EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0022

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimplimenta r-Regolament Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta’ l-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu mal-privazzjoni materjali

/* KUMM/2008/0022 finali */

52008PC0022

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimplimenta r-Regolament Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta’ l-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu mal-privazzjoni materjali /* KUMM/2008/0022 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.1.2008

KUMM(2008) 22 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimplimenta r-Regolament Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta’ l-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu mal-privazzjoni materjali

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ġie adottat fis-16 ta’ Ġunju 2003 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fit-3 ta’ Lulju 2003. Ġie emendat fis-7 ta’ Settembru 2005 mir-Regolament Nru 1553/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex ikopri l-Istati Membri li jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 u biex jagħtihom ħin iżjed biex jaddattaw is-sistemi tagħhom għall-metodi u d-definizzjonijiet armonizzati użati biex tinġabar l-Istatistika Komunitarja.

2. L-għan tar-Regolamenti UE-SILC hu li jistabbilixxu qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien, li jinkorporaw informazzjoni rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u Ewropej.

3. Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar l-UE-SILC, iż-żoni sekondarji mmirati (moduli) għandhom jiġu inklużi fis-sistema kull sena mill-2005 biex jikkumplimentaw il-fatturi varjabbli primarji fil-mira (fatturi varjabbli annwali).

4. Il-moduli għall-2005, 2006 2007 u 2008 jirrelataw rispettivament għat-trasmissjoni bejn il-ġenerazzjonijiet tal-faqar, għall-parteċipazzjoni soċjali, għall-kundizzjonijiet tad-dar u għal dejn żejjed u l-esklużjoni soċjali. Il-lista korrispondenti ta’ varjabbli huma mogtija fir-regolamenti tal-Kummissjoni Nri 16/2004, 13/2005, 315/2006 u 215/2007.

5. It-tema tal-modulu ta’ l-2009 hi “privazzjoni materjali”. Il-lista ta’ varjabbli li għandhom jiġu inklużi f’dan il-modulu ġiet żviluppata minn Eurostat/ISG (Indikaturi tas-sotto-grupp tal-Kumitat tal-Ħarsien Soċjali) Task Force konġunt b’għarfien espert metodoloġiku mill-Universitajiet ta’ Dublin u Bristol.

6. L-għan aħħari tal-modulu hu mhux biss biex ikopri f’darba waħda żona speċifika relatata ma’ l-inklużjoni soċjali iżda li jmexxi l-istudji metodoloġiċi sabiex mill-2011/2012 ikun f’pożizzjoni sabiex itejjeb il-komponent ta’ deprivazzjoni tal-qalba ta’ l-istħarriġ (annwali) tas-SILC

7. L-iżvilupp ta’ dan il-modulu hu segwitu dirett tal-Konferenza ta’ Ħelsinki dwar il-proġett UE-SILC (organizzat f’Ħelsinki fis-6-8 ta’ Novembru 2006) li għaraf il-bżonn li l-komponent ta' deprivazzjoni ta' l-UE-SILC jiġi estiż.

8. Dan il-modulu isir ukoll fil-kuntest tax-xogħol ta’ l-Indikaturi tas-Sotto-Grupp tal-Kumitat ta' Ħarsien Soċjali (ISG) dwar id-deprivazzjoni materjali fejn il-bżonn għall-iżvilupp ta' għodda biex tiġi sorveljata n-natura multi-dimensjonali u d-dimensjoni tan-nuqqas ta' dħul tal-faqar u l-esklużjoni soċjali ġiet enfasizzata b'mod kostanti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni dwar l-inklużjoni soċjali.

9. L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni rċieva appoġġ qawwi mid-Diretturi ta’ l-Istatistika Soċjali ta’ l-Istati Membri fil-laqgħa tagħhom tas-17 u t-18 ta’ Settembru 2007 peress li l-pajjiżi kollha ħlief id-Danimarka esprimew opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tar-regolament.

