' tidwir ma' l-użu ta' Sistemi għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers. Fl-istess waqt, hu xieraq ukoll li jiġu definiti rekwiżiti bl-għan li jitnaqqsu l-ħsejjes tat-tajers u li jiżguraw li jinżammu l-livelli tas-sikurezza tat-tajers bl-introduzzjoni ta' rekwiżiti għall-irbit fiż-żliq. L-iskeda taż-żmien ta' l-implimentazzjoni relatata għandha tirrifletti l-livell ta' l-isfida biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti kollha. B'mod partikolari, minħabba l-isfida biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir u meta jiġi kunsidrat iż-żmien meħtieġ mill-industrija biex jiġu sostitwiti l-marki tat-tajers eżistenti, hu adatt li jingħata perjodu aktar fit-tul għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir fir-rigward ta' tajers ġodda ta' tipi eżistenti.

(13) Ċerti kategoriji ta' tajers, inklużi tajers professjonali off-road li huma suġġetti għal restrizzjoni ta' veloċità u tajers intenzjonati biss għal vetturi reġistrati qabel l-1990, probabbilment jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar ħafna. Għalhekk, hu adatt li jiġu eżentati tajers f'kategoriji ta' din ix-xorta minn ċerti rekwiżiti definiti f'dan ir-Regolament, fejn rekwiżiti ta' dan it-tip huma inkompatibbli ma' l-użu tat-tajers, jew fejn il-piż addizzjonali kawżat minn dawn ir-rekwiżiti hu sproporzjonat.

(14) Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll ta' l-Istabbiltà, Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u s-Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn għandhom potenzjal għoli li jirriżultaw fi tnaqqis konsiderevoli ta' korrimenti. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi ta' din ix-xorta.

(15) Hu importanti li l-ispare parts tas-sistemi koperti b'dan ir-Regolament ikunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti ta' sikurezza u ta' proċeduri ta' approvazzjoni. Għalhekk hu adatt li tiġi prevista l-approvazzjoni ta' spare parts u ta' unitajiet tekniċi separati.

(16) L-Istati Membri għandhom iniżżlu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li huma implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(17) B'seħħ mid-dati ta' l-applikazzjoni għal vetturi ġodda, spare parts ġodda u unitajiet tekniċi separati tar-rekwiżiti rilevanti definiti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu rivokati d-Direttivi tal-Kunsill li ġejjin:

- Id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tankijiet ta' karburant likwidu u mezzi ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[14],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[15],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE tat-8 ta' Ġunju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat- tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta'vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[16],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE tas-27 ta' Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[17],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE tas-27 ta' Lulju 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar strumenti ta' twissija akustika għall-vetturi bil-mutur[18],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[19],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta' l-20 ta' Ġunju 1972 rigward it-trażżin ta' l-interferenza radju prodotta mill-magni spark-ignition imwaħħlin fuq vetturi bil-mutur[20],

- "Id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE tas-17 ta' Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur[21],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE ta' 17 ta' Diċembru dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta' vetturi bil-mutur[22],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE ta' l-4 ta' Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (l-imġiba tal-mekkaniżmu ta' l-isteering f'każ ta' impatt)[23],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta' Lulju 1974 li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta' vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u ta' l-ankoraġġi tagħhom)[24],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE tas-17 ta' Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur[25],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE tas-26 ta' Ġunju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir ta' l-ispeedometer ta' vetturi bil-mutur[26],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta' kif jitwaħħlu[27],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l- ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur[28],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istallazzjoni ta' mezzi ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[29],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għar-rifletturi tar-rifless għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[30],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta' pożizzjoni ta' quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta' pożizzjoni ta' wara (tal-ġenb) u l-fanali tal-waqfien għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[31],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali indikaturi tad- direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[32],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[33],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-headlamps tal-vetturi bil-mutur li jiffunzjonaw bħala headlamps b'raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal dawn il-headlamps[34],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tat-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għal vetturi bil-mutur u bozoz tal-filament għal dawn il-fanali[35],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-mezzi ta' rmunkar ta' vetturi bil-mutur[36],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta' wara fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[37],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[38],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' lampi ta' l-ipparkjar ta' vetturi bil-magna[39],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin f'vetturi bil-mutur[40],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE tas-27 ta' Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kamp viżiv tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur[41],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE tal-21 ta' Diċembru 1977 l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-muntaġġi nterni ta' vetturi bil-mutur (identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi)[42],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 78/317/KEE tal-21 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar ta' uċuh bil-ħġieġ ta' vetturi bil-mutur[43],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur[44],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur[45],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE tas-16 ta' Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-'head restraint' tas-sedili ta' vetturi bil-mutur[46],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 89/297/EEC tat-13 ta' April 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-gwardji tal-ġenb ta' ċerti vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[47],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE tas-27 ta' Marzu 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għas-sistemi ta' soppressjoni ta' titjir ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[48],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE ta' 31 Marzu 1992 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta' vetturi bil-mutur tal-kategorija M1[49],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom[50],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom[51],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur[52],

