Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0674

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2008-2009 {SEG(2008) 2692} {SEG(2008) 2693} {SEG(2008) 2694} {SEG(2008) 2695} {SEG(2008) 2696} {SEG(2008) 2697} {SEG(2008) 2698} {SEG(2008) 2699}

    /* KUMM/2008/0674 finali */

    52008DC0674

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2008-2009 {SEG(2008) 2692} {SEG(2008) 2693} {SEG(2008) 2694} {SEG(2008) 2695} {SEG(2008) 2696} {SEG(2008) 2697} {SEG(2008) 2698} {SEG(2008) 2699} /* KUMM/2008/0674 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussell, 5.11.2008

    KUMM(2008) 674 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2008-2009

    {SE G(2008) 2692}{SEG(2008) 2693}{SEG(2008) 2694}{SEG(2008) 2695}{SEG(2008) 2696}{SEG(2008) 2697}{SEG(2008) 2698}{SEG(2008) 2699}

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    L-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2008-2009

    INTRODUZZJONI

    It-tkabbir huwa wieħed mill-għodod politiċi l-aktar qawwija tal-UE. Iservi l-interessi strateġiċi tal-UE fl-istabbiltà, is-sigurtà u l-prevenzjoni tal-kunflitti. Għen biex iżid l-opportunitajiet ta’ prosperità u tkabbir, biex itejjeb il-kuntatt ma’ rotot vitali tat-trasport u l-enerġija, u biex iżid l-importanza tal-UE fid-dinja. F’Mejju 2009, l-UE tiċċelebra l-ħames anniversarju mit-tkabbir tal-2004.

    L-aġenda preżenti tat-tkabbir tkopri l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, li ngħataw il-prospettiva li jsiru membri tal-UE meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji. Il-prospettiva Ewropea ikkontribwiet għall-paċi u l-istabbiltà, u għenet lill-imsieħba jlaħħqu ma’ sfidi ewlenin, bħad-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo, filwaqt li żammew is-sigurtà reġjonali. Kemm fil-Balkani tal-Punent kif ukoll fit-Turkija tipprovdi inkoraġġiment qawwi għal riforma politika u ekonomika. Huwa fl-interess strateġiku tal-UE li żżomm il-momentum ta’ dan il-proċess, abbażi tal-prinċipji u l-kundizzjonijiet miftehema. Dan l-interess li tiġi proġettata l-istabbiltà huwa iktar evidenti fid-dawl tal-isfidi reċenti għall-istabbiltà fil-Lvant tal-UE, inkluż in-nofsinhar tal-Kawkasu.

    L-importanza strateġika tat-Turkija għall-UE kompliet tiżdied f’oqsma essenzjali bħas-sigurtà tal-enerġija, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u s-sigurtà regjonali fin-Nofsinhar tal-Kawkasu u fil-Lvant Nofsani. L-involviment tal-pajjiż mal-UE, permezz ta’ negozjati u riformi relatati li bdew iseħħu, irendih qawwa iktar b’saħħitha għall-istabbiltà f’reġjun li qed jiffaċċja diversi sfidi. L-ambjent sikur li jeżisti bħalissa fl-Ewropa isejjaħ ukoll għall-konsolidazzzjoni tal-istabbiltà u t-tisħiħ tar-riforma fil-Balkani tal-Punent.

    F’dan l-isfond, l-implimentazzjoni konsistenti tal-kunsens imġedded dwar it-tkabbir, kif definit mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, huwa iktar importanti milli qatt kien. Dan il-kunsens hu bbażat fuq il-prinċipji ta’ konsolidazzjoni tal-impenji, kundizzjonalità ġusta u rigoruża u komunikazzjoni aħjar mal-pubbliku, flimkien mal-kapaċità tal-UE li tintegra l-membri ġodda.

    L-UE ħadet passi biex ittejjeb il-kwalità tal-proċess tat-tkabbir, b’attenzjoni partikulari għat-tagħlimiet minn tkabbir preċedenti. Qed tingħata iktar attenzjoni minn kmieni lill-istat tad-dritt u l-governanza tajba. Il-pass li bih kandidat jew kandidat potenzjali joqrob lejn l-UE jirrifletti l-pass tar-riformi politiċi u ekonomiċi tiegħu kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jassumi d-drittijiet u l-obbligi tas-sħubija skont il-kriterji ta’ Kopenħagen.

    Is-sena li ġejja għandha tkun kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-Balkani tal-Punent Il-progress tal-pajjiżi Balkani tal-Punent lejn is-sħubija fl-UE jista’ jiġi aċċellerat, sakemm dawn jissodosfaw il-kundizzjonijiet neċessarji Il-Kroazja mistennija tilħaq il-fażi finali tan-negozjati ta’ adeżjoni sal-aħħar tal-2009 jekk ħadet il-passi preparatorji neċessarji. Iktar riformi fl-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja għandhom iqarrbu l-pajjiż lejn l-UE. Għall-kandidati potenzjali, il-progress jista’ jirriżulta fi status ta’ kandidat meta dawn ikunu wrew it-tħejjija tagħhom.

    Il-pass tan-negozjati ta’ adeżjoni mat-Turkija jirrifletti l-pass ta' riforma kif ukoll kemm il-pajjiż qed jissodisfa l-kundizzjonijiet relevanti. It-Turkija issa teħtieġ iġġedded l-isfoz tagħha fir-riforma politika.

    Il-kriżi finanzjarja internazzjonali s’issa kellha biss impatt limitat fuq l-ekonomija u s-settur finanzjarju tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Madankollu, it-twessiegħ sinifikanti fid-defiċit kurrenti li għamlu diversi pajjiżi jżid il-vulnerabbiltà tagħhom għal xokkijiet minn barra. Kemm il-kreditu estern kif ukoll l-Investiment Dirett Barrani (FDI) huma mistennija jmajnaw bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja globali.

    Dwar il-kwistjoni ta’ Ċipru, il-mexxejja tal-komunitajiet Griega Ċiprijotta u dik Turka Ciprijotta bdew negozjati mifruxa dwar ftehim komprensiv taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tagħhom u hija lesta tipprovdi pariri tekniċi dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-UE.

    L-Unjoni Ewropea hija iktar b’saħħitha b’ġirien stabbli, sinjuri u demokratiċi. Jekk jaħdmu flimkien fuq il-bażi ta’ valuri kondiviżi u interessi komuni, l-UE u l-ġirien tagħha jistgħu jindirizzaw b’mod iktar effettiv l-isfidi kurrenti. L-Unjoni se tintensifika wkoll ir-relazzjonijiet tagħha mas-sieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-Lvant u fin-Nofsinhar biex tkompli ttejjeb is-sigurtà u l-prosperità reċiproka. Il-Partenarjat tal-Lvant bħalissa qed jitħejja kif ukoll il-Proċess ta’ Barċellona: L-Unjoni għall-Mediterran se tkun ta’ importanza partikulari f’dan ir-rigward.

    Din il-komunikazzjoni tispjega l-progress li sar u l-isfidi ewlenin li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi involuti fil-proċess ta’ tkabbir. Tiddeskrivi l-mod li bih il-Kummissjoni se tiggwida u tappoġġja l-isforzi tagħhom fis-sena li ġejja.

    IT-TħADDIM TAL-KUNSENS IMġEDDED TAT-TKABBIR

    Is-sitwazzjoni attwali tal-progress li sar u l-isfidi li għad baqa’ fil-pajjiżi

    Il-Balkani tal-Punent

    Tul l-aħħar sena, il-Balkani tal-Punent qorbu lejn l-UE minħabba li r-reġjun għamel progess, minkejja li mhux uniformi, fejn jidħlu riformi u billi ssodisfa kriterji u kundizzjonijiet stabbiliti. Inżammet l-istabbiltà fir-reġjun u s-sitwazzjoni baqgħet ġeneralment kalma wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza u d-dħul fis-seħħ tal-kostituzzjoni fil-Kosovo. Ir-reġjun baqa’ jgawdi rati għolja ta’ tkabbir, grazzi partikolarment għall-investimenti domestiċi u barranin filwaqt li, b'mod ġenerali, ir-riformi baqgħu jagħmlu progress u l-kwalità tal-ħajja tjiebet. Il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali (Regional Cooperation Council - RCC) wiret it-tmexxija mill-Patt ta’ Stabbiltà, u saħħaħ is-sens ta’ paternità tal-kooperazzjoni reġjonali fix-Xlokk tal-Ewropa mill-pajjiżi direttament ikkonċernati.

    Xorta waħda, il-Balkani tal-Punent qed jiffaċċjaw għadd ta’ kwistjonijiet ta' prova li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità fir-reġjun. Ir-riforma u r-rikonċiljazzjoni għad iridu jrabbu l-għeruq. F’ħafna mill-pajjiżi Balkani tal-Punent, il-bini tal-istat, il-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet kif ukoll governanza aħjar jikkostitwixxu tħassib prioritarju. F’ħafna mill-pajjiżi għad irid jitwaqqaf servizz civili professjonali, imparzjali u responsabbli. L-infurzar tal-istat tad-dritt, partikolarment permezz ta’ riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, għadu kwistjoni ewlenija tul ir-reġjun. Id-djalogu bejn il-forzi politiċi u l-ispirtu ta’ kompromess għadu insuffiċjenti, inkluż dwar kwistjonijiet etniċi. Kwistjonijiet mhux risolti dwar il-viċinat għadhom jippersistu. L-inflazzjoni medja tjiebet. L-iżbilanċi negattivi fil-kont kurrenti żdiedu b’mod sinifikattiv. F’ċerti pajjiżi il-qagħad għadu għoli ħafna. Jeħtieġu jsiru riformi fil-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali. L-isfidi makroekonomiċi żdiedu, minħabba ambjent estern inqas favorevoli, partikolarment bil-kriżi finanzjarja internazzjonali.

    Fil-livell ta’ pajjiż, jistgħu jiġu rrappurtati dawn l-iżviluppi.

    In-negozjati ta’ adeżjoni tal-Kroazja daħlu fil-fażi deċiżiva tagħhom, u permezz ta’ hekk qed juru lir-reġjun li l-prospettiva ta’ sħubija mal-UE hija realtà, skont l-impenji tal-Unjoni jekk il-kundizzjoinjiet neċessarji jkunu ssodisfati.

    Fl-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, sar progress f’għadd ta’ oqsma essenzjali li aċċennat għalihom il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2008[1] partikolarment rigward ir-riforma ġudizzjarja, u l-implimentazzjoni tal-ħtiġiet taħt il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Madankollu, inċidenti vjolenti u irregolaritajiet serji tellfu l-elezzjonijiet parlamentari. Jinħtieġu djalogu politiku kostruttiv u azzjoni deċiżiva biex jiġu implimentati riformi skont il-prioritajiet tas-Sħubija għall-Adeżjoni.

    L-Albanija kompliet tagħmel progress f’riformi politiċi kruċjali. Il-ftehim interim mal-UE daħal fis-seħħ sentejn ilu u issa qed jiġi implimentat kollox ma’ kollox mingħajr intoppi. Madankollu, l-istat tad-dritt u l-iżgurar li l-istituzzjonijiet tal-istat jiffunzjonaw tajjeb jibqgħu sfidi prinċipali. Il-kapaċita amministrattiva u dik tal-infurzar jeħtieġ jitjiebu iktar.

    Fil-Montenegro r-riformi politiċi imxew 'il quddiem. It-tħaddim tal-ftehim interim, li daħal fis-seħħ fil-bidu ta' din is-sena, qiegħed ġeneralment jagħmel progress mingħajr intoppi. Madankollu, hemm il-ħtieġa ta’ riforma ġudizzjarja u li jistabbilizza ruħu l-istat tad-dritt, li jibqgħu sfidi ewlenin. Il-kapaċita amministrattiva u dik tal-infurzar jeħtieġ jitjiebu iktar.

    L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Stabilisation and Association Agreement - SAA) mal-Bożnja u Ħerzegovina kkonferma l-impenn tal-UE għall-futur Ewropew ta’ dak il-pajjiż. Il-Bożnja u Ħerzegovina beda jħaddem il-ftehim interim f’Lulju. Iżda elementi kostituzzjonali stabbiliti mill-ftehim ta’ paċi Dayton/Pariġi ġew sfidati minn politiċi ewlenin fiż-żewġ entitajiet, u r-riformi relatati mal-UE staġnaw. Il-kunsens dwar prioritajiet prinċipali ta' riforma għadu dgħajjef.

    Wara l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari, s-Serbja ġeddet l-impenn għal futur Ewropew ibbażat fuq valuri kondiviżi. L-SAA ġie ffirmat u l-ftehim interim se jibda' jitħaddem hekk kif il-Kunsill jaċċerta ruħu li s-Serbja qed tikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks Jugoslavja (International Criminal Tribunal for the former Yugoslavia - ICTY). Sar pass importanti ’l quddiem meta ġie arrestat u tressaq il-qorti Radovan Karadzic iżda dan il-proċess jeħtieġ jitlesta. Is-Serbja wriet li għandha l-kapaċità amministrattiva li tagħmel progress sostanzjali lejn l-UE. Madankollu, tul l-aħħar sena r-riformi ddewmu. Ir-riforma ġudizzjarja u l-prevenzjoni tal-korruzzjoni jibqgħu l-iktar sfidi importanti.

    Ir-realtà ġdida fil-Kosovo[2] wasslet għar-rikonfigurazzjoni tal-preżenza internazzjonali. Dan għandu jiffaċilita l-impostament tal-missjoni EULEX li issa inbeda. Is-sitwazzjoni fil-Kosovo hija sui generis u ma tistax tiġi kkunsidrata bħallikieku ħolqot preċedent. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE tinsab lesta biex tassisti l-iżvilupp politiku u ekonomiku tal-Kosovo minn perspettiva ċara Ewropea, skont il-perspettiva tal-UE għar-reġjun. Il-kostituzzjoni adottata mill-Kosovo hija skont standards Ewropej u ġie adottat ammont konsiderevoli ta’ leġislazzjoni prinċipali. Madankollu, jibqgħu isfidi importanti, partikolarment li jissaħħu l-istituzzjonijiet, li jiġi ssodat l-istat tad-dritt, u li jitjieb id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet.

    It-Turkija

    Is-sena kienet ikkaratteriżżata minn tensjonijiet politiċi qawwijin. Il-Prosekutur Pubbliku Ewlieni applika għand il-Qorti Kostituzzjonali biex jiġi xolt il-partit fil-gvern minħabba attivitajiet anti-sekulari. Il-Qorti eventwalment iddeċidiet li ma ssegwix it-talba tal-Prosekutur u minflok imponiet multa. Dan għen biex tiġi evitata kriżi politika serja u għandu jipprovdi opportunitajiet ġodda biex jiġi restawrat id-djalogu u spirtu ta’ kompromess bejn il-partiti politiċi.

    L-UE ikkundannat b’mod emfatiku l-attakki terroristiċi mill-PKK li swew il-ħajja ta’ diversi persuni. Il-forzi armati Torok wettqu diversi operazzjonijiet kontra bażijiet tal-PKK fit-Tramuntana tal-Iraq.

    It-Turkija kellha rwol kostruttiv fil-viċinanzi tagħha u fil-medda wiesgħa tal-Lvant Nofsani permezz ta’ diplomazija attiva. Wara l-kriżi tal-Ġeorġja, ipproponiet Pjattaforma għall-Istabbiltà u l-Kooperazzjoni fil-Kawkasu biex tippromwovi d-djalogu bejn il-pajjiżi ta’ dak ir-reġjun. Il-President Gül żar Yerevan, l-ewwel żjara ta’ President Tork minn meta l-Armenja ħadet l-indipendenza. It-Turkija għamlet sforzi biex tkun medjatur bejn Iżrael u s-Sirja u mexxiet djalogu mal-Iran dwar il-kwistjoni nukleari.

    Il-pożizzjoni ġeo-strateġika tat-Turkija tagħti lill-pajjiż rwol vitali għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE partikolarment fid-diversifikazzjoni ta’ fonti tal-enerġija. Kooperazzjoni iżjed mill-qrib bejn l-UE, it-Turkija, kif ukoll stati oħra fir-reġjun – kemm pajjiżi li jissuplixxu kif ukoll dawk li jinsabu fir-rotta – hija essenzjali. Proġetti eżistenti u futuri dwar pipelines huma riżorsa għall-pajjiżi kollha li mit-territorju tagħhom dawn jgħaddu, it-Turkija b'mod partikolari. It-tlestija f’waqtha tal-Kuridur tal-Gass tan-Nofsinhar permezz tat-twettiq malajr tal-proġetti ppjanati, u partikolarment il-linja tal-gass Nabucco, hija fost l-ogħla prioritajiet ta’ sigurtà tal-enerġija tal-UE.

    Il-gvern ta’ bħalissa kiseb il-poter f’Lulju 2007 abbażi ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti b’mandat qawwi għar-riforma. Ġedded l-impenn tiegħu għall-proċess ta ’ adeżjoni u r-riformi relatati u ħabbar ħidma fuq kostituzzjoni ġdida. Sar ftit progress fl-oqsma tal-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet tal-komunitajiet reliġjużi mhux Musulmani. L-artiklu 301 tal-Kodiċi Penali kien emendat bil-ħsieb li jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni. Il-Parlament adotta liġi ġdida dwar il-fondazzjonijiet, li tindirizza għadd ta’ problemi li qed jiffaċċjaw il-komunitajiet reliġjużi mhux Musulmani. Barra min hekk, il-Gvern iddeċieda li jlesti l-Proġett tax-Xlokk tal-Anatolja (GAP) għall-iżvilupp ekonomiku fix-Xlokk ta ’ dak il-pajjiż .

    Madankollu, tinħtieġ rankatura ġdida għar-riforma, biex tissaħħaħ id-demokrazija u d-drittijiet umani, biex il-pajjiż jiġi mmodernizzat u żviluppat u biex joqrob lejn l-UE. Ir-regolamenti dwar il-partiti politiċi, ir-riforma kostituzzjonali, il-libertà tal-espressjoni, u d-drittijiet tal-mara jeħtieġu attenzjoni partikolari.

    L-ekonomija tat-Turkija kompliet sejra relattivament tajjeb, u l-istabbiltà makroekonomika nżammet minkejja tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir tal-PDG. S’issa l-kriżi finanzjarja internazzjonali wasslet biex ikunu kkoreġuti l-prezzijiet tal-assi u tal-munita, mingħajr ma effettwat serjament is-settur bankarju. Madankollu, il-ħtiġiet konsiderevoli ta’ finanzjament minn barra jżidu l-vulnerabbiltà għal xokkijiet esterni. Fit-termini tal-kriterji ekonomiċi ta’ Kopenħagen, it-Turkija issa għandha ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Għandha tkun kapaċi tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-UE għal perjodu ta' żmien medju, sakemm tkompli timplimenta programm ta’ riforma komprensiv biex tindirizza d-dgħufijiet strutturali. Barra dan, l-interdipendenza ekonomika tat-Turkija mal-UE żdiedet.

    Strumenti ta’ qabel l-adeżjoni: l-indirizzar tal-isfidi ewlenin

    Il-Kummissjoni għamlet użu sħiħ mill-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni biex tindirizza l-isfidi ewlenin li huma l-bini tal-istat, governanza tajba, l-istat tad-dritt, u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, skont id-dokument ta’ strateġija tal-2007 dwar it-tkabbir. Dan diġà pproduċa riżultati sinifikanti.

    Saru sforzi kontinwi biex titjieb il-kwalità tal-proċess tat-tkabbir, inkluż li jitniżżlu bħala kundizzjonijiet punti ta’ referenza rigorużi għall-ftuħ u l-għeluq tal-kapitli, u li jsiru iżjed studji dwar l-impatt fuq oqsma ewlenin ta’ politika.

    Il-Kunsill adotta l-proposti tal-Kummissjoni għall-Sħubijiet ta' Adeżjoni u Ewropej li jinkludu dawn il-prioritajiet essenzjali. Il-Kummissjoni intensifikat id-djalogu politiku, bis-sħubijiet bħala dokumenti ta’ referenza ewlenin. Sar progress ukoll fil-qasam tad-djalogu ekonomiku permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza fiskali ta’ qabel l-adeżjoni.