10. Il-Kumitat tal-Programm Statistiku (SPC) ivvutaw fuq ir-regolament propost fit-8 ta’ Novembru 2007 skond il-proċedura Regolatorja. Għadd ta’ delegazzjonijiet esprimew riżerva peress li ħasbu li t-tul tal-kwestjonarju u l-piż li tefa’ fuq min wieġeb kien ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tar-riżultati. Ġie espress ukoll tħassib fid-dawl tal-fatturi varjabbli suġġettivi, b’mod partikolari t-tagħrif dwar il-“ħtiġijiet mhux sodisfatti”

11. L-SPC ma sostniex il-proposta. Il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-Olanda vvutaw kontra (total ta’ 88 vot). Ir-Rumanija, l-Italja, il-Greċja, il-Belġju, il-Finlandja u l-Polonja ma vvutawx (total ta’ 84 vot). L-Istati Membri kollha kienu favur l-abbozz (total ta’ 173 vot). Il-pajjiżi ta’ l-EFTA/ŻEE ma vvutawx. L-Iżvizzera ma vvutatx.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimplimenta r-Regolament Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta’ l-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu mal-privazzjoni materjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet ta' l-għixien (UE-SILC)[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għixien, li jinkorporaw informazzjoni rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea.

(2) Skond l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, huma meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni għal-lista ta' żoni sekondarji fil-mira u fatturi varjabbli li għandhom jiġu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv ta' l-UE-SILC. Għas-sena 2009, għandha tkun stipulata l-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira inkluża fit-taqsima dwar il-privazzjoni materjali. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dispożizzjoni tal-kodiċijiet u tad-definizzjonijiet varjabbli.

(3) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku. F'dan il-każ, hi u timxi fuq il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tressaq quddiem il-Kunsill proposta dwar il-miżuri li jridu jittieħdu u għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċijiet varjabbli u d-definizzjonijiet għat-Taqsima 2009 dwar il-privazzjoni materjali li għandhom jiġu inklużi fil-komponent rappreżentattiv ta' l-istatistika Komunitarji dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għixien (UE-SILC), għandhom ikunu hekk kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ANNESS

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-unitajiet li ġejjin, metodi ta' ġbir tad- data , perjodi ta' referenza u definizzjonijiet għandhom japplikaw.

1. L-Unitajiet

Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x’jaqsmu ma’ tliet tipi differenti ta’ unitajiet.

Il-fatturi varjabbli rigward id-djar, l-ambjent, l-istress finanzjarju u l-prodotti li jservu għal tul ta’ żmien (ħlief il-pussess ta’ settijiet tat-telefon ċellulari) huma mitluba fuq livell tan-nies li kollha li jgħixu f'dar u jirreferu għan-nies kollha li jgħixu d-dar bħala ħaġa sħiħa.

Tagħrif dwar il-pussess ta' telefon ċellulari, ħtiġijiet bażiċi, ħtiġijiet mhux sodisfatti kif ukoll attivitajiet ta’ divertiment u soċjali għandhom jiġu pprovduti għal kull membru attwali li jgħix f’dar jew, jekk applikabbli, għal dawk kollha li jwieġbu, ta’ 16-il sena u 'l fuq.

L-oġġetti tat-tfal jikkonċernaw għal kull membru ta’ dar li għandu inqas minn 18-il sena. Il-mistoqsijiet għandhom jitwieġbu minn dak li jgħix fid-dar li jwieġeb jew għall-grupp ta’ tfal taħt it-18-il sena jew għall-grupp ta’ tfal taħt is-16-il sena jekk l-istess ħaġa ġiet mistoqsija permezz ta’ kwestjonarju individwali għat-tfal ta’ 16 jew 17-il sena. Jekk mill-inqas wild wieħed ma għandux l-oġġett ikkonċernat, hu ssoponut li l-grupp kollu ta’ tfal fid-dar ma kellhomx dak l-oġġett.

2. Metodi ta' ġbir ta' l-informazzjoni

Għal oġġetti varjabbli mitluba fuq livell tan-nies kollha li jgħixu f’dar (taqsima 1 fil-lista hawn taħt ), il-metodu ta’ ġbir ta’ l-informazzjoni hu intervista personali ma’ dak li jgħix fid-dar li wieġeb.

Għal fatturi varjabbli mitluba fuq livell individwali (taqsima 2 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta’ ġbir ta’ l-informazzjoni hu intervista personali ma’ membri tad-dar attwali ta’ 16-il sena u iżjed jew, jekk applikabbli, ma' kull wieħed magħżul biex iwieġeb.

Għal oġġetti varjabbli tat-tfal (it-taqsima 3 fil-lista hawn taħt ), il-metodu ta’ ġbir ta’ l-informazzjoni hu intervista personali ma’ dak li jgħix fid-dar li wieġeb.