- Id-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar oġġetti ħerġin 'il barra 'l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina ta' vetturi bil-mutur tal-kategorija N[53].

(18) Barra minn hekk, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ġejjin se jkunu rivokati wkoll:

- Id-Direttiva 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-mezzi mekkaniċi ta' igganċjar ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u t-twaħħil tagħhom ma' dawk il-vetturi[54],

- Id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur[55],

- Id-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1996 dwar il-protezzjoni ta' l-okkupanti ta' vetturi bil-mutur fil-każ ta' ħabta mill-ġenb u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE[56],

- Id-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' l-okkupanti tal-vetturi bil-mutur fil-każ ta' ħabta fuq quddiem u temmenda d-Direttiva 70/156/KEE[57],

- Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE[58],

- Id-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 dwar vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[59],

- Id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li tirrigwarda l-mezz ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE[60],

- Id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar is-sistemi li jsaħħnu tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE u tabroga d-Direttiva tal-Kunsill 78/548/KEE[61],

- Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temeda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE[62],

- Id-Diretiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b'dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħasar id-Direttiva 71/127/KEETest b'rilevanza għaż-ŻEE[63],

(19) L-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-twettiq tas-suq intern permezz ta' l-introduzzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi bil-mutur u tat-tajers ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Minħabba d-daqs ta' l-azzjoni meħtieġa l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju. Għaldaqstant, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif definit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, fir-rigward tas-sikurezza tagħhom.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi ta' tajers, fir-rigward tas-CO2 u ta' l-emissjonijiet ta' ħsejjes tagħhom.

Artikolu 2Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M, N u O kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE soġġetta għall-Artikoli 5 sa 10 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "Kontroll Elettroniku ta' l-Istabbiltà" jfisser funzjoni ta' kontroll elettroniku għal vettura li jtejjeb l-istabbiltà dinamika tal-vettura;

2. "Sistema ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn" tfisser sistema li tavża lis-sewwieq b'moviment mhux intenzjonat tal-vettura 'l barra mil-lejn li fih tkun qed tivvjaġġa;

3. "Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f'Emerġenza" tfisser sistema li tista' awtomatikament tindika sitwazzjoni ta' emerġenza u tattiva s-sistema ta' l-ibbrejkjar tal-vettura, bl-intervent tas-sewwieq jew mingħajru, biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li ħabta tiġi evitatat jew imnaqqsa;

4. " Indiċi tal-kapaċità ta' tagħbija " jfisser numru jew tnejn li jindikaw il-piż li t-tajer jista' jġorr kemm meta jkun singlu jew doppju bil-veloċità li tikkorrispondi mal-kategorija assoċjata tal-veloċità u meta jitħaddem skond ir-rekwiżiti li jiddefinixxu l-użu speċifikat mill-manifattur;

5. "Sistema għal Monitoraġġ tal-Pressjoni" tfisser sistema ffittjata f'vettura, li tkun tista' tikkalkula l-pressjoni tat-tajers jew il-varjazzjoni tal-pressjoni matul il-ħin u li titrażmetti informazzjoni korrispondenti lill-utent waqt li l-vettura tkun tiġri.

6. "Tajer professjonali off-road" ifisser tajer intenzjonat għal użu divers kemm fit-toroq jew le jew għal użu speċjali ieħor;

7. "Tajer għas-silġ" ifisser tajer, li jkollu fuqu l-kitba M+S jew M.S jew M&S, li d-disinn ta' l-irfis, il-kompożizzjoni jew l-istruttura tiegħu huma primarjament iddisinjati li jwettqu f'kundizzjonijiet ta' silġ prestazzjoni aħjar minn dik ta' tajer normali f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidu jew iż-żamma tas-sewqan tal-vettura;

8. "Spare tajer tip T għal użu temporarju" jfisser spare tajer għal użu temporarju disinjat għal użu bi pressjoni ta' nefħa ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;

9. "Tajer għal qbid" ifisser tajer għas-silġ fil-kategoriji C2 jew C3 intenzjonati li jiġu ffittjati mal-fus/ijiet tas-sewqan tal-vettura;

10. "Utent stradali mhux protett" ifisser nies mixjin fit-triq, ċiklisti u sewwieqa ta' mutur.

