Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0705

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strument għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) qafas finanzjarju indikattiv multiannwali għall-2010-2012

    /* KUMM/2008/0705 finali */

    52008DC0705

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strument għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) qafas finanzjarju indikattiv multiannwali għall-2010-2012 /* KUMM/2008/0705 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 5.11.2008

    KUMM(2008) 705 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    STRUMENT GĦAL GĦAJNUNA TA’ QABEL L-ADEŻJONI (IPA) QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI GĦALL-2010-2012

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    STRUMENT GĦAL GĦAJNUNA TA’ QABEL L-ADEŻJONI (IPA)QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI GĦALL-2010-2012

    Introduzzjoni

    Il-Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali (MIFF) għall-Istrument għal Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) huwa mfassal biex jipprovdi informazzjoni dwar l-analiżi indikattiva tal-pakkett IPA globali propost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-IPA (KE) 1085/2006. Dan jaġixxi bħala r-rabta bejn il-qafas politiku fi ħdan il-pakkett tat-tkabbir u l-proċess tal-baġit. Id-Dokumenti ta’ Ppjanar Indikattiv Multiannwali (MIPD) stabbiliti għal kull pajjiż benefiċjarju u għal programmi multibenefiċjarji, li permezz tagħhom tingħata l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, jikkunsidraw l-analiżi indikattiva proposta mill-MIFF.

    L-MIFF huwa bbażat fuq ċiklu ta’ pprogrammar kurrenti ta' tliet snin. F’ċirkostanzi normali, MIFF għas-snin N, N+1 u N+2 ser jiġi ppreżentat fl-aħħar tliet xhur tas-sena N-2 bħala parti mill-pakkett tat-tkabbir, li jirrappreżenta bidla finanzjarja proposta tal-prijoritajiet politiċi stipulati fi ħdan il-pakkett innifsu, billi jitqies il-Qafas Finanzjarju. Dan l-MIFF hu għas-snin 2010-2012. Dan jindika l-allokazzjoni tal-pakkett għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni skont il-pajjiż u skont il-komponent għal dawn is-snin, u jagħti wkoll indikazzjoni tal-pakkett għall-programm li jinvolvi diversi benefiċjarji u n-nefqa ta' appoġġ.

    Il-prijoritajiet politiċi globali għal qabel l-adeżjoni huma stipulati fis-Sħubijiet ta' Adeżjoni u fis-Sħubijiet Ewropej, fir-rapport ta' progress annwali u fid-dokument ta' strateġija għat-tkabbir li jinsabu fil-pakkett tat-tkabbir ippreżentat kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

    Programmar Finanzjarju Strateġiku

    1. Allokazzjoni ta’ fondi bejn il-pajjiżi

    Il-punt tat-tluq għall-allokazzjonijiet fl-2007 kien impenn mill-Kummissjoni biex tassigura li l-ebda pajjiż benefiċjarju ma jirċievi inqas fl-2007 minn dak li rċievu fl-2006 u barra minn hekk li l-Bożnja u l-Herzegovina u l-Albanija ma għandhomx jirċievu inqas mill-medja annwali tal-finanzjament li kull wieħed irċieva bejn fl-2004 u l-2006. Dan l-aħħar punt irrifletta l-fatt li l-finanzjament għal dawn il-pajjiżi kien ikkonċentrat fl-2004. Fl-2007 l-implimentazzjoni kienet kważi 100% f'approprjazzjonijiet ta' impenn (inkluż l-approprjazzjonijiet trasferiti għall-2008 li kienu impenjati bis-sħiħ).

    Iċ-ċifri għall-2008 ’il quddiem kienu kkalkulati fuq il-bażi tal-allokazzjoni per-capita li kienu kkwotati fil-passat bħala indikazzjoni għall-ħtiġijiet u l-impatt. Kontra din il-miżura, il-Balkani tal-Punent għandhom itejbu l-pożizzjoni tagħhom matul il-kors tal-qafas finanzjarju attwali għal iktar mill-medja per-capita għall-2004-2006 ta’ 23 EUR (fi prezzijiet għall-2004) rċevuti taħt il-CARDS. Skont l-MIFF għall-2008-2010, dan għandu jintlaħaq mill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent mhux iktar tard mill-2010. Iċ-ċifri għall-Balkani tal-Punent fl-2011 u l-2012 iżommu dan il-livell għal kull pajjiż. Għall-Montenegro, il-livelli per-capita tal-finanzjament huma ogħla minn dawn għall-pajjiżi kandidati potenzjali, li jirrifletti livell minimu ta' finanzjament meħtieġ għall-amministrazzjonijiet xierqa, irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż. It-tqassim globali ta' fondi bejn il-pajjiżi ġie rispettat bl-eċċezzjoni tal-Kosovo li rċieva fondi ġodda li żied il-finanzjament tal-IPA. Fl-2008 € 60 miljun kienu mogħtija mill-awtorità tal-baġit bħala parti ta' mobilizzazzjoni iktar wiesgħa ta' fondi ġodda għas-sostenn tal-istabbilità u l-iżvilupp tal-Kosovo. Iktar fondi addizzjonali (€ 40 miljun) ġew mitluba għall-2009 permezz ta' Ittra ta’ Emenda għall-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009, bħala segwitu tal-Konferenza tad-Donaturi li saret fl-Lulju 2008.