Minħabba l-karatteristiċi ta' l-informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bil-prokura jkunu eċċezzjoni għall-persuni li jkunu nieqsa għal xi żmien jew ikunu inkapaċitati).

3. Perjodi ta' referenza

Il-perjodu ta’ referenza għall-fatturi varjabbli fil-mira hi s-sitwazzjoni attwali, ħlief għal żewġ fatturi varjabbli fuq l-istennija tan-nies tad-dar li jbiddlu fejn joqogħdu, li jirreferu għas-sitt xhur ta’ wara, u l-fatturi varjabbli dwar il-ħtiġijiet mhux sodisfatti, li jirreferu għat-tnax-il xahar ta’ wara.

4. Definizzjonijiet

1. Id-dar

2. Nuqqas ta’ spazju: il-fatturi varjabbli jirreferu għall-opinjoni/kif iħossu min iwieġeb dwar in-nuqqas ta’ spazju fid-dar.

3. L-ambjent

4. Aċċessibilità din għandha x’taqsam mas-servizzi użati min-nies tad-dar li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet finanzjarji, fiżiċi, tekniċi u tas-saħħa. L-aċċessibilità tas-servizzi għandha tkun stmata f'termini ta' aċċess fiżiku u tekniku, u s-sigħat tal-ftuħ, iżda mhux f'termini ta' kwalità, prezz u aspetti simili.

5. It-trasport pubbliku: xarabank, metro, tramm u trasport simili.

6. Servizzi postali u bankarji. ġbid ta’ flus, trasferiment ta’ flus u ħlas ta’ kontijiet.

7. Servizzi postali servizzi li bihom wieħed jista’ jibgħat u jirċievi pakketti u posta normali.

8. Oġġetti li jservu għal tul ta’ żmien

9. Il-pussess ta’ oġġetti li jservu għal tul ta’ żmien jirreferi għall-aċċess ta’ l-oġġett jew servizz speċifiku għall-użu privat tan-nies tad-dar. Dan jista’ jinkera jew jinqasam. Jekk l-oġġett għandu aċċess li jinqasam, għandu jkun faċli u xieraq għall-bżonnijiet tan-nies tad-dar.

5. It-trasmissjoni tad-data lill-EUROSTAT

Il-fatturi varjabbli sekondarji mmirati dwar '“il-privazzjoni materjali” għandhom jintbagħtu lill-EUROSTAT fil-fajl tad- data tad-djar (H) u fil-fajl tad-data personali (P) wara l-fatturi varjabbli primarji mmirati.

OQSMA U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI MMIRATI

Taqsima 2009 | Privazzjoni materjali |

Isem tal-fattur varjabbli | Kodiċi | Fattur varjabbli fil-mira |

1. Oġġetti tad-djar mitluba fuq livell tan-nies kollha li jgħixu fid-dar |

1.1. Id-djar fuq livell tan-nies kolha li jgħixu fid-dar |

HD010 | Post fejn tgħix b’ilma sħun kurrenti |

1 | Iva |

2 | Le |

HD010_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

HD020 | Stennija tan-nies li jgħixu fid-dar li jbiddlu post fejn joqogħdu |

1 | Iva |

2 | Le |

HD020_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

HD025 | Raġuni ewlenija għall-istennija tal-bidla tad-dar |

1 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu, peress li l-avviż kien/se jingħata mill-proprjetarju meta jispiċċa l-kuntratt |

2 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu, peress li l-avviż kien/se jingħata mill-proprjetarju fin-nuqqas ta’ kuntratt formali |

3 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu minħabba żgumbrament jew sekwestru. |

4 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu minħabba diffikultajiet finanzjarji |

5 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu minħabba raġuni relatata mal-familja |

6 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu minħabba raġuni relatata ma’ l-impjieg |

7 | In-nies tad-dar se jiġu mġiegħla jitilqu minħabba raġuni oħra |

HD025_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (HD020=2) |

HD030 | Nuqqas ta’ spazju fid-dar |

1 | Iva |

2 | Le |

HD030_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

MHUX OBBLIGATORJU: Id-djar fuq livell tan-nies kolha li jgħixu fid-dar |

HD035 | Id-daqs tad-dar f'metri kwadri |

0-999 | Metru kwadru |

HD035_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

1.2. L-ambjent fuq livell tan-nies kollha li jgħixu fid-dar |

HD040 | Skart ma’ l-art |

1 | Sikwit ħafna |

2 | Sikwit |

3 | Ġieli |

4 | Rari jew qatt |

HD040_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

HD050 | Tagħmir pubbliku mkisser (waqfiet tax-xarabank, pilastri tal-fanali, bankini eċċ.) |