Kapitolu II Obbligi tal-manifatturi

Artikolu 4 Obbligi Ġenerali

1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħin, reġistrati jew fis-servizz fil-Komunità għandhom approvazzjoni tat-tipi skond dan ir-Regolament.

2. Il-manifatturi għandhom juru li l-unitajiet tekniċi separati jew il-komponenti kollha mibjugħin, reġistrati jew fis-servizz fil-Komunità għandhom approvazzjoni tat-tipi skond dan ir-Regolament.

Artikolu 5Rekwiżiti u testijiet

1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u montati b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti oħra tat-triq.

2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti definiti f'dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu ma':

(a) l-integrità ta' l-istruttura tal-vettura, inklużi testijiet ta' impatt;

(b) is-sistemi li jgħinu lis-sewwieq jikkontrolla l-vettura, inklużi l-brejk ta' l-isteering u s-sistemi elettroniċi tal-kontroll ta' l-istabbiltà;

(c) is-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b'viżibilità u informazzjoni dwar l-istat tal-karozza u ż-żona tal-madwar, inklużi l-ħġieġ, il-mirja u s-sistemi ta' informazzjoni għas-sewwieq;

(d) is-sistemi ta' dwal tal-vettura;

(e) il-protezzjoni ta' l-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta' ġewwa, fejn tistriħ ir-ras, iċ-ċinturieni tas-sigurtà, it-twaħħil ta' l-ISOfix jew strumenti integrati għall-kontroll tat-tfal, bibien tal-vettura;

(f) l-estern u l-aċċessorji tal-vettura;

(g) il-kompatibilità elettromanjetika;

(h) l-apparat ta' twissija li jinstema';

(i) is-sistemi tas-sħana;

(j) l-istrumenti li ma jħallux użu mhux awtorizzat;

(k) is-sistemi ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(l) il-massa u d-dimensjonijiet.

3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal liema kategoriji ta' vetturi fost dawk imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom japplikaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 6Rekwiżiti speċifiċi relatati ma' ċerti vetturi f'kategoriji N u O

1. Barra r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 5, 8, 9 u 10 il-vetturi fil-kategoriji N u O għandhom, fejn rilevanti, jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

2. Il-vetturi fil-kategoriji N2 u N3 għandhom jinbnew b'mod li jiżguraw li, f'każ ta' ħabta wiċċ imb'wiċċ ma' karozza oħra, ir-riskju ta' korriment għal okkupant ta' vettura li tidħol taħt vettura akbar jiġi minimizzat.

3. Il-vetturi fil-kategoriji N2, N3, O3 u O4 għandhom jinbnew biex jiżguraw li, f'każ li l-vettura tintlaqat mill-ġenb minn vettura oħra jew minn utent stradali mhux protett, jiġi minimizzat ir-riskju ta' korriment għal dak l-utent stradali mhux protett jew għal okkupant ta' vettura minħabba li jista' jidħol taħt il-karozza.

4. Il-kabina tal-karozza jew l-ispazju provdut għas-sewwieq u l-passiġġieri għandu jkun b'saħħtu biżżejjed biex joffri protezzjoni lill-okkupanti f'każ ta' impatt jew qlib.

5. Il-vetturi fil-kategorija N2 ta' massa massima li tkun aktar minn 7.5 tunnellati, u l-kategoriji kollha N3, O3 u O4 għandhom jinbnew biex jiġi minimizzat l-effett ta' titjir ta' ilma mill-vettura fuq il-viżibilità ta' vetturi oħrajn fit-triq.

6. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi rekwiżiti addizzjonali ta' sikurezza għal vetturi intenzjonati għal ġarr ta' merkanziji perikolużi fit-toroq bejn jew fl-Istati Membri.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 7Rekwiżiti speċifiċi relatati ma' vetturi f'kategoriji M2 u M3

1. Barra r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 5, 8, 9 u 10 il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3 għandhom, jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

2. Il-kapaċità ta' ġarr ta' vettura, inklużi passiġġieri bilqiegħda u bilwieqfa u l-utenti fuq wheelchair, għandha tkun adatta għall-massa, daqs u konfigurazzjoni tal-vettura.