    Il-prioritajiet ta’ sħubija iggwidaw l-ipprogrammar u t-twassil tal-għajnuna taħt l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (Pre-accession Assistance - IPA), li jwassal għal iżjed appoġġ għar-riformi fondamentali. Is-sostenn tal-IPA għall-2008 jammonta għal EUR 1.4 biljun. Mit-EUR 840 miljun intiżi bħala assistenza għat-transizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet fil-programmi nazzjonali tal-IPA, 33% issa qed jintużaw biex titjieb il-governanza, tiġi nkoraġġita r-riforma amministrattiva u ġudizzjarja, jissaħħaħ l-istat tad-dritt, jingħata sostenn lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, tingħata promozzjoni lid-drittijiet umani, jiġu protetti l-minoranzi u tiġi żviluppata s-soċjetà ċivili. Uffiċjali minn stati membri qed joffru wkoll assistenza ta’ reazzjoni malajr permezz ta’ TAIEX u SIGMA[3]. L-assistenza għal dawk ir-riformi fit-terminu medju tinkludi netwerks ta’ ġemellaġġ bejn amministrazzjonijiet pubbliċi u skemi ta’ għotjiet għal proġetti ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGO).

    Il-Kummissjoni ħadet inizjattivi biex tikkoordina s-sostenn għall-IPA ma’ dak tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) u donaturi oħra. Dan iżid il-livell tal-kapital f’sostenn għall-IPA fil-qasam tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Ġiet imnedija Faċilità għal Proġetti ta’ Infrastruttura flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment (European Investment Bank - EIB), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (European Bank for Reconstruction and Development - EBRD) u l-Bank għall-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa (Council of Europe Development Bank - CEB). Din tikkostitwixxi pass importanti lejn l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Investiment fil-Balkani tal-Punent sal-2010, kif miftiehem mill-Kummissjoni, il-EIB, il-ERBD u s-CEB u approvat mill-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju. Inizjattivi oħrajn jinkludu faċilità għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif ukoll strument waħdieni għall-iżvilupp tal-SMEs: il-Fond Ewropew għall-Ewropa tax-Xlokk.

    Dan jibbenefikaw minnu għexieren ta’ eluf ta’ impriżi żgħar tul ir-reġjun.

    Tlestiet it-transizzjoni mill-implimentazzjoni ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (EAR) għad-delegazzjonijiet u uffiċini tal-Kummissjoni f’Belgrad, f’Podogorica, fi Pristina u fi Skopje. L-aġenzija se tingħalaq fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-għan hu li, meta juru li huma lesti, is-sħab infushom jieħdu kontroll tal-implimentazzjoni tal-assistenza.

    Il-Kummissjoni organizzat Konferenza għad-Donaturi għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-Kosovo li rriżultat fi pleġġ totali ta’ EUR 1.2 biljun, li minnhom kważi EUR 800 miljun ġejjin mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri. Dan is-sostenn għandu jagħti spinta konsiderevoli lill-iżvilupp tal-Kosovo. Huwa essenzjali li l-gvern tal-Kosovo jgħin lill-assistenza li ġejja mid-donaturi billi jonora l-impenji tiegħu rigward id-dixxiplina fiskali, il-ġestjoni tal-ispiża pubblika u r-riforma fil-politika ekonomika.

    Jinħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lill-kuntatti bejn in-nies skont id-dokument ta’ strateġija dwar it-tkabbir tal-2007. Il-ftehimiet dwar it-tħaffif tal-viża u r-riammissjoni daħlu fis-seħħ mal-pajjiżi kollha kkonċernati f'Jannar 2008 u l-Kummissjoni qed tmexxi djalogu magħhom dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. F’dan il-kuntest, ġew stabbiliti r-rotot li jwasslu għal-liberalizzazzjoni tal-viża, li stabbilew punti ta’ referenza ċari u realistiċi biex jitneħħa l-obbligu tal-viża. Miżuri immirati biex jiżdiedu l-kuntatti bejn in-nies jinkludu wkoll iktar opportunitajiet ta’ mobbiltà għal studenti universitarji u gradwati taħt il-programm Erasmus Mundus u fondi addizzjonali taħt il-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni. Il-programm Tempus kompla jipprovdi sostenn għar-riforma fl-edukazzjoni permezz ta’ sħubija bejn l-universitajiet.

    Wara li ġiet stabbilita l-Komunità tal-Enerġija, bdew in-negozjati mal-Balkani tal-Punent biex tinħoloq Komunità tat-Trasport bil-għan li jiġi ffirmat ftehim matul l-2009. Sar progress ukoll lejn it-twettiq taż-Żona Komuni Ewropeja għall-Avjazzjoni (European Common Aviation Area - ECAA). Fil-qasam tal-ambjent qed jiġi żviluppat mekkaniżmu ġdid ta’ kooperazzjoni reġjonali biex l-isfidi ambjentali marbutin ma’ qabel l-adeżjoni jiġu ffaċċjati flimkien.

    Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja internazzjonali, il-Kummissjoni tinsab lesta li tassisti lill-awtoritajiet fil-pajjiżi tat-tkabbir biex jiggestjonaw il-konsegwenzi finanzjarji u ekonomiċi.

    Saru sforzi importanti biex jipprovdu sostenn għal inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali, skont l-aġenda ta’ Tessaloniki u bil-passi spjegati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2008. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Reġjonali (Regional Cooperation Council - RCC) li twaqqaf dan l-aħħar qed jiffunzjona. Issa qed jiffaċċja l-isfida li jiżgura l-effiċjenza tal-attivitajiet reġjonali u jkompli jorqomhom. Inizjattivi reġjonjali li qed tappoġġja l-Kumissjoni jinkludu assistenza lis-segretarjat tal-RCC, l-Iskola Reġjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika li se titwaqqaf f’Danilovgrad (il-Montenegro), inizjattiva ġdida dwar it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru, kif ukoll ir-riabilitazzjoni tal-patrimonju kulturali u proġetti għal kotba tal-istudju dwar l-Istorja. Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll il-kooperazzjoni kummerċjali permezz tas-Segretarjat tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). Rigward id-dwana, dalwaqt jidħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet fuq il-kumulu djagonali dwar ir-regoli ta’ oriġini bejn l-UE u uħud mill-Balkani tal-Punent, li għandhom jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali[4].

    Il-Kummissjoni stabbiliet faċilità ġdida ta’ finanzjament taħt l-IPA biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili u d-djalogu. Is-sostenn taħt il-Faċilità għal Soċjetà Ċivili għall-2008 jammonta għal EUR 30 miljun, immirati lejn l-iżvilupp tal-kapaċità fil-livell lokali. Il-Kummissjoni organizzat konferenza importanti dwar l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fix-Xlokk tal-Ewropa f’April. Il-konferenza stimulat netwerking, skambju tal-aħjar prattiċi u l-bini ta’ sħubijiet. Dawn l-inizjattivi jiffavorixxu r-rikonċiljazzjoni bejn il-popli kif ukoll il-progress fit-triq lejn sħubija mal-UE.

    Il-komunikazzjoni aħjar mal-pubbliku huwa prinċipju ewlieni tal-kunsens imħedded dwar it-tkabbir. Il-Kummissjoni qed tippromwovi d-dibattitu pubbliku dwar it-tkabbir tal-UE, kemm fl-istati membri kif ukoll fil-pajjiżi tat-tkabbir, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni għall-organizzażżjonijiet għas-soċjetà ċivili, ġurnalisti u ż-żgħażagħ, inkluż il-produzzjoni ta’ filmati qosra, il-Festival Ewropew tal-Futboll tat-Triq f’Foca u kompetizzjoni għal ġurnalisti żgħażagħ “Kabbar il-viżjoni tiegħek”. Dawn l-inizjattivi żiedu mal-isforzi ta’ komunikazzjoni li qed isiru minn pajjiżi membri u pajjiżi sħab.

    L-AġENDA TAT-TKABBIR FL-2008-2009

    Biex titħaffef it-triq tal-Balkani tal-Punent lejn sħubija mal-UE

    F’Ġunju 2008 il-Kunsill Ewropew tenna l-affermazzjoni tal-appoġġ tiegħu għall-prospettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent. Saħaq li jekk isir progress kif suppost fir-riforma ekonomika u politika u jekk jintlaħqu l-kundizzjoinjiet meħtieġa, il-pajjiżi potenzjalment kandidati li għad fadal fil-Balkani tal-Punent għandhom jiksbu status ta’ kandidati, skont il-meriti tagħhom, bis-sħubija mal-UE bħala l-għan aħħari.

    Il-prospettiva tal-UE tibqa’ essenzjali għall-istabbiltà, ir-rikonċiljazzjoni u l-iżvilupp tal-Balkani tal-Punent, b’konformità mal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Stabilisation and Association Process - SAP). Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea, u tal-Ewropa kollha, li fir-reġjun iseħħu malajr kemm jista’ jkun ir-riforma politika u ekonomika, ir-rikonċiljazzjoni bejn il-popli u l-progress lejn l-UE. L-UE għandha tkun lesta biex taċċellera l-preparazzjonijiet tagħhom ta’ qabel l-adeżjoni, hekk kif jilħqu l-kundizzjonijiet, u tiżgura li r-reġjun ikompli jibbenefika mill-ogħla livell ta’ trattament politiku u ekonomiku skont il-SAP. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, il-progress lejn is-sħubija jinsab f’idejn il-popli tar-reġjun u l-mexxejja tagħhom, hekk kif il-pass li jimxi bih jiddependi mill-kisbiet li jkun għamel kull pajjiż fit-twettiq tar-riformi neċessarji.

    F’dan il-komunikat il-Kummissjoni qed tipproponi mappa indikattiva biex jiġu konklużi n-negozjati tekniċi mal-Kroazja sal-aħħar tal-2009, sakem jintlaħqu l-kundizzjonijiet. Dan huwa spjegat fit-taqsima 3.2.

    Ladarba l-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen jintlaħqu u jkunu ssodisfati l-prijoritajiet ewlenin tas-sħubiija tal-adeżjoni, isiru possibbli iktar passi tal- eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-progress tagħha lejn l-UE. B’mod partikulari l-pajjiż irid jiżgura elezzjonijiet ħielsa u ġusti. Id-djalogu bejn il-partiti politiċi u l-atturi ewlenin jeħtieġ jitjieb sabiex jippermetti lill-istituzzjonijiet jiffunzjonaw tajjeb u jaċċellera l-pass tar-riformi. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib il-progress tal- eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Prioritajiet ta’ sħubija ewlenin li għadhom ma twettqux jikkonċernaw rekord tajjeb fl-implimentazzjoni ta’ riformi ġudizzjarji, l-iżgurar ta’ servizz tal-ordni pubblika imparzjali u mhux politiċiżżat, titkompla kontinwa kontra l-korruzzjoni b’mod oġġettiv u l-assigurazzjoni li l-ingaġġi u l-promozzjonijiet fis-servizz pubbliku jkunu bbażati fuq kriterji professjonali .

    Għadd ta’ pajjiżi fil-Balkani tal-Punent indikaw li qed jikkunsidraw jissottomettu applikazzjonijiet għal sħubija mal-UE. Il-Kummissjoni tfakkar li rekord sodisfaċenti, partikolarment fit-tħaddim tal-obbligi li joħorġu minn SAA, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ, huwa element essenzjali għall-progress ta’ kull pajjiż lejn is-sħubija. Applikazzjoni għas-sħubija twassal biż-żmien, fuq talba tal-Kunsill, għal opinjoni mill-Kummissjoni li tevalwa kemm pajjiż ikun imħejji u għal studju dwar l-impatt tal-adeżjoni fuq oqsma ta’ politika prinċipali.

    L-Albanija teħtieġ tiżgura li l-elezzjonijiet parlamentari tal-2009 jkunu ppreparati u mmexxijin kif suppost. Il-Montenegro jeħtieġ tintensifika r-riforma ġudizzjarja. Iż-żewġ pajjiżi jeħtieġ ikomplu jibnu rekord tajjeb tal-implimentazzjoni tal-SAA, inkluż it-titjib fil-kapaċità amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi u billi jsaħħu l-istat tad-dritt.

    Il-Bożnja u Ħerzegovina issa teħtieġ urġentement li takkwista l-kunsens politiku neċessarju u tipproċedi bir-riformi, partikolarment bil-għan li tassumi iżjed paternità tal-governanza tagħha. Viżjoni kondiviża tad-direzzjoni tal-pajjiż hija meħtieġa biex jitħaddmu tajjeb l-istituzzjonijiet, biex jinħolqu strutturi statali iktar funzjonali u effiċjenti, u biex jitħaddtu b’vuċi waħda dwar kwistjonijiet tal-UE. Il-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi (Peace Implementation Council - PIC) iktar tard dan ix-xahar, għandu jirrevedi t-tħejjija tal-pajjiż biex jingħalaq l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli. Dan jiddependi mill-progress biex jintlaħqu ħames għanijiet speċifiċi[5] kif ukoll valutazzjoni pożittiva mill-PIC tal-qagħda politika ibbażata fuq konformità sħiħa mal-Ftehim tal-Paċi Dayton. Il-Kumikssjoni hija lesta biex tappoġġja l-isforzi tal-Bożnja u Ħerzegovina biex jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet.

    Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju stqarr li s-Serbja tista’ taċċellera l-progress lejn l-UE, inkluż l-istatus ta’ pajjiz kandidat, hekk kif jintlaħqu l-kundizzjoinjiet kollha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li għandu jkun possibbli li s-Serbja tingħata status ta’ kandidat fl-2009 jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet u fid-dawl ta’ opinjoni mill-Kummissjoni. Is-Serbja teħtieġ tibni fuq żviluppi pożittivi permezz ta’ kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY u tkompli tagħfas fuq l-aġenda ta’ riforma, biex dawn iwasslu għal progress tanġibbli f’oqsma prijoritarji inkluż it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u t-tħaffif ta’ riformi ekonomiċi u baġitarji. Is-Serbja għandha rwol ewlieni xi twettaq fir-reġjun. Hija mħeġġa biex tieħu atteġġjament kostruttiv lejn il-parteċipazzjoni tal-Kosovo f’inizjattivi reġjonali u f’fora internazzjonali u lejn l-isforzi tal-UE biex tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fil-Balkani tal-Punent.

    L-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-Kosovo huwa kruċjali għall-ġid tal-popolazzjoni tiegħu u għall-istabbiltà tar-reġjun. Il-Kunsill Ewropew f’Ġunju ddikjara li, b'konformità mal-kumplament tal-Balkani tal-Punent, il-Kosovo għandu perpettiva ċara dwar l-UE. L-UE tistenna li s-Serbja tieħu linja kostruttiva dwar l-impostament tal-EULEX u tinkoraġġixxi s-Serbi fil-Kosovo li jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-Kosovo. Id-djalogu regolari bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Kosovo dwar ir-riformi se jiġi intensifikat. Il-Kummissjoni se tesplora t-triqat kollha biex tippromwovi l-involviment tal-Kosovo fil-kooperazzjoni reġjonali u ssejjaħ lill-partijiet kollha biex jadottaw atteġġjament kostruttuv f’dan ir-rigward. Se tevalwa l-mezzi biex tmexxi l-iżvilupp politiku u soċjo-ekonomiku tal-Kosovo, u se teżamina kif l-aħjar il-Kosovo tista’ tieħu sehem fil-progress tar-reġjun lejn intergrazzjoni mal-UE fil-kuntest tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Ir-riżultat ta’ dan l-analiżi se jkun ippreżentat fi studju ta’ fattibbiltà fil-Ħarifa tal-2009.

    Relazzjonijiet ta’ viċinanza tajba u kooperazzjoni reġjonali jibqgħu kruċjali biex wieħed jersaq iktar lejn sħubija fl-UE u għalhekk jikkostitwixxu element ċentrali tal-Proċess ta’ Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni. Kważi s-sħab kollha tar-reġjun għandhom kwistjonijiet bilaterali mhux riżolti mal-ġirien tagħhom, inkluż tilwim dwar il-fruntieri. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-iżviluppi f’dan ir-rigward u tinkoraġġixxi l-imsieħba kollha biex jindirizzaw il-kwistjonijiet bilaterali bħala priorità. Jinħtieġ jsiru sforzi sinifikanti biex titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja dwar kwistjonijiet ta’ kriminalità, inkluż dwar investigazzjonijiet dwar krimini ta’ gwerra domestiċi.

    Kuntatti bejn in-nies jagħmlu l-prospettiva Ewropea tanġibbli għaċ-ċittadini.

    Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib biex tara li jitħaddmu b’mod xieraq il-ftehimiet dwar it-tħaffif tal-viża. Se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża u se tappoġġja lil dawk il-pajjiżi li jilħqu l-kriterji imfassla f’dawn il-pjani. Il-pass li jimxi bih id-djalogu dwar il-viża jiddependi mir-riżultati milħuqa minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi. Jekk dawn il-punti ta’ referenza jintlaħqu minn xi pajjiż, il-Kummissjoni tista’ tipproponi, fuq bażi ta’ pajjiż, pajjiż, li jitneħħa l-obbligu tal-viża matul l-2009.

    Fid-dawl ta’ dan il-Kummissjoni se tirdoppja l-fondi allokati għall-boroż ta’ studju għal studenti mill-Balkani tal-Punent taħt l-IPA 2009.

    Il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità u fl-aġenziji kienet utli biex tqarreb l-istituzzjonijiet u lill-popli ta’ pajjiżi msieħba lejn l-UE. Il-Kummissjoni se tħeġġeġ iktar parteċipazzjoni mill-benefiċjarji ta' dawn il-pajjiżi fi programmi li huma miftuhin għalijom. Se tesplora wkoll il-possibbiltà li jinfetħu iktar programmi għall-kandidati potenzjali. Rigward l-aġenziji tal-Komunità, il-Kummissjoni se tfittex li toffri iktar possibiltajiet ta’ parteċipazzjoni, inkluż l-istatus ta’ osservatur lill-pajjiżi kollha involuti fit-tkabbir fil-laqgħat tal-bordijiet ta’ ġestjoni jew tal-gruppi ta’ esperti. Il-Kummissjoni tipproponi li ttejjeb l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni offruti lil pajjiżi potenzjalment kandidati. Permezz tal-IPA, l-UE tista’ tikkofinanzja sa 90% tal-kontribuzzjoni ta’ pajjiż lil programm tal-Komunità jew Aġenzija fl-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni. Fis-snin ta’ wara, dik il-kontribuzzjoni tista’ tonqos, kemm f’perċentwal jew f’ammonti reali. Il-livell totali ta’ kofinanzjament għall-programmi tal-Komunità, jekk mhux dawk ta’ riċerka jew żvilupp, għandu fil-prinċipju jibqa’ madwar 10% tal-programmi nazzjonali IPA.

    Iż-żjieda tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-riformi li qed isiru fil-pajjiżi involuti fit-tkabbir qed jiddetermina b’mod qawwi l-paċi u l-kwalità tal-proċess ta’ adeżjoni, kif ukoll biex jattira l-appoġġ tal-pubbliku għall-adeżjoni. Iżjed żvilupp fil-kapaċità u proġetti ta' netwerking se jkunu ffinanzjati bħala parti mill-Faċilità għal Soċjetà Ċivili, inkluż il-programm għall-viżitaturi ‘People 2 people’, it-twaqqif, fl-ewwel nofs tal-2009, ta’ uffiċini li jipprovdu appoġġ tekniku f’kull pajjiż, u skemi ta’ appoġġ lil partenarjati ċiviċi f’oqsma bħall-ambjent, l-effiċjenza fl-enerġija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u t-traffikar. Taħt l-IPA 2009 skemi ta’ appoġġ lil partenarjati tas-soċjetà ċivili se jagħtu priorità lil setturi bħall-kultura, il-minoranzi u l-assoċjazzjonijiet imprenditorjali.

    L-iżgurar tal-appoġġ pubbliku jibqa’ għan kruċjali għall-politika ta’ tkabbir tal-UE. L-istati membri partikolarment għandhom ir-responsabbiltà li jkattru l-għarfien tal-isfidi u l-benefiċċji tat-tkabbir fost il-pubbliku. Pajjiżi msieħba jeħtieġ jagħmlu ħilithom biex jispjegaw liċ-ċittadini tagħhom il-kundizzjonijiet għall-progress lejn l-UE. Il-Kummissjoni se tkompli tqis it-tkabbir bħala qasam ta’ priorità fil-politika ta’ komunikazzjoni tagħha u se tieħu iktar azzjonijiet biex tappoġġja u żżid mal-isforzi tagħhom billi tipprovdi informazzjoni fattwali u tinkoraġġixxi d-dibattitu fost dawk li l-iktar jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika.

    Tkomplija ta’ negozjati għall-adeżjoni

    Il-Kroazja

    Tliet snin wara l-bidu tan-negozjati, il-Kroazja għamlet progress ġeneralment tajjeb. 21 minn 35 kapitlu infetħu u erba kapitli ingħalqu proviżorjalment[6]. Wara li f’dawn l-aħħar xhur ix-xogħol mexa b’pass mgħaġġel, il-Kroazja issa ssodisfat il-punti ta’ referenza tal-ftuħ għall-kapitli kollha ħlief tnejn.