    Għall-Kroazja u għall-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala pajjiżi kandidati, huwa previst livell ta' iktar minn 30 EUR per capita (fi prezzijiet tal-2004) sal-2008. Dan il-livell qed jinżamm fl-2009-2012 għall-Kroazja. Għall-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-finanzjament f’termini per capita ikompli jiżdied, li jirrifletti livell minimu ta’ finanzjament meħtieġ għall-amministrazzjonijiet xierqa irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż.

    Għat-Turkija, meta jitqies id-daqs u l-kapaċità ta’ assorbiment tal-pajjiż, hemm żieda gradwali fil-livelli ta’għajnuna per-capita matul il-perjodu 2007-2012.

    2. Allokazzjonijiet bejn il-komponenti

    L-IPA jitwassal permezz ta' dawn il-ħames komponenti li ġejjin: I – it-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet; A – il-Kooperazzjoni transkonfinali; III - l-Iżvilupp Reġjonali; IV – l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani; u V – l-Iżvilupp Rurali.

    Komponent I, l-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet tkopri l-azzjonijiet tal-bini tal-istituzzjonijiet kollha u l-investimenti relatati mal- acquis communautaire; din tgħin il-pajjiżi benefiċjarji joħolqu kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja u tindirizza, skont il-prijorità, miżuri ta' kooperazzjoni mhux koperti b'mod espressiv mill-komponenti l-oħrajn.

    Komponent II, il-Kooperazzjoni transkonfinali, tappoġġja attivitajiet transkonfinali fost il-pajjiżi benefiċjarji u bejn il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri; din tkopri wkoll il-parteċipazzjoni tal-benefiżjarji tal-IPA fil-programmi tal-kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali tal-ERDF u fil-programmi tal-baċiri tal-baħar tal-ENPI, kif xieraq.

    Komponent III, l-Iżvilupp Reġjonali hu aċċessibbli għall-pajjiżi kandidati u jemula, sal-iktar limitu possibbli, l-ERDF u l-Fond ta' Koeżjoni, b'hekk jagħti lill-pajjiżi benefiċjarji l-ogħla approssimazzjoni possibbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali taħt ir-regoli tal-Għajnuna Esterna.

    Komponent IV l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani, aċċessibbli għall-pajjiżi kandidati, jippreparhom għall-iprogrammar, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Fond Soċjali Ewropew, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi.

    Komponent V, l-Iżvilupp Rurali, jgħin lill-pajjiżi kandidati biex jippeparaw għall-programmi ta' żvilupp rurali wara l-adeżjoni ffinanzjat mill-UE billi jimplimenta għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni permezz ta' sistemi li huma simili kemm jista' jkun ta' dawk li huma meħtieġa wara l-adeżjoni.

    Fid-determinazzjoni tal-allokazzjoni bejn il-komponenti, kien ikkunsidrat sew li jkunu lesti s-sistemi ta’ ġestjoni deċentralizzata neċessarji għall-implimentazzjoni tal-komponenti III, IV u V fil-pajjiżi kandidati preżenti kif ukoll il-ħtieġa għall-finanzjament tal-komponent II peress li hu relatat mal-kooperazzjoni transkonfinali mal-Istati Membri biex ikunu bħall-finanzjament ekwivalenti tal-ERDF mill-intestatura 1b.

    3. Allokazzjonijiet oħrajn

    Nefqa ta' appoġġ

    Dan il-pakkett ikopri l-ispejjez amministrattivi marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-IPA. Fl-2007 u l-2008 kienet tinkludi wkoll l-ispejjeż amministrattivi biex jintemm għal kollox il-finanzjament preċedenti ta’ qabel l-adeżjoni, inkluż għall-Bulgarija u r-Rumanija.