3. Ix-xasijiet tal-vetturi għandhom jiġu disinjati u mibnija biex jippermettu lill-vettura li topera b'mod sikur u stabbli, anki meta tkun mgħobbija kollha. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu żgurati aċċess u ħruġ sikur mill-vettura partikolarment f'każ ta' emerġenza.

4. Il-vetturi ta' Klassi I għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b'mobilità nieqsa inklużi l-utenti ta' wheelchairs.

5. Il-materjali użati fil-bini minn ġewwa tal-karrozzerija ta' karozza tal-linja u coach għandhom kemm jista' jkun possibbli jevitaw jew ta' l-anqas jipposponu l-iżvilupp ta' fjammi sabiex jippermettu lill-okkupanti li jevakwaw il-vettura f'każ ta' nirien.

Artikolu 8Klassifikazzjoni ta' tajers

1. It-tipi ta' tajers għandhom jiġu klassifikati skond il-klassijiet li ġejjin:

(a) Tajers tal-Klassi C1 - tajers intenzjonati għal vetturi tal-kategoriji M1, O1 u O2;

(b) Tajers tal-Klassi C2 - tajers intenzjonati għal vetturi 'l fuq minn 3.5t tal-kategoriji M2, M3, N, O3 u O4 b'indiċi ta' kapaċità ta' tagħbija f'formazzjoni singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta' veloċità ≥ ' N';

(c) Tajers tal-Klassi C3 - tajers intenzjonati għal vetturi 'l fuq minn 3.5t tal-kategoriji M1, M2, M3, N2, N3, O3 u O4 ma' wieħed mill-indiċijiet tal-kapaċità ta' tagħbija li ġejjin:

(i) l-indiċi tal-kapaċità ta' tagħbija f'forma singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta' veloċità ≤ 'M';

(ii) l-indiċi tal-kapaċità f'forma singla ≥ 122.

Tip ta' tajer jista' jiġi klassifikat f'aktar minn klassi waħda definita fil-punti (a), (b) u (c), bil-kundizzjoni li t-tip ta' tajer jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta' kull klassi li għaliha jiġi approvat.

2. Għandhom japplikaw il-lista ta' l-indiċijiet tal-kapaċità ta' tagħbija u l-massi korrispondenti tagħhom misjuba fir-Regolament Nru 54 tal-UNECE[64].

Artikolu 9Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tajers ta' vetturi

1. It-tajers kollha provduti bħala parti mit-tagħmir ta' vettura, inkluż fejn adatt, kull spare tajer, għandhom ikunu adatti għal użu fuq il-vettura li għaliha kienu intenzjonati, partikolarment fir-rigward tad-dimensjonijiet, il-veloċità u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tagħbija tagħhom.

2. Il-vetturi fil-kategoriji M1 għandhom ikollhom Sistema għal Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers, li tkun kapaċi tavża lis-sewwieq meta tajer ikun qed jopera f'livell perikoluż ta' pressjoni baxxa b'mod sinifikanti taħt l-aħjar pressjoni għal konsum tajjeb ta' fjuwil.

3. It-tajers C1 kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-irbit fiż-żliq miżjuba fil-Parti A ta' l-Anness I.

4. It-tajers kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza tat-tidwir misjuba fil-Parti B ta' l-Anness I.

5. It-tajers kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-ħsejjes misjuba fil-Parti C ta' l-Anness I.

6. Paragrafi 3, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta' anqas minn 80 km fis-siegħa;

(b) tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(c) Spare tajers tat-tip T għal użu temporarju;

(d) tajers disinjati biss biex jitwaħħlu fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel [1 ta' Ottubru 1990];

(e) tajers li jitwaħħlu ma' strumenti addizzjonali biex tittejjeb il-ħila tal-qbid

7. Ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir definiti fil-Partijiet B u C ta' l-Anness I ma għandhomx japplikaw għal tajers professjonali off-road.