    Kollox ma’ kollox, il-Kroazja kompliet tikkonforma mal-kundizzjoni ġenerali tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assocjazzjoni (SAP). Issa qegħda ġeneralment tikkonforma mal-obbligi taħt il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u qablet mal-Kummissjoni dwar soluzzjoni biex tkun eliminata taxxa diskriminatorja fuq is-sigaretti. Tul dawn l-aħħar xhur il- Kroazja għamlet passi sinifikanti biex ittejjeb il-ġestjonar tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE, minkejja li se tkun għad trid turi riżultati konkreti fit-titjib tal-ġestjonar.

    Fid-dawl tal-progress li sar s’issa, għandu jkun possibbli li jintlaħaq l-istadju finali tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Kroazja sal-aħħar tal-2009, sakemm il-Kroazja taqdi l-kundizzjonijiet kollha neċessarji. B’dan il-ħsieb il-Kummissjoni tipproponi pjan ta’ direzzjoni indikattiv biex jiġu konklużi n-negożjati. Dan l-orarju indikattiv jista' jkollu jinbidel skont il-progress li jsir fit-twettiq ta’ kundizzjonijiet.. Il-Kroazja teħtieġ tiddedika iżjed sforzi biex tlesti x-xogħol fuq il-livelli stipulati fil-kapitli tan-negozjar. Il-pajjiż jeħtieġ jagħmel sforzi, partikolarment fir-riforma ġudizzjarja u fl-amministrazzjoni pubblika, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, id-drittijiet tal-minoranzi, inkluż ir-ritorn tar-refuġjati, ġurijiet għal krimini tal-gwerra, l-aċċess lit-ICTY għal dokumenti. Il-Kroazja teħtieġ tagħmel ukoll iżjed sforzi sostanzjali biex tirristruttura t-tarzni. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib it-twettiq tal-impenji li daħlet għalihom il-Kroazja.

    It-Turkija

    Issa li t-Turkija irnexxielha tevita kriżi politika marbuta mal-qorti kostituzzjonali kontra l-partit fil-gvern, teħtieġ terġa’ ssaħħaħ il-proċess tar-riforma politika. Il-każ dwar ix-xoljiment xeħet dawl fuq l-importanza li jinbidlu r-regoli li taħthom jaqgħu il-partiti politiċi biex ikunu żgurati mekkaniżmi trasparenti ta’ finanzjament u d-dispożizzjoinjiet dwar ix-xoljiment tal-partit poiltiċi jinġiebu skont kriterji u punti ta’ referenza Ewropej. Tinħtieġ ukoll leġiżlazzjoni biex issaħħaħ id-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini irrispettivament mit-twemmin personali jew affiljazzjonijiet politiċi, u biex tiġi stabbilita l-funzjoni ta' ombudsman. Jinħtieġ li tiġi segwita r-riforma ġudizzjarja. Jeħtieġ isir iżjed djalogu bejn il-forzi politiċi differenti fil-pajjiż biex jinbena kunsens favur ir-riforma.

    Jinħtieġu sforzi kontinwi biex jitrawwmu l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-mara, ikunu ggarnatiti l-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta’ twemmin fil-prattika, ikunu rinfurzati d-drittijiet kulturali taċ-ċittadini kollha, jissaħħaħ il-kontroll ċivili fuq dak militari u l-leġiżlazzjoni sindakali tinġieb skont livelli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-UE.

    Wara li bdew negozjati mifruxa bejn il-mexxejja tal-komunitajiet Griega Ċiprijotta u dik Turka Ċiprijotta dwar ftehim komprensiv tal-kwistjoni Ċiprijotta, huwa kruċjali li t-Turkija tkompli tappoġġja soluzzjoni u l-isforzi tan-NU.

    Relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat jibqgħu il-qofol. Huwa mistenni li t-Turkija tassigura l-implimentazzjoni sħiħa u mhux diskrimminatorja tal-Protokol Addizzjonali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u li tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta ’ Ċipru. L-UE se tkompli ssegwi u tirrevedi l-progress li jkun sar dwar kwistjonijiet koperti mid-Dikjarazzjoni tal-21 ta’ Settembru 2005, skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2006 .

    L-adozzjoni ta’ Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni tal- Aquis (National Programme for the Adoption of the Acquis - NPAA) biex jindirizza l-prioritajiet tal-Partenarjat tal-Adeżjoni se tkun sinjal importanti tar-rieda tat-Turkija li terġa’ tniedi l-isforzi tagħha għar-riforma. Il-pass tan-negozjati għall-adeżjoni jirrifletti l-pass ta' riforma kif ukoll kemm it-Turkija qed tissodisfa l-kundizzjonijiet relevanti.

    ***

    L-opinjoni pubblika fl-UE dwar it-tkabbir fil-futur hija influwenzata mill-perċezzjoni ta’ tkabbir li sar fil-passat. Biex il-pubbliku jkun jista' jara ċar kemm il-benefiċċji kif ukoll l-isfirdi huwa essenzjalili wieħed jisma’ ċ-ċittadini, jindirizza t-tħassib tagħhom u jipprovdi iżjed informazzjoni.

    L-2009 se timmarka il-ħames anniversarju mid-dħul ta’ stati membri ġodda fl-Unjoni u se jikkoinċidi mal-20 anniversarju mill-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin. F’dan il-kuntest, il-Presidenza Ċeka li jmiss se torganizza avveniment importanti biex jiċċelebra t-tkabbir tal-2004. Il-Kummissjoni se tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha għal dan l-avveniment u f’dik l-okkazjoni se tippreżenta studju dwar l-impatt tal-ħames tkabbir fuq l-ekonomija tal-UE.

    KONKLUżJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

    Abbażi tal-analiżi hawn fuq, il-Kummissjoni tippreżenta l-konklużjonijiet li ġejjin:

    1. It-tkabbir iservi l-interessi strateġiċi tal-UE fl-istabbiltà, is-sigurtà u l-prevenzjoni tal-kunflitti. Għen biex iżid l-opportunitajiet ta’ prosperità u tkabbir, biex itejjeb il-kuntatt ma’ rotot vitali tat-trasport u l-enerġija, u biex iżid l-importanza tal-UE fid-dinja. L-aġenda preżenti tat-tkabbir tkopri l-Balkani tal-Punent u t-Turkija, li ngħataw il-prospettiva li jsiru membri tal-UE meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji.

    2. L-implimentazzjoni konsistenti tal-kunsens imġedded tat-tkabbir, kif definit mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, isir iktar importanti fid-dawl ta’ sfidi reċenti għall-istabbiltà fil-Lvant tal-UE, inkluż in-Nofsinhar tal-Kawkasu.

    3. L-UE ħadet passi biex ittejjeb il-kwalità tal-proċess ta’ tkabbir. Abbażi tal-analiżi stipulata fid-dokument ta’ strateġija tal-2007, qed tingħata iktar attenzjoni minn kmieni lill-istat tad-dritt u l-governanza tajba, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ir-riformi amministrattivi u gudizzjarji, u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili.

    4. Relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali jibqgħu il-qofol. Il-ftehim paċifiku tat-tilwimiet tibqa' priorità għall-partijiet kollha.

    5. Fid-dawl tal-progress li sar s’issa, għandu jkun possibbli li jintlaħaq l-istadju finali tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Kroazja sal-aħħar tal-2009, sakemm il-Kroazja taqdi l-kundizzjonijiet kollha neċessarji. B’dan il-ħsieb il-Kummissjoni tipproponi pjan ta’ direzzjoni indikativ biex jiġu konklużi n-negożjati. Dan l-orarju indikativ jista' jkollu jinbidel skont il-progress li jsir fit-twettiq ta’ kundizzjonijiet.. Il-Kroazja teħtieġ tiddedika iżjed sforzi biex tikkonkludi x-xogħol fuq il-livelli stipulati fil-kapitli tan-negozjar. Il-pajjiż jeħtieġ jagħmel sforzi, partikolarment fir-riforma ġudizzjarja u fl-amministrazzjoni pubblika, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, id-drittijiet tal-minoranzi, inkluż ir-ritorn tar-refuġjati, ġurijiet għal krimini tal-gwerra, l-aċċess lill-ICTY għal dokumenti. Il-Kroazja teħtieġ tagħmel ukoll iżjed sforzi sostanzjali biex tirristruttura t-tarzni. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib it-twettiq tal-impenji li daħlet għalihom il-Kroazja.

    6. It-Turkija teħtieġ iġġedded l-isfozi ta’ riforma, biex tissaħħaħ id-demokrazija u d-drittijiet umani, biex il-pajjiż jiġi mmodernizzat u żviluppat u biex joqrob lejn l-UE. Il-pass tan-negozjati għall-adeżjoni jirrifletti l-pass ta' riforma kif ukoll kemm it-Turkija qed tissodisfa l-kundizzjonijiet relevanti. Huwa mistenni li t-Turkija tassigura l-implimentazzjoni sħiħa u mhux diskrimminatorja tal-Protokol Addizzjonali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u li tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta ’ Ċipru.

    7. Dwar il-kwistjoni ta’ Ċipru, il-mexxejja tal-komunitajiet Griega Ċiprijotta u dik Turka Ciprijotta bdew negozjati miftuħin lejn ftehim komprensiv taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tagħhom u hija lesta tipprovdi pariri tekniċi dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UE. Issejjaħ liż-żewġ mexxejja biex jagħmlu progress deċiżiv u lit-Turkija biex tikkontribwixxi għal klima favorevoli biex iseħħ dan il-ftehim komprensiv.

    8. L- eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja teħtieġ tiżgura li tagħmel elezzjonijiet ħielsa u ġusti, li ttejjeb id-djalogu bejn il-partiti politiċi u l-atturi ewlenin u li tissodisfa prioritajiet importanti ta’ sħubja li għadhom pendenti. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress f’dawn l-oqsma.

    9. Il-progress tal-pajjiżi Balkani tal-Punent lejn is-sħubija fl-UE jista’ jiġi aċċellerat, sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji Għall-kandidati potenzjali, dan jista’ jirriżulta fi status ta’ kandidat meta dawn ikunu wrew it-tħejjija tagħhom, skont il-proċeduri stabbiliti.

    10. L-implimentazzjoni tal-ftehimiet interim mal-Albanija, il-Montenegro u l-Bożnja u Ħerżegovina miexi ’l quddiem. l-istat tad-dritt jibqa’ sfida prinċipali, u l-kapaċità tal-amministrazzjoni u tal-infurzar teħtieġ titjib aktar. B’mod partikolari, l-Albanija trid tiżgura l-preparazzjoni u t-twettiq xieraq tal-elezzjonijiet parlamentari tal-2009. Il-Montenegro trid tagħmel sforzi partikulari biex tagħmel riforma fil-qrati. Il-mexxejja politiċi tal-Bożnja u Ħerżegovina jeħtieġ jaslu għal viżjoni komuni dwar id-direzzjoni tal-pajjiż, biex ikunu vuċi waħda dwar l-UE u kwistjonijiet internazzjonali, u jilħqu kunsens dwar riformi ta' qofol li huma meħtieġa għal integrazzjoni Ewropea.

    11. Is-Serbja teħtieġ tibni fuq żviluppi pożittivi permezz ta’ kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY u progress tanġibbli f’oqsma ta’ riforma prioritarji. Il-Kummissjoni tikkunsidra li jista’ jkun possibbli li s-Serbja tingħata l-istatus ta’ kandidat fl-2009, jekk il-kundizzjonijiet ikunu milħuqin u fid-dawl ta’ opinjoni mill-Kummissjoni li tivvaluta t-tħejjija tal-pajjiż.

    12. Il-Kosovo għandha perspettiva Ewropea ċara, b’konformità mal-kumplament tal-Balkani tal-Punent. Fil-Ħarifa tal-2009, il-Kummissjoni se tippreżenta studju ta’ fattibbiltà li jevalwa l-mezzi biex jitkompla l-iżvilupp politiku u soċjo-ekonomiku tal-Kosovo, u jeżamina kif l-aħjar il-Kosovo tista’ tieħu sehem fil-progress tar-reġjun lejn integrazzjoni mal-UE fil-kuntest tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

    13. Il-Kummissjoni qed tieħu miżuri biex tagħmel il-prospettiva Ewropea tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent. Sakemm il-livelli stabbiliti fil-pjani ta’ direzzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża jintlaħqu, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li jitneħħa l-obbligu tal-viża pajjiż, pajjiż tul l-2009. Il-fondi għall-boroż ta’ studju għal studenti mill-Balkani tal-Punent ser jirduppjaw fl-2009. In-negozjati għal Komunità tat-Trasport mal-Balkani tal-Punent se jittieħdu ’il quddiem bil-għan li jiġi ffirmat ftehim matul l-2009.

    14. L-assistenza taħt l-Istrument għal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (Pre-Accession Assistance - IPA) se tkompli tiffoka fuq kwistjonijiet ta’ riforma li huma fil-qalba. Dan huwa rifless fil-Qafas Finanzjarju Indikativ Multi-annwali 2010-2012, li l-Kummissjoni qed tippreżenta llum. L-implimentazzjoni tal-Faċilità għal Soċjetà Ċivili ġdida se tkompli fl-2009. Se tkun inkoraġġita iktar parteċipazzjoni minn pajjiżi sħab fil-programmi tal-Komunità u fl-aġenziji.

    15. Koordinazzjoni mal-Istituzzjonijiet Internazzjonali Finanzjarji (International Financial Institutions - IFIs) u donaturi oħra jżidu l-kapital għas-sostenn tal-IPA. Il-Kummissjoni se timxi biex sal-2010 twaqqaf Qafas ta’ Ħidma għall-Investiment fil-Balkani tal-Punent kif hu miftiehem mal-Bank Ewropew għall-Investimenti, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank tal-Kunsill tal-Ewropa.

    16. Il-kriżi finanzjarja internazzjonali s’issa kellha biss impatt limitat fuq l-ekonomija u s-settur finanzjarju tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tgħin lill-awtoritajiet fil-pajjiżi involuti fit-tkabbir fil-ġestjoni tal-konsegwenzi finanzjarji u ekonomiċi.

    17. F’Mejju 2009, taħt il-Presidenza Ċeka, l-UE tiċċelebra l-ħames anniversarju mit-tkabbir tal-2004. F’dik l-okkażjoni l-Kummissjoni se tippreżenta studju dwar l-impatt tal-ħames tkabbir fuq l-ekonomija tal-UE.

    18. L-appoġġ pubbliku għat-tkabbir huwa kruċjali. Huwa importanti li l-awtoritajiet fl-istati membri u l-istituzzjonijiet Ewropej iħeġġu l-għarfien pubbliku dwar l-interess tal-UE fit-tkabbir.

    ANNESS 1

    Mappa ta’ direzzjoni biex jintlaħaq l-istadju finali ta' negozjati għall-adeżjoni mal-Kroazja

    B’konformità mal-qafas ta’ negozjar u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2006, il-pass tan-negozjati ta’ adeżjoni jiddependi minn jekk il-Kroazja tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa. Skont il-prinċipju ta’ meriti, il-progress fin-negozjati jiddependi minn jekk il-Kroazja twettaqx ir-riformi politiċi, ekonomiċi, leġiżlattivi u amministrattivi neċessarji. Il-pajjiż jeħtieġ jagħmel sforzi, partikolarment fir-riforma ġudizzjarja u fl-amministrazzjoni pubblika, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-drittijiet tal-minoranzi, inkluż ir-ritorn tar-refuġjati, ġurijiet għal reati tal-gwerra, l-aċċess għall-ICTY għal dokumenti fil-Kroazja, kif ukoll ir-ristrutturar tat-tarzni.

    Minħabba li dawn il-kwistjonijiet għandhom rabta mill-qrib man-negozjati tal-adeżjoni, jeħtieġ li l-Kroazja turi riżultati konkreti fit-twettiq tal-obbligazzjonijiet taħt il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, tikkonforma mal-kundizzjonalità ġenerali tal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAP) u ttejjeb il-ġestjonar tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE.

    Il-ftuħ tal-kapitli li għad baqa’:

    - Il-Moviment ħieles tal-kapital

    - L-akkwist pubbliku

    - Il-politika dwar il- kompetizzjoni

    - L-agrikultura u l-iżvilupp rurali

    - Is-sikurezza alimentari , politika veterinarja u fitosanitarja

    - Is-sajd

    - It-tassazzjoni

    - Politika reġjonali

    - Il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali

    - Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà

    - L-Ambjent

    - Politika barranija u l-politika tad-difiża

    Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li fil-konferenza dwar l-adeżjoni isir kull sforz biex jinfetħu l-kapitli li għad baqa’ sal-aħħar tal-2008, jekk il-Kroazja tagħmel dan possibbli billi tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, u dawk li jkun fadal kmieni fl-2009.

    Rigward il-punti ta’ referenza għall-ftuħ tal-kapitlu rigward il-politika tal-kompetizzjoni, il-Kroazja teħtieġ tagħmel iktar sforzi, partikolarment rigward il-bini tal-bastimenti. Rigward il-kapitlu dwar id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali , il-Kroazja teħtieġ tagħmel l-isforzi tal-aħħar biex tissodosfa l-elementi li għad fadal fil-punti ta’ referenza għall-ftuħ.

    L-għeluq proviżjorju tal-kapitli li għad baqa’:

    31 kapitlu għad iridu jingħalqu Dan jiddependi minn jekk il-Kroazja tissodisfax l-istandards li ġew stabbiliti.

    Il-Kroazja talbet għadd ta’ addattamenti transizzjonali f’ċerti kapitli u dan iżid mal-ħtieġa ta’ iktar negozjati u għalhekk jista’ jdewwem l-għeluq proviżorju ta’ xi kapitlu.

    Biex tintlaħaq l-aħħar fażi tan-negozjati dwar l-adeżjoni sal-aħħar tal-2009, huwa neċessarju li l-Kroazja tlesti x-xogħol tagħha fuq il-livelli ta’ referenza finali kmieni biżżejjed sabiex ikun jista' jsir l-għeluq tal-kapitli skont l-iskeda prioritarja li ġejja:

    Skeda prioritarja għall-kumplament tal-2008

    - Liġi dwar il-propjetà intellettwali

    - Politika ekonomika u monetarja

    - Netwerks Trans-Ewropej

    - Unjoni doganali

    Skeda prioritarja għall-ewwel nofs tal-2009

    - Id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi

    - Liġi tal-kumpaniji

    - Servizzi finanzjarji

    - Is-soċjetà tal-informazzjoni u l-media

    - Politika dwar it-trasport

    - Enerġija

    - Statistika

    - Politika soċjali u l-impjiegi

    - Protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa

    - Politika barranija u l-politika tad-difiża

    - Kontroll finanzjarju

    Skeda prioritarja għat-tieni nofs tal-2009

    - Il-moviment ħieles tal-merkanzija

    - Il-moviment ħieles tal-ħaddiema

    - Il-moviment ħieles tal-kapital

    - L-akkwist pubbliku

    - Il-politika dwar il-kompetizzjoni

    - L-agrikultura u l-iżvilupp rurali

    - Is-sikurezza alimentari, politika veterinarja u fitosanitarja

    - Is-sajd

    - It-tassazzjoni

    - Il-politika reġjonali u l-koordinazzjoni tal-fondi strutturali

    - Il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali

    - Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà

    - L-Ambjent

    - Dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji

    - L-istituzzjonijiet

    - Kwistjonijiet oħra.

    Jekk il-Kroazja tkompli tagħmel progress fil-preparazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni tul l-2009 dwar pakkett finanzjarju għall-adeżjoni tal-Kroazja.

    Iktar minn hekk il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jifforma grupp ta’ ħidma tekniku ad hoc biex jabbozza t-Trattat ta’ Adeżjoni, abbażi tat-testi mħejjija mill-Kummissjoni. Dan il-grupp jista’ jaħdem b’mod parallel man-negozjati u jista’ għalhekk jibda’ x-xogħol fl-ewwel nofs tal-2009. B’mod parallel, il-Kroazja teħtieġ tiżgura t-traduzzjoni f’waqtha tal- aquis fl-ilsien uffiċjali tagħha.

    L-orarju indikativ ippreżentat f’dan il-pjan ta’ direzzjoni jista’ jkollu jiġi adattat skont il-progress li tagħmel il-Kroazja. Il-Kummissjoni se tkompli tagħti sostenn lill-Kroazja fil-preparamenti tagħha għall-adeżjoni u se tkompli tgħinha permezz ta’ kompetenza esperta, inkluż l-użu sħiħ ta’ strumenti bħalma huma t-TAIEX u l-ġemellaġġ u permezz ta’ għajnuna finanzjarja mmirata tajjeb.

