Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0053

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

/* KUMM/2008/0053 finali - COD 2008/0030 */

52008PC0053

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni /* KUMM/2008/0053 finali - COD 2008/0030 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.2.2008

KUMM(2008) 53 finali

2008/0030 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

(PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1 Ir-Riforma tal-proċeduri tal-komitoloġija

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1] ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006[2].

L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendat jintroduċi proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju għall-miżuri b’ambitu ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż li jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew li jiġi kkomplementat l-att bl-addizzjoni ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

1.2. L-allinjament prijoritarju u l-allinjament ġenerali

F’dikjarazzjoni konġunta[3], il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni elenkaw lista ta’ atti bażiċi li l-adattament tagħhom għad-Deċiżjoni emendata kien urġenti sabiex tiġi introdotta fiha l-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju (allinjament prijoritarju). Sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tista’ tkun applikabbli għall-atti l-oħra adottati b’kodeċiżjoni diġà fis-seħħ meta d-Deċiżjoni 2006/512/KE daħlet fis-seħħ, id-dikjarazzjoni konġunta titlob ukoll l-adattament ta’ dawn l-atti, b’konformità mal-proċeduri applikabbli (allinjament ġenerali).

Il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha biex tipproċedi b’eżaminar ta’ dawn l-atti kollha, sabiex tippreżenta qabel tmiem l-2007, il-proposti leġiżlattivi bl-għan li tadattahom, jekk meħtieġ, għall-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju[4].

1.3. Il-metodu osservat

Billi dan issemma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta’ (...), il-Kummissjoni pproċediet b’eżaminar bir-reqqa ta’ l-istrumenti kollha adottati b’kodeċiżjoni, sabiex tidentifika dawk li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri b’firxa ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ l-att bażiku in kwistjoni. Il-Kummissjoni b’hekk setgħet tidentifika aktar minn 200 att li kellhom ikunu l-għan ta’ adattament.

Fost dawn l-atti xi wħud jidhru fil-programm ta’ kodifikazzjoni tal-Kummissjoni. Dan hu l-każ tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu. L-adattament tal-proċedura l-ġdida għandu jsir, skond l-istat tal-progress tal-proċess ta’ kodifikazzjoni, jew permezz tal-konverżjoni tal-proposta kkodifikata b’kitba mill-ġdid, jew inkella, bħalma hu f’dan il-każ, permezz ta’ emenda leġiżlattiva.

2. ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

L-adattament għandu l-għan li jintroduċi l-proċedura regolatorja bi skrutinju, kif inhi organizzata bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendata.

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu hu intenzjonat li jipprovdi qafas legali uniku għall-enċifalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fil-Komunità.

Ir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 introduċa biss il-proċedura regolatorja bi skrutinju għal ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni li kienu kkonċernati mill-emendi. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jkun adottat għall-poteri ta’ implimentazzjoni li baqa’.

Billi l-att bażiku hu regolament, l-adattament għandu jsir b’att ekwivalenti.

2008/0030 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni[7],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8].

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu[9] jipprevedi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

(2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta’ ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplimentat biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

(3) B’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura l-ġdida tkun tapplika għall-atti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn għandhom jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli.

(4) Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introduċa biss il-proċedura regolatorja bi skrutinju għal ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni li kienu kkonċernati mill-emendi. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jkun adottat għall-poteri ta’ implimentazzjoni li baqa’.

(5) Għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari għall-approvazzjoni ta’ testi rapidi, l-estensjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet għal prodotti oħra li joriġinaw minn annimali, l-adozzjoni ta’ l-implimentazzjoni tar-regoli inkluż il-metodu biex tiġi kkonfermata l-BSE fin-nagħaġ u l-mogħoż, l-emenda ta’ l-Annessi u l-adozzjoni ta’ miżuri tranżizzjonali.

(6) Peress li dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jkun emendat skond iċ-ċirkostanzi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 emendat b’dan li ġej:

(1) fl-Artikolu 5, paragrafu 3, it-tielet sottoparagrafu hu emendat kif ġej:

“ It-testijiet rapidi għandhom jiġu approvati għal dan l-għan skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(3) u mdaħħla f’kull lista stabbilita fl-Anness X, Kapitolu C, punt 4.”

(2) L-Artikolu 16, il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

“7. B’konformità mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(3), id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 jistgħu jiġu estiżi għal prodotti oħra derivati mill-annimali. Regoli għall-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).”

(3) L-Artikolu 20, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

“2. Fejn meħtieġ biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, regoli għall-implimentazzjoni, inkluż il-metodu biex tiġi kkonfermata l-BSE f’annimali tal-familji tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandha tiġi adottata skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(3).”

(4) L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

“Wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku adatt dwar kull kwistjoni li jista’ jkollha impatt fuq is-saħħa pubblika, l-annessi għandhom jiġu emendati jew supplimentati u kull miżura tranżizzjonali xierqa għandha tiġi adottata skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(3).”

(5) L-Artikolu 23a huwa emendat kif ġej:

(a) Il-punt (a) jitbiddel b’dan li ġej:

“(a) approvazzjoni tat-testijiet rapidi msemmija fl-Artikolu 5(3) it-tielet sottoparagrafu, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8(2),”

(b) Qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(k) estensjoni għal prodotti oħra li joriġinaw minn annimali tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 16,

(l) adozzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2), inkluż il-metodu biex tiġi kkonfermata l-BSE fin-nagħaġ u l-mogħoż,

(m) emenda jew suppliment għall-annessi u adozzjoni ta’ kull miżura xierqa tranżitorja msemmija fl-Artikolu 23.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Ghall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[2] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[3] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

[4] PE 376.314v01-00 – A6-0236/2006 (id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-rapport tal-Parlament).

[5] ĠU C xxx, xx.xx.xxxx, p. xx.

[6] ĠU C xxx, xx.xx.xxxx, p. xx.

[7] ĠU C xxx, xx.xx.xxxx, p. xx.

[8] ĠU C , , p. .

[9] ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

Top