Artikolu 10Sistemi avvanzati ta' vetturi

1. Il-vetturi fil-Kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandu jkollhom Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f'Emerġenza li għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Kull Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f'Emerġenza ffittjata b'mod voluntarju mill-manifattur ta' vettura fil-kategoriji M1 or N1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2. Il-vetturi fil-Kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandu jkollhom Sistema ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn li għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Kull Sistema ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn iffittjata b'mod voluntarju mill-manifattur ta' vettura fil-kategoriji M1 or N1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi proċeduri, testijiet u rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tipi ta' sistemi avvanzati ta' vetturi oħrajn li mhumiex imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Kapitolu III Obbligi ta' l-Istati Membri

Artikolu 11 Approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, Komponenti u Unitajiet tekniċi separati

1. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2012 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għar-raġunijiet relatati ma' l-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi u tat-tajers koperti fl-Artikoli 5 sa 9 u l-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tar-reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, biex jagħtu l-approvazzjoni tat-tipi ta' l-KE jew l-approvazzjoni tat-tipi nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi tal-kategoriji speċifikati f'dawn l-Artikoli u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom, u li jagħtu approvazzjoni tat-tipi tal-komponenti/separati tekniċi tal-KE fir-rigward ta' tipi ġodda ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati intenzjonati għalihom, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

2. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2014 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati ma' l-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi u t-tajers koperti fl-Artikoli 5, 6, 7, 8, l-Artikolu 9(1) sa (4) u l-Partijiet A u B ta' l-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu għal tajers C3 u l-valuri limitu ta' reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, fil-każ ta' vetturi ġodda tal-kategoriji speċifikati f'dawn l-Artikoli li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li ma għadhomx aktar validi għal finijiet ta' l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fl-użu ta' vetturi ta' din ix-xorta u, f'każ ta' komponenti ġodda jew ta' unitajiet tekniċi separati intenzjonati għalihom li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fl-użu.

3. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2016, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħsejjes tat-tidwir tat-tajers, fir-rigward ta' tajers C3, kif ukoll relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tar-reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, fil-każ ta' vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament, jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità bħala validi għal finijiet ta' l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fl-użu ta' vetturi ta' din ix-xorta u, fil-każ ta' tajers ġodda intenzjonati għalihom li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fl-użu tagħhom.

4. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2016 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, li jagħtu approvazzjoni tat-tipi ta' l-KE jew nazzjonali fir-rigward ta' tajers ġodda ta' vettura tal-kategoriji M, N u O, u li jagħtu approvazzjoni tat-tipi lill-unitajiet komponenti/separati tekniċi fir-rigward ta' tipi ġodda ta' tajers intenzjonati għalihom, li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tar-reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I.

5. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza ta' tajers C1 u C2, fil-każ ta' vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O li ma jikkonformawx mal-valuri limitu ta' reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li għadhom aktar validi għal finijiet ta' l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fl-użu ta' vetturi ta' din ix-xorta u, f'każ ta' tajers ġodda intenzjonati għalihom li ma jikkonformawx mal-valuri limitu ta' reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fl-użu tagħhom.

6. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2020, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza ta' tajers C3, fil-każ ta' vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O li ma jikkonformawx mal-valuri limitu ta' reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li għadhom aktar validi għal finijiet ta' l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fl-użu ta' vetturi ta' din ix-xorta u, f'każ ta' tajers ġodda intenzjonati għalihom li ma jikkonformawx mal-valuri limitu ta' reżistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B ta' l-Anness I, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ tagħhom u d-dħul fl-użu.

7. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2013 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma' l-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi koperti fl-Artikolu 10, li jagħtu approvazzjoni tat-tipi tal-KE jew approvazzjoni tat-tipi nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, li jagħtu approvazzjoni tat-tipi tal-KE jew approvazzjoni tat-tipi nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ffittjati b'Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u/jew Sistema ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn, u li jagħtu approvazzjoni tat-tipi lill-unitajiet komponenti/separati tekniċi fir-rigward ta' tajers ġodda tas-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u s-Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn intenzjonati għalihom, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

8. B'seħħ mid-29 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mas-sikurezza koperta fl-Artikolu 10, fil-każ ta' vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 u vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1 iffittjati b'Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u/jew Sistema ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li għadhom aktar validi għal finijiet ta' l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fl-użu ta' vetturi ta' din ix-xorta u, f'każ ta' Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f'Emerġenza u/jew Sistemi ta' Indikazzjoni ta' Ħruġ mil-Lejn intenzjonati għalihom li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ tagħhom u d-dħul fl-użu.

9. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fl-użu ta' komponenti u unitajiet separati tekniċi b'approvazzjoni tat-tipi qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ikomplu jestendu l-għoti ta' approvazzjonijiet lil dawk il-komponenti u unitajiet separati tekniċi skond it-termini tad-Direttiva li permezz tagħha dawn kienu oriġinalment mogħtija, sakemm ir-rekwiżiti li japplikaw għal komponenti u unitajiet separati tekniċi ta' din ix-xorta ma ġewx emendati u/jew ma żdidux rekwiżiti ġodda b'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fl-użu u għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet tat-tipi tal-KE lill-komponenti ta' bdil u lill-unitajiet separati tekniċi, bl-eċċezzjoni ta' spare tajers, intenzjonati għal approvazzjoni tat-tipi ta' vetturi qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, skond it-termini tad-Direttiva li permezz tagħha dawn kienu oriġinalment mogħtija.

10. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 9, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 5(3) u 13, jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, għal raġunijiet relatati ma' l-oqsma tas-sikurezza ta' vetturi u ta' tajers koperti mill-Artikoli 5 sa 10 jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tipi tal-KE jew approvazzjoni tat-tipi nazzjonali għal tip ġdid ta' vettura jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tipi ta' unitajiet komponent/separat tekniċi tal-KE lill-tip ġdid ta' komponent jew unità separata teknika, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fl-użu ta' vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fl-użu ta' komponent jew unità separata teknika, jekk il-vettura, il-komponent jew l-unità separata teknika konċernati jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti definiti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 12Penali

1. Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali ffissati għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2. It-tipi ta' ksur li huma soġġetti għal penali għandhom jinkludu:

a) dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta' approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu revoka;

b) falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tipi;

c) iż-żamma ta' data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal sejħa lura jew irtirar ta' l-approvazzjoni tat-tipi.

Kapitolu IVDispożizzjonijiet finali

Artikolu 13Miżuri implimentattivi

1. Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, relatati mal-proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi relatati mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5 sa 10 u ta' l-Anness I għandhom jiġi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu definizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi li tajer għandu jissodisfa biex jiġi definit bħala "tajer professjonali off-road".

2. Sakemm il-miżuri adottati fil-paragrafu 1 għandhom x'jaqsmu ma' l-emenda tal-valuri limitu tar-reżistenza tat-tidwir u tal-ħsejjes tat-tidwir għat-tajers definiti fil-partijiet B u C ta' l-Anness I bħala riżultat ta' bidliet fil-proċeduri tat-testijiet, dawn għandhom jiġi stabbiliti mingħajr ma jitbaxxa l-livell eżistenti ta' ambizzjoni fir-rigward ta' l-ambjent.

Artikolu 14Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15Revoka

1. Id-Direttivi 70/221/KEE, 70/222/KEE, 70/311/KEE, 70/387/KEE, 70/388/KEE, 71/320/KEE, 72/245/KEE, 74/60/KEE, 74/61/KEE, 74/297/KEE, 74/408/KEE, 74/483/KEE, 75/443/KEE, 76/114/KEE, 76/115/KEE, 76/756/KEE, 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/389/KEE, 77/538/KEE, 77/539/KEE, 77/540/KEE, 77/541/KEE, 77/649/KEE, 78/316/KEE, 78/317/KEE, 78/318/KEE, 78/549/KEE, 78/932/KEE, 89/297/KEE, 91/226/KEE, 92/21/KEE, 92/22/KEE, 92/24/KEE, 92/114/KEE, 94/20/KE, 95/28/KE, 96/27/KE, 96/79/KE, 97/27/KE, 98/91/KE, 2000/40/KE, 2001/56/KE, 2001/85/KE, 2003/97/KE huma revokati b'effett mid-29 ta' Ottubru 2014.

2. Id-Direttiva 92/23/KEE hija revokata b'effett mill-29 ta' Ottubru 2018.

3. Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Japplika minn [29 ta' Ottubru 2012].

Madankollu, l-Artikoli, 5(3), 6(6), 10(3), 11(10) u 13 u l-punti 1 (a) (iii), 1 (b) (iii), 1 (b) (iv), 2 (c), 3 (a) (iii), 3 (b) (iii), 3 (c) (iii), 3 (d) (iii), 3 (e) (iii) u 3 (f) (i) ta' l-Anness II għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ. Il-punti 1 (a) (i), 1 (b) (i), 2 (a), 3 (a) (i), 3 (b) (i), 3 (c) (i), 3 (d) (i), 3 (e) (i) u 3 (f) (ii) ta' l-Anness II għandhom japplikaw mid-29 ta' Ottubru 2014. Il-punti 1 (a) (ii), 1 (b) (ii), 2 (b), 3 (a) (ii), 3 (b) (ii), 3 (c) (ii), 3 (d) (ii) u 3 (e) (ii) ta' l-Anness II għandhom japplikaw mid-29 ta' Ottubru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I: Rekwiżiti għal Tajers rigward l-Irbit fiż-Żliq, ir-Reżistenza tat-tidwir u l-Ħsejjes tat-tidwir

