EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0166

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

/* KUMM/2008/0166 finali */

52008PC0166

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan /* KUMM/2008/0166 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 1.4.2008

KUMM(2008) 166 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Bażijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96[1] dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan. |

120 | Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004[2], li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan. |

141 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħrajn ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni ma' partijiet interessati |

219 | L-applikanti u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bis-sejbiet ta’ l-eżami u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

230 | Stima ta' l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jaħsibx għal stima ta’ l-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi, intgħażel kampjun matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni sussegwenti. Din ir-reviżjoni ġiet konkluża bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006, li jistabbilixxi rati ta’ dazju individwali ġodda li jvarjaw minn 0% għal 8.5%. Kumpaniji oħrajn li kkooperaw li mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata kkalkulata ta' dazju medja ta’ 5.8%. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ('trattament ta’ produttur esportatur ġdid' jew 'NEPT'). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2007 stabbilixxa s-sejbiet li jikkonċernaw tmintax-il kumpanija Pakistana li talbu NEPT. Erbgħa minn dawn il-kumpaniji ngħataw NEPT filwaqt li l-erbatax-il kumpanija l-oħra kellhom it-talbiet tagħhom miċħuda. Tlettax-il kumpanija Pakistana sussegwentement talbu NEPT u li isimhom jiżdied mal-lista ta’ kumpaniji suġġetti għad-dazju medju kkalkulat ta’ 5.8 %. Huwa propost li tnejn minn dawn il-kumpaniji jingħataw NEPT filwaqt li l-ħdax-il kumpanija l-oħra ikollhom it-talbiet tagħhom miċħuda. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament, li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |

310 | Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku")[3]. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

331 | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2007 ma jħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

332 | L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi mminimizzat u jsir proporzjonali ma' l-għan tal-proposta mhix applikabbli. |

L-għażla ta' l-istrumenti |

341 | L-istrumenti proposti: regolament. |

342 | Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja. Ir-regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ir-'Regolament bażiku')[4],

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004[5] tat-2 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA TA’ QABEL

(1) Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità fuq friex tas-sodda tal-qoton li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302 21 00 81, 6302 21 00 89), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302 22 90 19), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302 31 00 90) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302 32 90 19), li joriġinaw mill-Pakistan. Ġie impost dazju anti-dumping ta’ 13.1 % fil-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji kollha li jesportaw il-prodott ikkonċernat fil-Komunità.

(2) F’Mejju 2006, wara reviżjoni interim parzjali ex officio skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 695/2006[6], emenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 u stabbilixxa rati ta’ dazju ġodda li jvarjaw minn 0% għal 8.5% bbażati fuq perjodu ta' investigazzjoni ġdid ('PI' mill-1 ta' April 2003 sal-31 ta' Marzu 2004. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw, ġie stabbilit kampjun.

(3) Il-kumpaniji magħżula fil-kampjun ingħataw ir-rati ta’ dazju individwali stabbiliti matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, filwaqt li kumpaniji oħrajn li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata medja kkalkulata ta’ dazju ta' 5.8 %. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 8.5 % fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(4) L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ('trattament ta’ produttur esportatur ġdid' jew 'NEPT').

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2007 stabbilixxa s-sejbiet li jikkonċernaw tmintax-il kumpanija Pakistana li talbu NEPT. Erbgħa minn dawn il-kumpaniji ngħataw NEPT, filwaqt li t-talbiet ta' l-erbatax-il kumpanija l-oħra ġew miċħuda.

B. TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA

(6) Tlettax-il kumpanija addizzjonali Pakistana talbu li jingħataw NEPT.

(7) Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, billi ġie vverifikat li:

- ma esportax fil-Komunità l-prodott deskritt fil-premessa (1) hawn fuq fil-perjodu bejn l-1 ta’ April 2003 u l-31 ta’ Marzu 2004,

- mhux relatat ma' ebda esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament u,

- effettivament esporta lejn il-Kommunità l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma msejsa l-miżuri, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti fil-Komunità.

(8) Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti kollha li ntalbu jipprovdu evidenza sabiex juru li ssodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq.

(9) Produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn it-tliet kriterji jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5.8 % skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004.

C. SEJBIET

KUMPANIJI LI BAGĦTU TWEĠIBIET MHUX KOMPLUTI

(10) Tliet kumpaniji Pakistanti li talbu NEPT ma wiġbux għall-ewwel kwestjonarju. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi ikkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti.