    IL-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib biex tara li l-impenji magħmula mill-Kroazja fin-negozjati jitwettqu u se tirrapporta fuq is-sejbiet tagħha. Se tagħmel użu minn missjonijiet regolari ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, inkluż rigward l-istat tad-dritt, kif ukoll minn għodod oħra disponibbli.

    ANNESS 2

    Konklużjonijiet dwar l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo [7], it-Turkija

    L-Albanija

    Rigward il- kriterji politiċi , l-Albanija kompliet tagħmel progress fid-demokrazija u l-istat tad-dritt. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kunsens bejn il-partiti, sar progress f’riformi li huma ta’ qofol. Madankollu, il-kultura ta’ djalogu bejn il-partiti politiċi u t-tħaddim xieraq tal-istituzzjonijiet tal-istat jeħtieġu iktar konsolidazzjoni. Hemm bżonn li l-elezzjonijiet parlamentari tal-2009 ikunu mħejjija tajjeb sabiex tintwera l-maturità demokratika tal-pajjiż. L-Albanija teħtieġ tibni iktar il-kapaċità amministrattiva tagħha. Minkejja xi progress, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata tibqa’ sfida ewlenija.

    Sar xi progress dwar id- demokrazija u l-istat tad-dritt. Il- parlament Albaniż adotta emendi kostituzzjonali prinċipali, inkluża r-riforma elettorali, ibbażati fuq kunsens wiesa’ bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Għad trid tiġi adottata kodiċi elettorali fil-ħin għall-elezzjonijiet parlamentari tal-2009. L-Albanija għamlet xi progress fit-tisħiħ tal-istrutturi governattivi tagħha biex timplimenta l-impenji tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u biex tikkordina x-xogħol lejn l-integrazzjoni tagħha fl-UE. Madankollu, il-kapaċità u l-ippjanar strateġiku għad baqagħlhom jissaħħu iktar. Fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, jeħtieġ isiru sforzi maġġuri biex jiġi stabbilit servizz ċivili indipendenti, effiċjenti u mibni fuq il-meritokrazija. Għadhom isiru ħatriet bi ksur tal-liġi tas-servizz ċivili. It-tħaddim bis-sħiħ tal-liġi tas-servizz ċivili, inkluża l-istruttura professjonali uffiċjali, se jkun ta’ qofol għall-progress.

    Kien hemm xi progress fir-riforma tas- sistema ġudizzjarja. Ġew adottati atti leġislattivi importanti dwar l-organizzazzjoni tal-ġudikatura. L-infrastruttura tal-qrati bdiet titjieb izda għadha mhix adegwata. Għad jonqos strateġija għal riforma komprensiva tal-ġudikatura. Atti leġiżlattivi ewlenin rigward il-funzjonament tal-Qorti Għolja tal-Ġustizzja u l-Uffiċċju tal-Prosekutur jinsabu pendenti. L-infurzar tas-sentenzi, partikolarment fil-każi ċivili, għadu bilmod. Għadha teżisti il-problema tax-xogħol b’lura u l-infrastruttura tal-qorti għadha mhux adegwata. Il-ġudikatura kompliet taħdem b'riżultati fqar u għad irid isir ħafna sakemm ikunu żgurati l-indipendenza, it-traparenza u l-effiċjenza.

    Il-gvern kompla bl-isforzi tiegħu fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni , li hija priorità ewlenija tal-Partenarjat Ewropew. Ġiet adottata strateġija ġenerali kontra l-korruzzjoni iżda għadha ma bdietx titħaddem u l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza għad iridu jiġu evalwati. Ġew introdotti proċeduri elettroniċi għat-tassazzjoni u l-akkwist pubbliku. Investigazzjonijiet kontra l-korruzzjoni wasslu biex tkeċċew, u f’xi każi arrestati, għadd ta’ uffiċjali. Il-perċezzjoni dwar il-korruzzjoni tjiebet. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema partikolarment serja. L-arrangamenti istituzzjonali u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadhom dgħajfa. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fost il-ġudikatura għadha kwistjoni ewlenija. Tinħtieġ investigazzjoni bir-reqqa dwar l-isplużjoni Gerdec. Għad irid isir ħafna xogħol f’kull aspett tal-kwistjoni, inkluża r-responsabbiltà ġudizzjarja u t-trasparenza fl-iffinanzjar tal-partit politiċi.

    Sar xi progress rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi. Il-qafas leġiżlattiv huwa ġeneralment f’postu. Saru sforzi għall-prosekuzzjoni ta' każi ta' trattament ħażin waqt detenzjoni qabel il-ġurijiet. Inbnew ħabsijiet ġodda u ċentri ta’ detenzjoni għal qabel il-ġurijiet. Madankollu, għad jonqos isiru sforzi konsiderevoli biex ikunu protetti d-drittijiet tal-bniedem u biex issir il-prosekuzzjoni ta’ dawk li jinsabu akkużati bi vjolazzjonijiet. Rigward l-aċċess għall-ġustizzja, teżisti leġiżlazzjoni li tipprovdi għal għajnuna legali b'xejn, iżda din mhix imħaddma b'mod effettiv. Livelli ta’ detenzjoni fqar ħafna, imgħarrqa b’iffullar, għadhom kwistjoni ta’ tħassib serju.

    L-Albanija kompliet tagħmel progress fil- libertà tal-espressjoni. Il-qafas legali dwar il-politika tal-media tjieb, iżda hu meħtieġ tħaddim aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Jeħtieġu iżjed sforzi biex id-defamazzjoni tiġi dekriminaliżżata u biex tiġi żgurata l-libertà tal-informazzjoni u l-indipendenza tar-regolatur tax-xandir pubbliku.

    Għall-organizzazzjonijiet tas- soċjetà ċivili hemm qafas legali favorevoli. Twaqqaf Fond għas-Soċjetà Ċivili biex jippromwovi l-organizzazzjonijiet non-Governattivi (NGOs), iżda l-mekkaniżmi li jħaddmuh għadhom ma tqegħdux. L-organizzazzjonijiet għas-soċjetà ċivili għadhom dgħajfin u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politika teħtieġ tissaħħaħ iżjed.

    Sar iżjed progress fit-tisħiħ tad- drittijiet tal-mara. Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Strateġija biex tipprevjeni l-vjolenza domestika ġiet adottata iżda għadha ma ġietx implimentata. Il-protezzjoni tal-mara kontra kull xorta ta’ vjolenza hija insuffiċjenti u għadha kwistjoni ta’ tħassib serju. Sar iżjed progress fid- drittijiet tat-tfal. Ġew adottati emendi fil-kodiċi kriminali rigward l-isfruttament tat-tfal iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex jiġi indirizzat it-tħaddim tat-tfal. Il-minuri issa jistgħu jingħataw sentenzi ta’ servizz fil-komunità jew jitqegħedu fuq prova. Ir-rati ta’ attendenza fl-iskejjel fost it-tfal Roma tjiebu konsiderevolment. Madankollu, l-implimentazzjoni sħiħa hija mxekkla minn nuqqas ta' riżorsi. Ġiet adottata strateġija soċjali għall-2008-2013, iżda hija nieqsa minn mekkaniżmi ta' implimentazzjoni. Mekkaniżmi li jappoġġjaw persuni li huma soċjalment vulnerabbli u persuni b ’ diżabbiltajiet għadhom limitati. Tinħtieġ koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji governattivi. Il-progress li sar rigward il-qafas legali dwar il-politika kontra d-diskriminazzjoni huwa ftit. In-nuqqas ta’ progress biex tiġi emendata l-liġi tax-xogħol ixxekkel l-iżvilupp tad-djalogu soċjali.

    Ġie rreġistrat progress fil-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-propjetà. Ir-reġistrazzjoni inizjali tal-beni immobbli tinsab kważi lesta u l-proċess tal-ivvalutar tal-propjetà biex jiġu evalwati talbiet ta’ restituzzjoni u kumpens tinsab għaddejja. Kwistjonijiet mhux riżolti dwar propjetà imminaw l-isforzi biex jiġi żviluppat suq tal-artijiet li jiffuzjona u żammew l-investiment minn barra iktar baxx minn dak potenzjali.

    L-Albanija ħadet xi miżuri biex tissodisfa l-impenji tagħha dwar il-protezzjoni tal-minoranzi, notevolment il-promozzjoni tal-lingwi tal-minoranzi. Jeħtieġ titjib, partikolament bil-ġbir ta’ dejta ta’ min joqgħod fuqha dwar id-daqs u l-qagħda tal-minoranzi. Ittieħdu xi passi biex titjieb il-qagħda tar-Roma, partikolarment dwar ir-reġistrazzjoni fl-iskejjel, iżda l-impatt ta’ dawn il-miżuri kien limitat. Hemm bżonn ta’ koordinazzjoni aħjar u riżorsi adegwati għall-parteċipazzjoni fir- Roma Decade u biex jiġu implimentati strateġiji li jeżistu. Il-minoranza Roma qed tkompli tiffaċċja kundizzjonijiet ta ’ ħajja diffiċli ħafna u diskriminazzjoni b’aċċess fqir għall-edukazzjoni, protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa u impjiegi.

    Rigward kwistjonijiet reġjonali u obbligazzjonijiet internazzjonali, l-Albanija żammet rwol kostruttiv billi żżomm stabbiltà reġjonali u tikkkoltiva relazzjonijiet tajbin ma’ pajjiżi oħra mill-Balkani tal-Punent u dawk viċini fl-UE. Il-pajjiż ipparteċipa attivament fil-kooperazzjoni reġjonali, inkluż il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali (RCC) li għadu kemm twaqqaf u l-Ftehim Ċentrali Ewropew għall-Kummerċ Ħieles (CEFTA). Rigward il-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-ftehim bilaterali mal-Istati Uniti dwar l-immunità mhux skont il-pożizzjoni komuni relevanti tal-UE u l-priċipji gwida.

    L- ekonomija tal-Albanija kompliet tikber b’pass relattivament mgħaġġel. Il-pressjoni inflazzjonarja inżammet taħt kontroll, iżda żbilanċi esterni twessgħu u l-qagħda fiskali inħallet. L-istabbiltà makroekonomika kienet kollox ma’ kollox ikkontrollata, sostnuta minn firxa wiesgħa ta’ riformi strutturali. L-ambjent tan-negozju tjieb. Madankollu, provvista tal-enerġija mhux ta' min jorbot fuqha, infrastruttura fqira u dgħufija fl-istat tad-dritt u l-infurzar tal-kuntratti komplew ixekklu l-iżvilupp ekonomiku.

    Rigward il-kriterji ekonomiċi , l-Albanija għamlet iżjed progress lejn l-istabbiliment ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Hemm bżonn li jitkomplew ir-riformi strutturali u li jsir investiment imdaqqas fl-infrastruttura u l-edukazzjoni biex jgħinu l-ekonomija tkampa mal-pressjonijiet ta’ kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni fit-tul.

    Inżamm il-kunsens politiku dwar il-prinċipji bażiċi tal-politika ekonomika orjentata lejn is-suq u l-istabbiltà makroekonomika. L-ekonomija kampat tajjeb mal-pressjonijiet kbar li ġiebet magħha ż-żjieda globali fil-prezzijiet tal-ikel, u irnexxielha ttejjeb l-andament tas-suq tax-xogħol. L-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi tjiebet u pproduċiet iktar dħul mit-taxxa. Il-privatizzazzjoni ta’ kumpaniji kbar statali imxiet ‘il quddiem u l-proċeduri tar-reġistrazzjoni tal-impriżi ġew issimplifikati.

    Ittieħdu miżuri biex jitjiebu l-ħiliet tal-ħaddiema u biex jiġi nkoraġġit l-investiment fl-infrastruttura u sar progress fir-ristrutturar tal-impriżi. Il-gvern intensifika l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa. Is-settur finanzjarju baqa' b’saħħtu, bi trasparenza dejjem tiżdied fis-suq tal-kreditu. Distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba intervent statali baqgħu limitati.

    Madankollu, ir-riskji makroekonomiċi żdiedu hekk kif id-defiċit kurrenti kiber, partikolarment imbuttat minn żjieda fit-talba għall-enerġija u fl-importazzjoni tal-makkinarju. L-esportazzjoni baqgħet limitata, u ħafna inqas mill-importazzjoni. Fuq in-naħa finanzjarja, il-flussi tal-kapital baqgħu relattivament żgħar. Id-dewmien fil-konsolidazzjoni fiskali ikkontribwiet ukoll għad-diskrepanza globali li teżisti bejn it-tfaddil u l-investiment, meta wieħed jikkunsidra l-investiment pubbliku fl-infrastruttura. Ir-ristrutturar mhux mitmum tal-korporazzjoni statali tal-enerġija li qed tagħmel it-telf baqa’ riskju fiskali.

    Provvista tal-enerġija mhux ta' min jorbot fuqha kompliet ittellef l-iżvilupp ekonomiku. Il-kompetittività tal-ekonomija baqgħet imxekkla minn nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat u stokk kapitali limitat, inkluża infrastruttura fqira. L-impjiegi fis-settur agrikolu baqgħu sproporzjonalment għoljin. Dgħufija fil-politika dwar it-taxxa u l-infieq, kif ukoll fl-infurzar tal-liġi, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata qed tagħlef lis-settur kbir informali. Is-settur informali jibqa’ sfida importanti, minħabba li jnaqqas il-bażi tat-taxxa u l-effiċjenza tal-politika ekonomika.

    L-Albanija għamlet progress billi qed tieħu l-istess linja ma’ livelli Ewropej fil-leġiżlazzjoni, il-politika u l-kapaċità u fl-implimentazzjoni tal-impenji dwar il-Ftehim Interim. Qed ikompli jsir progress f’oqsma bħad-dwana u l-kompetizzjoni. F’oqsma oħrajn bħall-enerġija, it-trasport u d-drittijiet tal-propjetà intellettwali, il-progress baqa’ limitat. Għad jeħtieġ isir progress fil-kontroll veterinarju u fitosanitarju biex tkun tista’ tibbenefika bis-sħiħ minn konċessjonijiet kummerċjali taħt il-Ftehim ta’ Stabilizzazjoni u Assoċjazzjoni (SAA). Huma meħtieġa iżjed sforzi biex titjieb il-kapaċità amministrattiva għal dispożizzjonijiet tal-SAA li mhumiex relatati mal-kummerċ u biex il-liġi titħaddem b’mod effettiv.

    Sar progress f’ċerti oqsma tas- suq intern , iżda jeħtieġu iżjed sforzi biex l-Albanija tissodisfa l-obbligi tal-SAA. Kompla l-progress biex jiġu adottati livelli tekniċi u akkreditazzjonijiet Ewropej. Sar titjib fl-oqsma tal-metroloġija u s-sorveljanza tas-suq, iżda jeħtieġu iżjed sforzi. Il-qafas leġiżlattiv dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tjieb. L-ebda progress ma jista’ jiġi rrappurtat dwar id-dritt ta’ stabbiliment. Ċerti restrizzjonijiet dwar il-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital għadhom f’posthom.

    Kompla l-progress dwar il-kapaċità amministrattiva tad- dwana . Qed isir titjib fl-infrastruttura fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera. Id-dħul mid-dwana kompla jiżdied, filwaqt li t-tnaqqis fit-tariffi taħt il-Ftehim Interim ġew implimentati fil-ħin. Madankollu, l-istrateġiji għat-teknoloġija tal-informatika u t-taħriġ għad iridu jiġu definiti u jeħtieġ isir iżjed titjib fl-infrastruttura u l-allinjament mal-prattiċi tal-UE. Sar progress fit- tassazzjoni . Żdied id-dħul mit-taxxa fuq id-dħul u mill kumpaniji. Madankollu, il-ġbir tat-taxxa għadu baxx, partikolarment fil-livell ta' gvern lokali. Il-ġbir tat-taxxa, l-istrateġija ta’ kontroll u iżjed allinjament ma’ leġiżlazzjoni u prattiċi tal-UE iridu jissaħħu izjed.

    Kompla l-progress fil-qasam tal- kompetizzjoni . L-Awtorità għall-Kompetizzjoni kompliet tissaħħaħ, bl-impożizzjoni ta’ multi dwar l- anti-trust f’setturi importanti. Il-qafas leġiżlattiv huwa kollox ma’ kollox skond l- aquis , iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex jiġi implimentat. L-Albanija għamlet iżjed progrerss biex tissodisfa l-obbligi tagħha rigward għajnuna mill-istat taħt il-Ftehim ta’ Stabizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Tlesta inventarju dwar skemi ta’ għajnuna.

    Dwar l-akkwist pubbliku jista’ jiġi rrapurtat progress limitat. Ġew introdotti proċeduri ta’ akkwist elettroniċi, iżda jeħtieġu iżjed approssimazzjoni leġiżlattiva, partikolarment fl-oqsma tal-konċessjonijiet u l-utilitajiet. Il-kapaċità fl-Aġenzija tal-Akkwist Pubbliku tjiebet iżda teħtieġ iktar tisħiħ. Hemm bżonn tiġi żgurata l-imparzjalità fil-proċeduri tal-appell. Il-proċeduri li hemm bħalissa biex jittrattaw l-ilmenti ma jilħqux livelli internazzjonali. Ġew adottati emendi fil-kodiċi tad-Dwana rigward id-drittijiet dwar propjetà intellettwali (IPR) u għaddiet liġi dwar id-drittijiet ta’ propjetà inustrijali. Madankollu, l-infurzar tal-IPR għadu dgħajjef u l-għadd ta’ każi ta’ ksur tal-liġi li jaslu fil-qorti huwa baxx. Il-kapaċitajiet tal-uffiċċji tal-Brevetti u d-Drittijiet tal-Awtur għadhom dgħajfin. Jeħtieġ isiru ħafna sforzi biex jiġi sodisfatti l-obbligi tal-Ftehim Interim dwar l-IPR.

    Kien hemm xi progress fl-approssimazzjoni lejn livelli Ewropej fil- politika dwar l-impjiegi u dik soċjali. Ġew stabbiliti programmi biex iħeġġu l-impjieg ta’ gruppi vulnerabbli. L-ispettorat tax-xogħol issaħħaħ, iżda l-kapaċità tiegħu li jinforza d-drittijiet tax-xogħol għadu limitat. Il-livelli ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għadhom fqar. Sar progress kontinwu fis- saħħa pubblika . Sar xi progress fl-edukazzjoni. Il-baġit tal-edukazzjoni kompliet tiżdied. Ġiet introdotta sistema ċentraliżżata diġitali ġdida għad-dħul fl-università. Sar titjib fl-aċċess għal studenti b’diżabbiltajiet. Madankollu, l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet fl-iskejjel sekondarji fl-inħawi rurali għadu baxx. Sar xi progress fil-qasam tar-riċerka, iżda l-kapaċità trid tissaħħaħ iżjed.

    Jista’ jiġi rrpaurtat progress f’uħud mill- politiċi settorjali . Rigward l-industrija u l-SMEs, sar progress fl-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Impriżi ż-Żgħar. Jista’ jiġi rrapurtat xi progress fuq l-agrikoltura, partikolarment rigward il-qafas leġiżlattiv u fit-twaqqif ta' strutturi għall-iżvilupp rurali. Il-qafas legali dwar is-sikurezza alimentari, politika veterinarja u fitosanitarja tjiebet, iżda l-konformità mal-livelli tal-UE għadha fqira, u jeħtieġu iżked sforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali. Sar xi progress fil-qasam tas- sajd rigward l-ispezzjoni, il-kontroll u l-kooperazzjoni internazzjonali. L-infirzar tal-liġi u l-implimentazzjoni jeħtieġu iktar attenzjoni.

    Rigward l-ambjent, il- leġiżlazzjoni oriżżontali tjiebet , iżda l-implimentazzjoni u l-infurzar għadhom lura. Il-kapaċità amministrattiva biex titfassal u tiġi nfurzata politika ambjentali teħtieġ tissaħħaħ.

    Sar xi progress fil-qasam tat-trasport. L-Albanija tkompli tipparteċipa attivament fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa. Madankollu, għad jonqos titjib sostanzjali fis-setturi kollha tat-trasport.

    Kien hemm progress limitat fis-settur tal- enerġija. L-Albanija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE skont l-impenji tagħha tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija. Kompla l-progress fir-ristrutturazzjoni tal-kumpanija tal-elettriku u qed isiru sforzi biex titjieb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Madankollu, is-settur tal-enerġija jibqa’ fi stat kritiku. Is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku mhix żgurata minħabba li l-kapaċità biex tiġi ġġenerata mhix suffiċjenti biex tlaħħaq mad-domanda domestika, u l-kapaċità limitata ta’ interkonnettività tkompli ttellef l-importazzjoni.