Il-Parti A - Irbit fiż-Żliq

It-tajers tal-Klassi C1 għandhom jissodisfaw r-rekwiżiti li ġejjin:

Kategorija ta' użu | Indiċi ta' l-irbit fiż-żliq (G) |

tajer għas-sliġ b'simbolu ta' veloċità ("Q" jew taħt minus "H") li jindika veloċità massima permissibbli li ma tkunx aktar minn 160 km/s. | ≥ 0.9 |

tajer għas-sliġ b'simbolu ta' veloċità ("R" jew aktar, plus "H") li jindika veloċità massima permissibbli aktar minn 160 km/s. | ≥ 1.0 |

tajer (li jintuża fit-toroq) normali | ≥ 1.1 |

Il-Parti B - Reżistenza tat-tidwir

Il-valuri massimi għall-koeffiċjenza tar-reżistenza tat-tidwir għal kull tip ta' tajer, kalkulati skond l-ISO 28580, ma għandhomx ikunu aktar milli ġej:

Tabella 1

Kategorija tat-tipi | Valur Massimu (kg/tunnellata) L-1 stadju |

C1 | 12 |

C2 | 10.5 |

C3 | 8.0 |

Tabella 2

Kategorija tat-tipi | Valur Massimu (kg/tunnellata) It-2 stadju |

C1 | 10.5 |

C2 | 9 |

C3 | 6.5 |

Il-Parti C – Ħsejjes tat-tidwir

1. Il-livelli tal-ħsejjes determinati skond il-proċedura speċifika fl-implimentazzjoni tal-miżuri għal dan ir-Regolament ma għandhomx ikun aktar mil-limiti indikati fil-punti 1.1 jew 1.2. It-tabelli fil-punti 1.1 u 1.2 jirrappreżentaw il-valuri kalkulati koreġuti għal temperatura, minbarra fil-każ tat-tajers C3, u t-toleranza ta' l-istrument u rrawndjati għall-eqreb valur sħiħ.

1.1 It-tajers tal-Klassi C1, b'referenza għal wisa' tas-sezzjoni nominali tat-tajer li ġie ttestjat:

Klass tat-tajer | Wisa' nominali tas-sezzjoni (mm) | Valuri limitu f'dB(A) |

C1A | ≤ 185 | 70 |

C1B | > 185 ≤ 215 | 71 |

C1C | > 215 ≤ 245 | 71 |

C1D | > 245 ≤ 275 | 72 |

C1E | > 275 | 74 |

1.2 Il-Klassi C2 u t-tajers C3, b'referenza għall-kategorija ta' użu tal-firxa ta' tajers:

Klass tat-tajer | Wisa' nominali tas-sezzjoni (mm) | Valuri limitu f'dB(A) |

C2 | Normali | 72 |

Tajers għal qbid | 73 |

C3 | Normali | 73 |

Tajers għal qbid | 75 |

ANNESS IIEmendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Il-Parti I ta' l-Anness IV hi emendata kif ġej:

a) It-tabella hija emendat kif ġej:

i) Jitħassru l-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 42 sa 45 u 47 sa 57;

ii) Il-punt 46 hu mħassar;

iii) Jiżdied il-punt 63 li ġej:

Partita | Suġġett | Referenza għall-att regolatorju | Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali | Applikabilità |

63 | Sikurezza ġenerali | [KE) Nru …/… għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] | [L .., …, p. .. għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] | P/A |

ii) Fil-"muftieħ", jiżdied it-test li ġej:

P/A: Dan ir-Regolament hu parzjalment applikabbli. L-iskop preċiż ta' applikazzjoni hu stabbilit fil-miżuri ta' implimentazzjoni għar-Regolament.