    Allokazzjoni għall-programmi multibenefiċjarji

    L-għan tal-programmi multibenefiċjarji huwa li jikkomplimenta l-Programmi Nazzjonali u li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet multilaterali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija. L-istrateġija tiffoka fuq żoni identifikati bħala kruċjali għall-integrazzjoni Ewropea u għall-istabbilità fir-reġjun. Il-programmi b'impatt reġjonali, u / jew dawk li jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala jew ambitu jekk ikunu implimentati orizzontalment madwar numru ta' pajjiżi benefiċjarji, huma ffinanzjati taħt dan il-pakkett.

    Il-programmi taħt dan il-pakkett ta' appoġġ, fost affarijiet oħrajn, l-Iskola Reġjonali għall-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles fl-Ewropa Ċentrali (CEFTA), il-Kunsill Reġjonali ta' Kooperazzjoni (RCC) u l-Faċilità ta' Soċjetà Ċivili ġdida. Il-bini tal-istituzzjonijiet hi appoġġjata permezz tal-istrument TAIEX, u, l-allokazzjonijiet huma magħmula għall-verifiki u għall-valutazzjoni tal-programmi reġjonali u nazzjonali, kif ukoll għall-informazzjoni u attivatijiet ta' komunikazzjoni. Ħtiġijiet ta' investiment għall-SMEs, effiċjenza tal-enerġija u żvilupp tal-infrastruttura, mqassma f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għall-Investiment u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs), ser ikomplu jkunu appoġġjati b'parti sostanzjali tal-allokazzjoni reġjonali u orizzontali. Dan l-appoġġ ser ikun alinjat mad-diskussjonijiet dwar l-Inizjattiva ta' Infrastruttura fil-kuntest tal-Qafas il-ġdid ta' Investiment fil-Balkani tal-Punent, li l-għan tiegħu hu li jtejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-inizjattivi differenti sponsorjati mid-donaturi u l-IFIs impenjati b'mod attiv fil-Balkani tal-Punent. Prijorità oħra hija l-edukazzjoni, li għaliha ser tiżdied l-allokazzjoni għal boroż ta' studju.

    Preżentazzjoni taċ-ċifri

    It-tabella li ġejja tagħti ċ-ċifri ta’ hawn fuq fi prezzijiet attwali u f’miljuni ta’ euros . Din turi l-allokazzjonijiet skont il-pajjiż u skont il-komponent, kif ukoll għall-programm multibenefiċjarju u n-nefqa ta’ appoġġ. Iċ-ċifri finali għall-2007 u ċ-ċifri aġġornati għall-2008 u l-2009 huma inklużi għall-faċilitazzjoni tar-referenza.

    Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali: Analiżi tal-Pakkett għall-Istrument għal Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-2010-2012 f’allokazzjonijiet skont il-pajjiż u l-komponent

    Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    IL-KROAZJA |

    Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 49,611,775 | 45,374,274 | 45,601,430 | 39,483,458 | 39,959,128 | 40,872,310 |

    Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 9,688,225 | 14,725,726 | 15,898,570 | 16,216,542 | 16,540,872 | 16,871,690 |

    L-Iżvilupp Reġjonali | 45,050,000 | 47,600,000 | 49,700,000 | 56,800,000 | 58,200,000 | 59,348,000 |

    L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 11,377,000 | 12,700,000 | 14,200,000 | 15,700,000 | 16,000,000 | 16,040,000 |

    L-Iżvilupp Rurali | 25,500,000 | 25,600,000 | 25,800,000 | 26,000,000 | 26,500,000 | 27,268,000 |

    TOTAL | 141,227,000 | 146,000,000 | 151,200,000 | 154,200,000 | 157,200,000 | 160,400,000 |

    L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA |

    L-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 41,641,613 | 41,122,001 | 38,128,499 | 36,317,068 | 34,503,410 | 32,979,479 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 4,158,387 | 4,077,999 | 5,571,501 | 5,682,932 | 5,796,590 | 5,912,521 |

    L-Iżvilupp Reġjonali | 7,400,000 | 12,300,000 | 20,800,000 | 29,400,000 | 35,000,000 | 39,400,000 |

    l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 3,200,000 | 6,000,000 | 7,100,000 | 8,400,000 | 9,400,000 | 10,580,000 |

    L-Iżvilupp Rurali | 2,100,000 | 6,700,000 | 10,200,000 | 12,500,000 | 14,000,000 | 16,928,000 |

    TOTAL | 58,500,000 | 70,200,000 | 81,800,000 | 92,300,000 | 98,700,000 | 105,800,000 |

    IT-TURKIJA |

    Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 256,702,720 | 256,125,297 | 233,200,653 | 211,312,664 | 230,620,919 | 250,900,336 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 2,097,280 | 2,874,703 | 9,399,347 | 9,587,336 | 9,779,081 | 9,974,664 |

    L-Iżvilupp Reġjonali | 167,500,000 | 173,800,000 | 182,700,000 | 238,100,000 | 291,400,000 | 350,805,000 |