1 | Sikwit ħafna |

2 | Sikwit |

3 | Ġieli |

4 | Rari jew qatt |

HD050_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

HD060 | Aċċessibilità tat-trasport pubbliku |

1 | B’diffikultà kbira |

2 | B’xi diffikultà |

3 | Faċli |

4 | Faċli ħafna |

HD060_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (trasport pubbliku mhux użat min-nies li jgħixu fid-dar) |

HD070 | Aċċessibilità tas-servizzi postali jew bankarji |

1 | B’diffikultà kbira |

2 | B’xi diffikultà |

3 | Faċli |

4 | Faċli ħafna |

HD070_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (servizzi mhux użati min-nies li jgħixu fid-dar) |

1.3. Stress finanzjarju fuq livell tan-nies li jgħixu fid-dar |

HD080 | Is-sostituzzjoni ta' għamara mgħarrqa |

1 | Iva |

2 | Le, għaliex in-nies tad-dar ma għandhomx biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD080_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

1.4. Oġġetti li jservu għal tul ta’ żmien fuq livell tan-nies kollha li jgħixu fid-dar |

HD010 | Konnessjoni ma’ l-Internet: |

1 | Iva |

2 | Le, għaliex in-nies tad-dar ma għandhomx biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD090_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

HD010 | DVD player |

1 | Iva |

2 | Le, għaliex in-nies tad-dar m għandhomx biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD100_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

2. Oġġetti mitluba fuq livell individwali |

2.1. Oġġetti li jservu għal tul ta’ żmien fuq livell individwali |

PD010 | Telefon ċellulari |

1 | Iva |

2 | Le, għaliex ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

PD010_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

2.2. Ħtiġijiet bażiċi fuq livell individwali |

PD020 | Biddel ħwejjeġ mgħarrqa bi ħwejjeġ ġodda (mhux ħwejjeġ diġà użati minn ħaddieħor) |

1 | Iva |

2 | Le, għaliex ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

PD020_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

PD030 | Żewġ pari ta’ żraben li jidħlu sew (inkluż par żarbun għal kull tip ta’ temp) |

1 | Iva |

2 | Le, għaliex ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

PD030_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

2.3. Ħtiġijiet mhux sodisfatti fuq livell individwali |

PD040 | Ħtieġa mhux sodisfatta għax-xiri ta’ mediċini/tagħmir mediku |

1 | Iva, kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda |

2 | Le, ma kien hemm l-ebda okkażjoni |

PD040_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

PD045 | Raġuni ewlenija għall-ħtieġa mhux sodisfatta għax-xiri ta’ mediċini/tagħmir mediku |

1 | Ma għandix flus biex nixtrihom (għali wisq) |

2 | Il-mediċina/tagħmir mediku ma kienx disponibbli |

3 | Ma kellix il-ħin minħabba x-xogħol, kelli nieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra |

4 | Kien 'il bogħod wisq/ ma kelli l-ebda mezz ta’ trasport |

5 | Biża’ mill-mediċina/trattament mediku |

6 | Ridt nistenna u nara jekk il-problema kinetx tmur waħedha |

7 | Ma kontx naf minn fejn nixtrihom |

8 | Raġuni oħra |

PD045_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (PD040=2) |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

2.4. Attivitajiet ta’ divertiment u soċjali fuq livell individwali |

PD050 | Ġabra mal-ħbieb/familja għal xarba/ikla mill-inqas darba f’xahar |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

PD050_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

PD060 | Tieħu sehem regolarment f’attività ta’ divertiment bħall-isport, iċ-ċineka, kunċert |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

PD060_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

PD070 | Tonfoq ammont żgħir ta’ flus kull ġimgħa għalik |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

PD070_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-3 | Ma kinetx magħżula persuna li twieġeb |