2. Fl-Appendiċi għall-Anness VI, it-tabella hi emendata kif ġej:

a) Jitħassru l-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 42 sa 45 u 47 sa 57;

b) Il-punt 46 hu mħassar;

c) Jiżdied il-punt 63 li ġej:

Suġġett | Referenza għall-att regolatorju | Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali | Kif emendat bi | Applikabbli għall-verżjonijiet |

63. Sikurezza ġenerali | [KE) Nru …/… għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] | [L .., …, p. .. għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] |

3. L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a) Fl-Appendiċi 1, it-tabella hi emendata kif ġej:

i) Jitħassru l-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 44, 45 u 47 sa 54;

ii) Il-punt 46 hu mħassar;

iii) Jiżdied il-punt 63 li ġej:

Partita | Suġġett | Referenza għall-att regolatorju | M1 ( 2 500 (1) kg | M1 ( 2 500 (1) kg | M2 | M3 |

63 | Sikurezza ġenerali | [KE) Nru …/… għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] | P/A | P/A | P/A | P/A |

(b) Fl-Appendiċi 2, it-tabella hi emendata kif ġej:

i) Jitħassru l-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 42 sa 45 u 47 sa 57;

ii) Il-punt 46 hu mħassar;

iii) Jiżdied il-punt 63 li ġej:

63 | Sikurezza ġenerali | [KE) Nru …/… għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] | P/A |

(d) Fl-Appendiċi 4, it-tabella hi emendata kif ġej:

i) Jitħassru l-punti 3 sa 10, 13 sa 36, 42 sa 45 u 47 sa 57;

ii) Il-punt 46 hu mħassar;

iii) Jiżdied il-punt 63 li ġej:

58 | Sikurezza ġenerali | [KE) Nru …/… għandu jitniżżel in-numru ta' dan ir-Regolament] | P/A |

(f) "Tifsira ta' l-ittri" hi emendata kif ġej:

i) Jitħassru l-punti C, U, W5, u W6.

(ii) Jiżdied it-test li ġej:

“P/A: Dan l-att regolatorju hu parzjalment applikabbli. L-ambitu preċiż ta' applikazzjoni hu stabbilit fil-miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regolament."

[1] COM(2007) 22.

[2] CARS 21, A Competitive Automotive Regulatory System for the 21st century: ISBN 92-79-00762-9.

[3] COM(2001) 370.

[4] COM(2007) 19.

[5] COM(2003) 71.

[6] ĠU C , , p. .

[7] ĠU C , , p. .

[8] ĠU C […], […], p. […].

[9] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[11] ISBN 92-79-00762-9.

[12] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[13] COM(2007) 19.

[14] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (L 363, 20.12.2006, p. 81).

[15] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 25. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1972.

[16] ĠU L 133, 18.6.1970, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/7/KE (ĠU L 40, 13.2.1999, p. 36).

[17] ĠU L 176, 10.8.1970, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE (ĠU L 130, 12.5.2001, p. 33).

[18] ĠU L 176, 10.8.1970, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[19] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[20] ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[21] ĠU L 38, 11.2.1974, p. 2. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 8.4.2000, p. 22).

[22] ĠU L 38, 11.2.1974, p. 22. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[23] ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/662/KE (ĠU L 366, 31.12.1991, p. 1).

[24] ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[25] ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/15/KE (ĠU L 75, 15.3.2007, p. 21).

[26] ĠU L 196, 26.7.1975, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/39/KE (ĠU L 177, 5.7.1997, p. 15).

[27] ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[28] ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 149).

[29] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/35/KE (ĠU L 157, 26.3.2003, p. 14).

[30] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[31] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[32] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[33] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[34] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[35] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[36] ĠU L 145, 13.6.1977, p. 41. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/64/KE (ĠU L 258, 11.10.1996, p. 26).

[37] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[38] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[39] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[40] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[41] ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/630/KE (ĠU L 341, 6.12.1990, p. 20).

[42] ĠU L 81, 28.3.1978, p. 3. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/91/KE (ĠU L 284, 19.11.1993, p. 25).

[43] ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27.

[44] ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[45] ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE (ĠU L 354, 31.12.1994, p. 10).

[46] ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[47] ĠU L 124, 5.5.1989, p. 1.

[48] ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/96/KE.

[49] ĠU L 129, 14.5.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/48/KE (ĠU L 233, tas-30.9.1995, p. 73).

[50] ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/92/KE (ĠU L 291, 8.11.2001, p. 24).

[51] ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 02005/11/KE (ĠU L 46, 17.2.2005, p. 42).

[52] ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2004, p. 19).

[53] ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17.

[54] ĠU L 195, 29.7.1994, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[55] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[56] ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.

[57] ĠU L 18, 21.1.1997, p. 7. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/98/KE (ĠU L 9, 13.1.2000, p. 14).

[58] ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE (ĠU L 79, 26.3.2003, p. 6).

[59] ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25.

[60] ĠU L 203, 10.8.2000, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[61] ĠU L 292, 9.11.2001, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[62] ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/96/KE.

[63] ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

[64] ĠU […]

Top