KUMPANIJI LI BAGĦTU TWEĠIBA KOMPLUTA

(11) Fil-każ ta’ żewġ produtturi esportaturi Pakistani, l-eżami tat-tagħrif mibgħut wera li kien hemm biżżejjed evidenza biex juru li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004. Għalhekk, dawn iż-żewġ produtturi jistgħu jingħataw ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 5.8%) skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(12) Kumpanija Pakistana waħda nstabet li kienet relatata ma' kumpanija li kkooperat fl-investigazzjoni ta' reviżjoni u li esportat il-prodott ikkonċernat matul il-PI. Għalhekk, dan il-produttur ma ssodisfax it-tieni kriterju stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, u t-talba tiegħu kellha tiġi miċħuda. Din il-kumpanija ġiet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma setgħetx titqies iktar u ngħatat l-opportunità li tikkummenta, imma ma bagħtet l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal bidla fis-sejbiet.

(13) Tliet kumpaniji Pakistani nstabu li esportaw il-prodott ikkonċernat matul il-PI. Għalhekk, dawn it-tliet produtturi ma ssodisfawx l-ewwel kriterju stabbilit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 u t-talbiet tiegħu għal NEPT ġew miċħuda. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma setgħetx titqies iktar u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, imma ma bagħtu l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal bidla fis-sejbiet.

(14) Tliet kumpaniji Pakistani ma kinux kapaċi jippruvaw li biegħu l-prodott ikkonċernat lill-Komunità wara l-PI jew li kienu daħlu f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesportaw kwantità sinifikanti lejn il-Komunità. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit jekk dawn il-kumpaniji kinux esportaw il-prodott ikkonċernat wara l-PI kif stipulat fit-tielet kriterju fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, u għalhekk it-talbiet tagħhom għal NEPT ġew miċħuda. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma setgħetx titqies iktar u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, imma ma bagħtu l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal bidla fis-sejbiet.

(15) Kumpanija Pakistan ma kinitx kapaċi tipprova li kienet produttur ikkonċernat u ma forniet l-ebda evidenza ta' sostenn ta' l-ebda bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-KE wara l-PI. Dan l-applikant għalhekk ma ssodisfax il-kriterju bażiku ta’ produttur esportatur u l-applikazzjoni tiegħu ma setgħetx tiġi kkunsidrata aktar. Din il-kumpanija ġiet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma setgħetx titqies iktar u ngħatat l-opportunità li tikkummenta, imma ma bagħtet l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal bidla fis-sejbiet.

(16) L-applikanti kollha u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bis-sejbiet finali ta’ l-eżami u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom.

D. KONKLUŻJONI

(17) B’kunsiderazzjoni għas-sejbiet imsemmija fil-premessa (11) hawn fuq, żewġ produtturi esportaturi Pakistani nstabu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 biex jingħataw NEPT. Dawn il-kumpaniji għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista ta' manifatturi li kkooperaw fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 u jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju ta’ 5.8%. It-talbiet mibgħuta mill-ħdax-il kumpanija Pakistana li jibqa' għandhom ikunu miċħuda għar-raġunijiet spjegati hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ manifatturi li kkooperaw fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 għandha tinbidel b'dan li ġej:

'

Isem | Indirizz |

A.B. Exports (PVT) Ltd | Off. No 6, Ground Floor, Business Center, New Civil Lines, Faisalabad |

A.S.T. (PVT) Limited | Saba Square 2-C, Saba Commercial Street No 3, Phase V Extension, D.H. Authority, Karachi |

Aala Processing Industries (PVT) LTD | 5 KM Satyana Road Faisalabad 38000 |

Abdur Rahman Corporation (Pvt) Ltd | P-214 Muslim Town #1, Sarghoda Road, Faisalabad |

Adil Waheed Garments | 66-Zubair Colony, Jaranwala Road, Faisalabad |

Afroze Textile Industries (Pvt) Ltd | LA 7/1-7, Block 22 F.B. Area, Karachi |

Al Musawar Textile (PVT) Ltd | Atlas Street, Maqbool Road, Faisalabad |

M/S Al-Ghani International | 202 Bhaiwala, Ghona Road, Faisalabad |

Al-Karam Textile Mills (PVT) Ltd | 3rd floor, K.D.L.B. Building, 58-West Wharf Road, Karachi |

Al-Latif | W,S, 24, Block-2, Azizabad, F.B. Area, Karachi-75950 |

Al-Noor Processing & Textile Mills | Sargodha Road, Near Bava Chak, Faisalabad |

Al-Raheem Textile | F/40, Block-6, P.E.C.H.S., Karachi |

Ameer Enterprises | 3rd floor, Bismillah Centre, Street No 2, Karkhana Bazar, Yanr Market, Faisalabad |