    L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 50,200,000 | 52,900,000 | 55,600,000 | 63,400,000 | 77,600,000 | 89,930,000 |

    L-Iżvilupp Rurali | 20,700,000 | 53,000,000 | 85,500,000 | 131,300,000 | 172,500,000 | 197,890,000 |

    TOTAL | 497,200,000 | 538,700,000 | 566,400,000 | 653,700,000 | 781,900,000 | 899,500,000 |

    Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    L-ALBANIJA |

    L-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 54,318,790 | 62,117,756 | 70,917,079 | 82,711,421 | 84,301,650 | 85,987,683 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 6,681,210 | 8,582,244 | 10,282,921 | 10,488,579 | 10,698,350 | 10,912,317 |

    TOTAL | 61,000,000 | 70,700,000 | 81,200,000 | 93,200,000 | 95,000,000 | 96,900,000 |

    IL-BOŻNJA U ĦERŻEGOVINA |

    L-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 58,136,394 | 69,854,783 | 83,892,254 | 100,688,099 | 102,681,861 | 104,700,000 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 3,963,606 | 4,945,217 | 5,207,746 | 5,311,901 | 5,418,139 | 5,526,501 |

    TOTAL | 62,100,000 | 74,800,000 | 89,100,000 | 106,000,000 | 108,100,000 | 110,200,000 |

    IL-MONTENEGRO |

    L-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 27,490,504 | 28,112,552 | 28,632,179 | 29,238,823 | 29,843,599 | 30,446,471 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 3,909,496 | 4,487,448 | 4,667,821 | 4,761,177 | 4,856,401 | 4,953,529 |

    TOTAL | 31,400,000 | 32,600,000 | 33,300,000 | 34,000,000 | 34,700,000 | 35,400,000 |

    IS-SERBJA |

    L-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 181,496,352 | 179,441,314 | 182,551,643 | 186,206,679 | 189,956,810 | 193,801,948 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 8,203,648 | 11,458,686 | 12,248,357 | 12,493,321 | 12,743,190 | 12,998,052 |

    TOTAL | 189,700,000 | 190,900,000 | 194,800,000 | 198,700,000 | 202,700,000 | 206,800,000 |

    IL-KOSOVO[1] |

    L-Għajnuna għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet[2] | 68,300,000 | 184,700,000 | 103,339,798 | 64,484,594 | 65,828,286 | 67,070,852 |

    Il-Kooperazzjoni transkonfinali | 0 | 0 | 2,760,202 | 2,815,406 | 2,871,714 | 2,929,148 |

    TOTAL | 68,300,000 | 184,700,000 | 106,100,000 | 67,300,000 | 68,700,000 | 70,000,000 |

    PROGRAMMI TOTALI TAL-PAJJIŻI |

    1,109,427,000 | 1,308,600,000 | 1,303,900,000 | 1,399,400,000 | 1,547,000,000 | 1,685,000,000 |

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    PROGRAMMI TOTALI TAL-PAJJIŻI |

    1,109,427,000 | 1,308,600,000 | 1,303,900,000 | 1,399,400,000 | 1,547,000,000 | 1,685,000,000 |

    PROGRAMMI REĠJONALI U ORIZZONTALI |

    108,980,000 | 135,700,000 | 160,000,000 | 157,700,000 | 160,800,000 | 164,200,000 |

    NEFQA TA' APPOĠĠ |

    44,793,000 | 54,000,000 | 56,500,000 | 64,600,000 | 75,000,000 | 80,500,000 |

    TOTAL GLOBALI |

    1,263,200,000 | 1,498,300,000 | 1,520,400,000 | 1,621,700,000 | 1,782,800,000 | 1,929,700,000 |

    Iċ-ċifri huma f’miljuni ta’ euro, fi prezzijiet attwali

    [1] Under UNSCR 1244

    [2] Fl-Ittra tagħha ta’ Emenda Nru 1 għall-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009, il-Kummissjoni ipproponiet bħala parti minn mobilizzazzjoni ikbar ta’ fondi ġodda li jappoġġjaw l-istabbilità u l-iżvilupp tal-Kosovo, biex jiżdied il-finanzjament tal-IPA għall-Kosovo b’€ 40 miljon fl-2009. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippjana li titrasferixxi € 60 miljun mill-Kapitolu 1 tal-baġit, oriġinarjament maħsub għall-għajnuna makrofinanzjarja fil-Kosovo, sal-kapitolu 22, li ser jiġi implimentat taħt l-IPA. Iż-żewġ ammonti huma inklużi proviżorjament fil-komponent I allokazzjonijiet relevanti għall-Kosovo f'din it-tabella.

    Top