    Jista' jiġi rrappurtat xi progress rigward is-soċjetà tal-informazzjoni u l-media. Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar il-kommunikazzjoni u l-firma elettronika u s-suq beda’ jiġi liberaliżżat. Madankollu, il-qafas regolatorju għadu mhux konformi mal- acquis u l-kapaċità tar-regolatur tat-telekomunikazzjoni mhix adegwata. Rigward il-politika awdjoviżiva l-kapaċità amministrattiva tal-awtorità tax-xandir issaħħet, iżda r-riżorsi tekniċi għadhom limitati. Rigward il- kontroll finanzjarju , ġiet adottata liġi baġitarja ġdida. Madankollu, ir-responsabbiltà maniġerjali u l-kontroll finanzjarju għadhom fi stadju bikri. Fil-qasam tal-istatistika sa progress raġonevoli. Il-kapaċità tal-uffiċċju tal-istatistika Albaniż tjiebet. Ħafna mill-klassifikazzjonijiet tal-istatistika huma f’psothom, skont livelli tal-UE. L-allinjament huwa kemmxejn avvanzat.

    Fil- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , sar xi progress fil-maġġoranza tal-oqsma, minkejja li mhux b’pass regolari. Jeħtieġ isir titjib f’kollox. Rigward il-viżi, qed jitħejja reġistru ċivili u sistema ta’ indirizzi serji biex titjieb is-sigurtà tad-dokumenti. Ġiet adottata liġi dwar il-frustieri. Il-ftehim bejn l-UE u l-Albanija dwar ir-riammissjoni ilu jseħħ sa mill-2006. Il-ftehim ta’ tħaffif tal-viża bejn il-KE u l-Albanija daħal fis-seħħ u ġie mniedi d-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Jeħtieġ jibdew jinħarġu passaporti biometriċi skont livelli tal-UE. Ir-reġim tal-viża għadu mhux skont livelli tal-UE.

    Il- kontroll fil-konfini tjieb b’riżultat ta’ liġi ġdida fuq ġestjonar tal-konfini, infrastruttura aħjar u kooperazzjoni bejn l-aġenziji. Bdiet l-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata ta' ġestjoni tal-konfini. Madankollu, l-ammont tal-persunal u t-taħriġ għall-pulizija li jissorveljaw il-konfini jeħtieġ jissaħħu. Jeħtieġ titjieb il-kooperazzjoni transkonfinali. Ftit hemm x’wieħed jirrapporta dwar il-progress fil- politika dwar l-ażil. L-evalwazzjoni tal-qafas legali dwar l-approssimazzjoni lejn il-livelli tal-UE għadu mhux lest. Il-kapaċità għall-implimentazzjoni għadha dgħajfa u l-kooprazzjoni bejn l-aġenziji teħtieġ tissaħħaħ. Jista’ jiġi rrappurtat xi progress fil-qasam tal- migrazzjoni . Ġiet stabbilita taqsima ċentrali għar-ritorn u d-dħul lura biex tissorvelja ċentri reġjonali ta’ dħul lura. Spezzjonijiet dwar migrazzjoni fil-fruntieri huma iżjed effettivi, iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi.

    Sar progress limitat fil-prevenzjoni tal- ħasil tal-flus . Il-qafas legali u l-kooperazzjoni dwar il-ħasil tal-flus bejn il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji tjiebet. Madankollu, il-kapaċità tal-infurzar biex tikkonfiska l-assi għadha baxxa. Risorsi għall-investigazzjoni, kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-kapaċità tal-infurzar jeħtieġ jitjiebu.

    Il-progress li jista’ jiġi rrappurtat dwar il-ġlieda kontra d-droga huwa limitat, u t-traffikar tad-droga għadu tħassib serju. Il-prosekuzzjonijiet relatati mad-droga żdiedu. Inbniet infrastruttura aħjar fejn jinħażnu d-drogi maqbuda qabel il-ġuri. Madankollu, għad hemm bżonn ta’ determinazzjoni biex jinkisbu riżultati suffiċjenti f’dan il-qasam, filwaqt li miżuri u apparat fil-fruntieri jeħtieġ jitjieb.

    Kompla l-progress fiż-żamma tal-ordni, bl-implimentazzjoni ta’ liġi ġdida tal-pulizija. Inbeda t-tħaddim tal-ftehin strateġiku tal-Europol u l-Konvenzjoni ta’ Kooperazzjoni bejn il-Pulizija tax-Xlokk tal-Ewropa. Madankollu, il-ġestjoni fil-pulizija, il-persunal, it-taħriġ u l-istrutturi ta’ kontroll intern jeħtieġ jissaħħu iktar. Iridu jsiru iżjed sforzi biex tinħareġ statistika ta’ min joqgħod fuqha dwar il-kriminalità.

    Progress limitat jista’ jiġi rrapurtat dwar il-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata , li għadha problema serja u qed tħalli effett fuq l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozju. Ġiet adottata strateġija nazzjonali biex tiġġieled il-kriminalità organizzata. Il-qafas legali tjieb. Il-kooperazzjoni mal-Interpol tjiebet, b’hekk għadd ta’ ċitazzjonijiet internazzjonali ta’ arrest jistgħu jiġi esegwiti. Madankollu, l-isforzi biex tiġi kkumbattuta l-kriminalità organizzata qed jiġu mminati mill-korruzzjoni u nuqqas ta’ protezzjoni tax-xhieda. Id-diffikultajiet li jeżistu bejn il-pulizija u l-prosekuturi qed ikomplu jnaqqsu mill-effettività tal-investigazzjonijiet.

    Ġiet adottata strateġija biex tikkumbatti t- traffikar tan-nies . Għad irid isir ħafna, partikolarment fejn tidħol il-protezzjoni tal-vittmi. Hemm bżonn ta’ iktar rieda politika u koordinazzjoni aħjar għall-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra t-traffikar, partikolarment rigward il-protezzjoni tal-vittmi. L-Albanija tibqa’ pajjiż tal-oriġini sinifikattiv għat-traffikar tal-persuni, kemm għall-esplojtazzjoni sesswali tan-nisa u tfal kif ukoll għal xogħol iebes furzat. It-traffikar intern tan-nisa u t-tfal qiegħed jiżdied.

    Jista’ jiġi rrapurtat progress tajjeb dwar il- protezzjoni tad-dejta personali. Il-qafas legali issa qiegħed f’postu u ġiet appuntata awtorità superviżjorja indipendenti. Madankollu, jinħtieġu riżorsi adekwati biex din tħaddem il-mandat tagħha kif suppost.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina

    Il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet progress limitat biex tindirizza l- kriterji politiċi skont il-Partenarjat Ewropew. Wara li sar progress f’erba’ oqsma ewlenin stipulati mill-Kummissjoni u l-Kunsill fl-2005[8] ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni f’Ġunju 2008. Madankollu, in-nuqqas ta’ kunsens dwar l-elementi ewlenin tal-bini tal-istat, sfidi spissi għall-ftehim ta’ paċi Dayton/Paris u retorika xewwiexa kellhom effett negattiv fuq il-funzjonament tal-istituzzjonijiet u naqqsu r-ritmu tar-riformi. Viżjoni kondiviża mill-mexxejja politiċi dwar id-direzzjoni tal-pajjiż u dwar ir-riformi relatati mal-UE li huma qofol, kif ukoll il-kapaċità li jitkellmu b’vuċi waħda dwar l-UE u kwistjonijiet internazzjonali, huma elementi essenzjali biex il-pajjiż jagħmel iżjed progress lejn l-Unjoni Ewropea. Il-Bożnja u Ħerżegovina teħtieġ ukoll tkompli tibni l-kapaċità amministrattiva tagħha, partikolament fil-livell ta’ Stat, u żżid l-isfozi tagħha kontra l-korruzzjoni.

    Rigward id- demokrazija u l-istat tad-dritt , sar progress limitat lejn il-ħolqien ta’ strutturi statali li jiffunzjonaw u effiċjenti u ebda progress fir-riforma kostituzzjonali . Is-sistema ta’ governanza tal-Boznja u Ħerżegovina tkompli tinvolvi preżenza internazzjonali. L-għeluq tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli (URGħ) huwa kundizzjoni biex il-Bożnja u Ħerżegovina tagħmel progress biex tindirizza ħtiġiet speċifiċi[9].

    L-elezzjonijiet lokali ta’ Ottubru 2008 saru b’konformità ma’ livelli internazzjonali. Sar ftit progress biex titjieb l-effiċjenza tal-Assemblea Parlamentari tal-Bożnja u Ħerżegovina. L-assemblea adottat għadd ta’ liġijiet importanti ibbażati fuq il-Partenarjat Ewropew matul l-ewwel parti tal-2008, iżda x-xogħol tagħha kien effettwat ħażin mill-klima politika, ivvutar sistematiku skont linji etniċi u riżorsi amministrattivi insuffiċjenti. Rigward il- gvern ċentrali , il-kunsens dwar l-integrazzjoni Ewropea għenet biex l-aġenda leġiżlattiva timxi 'l quddiem sar-Rebbiegħa tal-2008. Madankollu, fix-xhur reċenti ir-riformi staġnaw. Tensjonijiet interni u tiswir ta’ politika frammentat u mhux koordinat bejn l-Istat u l-Entitajiet jibqgħu x-xkiel ewlenin biex ix-xogħol fil-livell ta’ gvern ċentrali jkun effiċjenti. In-nuqqas ta’ rieda politika u problemi ta’ kapaċità fil-gvern u fil-parlament ikomplu jdewmu l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni. Id-Direttorat għall-Integrazzjoni Ewropea kompla jkollu parti importanti biex jippromwovi l-integrazzjoni Ewropea, iżda kien effettwat ħażin minn nuqqas ta’ riżorsi għall-persunal u minn klima politika diffiċli. In-nuqqas ta’ ċensiment reċenti dwar il-popolazzjoni huwa ostakolu biex tiġi ppjanata l-politika tal-Bożnjau Ħerżegovina in ġenerali.

    Sar xi progress fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, iżda jeħtieġ isiru izjed sforzi. L-uffiċċju tal-koordinatur tar-riforma tal-amminstrazzjoni pubblika issaħħaħ. L-istrateġija dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, li hija priorità importanti għall-Partenarjat Ewropew, twettqet. Il-fond għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika beda jitħaddem. Il-koordinazzjoni bejn l-Istat u l-Aġenziji tas-Servizz Ċivili fil-livell ta’ Entità tjieb, b’involviment konġunt fi skemi ta' taħriġ fuq skala wiesgħa. Minkejja dan, hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jilqgħu għall-indħil politiku, jillimitaw id-distinzjoni tal-identità etnika meta jsiru l-ħatriet, u biex jitwaqqaf servizz ċivili professjonali u effiċjenti ibbażat fuq il-meritu u l-kompetenza. Il-proċess li jitħejja abbozz ta’ Liġi dwar il-projetà tal-Istat, li huwa kundizzjoni biex jingħalaq l-URGħ, kien bil-mod wisq. Il-ħatra ta’ erba’ Ombudsmen tal-Istat u t-trasferiment tal-kompetenzi tal-Ombudsmen fil-livell tal-gvern ċentrali iddewwem.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina kompliet tagħmel progress biex ittejjeb is- sistema ġudizzjarja. Ġiet adottata Strateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Settur tal-Ġustizzja, bil-għan li tkompli tissaħħaħ l-indipendenza, ir-reponsabbiltà, l-effiċjenza, il-professjonaliżmu u l-armonizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja. Il-Kunsill Għoli Ġudizzjarju u għall-Prosekuzzjoni kompla bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-qagħda tal-ġudikatura. Madankollu, il-frammentazzjoni tas-sistema ġudizzjarja u l-kumplessità tal-qafas legali ikompli jxekklu l-operat tal-ġudikatura. Għadhom jippersistu l-problemi bil-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata u l-krimini tal-gwerra fl-Entitajiet u l-Kantoni. L-indipendenza, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja jeħtieġ ikomplu jitjiebu. Fir-Repubblika Srpska, il-ġuriżdizzjoni u l-kompetenzi tal-aġenziji ġudizzjarji tal-gvern ċentrali ġew sfidati biex joperaw liberament mill-gvern tar-Repubblika ta’ Srpska, u dan huwa kawża ta’ tħassib serju.

    Il-Bożnja u l-Ħerżegovina għamlet ftit progress fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni , li għadha mifruxa u tippreżenta problema serja. L-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni mhix implimentata sew. Il-kundanni għall-korruzzjoni għadhom ftit. It-trasparenza ta’ attivtiajiet amministrattivi pubbliċi hija mxekkla minn pressjoni politika fuq istituzzjonijiet tal-verifika esterni u l-għassiesa kontral l-korruzzjoni. Il-Bożnja u Ħerżegovina teħtieġ impenn iktar b’saħħtu u azzjoni determinata kontra l-korruzzjoni.

    Sar progress linitat rigward id- drittjiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi . Il-Bożnja u Ħerżegovina rratifikat il-konvenzjonijiet importanti kollha kollha tan-NU u internazzjonali dwar id-drittijiet umani inkluż, f’Lulju 2008, il-Karta Soċjali Ewropea riveduta. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet umani jeħtieġ titjieb. F’għadd ta’ każi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Qorti Kostituzzjonali fil-Bożnja u Ħerżegovina ma ġewx implimentati kid suppost.

    Sar xi progress biex jiġu indirizzati d-drittijiet ċivili u politiċi . Ittieħdu passi biex jiġi sostnut l-iżvilupp tas- soċjetà ċivili . It-twaqqif ta’ Soċjetà Ċivili hu żvilupp pożittiv, anke jekk l-organizzazzjonijiet tas- soċjetà ċivili għadhom dgħajfa u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politika jeħtieġ tissaħħaħ iktar. Il-fondi meħtieġa għar-rikostruzzjoni tal- ħabs nazzjonali ġew ikkonfermati. Madankollu, għad m’hemmx prassi waħda dwar is-sanzjonijiet kriminali bejn l-Istat u l-Entitajiet. It- trattament ħażin tal-ħabsin u dawk miżmumin taħt arrest għadu qed ikun problema. Il-prosekuzzjoni ta' dawk li jikkommettu reati għadha baxxa. L- aċċess għall-ġustizzja f’ġurijiet kriminali għadu kwistjoni ta’ tħassib, u l-ugwaljanza quddiem il-liġi mhix dejjem garantita.

    Il-kostituzzjonijiet tal-Istat u tal-Entitajiet jipprovdu għal- libertà tal-espressjoni u tal-media, il- libertà ta ’ għaqda u ta' assoċjazzjoni u l- libertà ta ’ twemmin. Madankollu, kien hemm ftit progress addizzjonali f’dawn l-oqsma, u hemm bżonn ta’ tħaddim aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-liġi dwar ix-xandir pubbliku tal-Federazzjoni ġiet adottata, għalkemm għad jonqos l-armonizzazzjoni sħiħa mal-leġiżlazzjoni relevanti fil-livell ta' stat. Il-liġijiet tax-xandir kollha jeħtieġ jiġu implimentati biex titwettaq din il-priorità ewlenija għal Sħubija Ewropea. Saru attentati biex jitnaqqsu r-riżorsi finanzjarji mis-sistema ta’ xandir pubbliku. Kien hemm ukoll każi ta’ attakki fiżiċi kontra ġurnalisti u edituri.

    Kien hemm progress limitat fil-qasam tad- drittijiet ekonomiċi u soċjali . Jinħtieġu sforzi kontinwi rigward il-protezzjoni tan-nisa kontral kull forma ta’ vjolenza. Minkejja li hemm Pjan ta’ Azzjoni għat-tfal, għad hemm problemi fl-oqsma tas-saħħa, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-vjolenza domestika kontra t-tfal. In-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ għajnuna soċjali jeffettwaw ħażin il-kundizzjonijiet ta' gruppi vulnerabbli , inklużi l-morda mentali. Ir-ratifikazzjoni tal-Karta Ewropea Soċjali riveduta hija pass ’il quddiem, iżda s-sistema kumplessa ta’ tmexxija u l-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni jkomplu jtellfu d-djalogu soċjali tul il-pajjiż. Kompla jsir progress fl-oqsma tad- drittijiet tal-propjetà u r-riforma fl-amministrazzjoni tal-art. Il-mandat tal-Kummissjoni għal Talbiet dwar Propjetà minn Persuni Spustati u Refuġjati ġiet estiża biex tindirizza każi li għad baqa’ dwar ripossessjoni ta’ propjetà. Il-qafas legali tal-Bożnja u Ħerżegovina jinkludi dispożizzjoinjiet għall-protezzjoni tad-drittjiet ekonomiċi u soċjali, iżda fuq kollox, l-implimentazzjoni għadha fqira.

    Kien hemm progress limitat fil-qasam tad- drittijiet kulturali u tal-minoranzi . Twaqqaf il-Kunsill tal-Minoranzi Nazzjonali fuq il-livell Statali u Kunsill għall-Minoranzi Nazzjonali qed jaħdem fir-Repubblika Srpska. Iktar passi huma meħtieġa biex titjieb l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar minoranzi nazzjonali, u l-Kostituzzjoni tal-Istat trid tinbidel biex tagħti aċċess lill-minoranzi għall-funzjonijiet politiċi kollha. Fl-iskejjel, is-separazzjoni tat-tfal skont l-etniċità għadha kwistjoni. Il-Bożnja u Ħerżegovina ingħaqdet mal-inizjattiva dwar l-inklużjoni tar- Roma fl-għaxar snin bejn l-2005 u 2015 . Tqiegħed f’postu Pjan ta’ Azzjoni għall-akkomodazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi tar-Roma u mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni. Madankollu, il-minoranza Roma qed tkompli tiffaċċja kundizzjonijiet ta ’ ħajja diffiċli ħafna u diskriminazzjoni, b’aċċess fqir għall-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u l-impjiegi. In-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ċivili jkompli jxekkel l-aċċess tagħhom għad-drittijiet soċjali u ekonomiċi bażiċi.

    Rigward ir-refuġjati u persuni internament spustjati, ġie rreġistrat iktar titjib fil-qagħda tas-sigurtà, iżda sar ftit progress addizjonali biex titjieb l-integrazzjoni soċjo-ekonomika ta’ dawk li ġew lura.

    Rigward il- kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , il-Bożnja u Ħerżegovina kompliet tipparteċipa attivament f’inizjattivi reġjonali ta’ kooperazzjoni, inkluż il-Kunsill reġjonali ta’ Kooperazzjoni (KRK) li l-kwartieri tiegħu kienu stabbiliti f’Sarajevo fi Frar 2008, u fil-FKĦEĊ. Il-Bożnja u Ħerżegovina żammet kooperazzjoni sodisfaċenti mat-ICTY, li hi priorità qofol għal Sħubija Ewropea. Rigward il-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-ftehim bilaterali mal-Istati Uniti dwar l-immunità, mhuwiex skont il-pożizzjoni komuni u l-prinċipji tal-UE. Il-Bożnja u Ħerżegovina għadha suġġetta għall-proċedura ta’ sorveljanza rigward l-obbligazzjoinjiet u l-impenji tagħha fejn tidħol is-sħubija tagħha fil-Kunsill tal-Ewropa.

    Kollox ma’ kollox, ir-relazzjonijiet tal-Bożnja u Ħerżegovina mal-ġirien tagħha kienu tajbin, iżda kien hemm ftit wisq progress biex jinħallu kwistjonijiet hux riżolti, inklużi dawk relatati mal-kummerċ u l-fruntieri mal-Kroazja u mas-Serbja.

    L- ekonomija tal-Bożnja u Ħerżegovina kompliet tespandi b’mod mgħaġġel. L-istabbiltà makroekonomika iddgħajfet bħala riżultat ta’ dejn barrani dejjem jikber, inflazzjoni ogħla, u politiki fiskali immirata lejn l-espansjoni. Il-persistenza ta’ rata għolja ta’ qagħad u parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol fil-pajjiż hija kawża maġġura ta’ tħassib flimkien ma’ rotot ta’ riforma diverġenti bejn l-entitajiet.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet progress irregolari lejn l-istabbiliment ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi ta’ riforma konsiderevoli b’determinazzjoni biex il-pajjiż ikun jista’ jkampa fit-tul mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq tal-Unjoni.