Amsons Textile Mills (PVT) Ltd | D-14/B, S.I.T.E., Karachi |

Amtex (Private) Limited | 1-Km, Khurrianwala-Jaranwala Road, Faisalabad |

Anjum Textile Mills (PVT) Ltd | Anjum Street, Nalka Kohala, Sarghoda Road, Faisalabad |

Ansa Industries | Plot #16, Sector C-2 Karachi Exporting Processing Zone Landhi Industrial Area Karachi 74000 |

Apex Corporation | 1-19, Arkay Square, PO Box 13373, Karachi |

M/S Arif Textiles Private Limited | Karim Bibi Street, Bawa Chak, Sargodah Road Faisalabad |

Arshad Corporation | 1088/2, Jail Road Faisalabad 38000 |

Arzoo Textile Mills Ltd | 2.6 km, Jaranwala Road, Khurrinwala, Faisalabad |

Asia Textile Mills | D-156, S.I.T.E. Avenue, Karachi |

Aziz Sons | D21/Karach, S.I.T.E., Karachi-75700 |

B.I.L. Exporters | 15/5, Sector 12/C, North Karachi Industrial Area, Karachi |

Baak Industries | P-107, Akbarabad, Near Allied Hospital, Faisalabad |

Be Be Jan Pakistan Limited | Square No 7, Chak No 204/R.B., Faisalabad |

Bela Textiles Ltd | A-29/A, S.I.T.E., Karachi |

Bismillah Fabrics (PVT) Ltd | 3 Km, Jhumbra Road, Khurrianwala, Faisalabad |

Bismillah Textiles (PVT) Ltd | 1. KM, Jaranwala Road, Khurrianwala, Faisalabad |

Classic Enterprises | B-1/1, Sector 15, Korangi Industrial Area, Karachi |

M/S Club Textile | Sargodha Road, Ali Block Faisalabad |

Cotton Arts (PVT) Ltd | 613/1, Dagrawaan Road, Faisalabad |

D.L. Nash (Private) Ltd | 11, Timber Pond, Keamari Road, Karachi-75620 |

Dawood Exports PVT Ltd | PO Box 532, Sarghoda Road, Faisalabad |

Decent Textiles | P-1271, Abdullahpur, West Canal Road, Faisalabad |

En Em Fabrics (Pvt) Ltd | 10th Km, Sarghoda Road, Faisalabad |

En Em Industries Ltd | 10th Km, Sargodha Road, Faisalabad |

Enn Eff Exports | 4th floor, Business Centre, New Civil Lines, Faisalabad |

Faisal Industries | Office 205, Madina City Mall, Abdullah Haroon Road, Saddar, Karachi |

Fashion Knit Industries | 5-Business Centre, Ground Floor, Mumtaz Hassan Road, Karachi |

Fateh Textile Mills Limited | PO Box No 69, Hali Road, S.I.T.E., Hyderabad |

Gerpak Textile (PVT) Ltd | 317 Clifton Centre, Schon Circle, Kehkashan Clifton, Karachi |

Gohar Textile mills | 208 Chak Road, Zia Town, Faisalabad |

H.A. Industries (PVT) Ltd | 10 KM, Jaranwala Road, Faisalabad |

Haroon Fabrics (Private) Limited | P-121, Rafique Colony, Jail Road, Faisalabad |

Hay's (PVT) Limited | A-33, (C), Textile Avenue, S.I.T.E., Karachi-75700 |

M/S Home Furnishings Limited | Plot No 1, 2, 10, 11, Sector IX-B., Karachi Export Processing Zone, Karachi |

Homecare Textiles | D-115, S.I.T.E., Karachi |

Husein Industries Ltd | HT-8 Landhi Industrial & Trading Estate, Landhi, Karachi |

Ideal International | A-63/A, SIND Industrial Trading Estate, Karachi-75700 |

J.K. Sons Private Limited | 3-1/A, Peoples Colony Jaranwala Road Faisalabad |

Jaquard Weavers | 811 Mahmoodabad Colony, Multan |

Kam International | F-152, S.I.T.E., Karachi |

Kamal Spinning Mills | 4th KM, Jranwala Road, Khurrianwala, Faisalabad |

Kausar Processing Industries (PVT) Ltd | P-61 Gole Chiniot Bazar, Faisalabad |

Kausar Textile Industries (PVT) Ltd | Maqbool Road, Faisalabad |

Khizra Textiles International | P-68, First Floor, Tawakal Cloth Market, Gol Chiniot Bazar, Faisalabad-38000 |

