This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0149
Proposal for a Council Directive adapting Directive 2006/87/EC of the European Parliament and of the Council laying down technical requirements for inland waterway vessels , by reason of the accession of the Republic of Bulgaria and Romania
Proposta ta' direttiva tal-Kunsill li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
Proposta ta' direttiva tal-Kunsill li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
/* KUMM/2008/0149 finali */
Proposta ta' direttiva tal-Kunsill li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija /* KUMM/2008/0149 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.3.2008 KUMM(2008) 149 finali Proposta ta' DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI L-Artikolu 56 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-2005 jistipula li fejn atti ta' l-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali ġie adottat mill-Kummissjoni, għandhom għal dan il-għan jadottaw l-atti meħtieġa. Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill annessa tkopri l-adattamenti fil-qasam tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għad-Direttiva 2006/87/KE, adottata fit-12 ta' Diċembru 2006. Dawn l-adattamenti, ibbażati fuq adattamenti simili preċedenti tad-Direttiva 82/714/KEE, huma ta' natura teknika. L-adattament tekniku ta' l-acquis fid-dawl ta' l-adeżjoni ma għandu l-ebda impatt finanzjarju. Proposta ta' DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/…/KE li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 1. Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, fejn att tal-Kunsill adottat qabel l-adeżjoni jeħtieġ adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti fl-Att ta' l-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill għandu jadotta l-att meħtieġ. 2. Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE[2] kienet adottata fit-12 ta' Diċembru 2006, qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, u teħtieġ li tkun adattata minħabba din l-adeżjoni. 3. Id-Direttiva 2006/87/KE għaldaqstant għandha tkun emendata skond dan, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 2006/87/KE hija emendata kif ġej: (1) L-Anness I huwa emendat kif ġej: (a) Fil-Kapitolu 2, Żona 3, (i) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għar-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Ċeka: "Ir-Repubblika tal-Bulgarija Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100"; (ii) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għar-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja: "Ir-Rumanija Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1075 km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina. Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta' 64,410 km): minn fejn jagħqad max-xmara Danubju, fil-km 299,300 tad-Danubju f'Cernavodă (rispettivament km 64 u 410 tal-Kanal), sal-Port ta' Constanta tan-Nofsinhar – Agigea (km "0" tal-Kanal). Il-Kanal bejn Poarta Albă u Midia Năvodari (tul ta' 34,600 km): minn fejn jagħqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed f'km 29 u 410 f'Poarta Albă (rispettivament km 27 u 500 tal-Kanal), sal-Port ta' Midia (km "0" tal-Kanal).". (b) Fil-Kapitolu 3, Żona 4, dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għar-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja: "Ir-Rumanija Il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha mhux elenkati fiż-Żona 3.". (2) L-Anness IX huwa emendat kif ġej: (a) fil-parti I, il-Kapitolu 4, l-Artikolu 4.05, (i) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja: “19 = ir-Rumanija" (ii) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja: “34 = il-Bulgarija" (b) fil-Parti III, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06, (i) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja: “19 = ir-Rumanija" (ii) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja: “34 = il-Bulgarija” (c) fil-Parti IV, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06, (i) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja: “19 = ir-Rumanija" (ii) dan li ġej għandu jiddaħħal bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja: “34 = il-Bulgarija” Artikolu 2 1. Stati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma' tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoi Ewropea . Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/137/KE, ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261.