    Sar xi progress biex jintlaħaq kunsens dwar il-bażi fundamentali ta’ politika ekonomika, u l-kooperazzjoni bejn l-entitajiet f’oqsma tal-politika ekonomika tjiebet. Sar impenn biex titjieb il-koordinazzjoni fiskali permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali Fiskali u l-inawgurazzjoni tal-Kunsill Fiskali taħt il-liġi l-ġdida kmieni f’Settembru. Intlaħaq ftehim dwar l-allokazzjoni ta’ taxxi indiretti. L-arranġament tal-bord tal-valuta kompla jiffunzjoni mingħajr intoppi u fil-parti l-kbira inżammet l-istabbiltà finanzjarja minkejja qagħda internazzjonali instabbli u ż-żjieda fir-rati ta’ self domestiku. Xi indikaturi dwar is-suq tax-xogħol tjiebu. Rati għoljin ta’ taxxa tal-kumpaniji u fuq id-dħul fil-Federazzjoni tnaqqsu u ttieħdu miżuri leġiżlattivi biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja fil-pajjiż.

    L-ambjent tan-negozju tjieb mhux ħażin f’oqsma tar-reġistrazzjoni tan-negozji, proċeduri ta’ falliment u r-reġistrazzjoni tal-art. Is-settur tal-SMEs qed jibbenefika minn aċċess aħjar għall-finanzjament. L-IDB fl-2007 għola f'daqqa xprunat mill-privatizzazzjonijiet fir-Repubblika Srpska u għamel tajjeb għad-defiċit kollu fil-kont kurrenti. It-titjib tal-kapital fiżiku aċċellera, sostnut ukoll mill-pubbliku li b’mod mgħaġġel beda jinvesti fir-Repubblika Srpska.

    It-tnaqqis ta’ valur fiskali, li beda fl-2006, kompla fl-2007 u l-2008. Fil-Federazzjoni, ir-riskji fiskali żdiedu minħabba impenji kbar fuq infieq soċjali li saru b’kuntrast ma’ dħul li kien qed jonqos. Iżjed minn hekk, il-politika dwar il-pagi fis-settur pubbliku illaxkat fil-livelli kollha tal-gvern permezz ta’ żjiediet fil-pagi u mekkaniżmi li jorbtu l-pagi mal-indiċi tal-prezzijiet li jdgħajjfu s-sostenibbiltà fiskali u l-kompetittività tas-settur privat. Ir-ristrutturar u l-likwidazzjoni ta’ intrapriżi tal-gvern mexa bil-mod, u sar biss progress marġinali filqasam tal-privatizzazzjoni fil-Federeazzjoni. Il-qagħad baqa’ għoli.

    Il-bidla fl-istruttura tal-produzzjoni lejn attivitajiet ta’ valur miżjud ogħla għadha bilkemm tiċċaqlaq. Il-kapaċità ta’ produzzjoni dgħajfa u r-riġidità strutturali – rati għiljin ta’ kontribuzzjonijiet soċjali, mekkaniżmi distorsi ta’ tfassil ta’ pagi, trasfermenti soċjali għoljin u mhux immirati tajjeb u mobbiltà baxxa tal-ħaddiema – ixekklu l-ħolqien tal-impjiegi. L-ambjent tan-negozju għadu effettwat minn ineffiċjenzi amministrattivi. Qafas regolatorju dgħajjef, linji ta' politika mhux adatti dwar it-taxxa u l-infieq, kif ukoll dgħufija fl-infurzar tal-liġi, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata qed tagħlef lis-settur kbir informali. Dan jibqa’ sfida importanti, minħabba li jnaqqas il-bażi tat-taxxa u l-effiċjenza tal-politiki ekonomiċi.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet xi ftit progress biex tikkonforma il-leġiżlazzjoni u l-linji ta' politika tagħha mal- livelli Ewropej. L-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet relatati mad-dwana wara li daħal fis-seħħ il-Ftehim Interim fl-1 ta’ Lulju 2008 kien ġeneralment sodisfaċenti. Madankollu, il-kapaċità amministrattiva tal-Bożnja u Ħerżegovina teħtieġ tissaħħaħ u l-pajjiż għandu bżonn jibni rekord tajjeb fit-tħaddim tal-SAA.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet xi ftit progress biex tindirizza il-prioritajiet tas-Sħubija Ewropea f’ċerti oqsma tas- suq intern. Rigward il-moviment ħieles tal-merkanzija, sar progress limitat fl-oqsma tal-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjon u s-sorveljanza tas-suq. Jeħtieġ isiru sforzi kontinwi biex il-qafas legali joqrob lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam u biex tiġi żviluppata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa. Ġiet adottata l-Liġi tal-Farmaċewtiċi u l-istrumenti mediċi li se tikkontribwixxi biex f’dan il-qasam ikun hemm suq intern wieħed fi ħdan il-Bożnja u Ħerżegovina. Il-Kunsill għall- Protezzjoni tal-Konsumatur qed jaħdem bis-sħiħ.

    Sar progress limitat rigward is-servizzi, id-dritt ta' stabbiliment. u l-liġi tal-kumpaniji Sar progress rigward ir-registrazzjoni tan-negozji. Iżda ma sar ebda progress biex tiġi stabbilita aġenzija superviżorja waħda fil-livell ta’ Stat għall-banek u biex tiġi adottata leġiżlazzjoni waħda fil-livell ta’ Stat dwar il-kera fit-tul u l-obbligi.

    Ma saru ebda żviluppi ġodda rigward il- moviment ħieles tal-kapital , iżda l-preparamenti tal-Bożnja u Ħerżegovina f’dan qasam huma fil-ħin. Sar progress fil-qasam tad- dwana , kemm rigward l-allinjament leġiżlattiv kif ukoll il-kapaċità amministrattiva. L-istrateġiji tad-dwana – speċjalment fit-taħriġ, it-tekonoloġija tal-informatika u oqsma oħra – jeħtieġ jiġu definiti. Sar ukoll progress biex jiġu indirizzati prioritajiet tas-Sħubija Ewropea rigward it- tassazzjoni . Ġie inawgurat kunsill nazzjonali fiskali f’Settembru 2008. Il-ġbir tal-VAT tjieb bħala riżultat ta’ attività ekonomika li qed tikber u numru dejjem jizdied ta’ dawk irreġistrati biex iħallsu t-taxxa tal-VAT.

    Rigward il-kompetizzjoni, il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet xi ftit progress fil-qasam tal-kontroll tal-anti-trust. Il-Kunsill għall-Kompetizzjoni żied l-attivitajiet tiegħu, minkejja li ma sarx iktar allinjament leġiżlattiv mal- aquis . Ma sar ebda progress fil-qasam tal-għajnuna mill-istat, u l-leġiżlazzjoni biex tiġi stabbilita awtorità indipendenti li tiffunzjona biex tissorvelja l-għajnuna mill-Istat għadha pendenti. Sar biss progress limitat fil-qasam tal-akkwist pubbliku. It-tħaddim xieraq ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku tul il-pajjiż għadu mhux żgurat. Sar ftit progress rigward l-infurzar tad- drittijiet tal-propjetà intellettwali. Il-qafas leġiżlattiv mhux komplut u l-kapaċità tal-implimentazzjoni teħtieġ tissaħħaħ.

    Sar progress limitat dwar il-politiċi soċjali u dwar l-impjiegi . Il-koordinazzjoni u l-ippjanar strateġiku fil-qasam tas-saħħa pubblika tjiebet. Ġiet stabbilita Konferenza tal-Ministri tas-Saħħa li tiltaqa’ regolarment. Ittieħdu xi passi lejn l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-WHO Framework Convention, għalkemm l-implimentazzjoni teħtieġ titjieb. Madankollu, il-leġiżlazzjoni u l-politki soċjali u dawk dwar l-impjiegi għadhom frammentati ħafna. L-istruttura istituzzjonali tal-pajjiż għadha qed ixxekkel l-iżvilupp tal-approċċi koordinati meħtieġa.

    Xi progress sar fil-livelli Ewropej fil-qasam tal- edukazzjoni . Il-koordinazzjoni bejn l-erbatax-il ministeru tal-edukazzjoni fil-pajjiż tjiebet ftit bħala rużultat tat-twaqqif tal-Konferenza tal-Ministri. Ġiet adottata liġi fil-livell ta’ Stat dwar il-taħriġ vokazzjonali. Il-Bożnja u Ħerżegovina ħadet ukoll passi addizzjonali għall-implimentazzjoni tar-riformi ta’ Bologna. Madankollu , l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-livell ta’ Entita u Kanton għad mhix lesta u l-implimentazzjoni tul il-pajjiż hija irregolari. Rigward ir-riċerka, ġiet imnedija l-proċedura biex il-pajjiż jiġi assoċjat mas-Seba’ Programm ta’ Qafas ta’ Riċerka (FP7), li għandu jżid l-opportuniatjiet ta’ riċerka ma’ sħab fl-UE. Madankollu, għad jonqos isiru sforzi sinifikanti biex tiżdied il-kapaċita tar-riċerka fil-pajjiz.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina hija relattivament avvanzata fit-tħejjijiet biex tissieħeb mal- WTO , iżda hemm bżonn iżżid il-pass tal-isforzi tagħha biex tlaħħaq mal-għan tagħha stess li tissieħeb kmieni.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet xi progress biex tindirizza l-livelli Ewropej fuq għadd ta’ linji ta' politika settorjali. Kien hemm progress limitat fil-qasam tal - industrija u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME). Ma ġiet adottata ebda Strateġija dwar l-SME mifruxa mal-pajjiż. Għad jonqos ukoll strateġija dwar politika industrijali.

    Sar xi progress fl-approssimazzjoni ma’ politiki tal-UE fil-qasam tal- agrikultura u sajd. Il-Liġi tal-Istat dwar l-agrikultura, l-ikel u l-iżvilupp rurali ġiet adottata. Madankollu, ma sar ebda progress dwar it-twaqqif ta’ Ministeru tal-Agrikultura fil-livell ta’ Istat . L-iżvilupp ta’ strateġija agrikola komprensiva iddewwem. Kien hemm progress limitat fl-oqsma dwar s-sigurtà tal-ikel, u l-politiki veterinarji u fitosanitarji. Għad hemm problemi minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji u koordinazzjoni dgħajfa bejn l-Istat u l-Entitajiet. Il-preparazzjonijiet tal-Bożnja u Ħerżegovina fil-qasam tal-ambjent għadhom fi stadju bikri. Liġi ambjentali fil-livell ta’ Stat biex toħloq qafas mifrux mal-pajjiż u armoniżżat għall-protezzjoni tal-ambjent għadha ma ġietx adottata u l-aġenzija Statali dwar l-ambjent għadha ma twaqqfitx.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet ftit progress fis-settur tat-trasport, kemm fit-tisħiħ tal-istruttura istituzzjonali kif ukoll fl-aġġustament tal-qafas regolatorju. Sar progress dwar l-iżvilupp tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej, iżda għad jonqos li jsiru riformi sostanzjali u allinjament rigward il-linji ferrovjarji. Il-pajjiż ikompli jipparteċipa attivament fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa . Infetaħ is-suq għal-linji tal-ajru kummerċjali wara r-ratifika tal-Ftehim dwar iż-Żona Komuni Ewropeja għall-Avjazzjoni (ECAA). Madankollu, il-Ftehim ECAA għandu jiġi applikat konsistentement. Jeħtieġ isiru iktar sforzi biex titlesta t-trasformazzjoni tal-istruttura istituzzjonali u jkunu żgurati l-kundizzjonijet biex jinfetaħ is-suq għall-meżżi kollha tt-trasport.

    Fil-qasam tal- enerġija sar progress limitat. Bħala firmatarju tat-Trattat tal-Enerġija tal-Komunità, il-Bożnja u Ħerżegovina teħtieġ timplimenta l-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE dwar l-enerġija, iżda tinsab lura ħafna f’għadd ta’ oqsma relatati mal-enerġija. Ir-riformi fis-settur tal-gass b’mod partikulari, jinsabu tard. Fis-settur tal-elettriku, it-trasmissjoni issa infirdet, u jeżistu issa l-operatur tas-sistema indipendenti (ISO) u l-kumpanija li titrasmetti (Transco). Madankollu, żviluppi rigward Transco, partikolarment proposta mir-repubblika Srpska biex taqsam il-kumpanija skond l-Entitajiet, issogra li jtellef il-progress li kien twettaq fis-settur tal-elettriku. Ma ġietx żviluppata strateġija komprensiva dwar l-enerġija.

    Il-Bożnja u Ħerżegovina għamlet ftit progress fl-oqsma tas- soċjetà tal-informazzjoni u l-media. Bl-adozzjoni tal-Liġi tax-Xandir Pubbliku tal-Federazzjoni, il-qafas legali għax-xandir pubbliku fil-Bożnja u Ħerżegovina issa lest, minkejja li għad jonqos xi allinjament mal-leġiżlazzjoni relevanti fil-livell ta’ stat. L-indipendenza tal-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet kompliet ġiet sfidata minn regolamenti ġodda dwar salarji tal-impjegati u diffikultajiet biex jinħatar direttur ġenerali. Ma sar l-ebda progress rigward it-twaqqif ta’ aġenzija tal-informazzjoni fil-livell ta’ Stat. Sar progress limitat fil-qasam tal- kontroll tal-finanzi.

    Fil-qasam tal- istatistika sar ftit progress. Madankollu, il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-istatistika tal-pajjiż fil-livell ta’ Stat u ta’ Entità għadu mhux qed jitħaddem kif suppost. Minħabba diverġenzi politiċi, għadha ma tteħditx deċiżjoni biex ikun ikkonfermat li ċ-ċensiment se jsir fl-2011. Huma meħtieġa sforzi sinifikanti biex tiġi stabbilita sistema ta’ statistika effettiva u konformi mal-UE fil-Bożnja u Ħerżegovina.

    Fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , il-progress kompla fl-oqsma tal-amministrazzjoni tal- viża, il-ġestjoni tal-konfini, l-ażil u l-migrazzjoni. Minkejja dan, jinħtieġu sforzi biex isir iktar titjib f’dawn l-oqsma kollha. Il-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-Viża bejn il-KE u l-Bożnja u Ħerżegovina daħal fis-seħħ f’Jannar 2008. Tnieda d-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Kummissjoni Ewropea. Ittieħdu iktar passi lejn l-introduzzjoni tal-passaporti biometriċi. Madankollu, jeħtieġ li titjieb is-sistema ta’ protezzjoni tal-identifikazzjoni taċ-ċittadini (CIPS), inkluz sistema ta’ ġestjoni żgura u effettiva. Ġiet adottata strateġija ġdida integrata ta’ ġestjoni tal-fruntiera (IBM). F’Lulju 2008 ġiet stabbilita Kummissjoni għall-Ġestjoni tal-Fruntiera tal-Istat, inkarigata mill-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-IBM. Iżjed azzjoni issa hija meħtieġa biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti fil-fruntieri. Sar iżjed progress biex tiġi stabblita sistema li tiffunzjona dwar l-ażil. Sar xi progress fil-migrazzjoni. Fl-1 ta’ Mejju infetaħ ċentru temporanju li jilqa’ lill-migranti irregolari, iżda għad trid tiġi adottata strateġija dwar il-migrazzjoni. Il-Bożnja u Ħerżegovina implimentat ukoll il-Ftehim dwar id-Dħul mill-Ġdid mal-Komunitajiet Ewropej, li daħal fis-seħħ f’Jannar 2008.

    Sar progress limitat fil-prevenzjoni tal- ħasil tal-flus . Il-kooperazzjoni fil-livell internazzjonali tjiebet, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa fuq il-ħasil, it-tiftix, il-qabda u l-konfiska tal-qliegħ mill-kriminalità u l-finanzjament tat-terroriżmu daħlet fis-seħħ . Madankollu, il-leġiżlazzjoni domestika għad trid tiġi armoniżżata mal-Konvenzjoni. Barra minhekk, il-Financial Intelligence Unit (FIU) fl-Aġenzija tal-Istat għall-Investigazzjoni u l-Protezzjoni ma’ ġietx rinfurzata fl-għadd ta’ persunal. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva biex ikun evitat il-ħasil tal-flus. Ittieħdu xi passi fil-ġlieda kontra d-droga, u ġiet stabbilita Kummissjoni dwar Dorgi Narkotiċi. Madankollu, il-Bożnja u Ħerżegovina ma adottatx strateġija dwar id-drogi illeċti u pjan ta’ azzjoni li jikkorrispondi. It-traffikar tad-droga għadu problema serja, li teħtieġ sforzi kontinwi.

    Sar progress rigward l-operat tal- pulizija. L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni relevanti għall-pulizija, li se tipprovdi għal seba’ aġenziji ġodda tal-Istat, hija pożittiva. Dawn il-liġijiet issa jeħtieġ jitħaddmu mingħajr dewmien u d-diretturi tal-aġenziji l-ġodda jridu jinħatru. Iridu jittieħdu xi passi biex jiffaċilitaw il-xogħol tal-Aġenzija tal-Istat għall-Investigazzjoni u l-Protezzjoni. Madankollu, il-forzi tal-pulizija tal-Bożnja u Ħerżegovina għadhom frammentati, u l-kompetenzi relatati mas -sistemi ta’ komunikazzjoni, investigazzjoni permezz tal-kompjuter u sistemi ta’ analiżi kriminali u l-forensika għadhom mifrudin.

    Sar progress limitat mill-Bożnja u Ħerżegovina fil-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata , li għadha problema serja u qed tħalli effett fuq l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-istrateġija biex tikkumbatti l-kriminalità organizzata ma kinitx suffiċjenti. Il-qafas legali hu f'postu, iżda t-tħaddim tal-liġi jeħtieġ jitjieb. L-istrateġija ta' kontra t-terroriżmu tal-2006 ġiet segwita ftit wisq. Il-Bożnja u Ħerżegovina adottat pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġdid biex jikkumbatti t-traffikar tan-nies għall-2008-2012. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa kontra t-Traffikar tan-Niex daħlet fis-seħħ. Madankollu, jeħtieġ li titjieb l-implimentazzjoni. Il-Bożnja u Ħerżegovina hija pajjiż ta’ oriġini, transitu u destinazzjoni għat-traffikar tan-nies. Din għadha kwistjoni ta’ tħassib. L-aġenzija Statali għall- protezzjoni tad-dejta għadha mhix taħdem.

    Il-Kroazja

    Il-Kroazja qed tkompli tilħaq il- kriterji politiċi. Sar progress f’kollox iżda għad hemm bżonn ta’ sforzi sostnuti f’gġadd ta’ oqsma, inkluża riforma ġudizzjarja u amministrattiva, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-drittiiet tal-minoranzi u r-ritorn tar-rifuġjati. Il-prioritajiet tal-Partenarjat ta’ Adeżjoni ġew indirizzati parzjalment.

    Id-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt komplew jissaħħu. Kemm il-gvern kif ukoll il-parlament komplew jiffunzjonaw tajjeb. Madankollu, għad fadal fejn titjieb il-ġudikatura, l-amminsitrazzjoni pubblika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Titjib sinifikanti f’dawn l-oqsma huwa essenzjali biex tinħoloq bażi soda għall-implimentazzjoni sħiħa tal- aquis.

    Sar xi progress fir-riforma tal- amministrazzjoni pubblika. Il-gvern adotta Strateġija għar-Riforma tal-Amminsitrazzjoni Pubblika, proposta għar-reviżjoni tal-Liġi dwar il-Proċeduri Ġenerali ta’ Amminsitrazzjoni u sar titjib fil-liġi tas-Servizz Ċivili. Issaħħet il-kapaċità tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istat għall-Amministrazzjoni. Ittieħdu diversi inizjattivi lejn l-e-Government. Madankollu, il-bażi legali biex jinbena servizz ċivili modern u professjonali għadu ma tlestiex. Għadhom ma ġewx adottati r-regolamenti kollha meħtieġa biex tkun implimentata Liġi dwar is-Servizz Ċivili. Din il-liġi mhix implimentata konsistentement tul l-amministrazzjoni statali. It-titjib mill-qiegħ tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri amminsitrattivi għadu pendenti. Is-sistema amminsitrattiva għadha nieqsa milll-effiċjenza. Il-ġestjonar tar-riżorsi umani għadu dghajjef u s-servizz ċivili għadu jbati minn ċaqlieq għoli tal-ħaddiema u nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat. Kien hemm dewmien konsiderevoli fid-deċentralizzazzjoni. Jeħtieġ isiru sforzi sostnuti f’kull qasam.