Kohinoor Textile Mills Limited | Peshawar Road, Rawalpindi |

Latif International (PVT) Ltd | Street No 1, Abdullahpur, Faisalabad |

Liberty Mills Limited | A/51-A, S.I.T.E., Karachi |

M/s M.K. SONS Pvt Limited | 2 KM, Khurrianwala, Jarranwala Road, Faisalabad |

MSC Textiles (PVT) Ltd | P-19, 1st floor, Montgomery Bazar, Faisalabad |

Mughanum (PVT) Ltd | P-162, Circular Road, Faisalabad |

Mustaqim Dyeing & Printing Industries (Pvt) Ltd | D-14/A, Bada Board, S.I.T.E., Karachi |

Naseem Fabrics | Suite #404, 4th floor, Faisalcomplex, Bilal Road, Civil Lines, Faisalabad |

Nawaz Associates | 87 D/1 Main Boulevard Gulberg III, Lahore |

Nazir Industries | Suite 3, 7th floor, Textile Plaza, M.A. Jinnah Road, Karachi-74000 |

Niagara Mills (PVT) Ltd | Kashmir Road, Nishatabad, Faisalabad |

Nina Industries Limited | A-29/A, S.I.T.E., Karachi |

Nishitex Enterprises | P-224, Tikka Gali No 2, Y.Y. Plaza., 1st floor, Montgomery Bazar, Faisalabad |

Parsons Industries (PVT) Ltd | E-53 S.I.T.E., Karachi |

Popular Fabrics (PVT) Limited | Plot 115, Landhi Industrial Area, Karachi |

Rainbow Industries | 810/A, Khanewal Road, Multan |

Rehman International | P-2, Al Rehman House, Ghulam Rasool Nagar Main Road, Sarfraz Colony, Faisalabad |

Sadaqat Textile Mills Pvt Ltd | Sadaqat Street, Sarghoda Road, Faisalabad |

Sadiq Siddique Co. | 170-A, Latif Cloth Market, M.A. Jinnah Road, Karachi |

Sakina Exports International | #313, Dada Chambers, M.A. Jinnan Road, Karachi-74000 |

Samira Fabrics (PVT) Ltd | 401-403, Chapal Plaza, Hasrat Mohani Road, Karach |

Sapphire Textile Mills Limited | 313, 3rd floor, Cotton exchange Bldg. I.I., Chundrigar Road, Karachi |

Shahzad Siddique (PVT) Ltd | 4,5 KM, Khurrainwala Jaranwala Road, Faisalabad |

Shalimar Cotton Export (PVT) Ltd | Yousaf Chowk, Sarghoda Road, Faisalabad |

Sharif Textiles Industries (PVT) Ltd | PO Box 265, Satiana Road, Faisalabad |

Shercotex | 39/c, Peoples Colony, Faisalabad |

Sitara Textile Industries Limited | 6- K.M., Sargodha Road, Faisalabad |

South Asian Textile Inds. | Street No 3, Hamedabad Colony, Vehari Road, Multan |

Sweety Textiles Pvt Ltd | P-237, 2nd floor, Hassan Arcade Montgomery Bazar, Faisalabad |

Tex-Arts | P-22, 1st floor, Montgomery Bazar, Faisalabad |

The Crescent Textile Mills Ltd | Sargodha Road, Faisalabad |

Towellers Limited | WSA 30-31, Block 1, Federal B, Karachi |

Union Exports (PVT) Limited | D-204/A, S.I.T.E., Karachi-75700 |

United Finishing Mills Ltd | 2nd floor, Regency Arcade, The Mall, Faisalabad |

United Textile Printing Industries (Pvt) Ltd | PO Box 194, Maqbool Road, Faisalabad |

Wintex Exports PVT Ltd | P-17/A, Main Road, Sarfaraz Colony, Faisalabad |

Zafar Fabrics (PVT) Limited | Chak No 119, J.B. (Samana), Sarghoda Road, Faisalabad |

Zamzam Weaving and Processing Mills | Bazar 1, Razabad, Faisalabad |

ZIS Textiles Private Limited | 3Km Sheikhupaura Road Khurrianwala Faisalabad |

'

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[2] ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2007 (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 1).

[3] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[4] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

[5] ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2007 (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 1).

[6] ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14.

Top