3. Oġġetti tat-tfal mitluba fuq livell tan-nies li jgħixu fid-dar |

3.1. Ħtiġijiet bażiċi għat-tfal kollha li jgħixu fid-dar |

HD110 | Ħwejjeġ ġodda (u mhux ħwejjeg li diġà ntużaw minn ħaddieħor) |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD110_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD120 | Żewġ pari ta’ żraben li jidħlu sew (inkluż par żarbun għal kull tip ta’ temp) |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD120_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD130 | Frott u ħaxix frisk darba kuljum |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD130_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD140 | Tliet ikliet kuljum |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD140_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD150 | Ikla bil-laħam, tiġieġ jew ħut (jew ekwivalent veġetarjan) kuljum |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD150_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

3.2. Ħtiġijiet edukattivi jew ta’ divertiment għat-tfal kollha li jgħixu fid-dar |

HD160 | Issiefer mill-inqas darba f’sena |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD160_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD170 | Kotba d-dar addattati għall-età tagħhom |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD170_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD180 | Tagħmir ta’ divertiment barra (rota, skejz bir-roti, eċċ) |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD180_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD190 | Logħob ta' ġewwa (ġugarelli edukattivi għat-trabi, blokki għall-bini, logħob fuq bords, logħob fuq il-kompjuter, eċċ) |

1 | Iva |

2 | Le, m'għandhix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD190_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD200 | Attività ta’ divertiment regolari (għawm, daqq ta’ strument, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, eċċ) |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD200_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD210 | Ċelebrazzjonijiet f'okkażjonijiet speċjali (għeluq is-snin, ġranet tal-qaddis ta’ l-isem, avvenimenti reliġjużi, eċċ) |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD210_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD220 | Tistieden minn żmien għal żmien lil ħbieb għandek biex tilgħab u tiekol magħhom |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD220_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD230 | Tieħu sehem f’ħarġiet ta’ l-iskola u f’avvenimenti skolastiċi li jqumu l-flus |

1 | Iva |

2 | Le, ma għandix biżżejjed flus |

3 | Le, minħabba raġuni oħra |

HD230_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD240 | Post xieraq biex tistudja jew tagħmel ix-xogħol skolastiku d-dar |

1 | Iva |

2 | Le |

HD240_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD250 | Spazju barra fil-viċinat fejn it-tfal jistgħu jilagħbu fis-sigurtà |

1 | Iva |

2 | Le |

HD250_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

3.3. Ħtiġijiet mediċi għat-tfal kollha li jgħixu fid-dar |

HD260 | Ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ tabib jew speċjalist |

1 | Iva, kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda |

2 | Le, ma kien hemm l-ebda okkażjoni |

HD260_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD265 | Raġuni ewlenija għal ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ tabib jew speċjalist |

1 | Ma kellix biżżejjed flus (għali wisq) |

2 | Lista ta’ stennija |

3 | Ma kellix il-ħin minħabba x-xogħol, kelli nieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra |

4 | Kien 'il bogħod wisq/ ma kelli l-ebda mezz ta’ trasport |

5 | Raġuni oħra |

HD265_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (HD260=2) |

HD270 | Ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ dentist |

1 | Iva, kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda |

2 | Le, ma kien hemm l-ebda okkażjoni |

HD270_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD275 | Raġuni ewlenija għal ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ dentist |

1 | Ma kellix biżżejjed flus (għali wisq) |

2 | Lista ta’ stennija |

3 | Ma kellix il-ħin minħabba x-xogħol, kelli nieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra |

4 | Kien 'il bogħod wisq/ ma kelli l-ebda mezz ta’ trasport |

5 | Raġuni oħra |

HD275_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (HD270=2) |

HD280 | Ħtieġa mhux sodisfatta għal xiri ta’ mediċini/tagħmir mediku |

1 | Iva, kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda |

2 | Le, ma kien hemm l-ebda okkażjoni |

HD280_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt it-18-il sena) |

HD285 | Raġuni ewlenija għall-ħtieġa mhux sodisfatta għal xiri ta’ mediċini/tagħmir mediku |

1 | Ma kellix biżżejjed flus (għali wisq) |

2 | Lista ta’ stennija |

3 | Kien 'il bogħod wisq/ ma kelli l-ebda mezz ta’ trasport |

4 | Raġuni oħra |

HD285_F | 1 | Il-fattur varjabbli tniżżel |

-1 | Nieqes |

-2 | Mhux applikabbli (HD280=2) |

[1] ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 (ĠU L 225, 30.9.2005, p. 6) u (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006,p.1).

Top