    Sar xi progress fir-riforma tas- sistema ġudizzjarja . Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida u f’Ġunju 2008 ġie approvat Pjan ta’ Azzjoni rivedut li jindirizza l-kwistjonijiet importanti kollha dwar ir-riforma. Is-sistema ta’ spezzjoni ġudizzjarja qed tibda turi r-riżultati. Approċċ iktar ibbilaċjat rigward il-krimini tal-gwerra qiegħed bil-mod isir evidenti, b’iktar ħeġġa li jiġu jitressqu l-awturi tar-reati irrispettivament mill-etniċità. Madankollu, l-ammont ta’ xogħol lura quddiem il-qrati għadu għoli u t-tul tal-proċeduri ġudizzjarji għadu eċċessiv. Ir-razzjonalizzazzjoni tal-qrati għadu ma bediex fis-serjetà. Jeħtieġu iżjed responsabbiltà, professjonaliżmu u kompetenza tal-ġudikatura. Mhux qed jiġi applikat livell komuni ta’ responsabbiltà kriminali għall-krimini tal-gwerra irrispettivament mill-etniċità. Għadhom ma ttieħdux passi legali kontra ħafna reati ta’ dan it-tip. Il-kwistjoni ta’ verdetti in absentia mis-snin 90 għadha ma ġietx indirizzata b’mod sodisfaċenti. Kollox ma’ kollox, ir-rformi fil-ġudikatura qed ikomplu iżda b’pass relattivament bil-mod, u hemm bżonn ta' riżultati konkreti. Bħalissa, m’hemm assikurazzjoni ta’ dispensjoni ta’ ġustiżżja għaċ-ċittadini tal-Kroazja.

    Sar xi progress fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-qafas legali kompla jitjieb u ġew adottati strateġija riveduta għal kontra l-korruzzjoni u pjan ta’ azzjoni. Tqiegħdet fil-post sistema ġdida inter-minsiterjali biex tissorvelja l-isforzi għal kontra l-korruzzjoni. L-Uffiċċju għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Krimintalità Organizzata, USKOK, qed ikompli jintensifika l-attivitajiet tiegħu. Madankollu, l-korruzzjoni għadha mifruxa. L-implimentazzjoni tal-isforzi kontra l-korruzzjoni għadha nieqsa minn koordinazzjoni b’saħħitha u jeħtieġ tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali għal sorveljanza effiċjenti u mhux partiġġjana. Il-pulizija teħtieġ issir iktar effiċjenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. L-ammont totali ta’ każi ta’ korruzzjoni li tressqu l-qorti żdied iżda l-għadd ta' kundanni għadu baxx. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni f’livell għoli. Ftit sar progress biex ikun evitat il-kunflitt ta’ interess. Għad hemm nieqsa l-kultura ta’ responsabbiltà politika.

    Sar xi progress fil-qasam tad- drittijiet umani u l-protezzjoni tal-minoranzi. Il-protezzjoni tad-drittijiet umani hija b'mod wiesgħa żgurata iżda għad jonqos sfidi importanti fl-implimentazzjoni. Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi rigward id-drittijiet tal-minoranzi u r-ritorn tar-refuġjati.

    Ġiet adottata Liġi ġdida dwar l-Għajnuna Legali kif ukoll leġiżlazzjoni dwar il-ħlasijiet tal-avukati, it-tnejn immirati li jagħtu aċċess għall -ġustizzja, li matul l-aħħar sena kienet ostakolata min-nuqqasijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti u d-dgħufijiet tas-sistema ġudizzjarja. Ittieħdu xi passi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil- kundizzjonijeit fil-ħabs. Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ persunal u kapaċità fil-ħabs u sistema ġdida ta’ għajnuna legali għad trid tiġi mħaddma.

    Il-libertà tal-espressjoni , inkluż il-libertà u l-pluraliżmu fix-xandir, huwa pprovdut fil-Liġi Kroata u hija ġeneralment rispettata. Madankollu, kien hemm każi ta’ theddid u attakki kontra ġurnalisti, partikolarment dawk li jkunu qed jaħdmu fuq każi ta’ korruzzjoni jew kriminalità organizzata. Reċentement inqatlu żewġ ġurnalisti. L-edituri u l-ġurnalisti għadhom jirrappurtaw pressjoni politika eċċessiva.

    Linji ta' politika intiżi li jtejbu d- drittijiet tal-mara u t-tfal komplew iżidu l-kuxjenza. Madankollu, jeħtieġ iktar titjib fl-implimentazzjoni. L-imlimentazzjoni ta’ miżuri rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal teħtieġ ukoll iżżid il-pass.

    Twaqqaf l-Uffiċċju tal-Ombudsman għal Persuni b’Diżabbiltà u tħejja Pjan Nazzjonali ta’ Implimentazzjoni dwa l-Inklużjoni Soċjali 2007-2008. Madankollu, sforzi kontinwi huma meħtieġa rigward dawk li huma soċjalment vulnerabbli u l-persuni b’diżabbiltà. Fil-qasam tas-saħħa mentali, il-politika biex jiġu pprovduti servizzi fil-komunità minflok istituzzjonijiet għadha ma wrietx progress tanġibbli.

    Ġie mmarkat progress importanti permezz ta’ liġi komprensiva kontra d-diskriminazzjoni li ġiet adottata f’Lulju 2008. Madankollu, fil-fatt il-livell ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-prosekuzzjoni ġudizzjarja tagħħha għadha mhix skond il-livelli tal-UE. Il-funzjonament tal-pulizija u l-istituzzjonijiet tas-sistemi tas-saħħa u soċjali wrew ċerti dgħufijiet.

    Sar xi progress rigward il-minoranzi. Ġie adottat pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Liġi Kostituzzjonali dwar Minoranzi Nazzjonali (CLNM), kif ukoll pjan ta’ ingaġġ ta' minoranzi fl-amministrazzjoni tal-istat għall-2008. Il-fondi għall-minoritajiet komplew jiżdiedu. Il-minorità Roma kompliet tirċievi iktar attenzjoni, b’titjib fl-edukazzjoni ta’ qabel l-iskola formali. F’wieħed mill-postijiet ta' Deputat Prim Ministru ġie appuntat Serb etniku.

    Madankollu, fadal ħafna problemi għall-minoranzi. Il-Kroazja teħtieġ tinkoraġġixxi spirtu ta’ tolleranza lejn il-minorità Serba u tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi lil dawk li jista’ jkun għadhom suġġetti għal theddid jew atti ta’ diskriminazzjoni, ostilità jew vjolenza. Il-minoranzi ikomplu jiffaċċjaw diffikultajiet fil-qasam tal-impjiegi, kemm f’termini ta’ nuqqas ta’ rappreżentanza fl-amministrazzjoni tal-istat, il-ġudikatura u l-pulizija kif ukoll fis-settur pubbliku iktar wiesa’. Il-minorità Roma tiffaċċja kundizzjonijiet ta’ għixien u għad hemm sfidi fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-impjiegi. Id-dispożizzjonijiet legali u l-programmi jeħtieġ ikunu implimentati b’iżjed determinazzjoni, u trid tkun żgurtata sorveljanza adekwata, speċjalment fil-qasam tal-impjiegi.

    Sar xi progress fil-kwistjonijiet tar- ritorn tar-refuġjati . Ġie adottat pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni aċċellerata ta’ programmi ta’ kura ta’ akkomodazzjoni bil-għan li jitlesta sal-aħħar tal-2009. Ittieħdu deċiżjonijiet importanti li fetħu l-possibbiltà li jiġu validati d-drittijiet tal-pensjoni. Kompliet ir-rikostruzzjoni tal-qasam tal-akkomodazzjoni. S’issa, l-għan tal-2007 li jiġu pprovduti 1,400 post ta’ akkomodazzjoni minn total ta’ 12,500 applikazzjoni taħt il-programm ta’ kura ta’ akkomodazzjoni għal dawk li qabel kienu detenturi ta' drittijiet tal-kera ġeneralment intlaħaq. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi għadha dgħajfa. 12% biss minn dawn il-każi ġew riżolti fl-inħawi urbani. Il-miri ta’ implimentazzjoni tal-Gvern qegħdin b'lura, minkejja li fix-xhur reċenti it-ritmu ta’ implimentazzjoni tjieb. Oqsma oħra ta’ tħassib li qed jiffaċċjaw dawk li jirritornaw huma l-ostilità f’ċerti lokalitajiet, u l-impjiegi. L-isforzi biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali meħtieġa għas-sostenibbiltà tar-refuġjati li jirritornaw jeħtieġ jgħaġġlu iżjed.

    Rigward kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , il-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks Jugoslavja (ICTY) kompliet. Madankollu, hemm problemi ta’ aċċess għat-ICTY għal ċerti dokumenti fil-Kroazja li jridu jiġu riżolti. Ġiet żgurata l-konformità ġenerali mal-ftehimiet Dayton/Paris u Erdut. Għad trid tkun żgurata l-prosekuzzjoni imparzjali ta’ każi trasferiti mit-ICTY għal ġuriżdizzjoni Kroata kif ukoll każi inizjati domestikament.

    Kompla l-progress ġenerali fil-qasam tal-kooperazzjoni reġjonali. Il-Kroazja kompliet tieħu sehem attiv f'inizjattivi reġjonali, inklużi il-Kunsill Reġjonali għall-Kooperazzjoni li twaqqaf dan l-aħħar u l-FKĦEĊ. Sar progress importanti meta l-Kroazja reġgħet issospendiet l-implimentazzjoni taż-żona ta’ protezzjoni ekoloġika u tas-sajd għall-bastimenti tal-UE, skont l-impenji ta' qabel. Sar xi progress dwar ċert kwistjonijiet bilaterali bejn il-Kroazja u ġirien tagħha. Madankollu, jeħtieġ isir iżjed progress biex jinstabu soluzzjonijiet definittivi għall-kwistjonijiet bilaterali li għadhom mhux riżolti, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-fruntieri, Jeħtieġ isiru sforzi biex tiġi żviluppata iktar il-kooperazzjoni u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat.

    L- ekonomija Kroata kompliet tibbenefika minn andament b’saħħtu. It-tkabbir naqqas ir-ritmu hekk kif it-talba domestika bdiet tonqos. L-istabbiltà makroekonomika inżammet, iżda l-inflazzjoni żdiedet konsiderevolment, l-iktar minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel. S’issa, l-ekonomija Kroata kienet effettwata b’mod ħafif mit-turbulenzi finanzjarji, iżda livelli ogħla ta’ żbilanċi esterni u dejn komplew iżidu l-vulnerabbiltà esterna. Il-proċess ta’ riformi strutturali kien ġeneralment bil-mod. Teżisti ħtieġa urġenti għall-bini fuq il-progress li sar s'issa permezz ta' iktar titjib fl-ambjent tan-negozju.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , il-Kroazja hija ekonoija tas-suq li qed tiffunzjona. Għandha tkun kapaċi tlaħħaq mal-pressjonijiet u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni fit-terminu medju, sakemm tkompli timplimenta il-programm komprensiv ta’ riforma b’determinazzjoni sabiex tnaqqas id-dgħufijiet strutturali.

    Inżamm il-kunsens politiku dwar il-prinċipji bażiċi ta’ ekonomija tas-suq. F’ambjent internazzjonali li dejjem qed isir inċert, inżammu politki makroekonomiċi li huma orjentati lejn l-istabbiltà. Ir-rata ta’ kambju stabbli serviet tajjeb lill-pajjiż u baqgħet fattur ta’ stabbiltà finanzjarja. Il-konsolidazzjoni fiskali wasslet għal iktar tnaqqis fid-defiċit ġenerali tal-gvern, iżda l-eżistenza ta’ operazzjonijiet kważi-fiskali tista’ timplika iktar riskji fiskali u ddgħajjef it-traparenza fl-estimi. It-tkabbir ekonomiku baqa’ b’saħħtu bi ftit ri-bilanċ, hekk kif il-konsum naqas u l-investiment privat kompla jikber.

    Is-suq tax-xogħol ibbenefika minn tkabbir għoli fl-impjiegi u l-qagħad kompla jonqos. Il-kapaċità teknika u istituzzjonali fil-finanzi pubbliċi kompliet tissaħħaħ. Miżuri addizzjonali ta’ prudenza wasslu għal reżiljenza iktar soda fis-settur bankarju li huwa ġeneralment b’saħħtu u naqqsu r-riskji makro-finanzjarji. L-ekonomija tal-Kroazja hija intergrata tajjeb ma' dik tal-UE.

    Madankollu, il-politika ekonomika tal-gvern xi drabi kienet nieqsa minn orjentazzjoni ċara fit-terminu medju. L-aġenda ta’ riforma strutturali imxiet bil-mod u spiss kien hemm firda bejn l-adozzjoni ta’ strateġiji ta’ politika u l-implimentazzjoni attwali tagħhom. Il-komunikazzjoni tal-gvern mal-Bank Ċentrali xi drabi kienet dgħajfa, u effettwat b’mod negattiv il-kwalità tal-koordinazzjoni tal-politika. Inflazzjoni ogħla u żbilanċi esterni dejjem jgħolew qed jippreżentaw riskji għall-istabbiltà makroekonomika u jeħtieġu konsolidazzjoni fiskali iktar b’saħħitha. Intlaħaq progress limitat biex tiżdied l-effiċjenza fl-infieq pubbliku partikolarment fis-settur tas-saħħa. L-infieq soċjali baqa’ għoli u ma kienx immirat kif suppost, u għalhekk wassal għal ineffiċjenzi. Il-finanzi pubbliċi għadhom isofru minn nuqqas ta’ ppjanar u implimentazzjoni tal-baġit ibbażati fuq strateġija

    Sussidji sostanzjali lill-intrapriżi ma ntużawx b’mod effettiv għar-ristrutturar u l-privatizzazzjoni kompliet b’pass irregolari. Sar iżjed progress biex ikunu ffaċilitati l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta’ negozji iżda l-inizjattiva fis-settur privat kompliet tkun imxekkla minn regolamenti eċċessivi u rekwiżiti ad-hoc, li potenzjalment idgħajfu l-proċeduri ta’ dħul u ħruġ mis-suq. Ir-rinfurzar u approfondiment ta’ riformi strutturali b’iktar determinazzjoni jibqa’ ta’ importanza kbira.

    Il-Kroazja tejbet il-kapaċità tagħha li tassumi l-obbligi tas-sħubija. Il-preparamenti biex jintlaħqu il-ħtiġiet tal-UE jinsabu mexjin ‘il quddiem b’pass sod u f’diversi setturi hemm allinjament qawwi mar-regoli tal-UE. Fil-maġġoranza tal-oqsma kien hemm xi progress, prinċiplament fl-allinjament leġiżlattiv iżda wkoll rigward il-bini tal-kapaċità amministrattiva. F’diversi kapitli il-progress tajjeb li kien sar fis-snin ta’ qabel inżamm. Madankollu, sforzi sinifikanti għad iridu jsiru u rigward l-allinjament ġenerali u l-kapaċità amministrattiva, għad hemm ħafna x’irid isir.

    Sar progress tajjeb fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni mal- acquis dwar il- moviment ħlieles tal-merkanzija. L-allinjament mal- acquis f’dan il-kapitlu għaddej sew. Madankollu, l-aġġustament tal-infrastruttura għall-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-suq tibqa’ sfida importanti. Sforzi konsiderevoli huma meħtieġa biex jitkompla l-proċess tal-allinjament mal- acquis u l-implimentazzjoni u infirzar effettiv tiegħu.

    Sar xi progress rigward il- moviment ħieles tal-ħaddiema . Intlaħaq livell sodisfaċenti tal-allinjament legali. Madankollu, il-leġiżlazzjoni tal-Kroazja għadha mhix konformi mar-regoli tal-UE dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Hemm ħiteġa wkoll ta’ sforzi kontinwi biex tiġi żviluppata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa, partikolarment għall-koordinazzjonitas-sistema ta’ sigurta’ soċjali.

    Sar xi progress iżda iktar xogħol sostanzjali huwa meħtieġ rigwrd id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà għall-forniment tas-servizzi. F’dan ir-rigward għad hemm diversi ostakoli. Kollox ma’ kollox, l-allinjament huwa fi stadju moderatament avanzat, iżda għad jeħtieġ isiru sforzi konsiderevoli f’ċerti oqsma. Hemm bżonn tat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva relatata.

    Sar ftit progress fil- moviment ħieles tal-kapital , l-iktar rigward l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-permess biex tinxtara propjetà minn cittadini tal-UE u l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni u leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam ta’ kontra l-ħasil tal-flus. L-allinjament ġenerali huwa moderatament avvanzat, iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi, speċjalment rigward l-implimentazzjoni u l-infurzar.

    Sar progress tajjeb rigwrd l- akkwist pubbliku , bl- istruttura istituzzjonali imqiegħda fil-post u strateġija komprensiva adottata. Madankollu, iktar allinjament leġiżlattiv huwa meħtieġ u l-kapaċità amministrattiva għandha bżonn titjieb. Il-qafas legali u l-applikazzjoni fil-funzjoni tiegħu jeħtieġ ikun kopert minn miżuri kontra l-korruzzjoni biex b’hekk tkun żgurata iktar traparenza u effiċjenza.

    Sar xi progress fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji. L-allinjament jinsab fil-ħin, iżda sforzi kontinwi huma meħtieġa biex jiġu implimentati l-emendi li ġew adottati reċentement u biex tissaħħaħ il-kapaċità amminsitrattiva.

    Fil-qasam tal- liġi dwar il-propjetà intellettwali , sar progress tajjeb. L-allinjament leġiżlattiv jinsab f’livell għoli ħafna. Hemm bżonn ta’ iżjed sforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-infurzar tad-drittijiet tal-Propjetà Intellettwali (PI) fost il-partijiet interessati u biex titkompla l-ġlieda kontra l-piraterija u l-iffalsifikar.

    Sar xi progress fil- politika dwar il-kompetizzjoni , partikolarment rigward l-għajnuna mill-Istat lis-settur tal-azzar kif ukoll il-mappa tal-għajnuna għar-reġjuni u l-allinjament tal-iskemi ta’ għajnuna fiskali. Madankollu, jeħtieġ isiru sforzi sinifikanti partikolarment rigward l-għajnuna għar-ristrutturar tat-tarzni, li teħtieġ tiġi indirizzata fil-kuntest tal-privatizzazzjoni futura tagħhom.

    Jista’ jiġi rrapurtat progress tajjeb rigward is- servizzi finanzjarji. L-allinjament leġiżlattiv jinsab għaddej tajjeb, iżda hemm bżonn ta’ iktar attenzjoni rigward it-tħaddim xieraq tiegħu. Iż-żewġ awtoritajiet superviżorji jeħtieġu jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex itejbu l-funzjoni ta’ superviżjoni u l-interazzjoni konsultattiva mas-settur.

    Sar progress sostanjali fil-qasam tas- soċjetà tal-informazzjoni u l-media , speċjalment rigward il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettronikċi u r-riforma tal-media. F’dan il-kapitlu intlaħaq livell tajjeb ta' allinjament mal- acquis , iżda hemm bżonn ta’ iktar sforzi biex jitħaddem kif suppost is-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

    Il-progress fil-qasam tal- agrikoltura u l-iżvilupp rurali kien irregolari ħafna. Fl-oqsma tal-politika ta’ kwalità u l-agrikoltura organika is-sitwazzjoni hija diġà avvanzata sew. Fl-iżvilupp rurali, ġiet iggwadanjata esperjenza tajba fil-kuntest ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni iżda l-kapaċità li jiġu assorbiti fondi tal-UE f’dan il-qasam teħtieġ titjieb. Hemm bżonn li l-isforzi rigward l-Aġenżija li Tħallas, l-IACS (sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll) u l-LPIS (sistema ta' identifikazzjoni tal-pakketti ta' l-art), jissaħħu sew u malajr. Is-sistema preżenti ta’ sostenn fil-Kroazja marbuta mal-produzzjoni hija differenti mill-PAK (politika agrikola komuni) riformata. L-allinjament tas-sistema ta’ sostenn jeħtieġ tingħata bidu biex tħejji għal transizzjoni lixxa lejn il-PAK.

    Sar progress ġenerali rigward is-sigurtà tal-ikel, u l-politika verterinarja u fitosanitarja, partikolarment rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Hemm bżonn ta' iżjed sforzi partikolarment rigward is-saħħa tal-annimali, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u tal-ispezzjonar.

    Il-Kroazja għamlet xi progress fil-qasam tas- sajd. Il-preparamenti bdew izda għad hemm il-vojt fl-oqsma tal-ġestjoni tal-flotot, l-ispezzjoni u l-kontroll, azzjoni strutturali u l-għajnuna mill-Istat. Il-Kroazja teħtieġ iżżid l-isforzi tagħha biex timla dan il-vojt.

    Sar progress fil-qasam tat- trasport. Il-Kroazja għad trid tistabbilixxi korp ferrovjarju li hu kompetenti u effettiv. Jinħtieġu iktar sforzi rigward l-infurzar tar-regoli tal-UE rigward it-trasport fuq l-art , it-trasport tal-merkanzija kif ukoll it-tħaddim tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-avjazzjoni, inkluz ir-rinfurzar talo-kapaċità amministrattiva.

