Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0230

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus

    /* KUMM/2008/0230 finali */

    52008PC0230

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus /* KUMM/2008/0230 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 30.4.2008

    KUMM(2008) 230 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, jimponi ċerti miżuri restrittivi fil-konfront tal-Belarus skond il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2006/362/CFSP.

    2. Huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi armonizzat ma' l-iżviluppi riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fir-rigward ta' l-identifikazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għal ċertu ksur u n-notifika għall-pubbliku dwar il-modalitajiet għaż-żamma ta' ċerti listi.

    3. Biex titħares iċ-ċarezza, il-Kummissjoni qed tipproponi li terġa' tippubblika b'mod sħiħ dawk l-Artikoli kollha li għalihom jeħtieġ li jsiru emendi.

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus[1],

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus[2] impona miżuri restrittivi skond il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK.

    (2) Huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi armonizzat ma' l-iżviluppi riċenti fil-prattika tas-sanzjonijiet fejn tidħol l-identifikazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà għal ċertu ksur u n-notifika għall-pubbliku dwar il-modalitajiet għaż-żamma ta' ċerti listi. Biex titħares iċ-ċarezza, dawk l-Artikoli li għalihom għandhom isiru emendi għandhom jerġgħu jiġu ppubblikati sħaħ,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1) Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

    “Artikolu 2a

    Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) m'għandha tagħti lok għall-ebda tip ta’ obbligazzjoni min-naħa ta' persuni naturali jew ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru din il-projbizzjoni.”

    (2) L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikati fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

    (a) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness I u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inkluż ħlas għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ l-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

    (b) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u rimborż ta’ spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta’ servizzi legali;

    (c) maħsuba esklussivament għal ħlas ta’ onorarji jew ħlasijiet għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew

    (d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, kemm-il darba l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni r-raġunijiet li fuqhom ikun iqis li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1."

    (3) L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli rigward ir-rappurtaġġ, il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali, persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

    (a) jipprovdu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fil-pajjiż fejn huma residenti jew ibbażati, b'kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew indirettament, lill-Kummissjoni; kif ukoll

    (b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.

    2. Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew intlaqgħat.”

    (4) L-Artikolu 8 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “1. Il-Kummissjoni tingħata l-poter li:

    (a) temenda l-Anness I skond deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' l-Anness IV għall-Posizzjoni Komuni 2006/276/PESK; kif ukoll

    (b) temenda l-Anness II fuq il-bażi tat-tagħrif fornit mil-Istati Membri.

    2. Għandu jiġi ppubblikat avviż dwar il-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni b’rabta ma’ l-Anness I."

    (5) Għandu jiġi inserit l-Artikolu 9a li ġej:

    “Artikolu 9a

    1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3, 4(2) u 5, u jidentifikawhom fis-siti ta' l-internet kif elenkati fl-Anness.

    2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inkluż fejn u kif jikkuntattjawhom, sat-30 ta' Mejju 2008 u għandhom jgħarrfuha b'kull emenda sussegwenti.”

    (6) L-Anness II huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, [...]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    “ANNESS II

    Il-websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4(2) u 5 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    (għandha timtela mill-Istati Membri)

    IL-BELĠJU

    IL-BULGARIJA

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    ID-DANIMARKA

    IL-ĠERMANJA

    L-ESTONJA

    IL-GREĊJA

    SPANJA

    FRANZA

    L-IRLANDA

    L-ITALJA

    ĊIPRU

    IL-LATVJA

    IL-LITWANJA

    IL-LUSSEMBURGU

    L-UNGERIJA

    MALTA

    L-OLANDA

    L-AWSTRIJA

    IL-POLONJA

    IL-PORTUGALL

    IR-RUMANIJA

    IS-SLOVENJA

    IS-SLOVAKKJA

    IL-FINLANDJA

    L-IŻVEZJA

    IR-RENJU UNIT

    Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

    European Commission

    DĠ Relazzjonijiet Esterni

    Direttorat A. Pjattaforma ta’ Kriżi u Koordinazzjoni tal-Politika fir-rigward tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni

    Unità A2. Ġestjoni tal-Kriżijiet u Bini tal-Paċi

    CHAR 12/106

    B-1049 Brussell (Il-Belġju)

    E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

    Tel. (322) 295 55 85

    Nru tal-Fax (32 2) 299 08 73”

    [1] ĠU L 101.11.4.2006, p. 5. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/..../PESK (ĠU L ...,...) 4.2008, p. ..).

    [2] ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    Top