    Fuq kollox, sar progress tajjeb rigward l-enerġija. Madankollu, għad hemm bżonn ta’ sforzi sinifikanti, pertikolarment rigward l-effiċjenza tal-enerġija, u l-indipendenza u t-tisħtħ tal-awtorità regolatorja u l-kapaċità amministrattiva tagħha.

    Fil-qasam tat- tassazzjoni il-Kroazja għamlet progress limitat ħafna. Ma sar ebda progress fl-allinjament leġiżlattiv. Minkejja li l-istruttura ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa hija simili għall- acquis, jeħtieġ isiru sforzi sostanzjali fl-oqsma kollha. Il-Kroazja qablet mal-Kummissjoni dwar soluzzjoni biex tiġi eliminata t-taxxa diskriminatorja fuq is-sigaretti. Sforzi sostanzjali huma meħtieġa wkoll biex tissaħħaħ il-kapaċità amminstrattiva, inkluża l-interkonnettività bl-IT.

    Sar progress sinifikanti fil-qasam tal- politika ekonomika u monetarja. L-allinjament mal- acquis fil-qasam tal-politika ekonomika u monetarja jinsab fi stadju avvanzat.

    Dwar l-istatistika, kollox ma’ kollox, sar progress tajjeb. Intlaħaq livell sodisfaċenti tal-allinjament legali. Madankollu, jeħtieġu iktar sforzi, partikolarment rigward it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, u l-istatistiċi agrikoli, makroekonomiċi u kummerċjali.

    Sar progress tajjeb rigward il- politika soċjali u l-impjiegi. Intlaħaq livell tajjeb ta’ allinjament legali, minkejja li għad hemm xi vojt. Iżjed sforzi huma meħtieġa biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fil-ħin qabel l-adeżjoni biex ikunu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa.

    Il-Kroazja għamlet progress tajjeb fil- politika dwar l-intrapriża u l-industrija , partikolarment rigward il-politika tal-SMEs kif ukoll l-istrateġija indistrijali u r-ristrutturar tla-industrija tal-azzar. F’setturi oħrajn, bħalma hu l-bini tal-bastimenti, jeħtieġ isiru sforzi sinifikanti. Kollox ma’ kollox, il-Kroazja kisbet livell tajjeb ta’ allinjament.

    Rigward in- Netwerks Trans-Ewropej , il-Kroazja għamlet progress tajjeb u tkompli tipparteċipa attivament fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa.

    Xi progress jista’ jiġi rrapurtat fil-qasam tal- politika reġjonali u l-koordinazzjoni tal-istrumenti strutturali. Il-Kroazja għad jonqosha tagħmel sforzi biex tistabbilixxi l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva. Kollox ma’ kollox, il-Kroazja hija parzjalment allinjata mal- acquis f’dan il-kapitlu.

    Il-Kroazja għamlet xi progress rigward il- ġudikatura u d-drittijiet fundamentali. Ir-riformi fil-ġudikatura qed ikomplu izda b’pass relattivament bil-mod. Għad baqa’ sfidi sinifikanti. Il-parti l-kbira tal-istrumenti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni jinsabu fil-post iżda, minħabba l-kobor tal-problema, dawn mhux qed jitħaddmu bl-enerġija meħtieġa. Id-dispożizzjonijiet legali dwar id-drittijiet fundamentali huma ġeneralment adegwati, iżda minkejja xi progress, għad baqa’ għadd ta’ sfidi importanti f’termini ta’ implimentazzjoni.

    Il-Kroazja għamlet xi progress fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, partikolarment rigward il-ġlieda kontra d-droga u t-trattament mat-traffikar tan-nies. Madankollu, hemm bżonn ta’ sforzi sinifikanti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Jeħtieġ jidhru riżultati konkreti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li hija kwistjoni ta’ tħassib. Il-Kroazja teħtieġ iżżid l-isforzi tagħha biex tiżgura l-kapaċità amministrattiva neċessarja għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal- acquis tal-UE mal-adeżjoni.

    Sar progress tajjeb fl-oqsma tax- xjenza u r-riċerka u l- edukazzjoni u l-kultura. Ġeneralment inkiseb livell tajjeb ta’ allinjament iżda għad hemm ħtieġa ta’ iżjed sforzi.

    Ġeneralment, sar progress tajjeb fil-kapitlu tal-ambjent, speċjalment fl-oqsma dwar il-kwalità tal-arja, il-kimiċi u l-GMOs (organiżmi ġenetikament modifikati). Hemm bżonn ta’ sforzi konsiderevoli rigward l-ilma, il-kontroll tat-tniġġiż industrijali u l-ġestjoni tar-riskju, il-kambjament fil-klima u s-setturi orizzontali. Rigward l-investimenti hemm bżonn ta’ sforzi sostanzjali.

    Sar xi progress fil-qasam tal- konsumatur u l-protezzjoni tas-saħħa. Intlaħaq livell tajjeb tal-allinjament legali. Madankollu, iżjed sforzi huma meħtieġa fl-oqsma tas-sigurtà tal-prodotti għall-konsum, inkluż is-sistema ta’ allert RAPEX, u l-acquis dwar is-saħħa pubblika fuq it-tabakk u tessuti u celluli riproduttivi.

    Fil-qasam tal- unjoni doganali , il-Kroazja għamlet progress tajjeb. Għad jonqos sforzi biex jitkompla l-allinjament legiżlattiv, biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tad-dwana u biex isir iżjed progress rigward l-interkonnettività tal-IT.

    Il-Kroazja għamlet iżjed progress fil-qasam tar- relazzjonijiet barranin. F’dan il-qasam l-allinjament jinsab fil-ħin.

    Il-Kroazja kompliet tagħmel progress fil-qasam tal- Politika Barranija, tas-Sigurtà u tad-Difiża. Ġeneralment, il-Kroazja laħqet livell tajjeb ta’ allinjament iżda teħtieġ issaħħaħ l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kontroll tal-armi inkluż it-trasparenza ta’ informazzjoni relatata mal-armi.

    Rigward il- kontroll finanzjarju , il-Kroazja għamlet xi progress. Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex tiġi stabbilita sistema b’saħħitha u adekwata tal-PIFC (Kontroll Finanzjarju Intern Pubbliku), partikolarment rigward is-sistema ta’ ġestjoni tal-fondi tal-UE.

    Sar iktar progress rigward id- dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji , partikolarment l-iżvilupp ta’ struttura ta’ koordinazzjoni għar-riżorsi proprji. Kollox ma’ kollox, il-Kroazja kisbet livell tajjeb ta’ allinjament.

    L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għamlet ftit progress tul is-sena l-oħra iżda għadha ma laħqitx il- kriterji politiċi. L-elezzjonijiet parlamentari tal-2008 ma laħqux il-livelli internazzjonali ewlenin u r-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE/ODIHR jeħtieġ jiġu indirizzati kompletament. In-nuqqas ta’ djalogu politiku kostrittiv bejn il-partiti politiċi u l-atturi ewlenin kellhom effett avvers fuq it-tħaddim tal-istituzzjonijiet politiċi; issa qed isiru sforzi biex jitkattar id-djalogu politiku. Ittieħdu passi biex jiġu indirizzati prioritajiet ewlenin dwar il-Partenarjat ta’ Adeżjoni u jeħtieġ isiru iżjed sforzi.

    L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Qafas Ohrid qed tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tad- demokrazija u l-istat tad-dritt. L-adozzjoni ta’ liġi dwar il-lingwi kienet pass importanti ’l quddiem fir-relazzjonijiet fost il-komunitajiet etniċi fil-pajjiż. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi fi spirtu kostruttiv biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ohrid.

    L-andament tal-elezzjonijiet parlamentari bikrin fl-2008 kien imħassar minn vjolenza u irregolaritajiet. L-awtoritajiet bdew iħarrku lil dawk li kkommettew ir-reati u jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE/ODIHR dwar kif jitmexxew l-elezzjonijiet, partikolarment b’ emendi fil-kodiċi elettorali. Koalizzjoni governattiva ġdida b’karattru multi-etniku twaqqfet f’lulju. Il-partiti tal-oppożizzjoni għamlu bojkott fuq il- Parlament il-ġdid għal perjodu estensiv u l-Parlament għamel użu estensiv mill-proċedura ta’ emerġenza biex jgħaddi l-leġiżlazzjoni. Iktar sforzi sinifikanti huma meħtieġa biex jitjieb u jinżamm id-djalogu politiku.

    Rigward ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika sar xi progress bl-introduzzjoni ta’ inċentivi fis-salarji u l-addozzjoni ta’ sistema kontinwa ta’ taħriġ, kif inhu meħtieġ mil-liġi tas-sevizz ċivili. Madankollu, sar ftit progress biex ikun żgurat li l-ingaġġi fil-livelli għoljin isiru skont kwalifiċi professjonali. Hemm bżonn tingħata priorità biex jinħoloq servizz ċivili stabbli, professjonali u bbażat fuq il-meritokrazija. Ir-rwol tal-Aġenzija tal-Ħaddiema taċ-Ċivil teħtieġ tissaħħaħ u l-kapaċità tal-unitajiet tar-riżorsi umani fil-ministeri jeħtieġ tiżdied. L-implimentzzjoni tar-riforma fil-korp tal-pulizija imxiet ’il quddiem. It-tmien kmandanti ġodda reġjonali u t-38 kmandant ġdid lokali ġew appuntati skont kif titlob il-liġi. It-taħriġ tal-pulizija kompla u l-ġestjoni tar-riżorsi umani tjiebet. Madankollu, il-politiċizzazzjoni tal-livelli anzjani fil-pulizija f’ċerti inħawi tqajjem tħassib serju.

    Sar xi progress fir- riforma ġudizzjarja. Il-Qorti tal-Appell il-ġdida u l-Qroti Amminsitrattiva l-ġdida u l-Kunsill Ġuridiku qed jiffunzjonaw u l-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi l-ġdid bdew jiltaqgħu. L-Akkademja għat-taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi tinsab fil-post u sistemi ġodda tal-IT ġew introdotti fil-qrati. Madankollu, il-ġudikatura teħtieġ iktar tisħiħ rigward l-indipendenza tagħha, l-effiċjenza, ir-riżorsi umani u l-qafas baġitarju. Il-vakanzi fl-uffiċċju tal-prosekutur jeħtieġ jimtlew. Każi b’lura għadhom jippersistu u hemm bżonn jiġi stabbilit it-tħaddim ta’ rekord tajjeb tar-riformi reċenti, partikolarment rigward l-imparzjalità, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza tal-ġudikatura.

    Sar iktar progress fit-tħaddim tal- politika ta’ kontra l-korruzzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-gvern ġie allokat baġit speċifiku. Miżuri speċjali ta’ investigazzjoni issa jistgġu jintużaw f’każi ta’ korruzzjoni. Ġie adottat Pjan ta’ Azzjoni kontral l-kunflitt ta’ interess. Saru kundanni f’uħud mill-każi bi profil għoli. Il-perċezzjoni tal-korruzzjoni tjiebet mhux ħażin. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema partikolarment serja. Jeħtieġ jittieħdu iżjed passi, partikolarment biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni oerattiva fost l-aġenziji tal-infirzar tal-liġi u biex jiġu implimentati il-proviżjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali.

    Il-qafas legali u istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet umani u tal-minoranzi hija bejn wieħed u ieħor fil-post. Minkejja dan, iżjed sforzi huma meħtieġa biex titjieb l-implimentazzjoni f’għadd ta’ oqsma.

    Allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin mill-pulizija jeħtieġ ikunu investigati b’mod effettiv u ssir il-prosekuzzjoni. L-infrastruttura tal-ħabs qed tiġi gradwalment renovata. Hemm bżonn, madankollu, tittieħed azzjoni biex jiġu eliminati kundizzjonijiet inumani u degradanti u biex tiġi stabbilita ġestjoni professjonali. Rigward id- drittjiet tan-nisa , pjan nazzjonali kontra l-vjolenza domestika ġie adottat u d-dispożizzjonijiet legali rigward l-isturpu ġew imsaħħa. Minkejja dan, jeħtieġ ikun hemm sforzi kontinwi rigward il-protessjoni tan-nisa kontra kull forma ta’ vjolenza. Rigward id- drittijiet tat-tfal, l-edukazzjoni obbligatorja ġiet estiża u daħlet fis-seħħ liġi dwar il-ġustizzja ġovanili. Madankollu, l-isforzi biex ikunu protetti d-drittijiet tat-tfal hemm bżonn jissaħħu.

    Rigward id- drittijiet kulturali u d- drittijiet tal-minoranzi sar ftit progress fit-tħaddim tal-istrateġija għal rappreżentazzjoni ekwa, skont il-Ftehim ta' Qafas Ohrid. Ġiet adottat liġi dwr il-lingwi li tipprovdi għal użu iktar wiesa’ tal-lingwa Albaniża fil-parlament. Liġi dwar l-avvanz u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-komunitajiet żgħar kienet adottata li, b’mod partikulari, tipprovdi għat-twaqqif ta’ aġenzija speċjaliżżata.

    Madankollu, l-awtoritajiet jeħtieġu jagħmlu iżjed sforzi biex jippromwovu l-intergrazzjoni tal-komunitajiet etniċi tal-pajjiż, partikolarment fl-edukazzjoni. L-interressi tal-minoranzi etniċi iżgħar mhumiex indirizzati b'mod suffiċjenti. Rigward ir-Roma ftit progress biss jista’ jiġi rrapurtat. Il-pjani ta’ azzjoni relevanti qed jitwettqu bil-mod. Il-minorità Roma għadha tiffaċċja kundizzjonijiet ta’ għixien diffiċli u diskriminazzjoni, b’aċċess fqir għall-edukazzjoni, protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa, akkomodazzjoni u impjiegi.

    Rigward kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali , l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ikkooperat bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks Jugoslavija (ICTY). Ġew adottati r-riformi ġudizzjarji meħtieġa bies ikun żgurat li l-każi riferuti lill-awotirajiet nazzjoali jkunu ttrattati b'mod xieraq u inbeda t-taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi. Rigward it-Tribunal Kriminal Internazzjonali, il-ftehim bilaterali mal-Istati Uniti dwar l-immunità mhuwiex konformi mal-pożizzjoni komuni u prinċipji relevanti tal-UE.

    Il-pajjiż kompla jieħu sehem attiv f'inizjattivi reġjonali, inklużi il-Kunsill Reġjonali għall-Kooperazzjoni (RCC). Fl-2006 il-pajjiż assuma l-ewwel presidenza tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ta’ l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) wara li dan daħal fis-seħħ.

    Twaqqaf kumitat konġunt rigward id-demarkazzjoni tal-fruntiera mal-Kosovo u l-proċess wasal biex jispiċċa. F’Ottubru l-gvern iddeċieda li jirrikonoxxi l-indipendenza tal-Kosovo.

    L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha ġeneralment relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi fir-reġjun. Madankollu, ir-relazzjonijiet mal-Greċja kienu effettwati iktar minħabba l-kwistjoni mhux riżolta dwar l-isem. Azzjonijiet jew dikjarazzjonijiet li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet tajbin tal-viċinat għandhom ikunu evitati. Iż-żamma ta’ relazzjonijiet tajbin tal-viċinat, inkluża soluzzjoni li hi negozjata u aċċettabbli għaż-żewġ naħat rigward il-kwistjoni tal-isem, taħt l-awspiċju tan-NU, tibqa’ essenzjali.

    L- ekonomija tal-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja żammet tkabbir b’saħħtu. Madankollu, l-ambjent ekonomiku internazzjonali inqas favorevoli ikkontribwixxa għal deterjorzzjoni qawwija fil-kontijiet esterni u għolla l-inflazzjoni. Kompla l-progress bir-riformi strutturali u l-ambjent tan-negozju tjieb. Madankollu, il-persistenza tal-qagħad għoli għadha kawża serja ta’ tħassib. Defiċjenzi u dgħufijiet istituzzjonali fl-istat tad-dritt qed ikomplu jxekklu t-tħaddim ta’ ekonomija tas-suq u għandhom effett negattiv fuq il-klima tan-negozju.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja avvanzat ħafna. Qorbot lejn ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Għandha tkun kapaċi tlaħħaq mal-pressjonijiet u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni fit-terminu medju, sakemm tkompli timplimenta il-programm komprensiv ta’ riforma b’determinazzjoni sabiex tnaqqas id-dgħufijiet strutturali.

    Il-pajjiż żamm kunsens politiku wiesa’ dwar l-essenzjali tal-politika ekonomika. It-taħlita politika baqgħet ġeneralment konformi mal-istabbiltà u t-tħabbir makroekonomiku. It-tkabbir tal-pajjiż baqa’ b’saħħtu. Il-kwalità tal-finanzi pubbliċi tjiebet bit-tnaqqis tar-rati tat-taxxi u żieda fl-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxi kif ukoll żieda fl-infieq għall-infrastruttura u l-edukazzjoni. Il-livell relattivament baxx tad-dejn fis-settur pubbliku inżamm. It-titjib fil-ġbir tat-taxxi jindika xi suċċess fit-tnaqqis tal-ekonomija informali.

    Dħul mill-FDI żdied notevolment matul is-sena li għaddiet. Il-privatizzazzjoni tinsab kważi lesta. Is-sehem tas-settur privat fil-produzzjoni totali jammonta għal madwar 80% tal-valur miżjud. Il-liberalizzazzjoni fil-prezzijiet u l-kummerċ twettaq fi prattikament is-setturi kollha. Il-proċeduri rigward il-fallimenti qsaru iżjed u r-reġistrazzjoni tal-propjetà tħaffet. L-indipendenza finanzjarja tal-aġenziji superviżorji u regolatorji issaħħet mhux ħażin. L-intermedjanza finanzjarja żdiedet. Il-kompetizzjoni tal-industriji f’netwerk żdiedet. Barra minhekk, ittieħdu miżuri biex titjieb il-kwalità tal-kapital uman. L-integrazzjoni ekonomika mal-UE hija avvanzata ħafna.

    Madankollu, id-deterjorament tal-bilanċi esterni tal-pajjiż żied il-vulnerabbiltajiet esterni, li jżid l-importanza tad-dixxiplina fiskali. Is-swiwq tax-xogħol għadhom mhux qed jiffunzjonaw tajjeb; għadu jippersisti livell għoli ta’ qagħad. It-tħaddim ta’ ekonomija tas-suq għadha mxekkla minn djugħfijiet istituzzjonali u l-ħtieġa li jissaħħaħ l-istat tad-dritt. L-amministrazzjoni pubblika għadha ineffiċjenti u f’ċerti setturi iċ-ċertezza legali għadha baxxa, li jrendi l-pajjiż mhux attraenti għall-investiment barrani. Il-ġudikatura għadha toħnoq ir-ritmu tax-xogħol, u l-aġenziji regolatorji u superviżorji xi drabi m'għandhomx ir-riżorsi biex jiffunzjonaw b'mod effettiv.

    Minkejja l-isforzi biex titnaqqas l-ekonomija mhux uffiċjali, is-settur informali baqa’ pjuttost kbir. Qafas regolatorju dgħajjef u dgħufija fl-infurzar tal-liġi inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ikomplu jgħarrqu din is-sitwazzjoni. Is-settur informali għadu sfida importanti minħabba li dan iċekken il-bażi tat-taxxa u l-effiċjenza tal-politiki ekonomiċi.

    L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kompliet bl-isforzi biex ittejjeb l-abbiltà tagħha biex tassumi l-obbligi tas-sħubija. Kien hemm xi progress fit-twettiq tal-prioritajiet tal-Partenarjat ta’ Adeżjoni. Madankollu, il-pajjiż għadu jiffaċċja nuqqasijiet importanti fl-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv tal-liġijiet. Riżorsi umani u finanzjarji adegwati għat-tħaddim komplut tal- acquis huma neqsin.

    Fil-qasam tal- moviment ħieles tal-merkanzija , il-kapaċità amministrattiva tjiebet iżda għadha insuffiċjenti biex tiżgura infurzar xieraq. Ħafna mill- acquis settorjali għad irid jiġi traspost u implimentat. Sar progress limitat fl-oqsma tal- moviment ħieles tal-ħaddiema u d-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jitfornew servizzi, fejn l-allinjament mal- acquis għadu fi stadju bikri. Sar progress tajjeb rigward l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal- moviment ħieles tal-kapital . Il-kapaċità amministrattiva u r-rekord tal-infurzar tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus mhumiex suffiċjenti.

    Sar progress sostanzjali fil-qasam tal- akkwist pubbliku . Madankollu, il-leġiżlazzjoni adottata dan l-aħħar dwar il-konċessjonijiet u l-partenarjati pubbliċi-privati għadha mhix allinjata mal- acquis . L-isforzi li qed isiru bħalissa fit-taħriġ għall-awtoritajiet li jikkuntrattaw u l-operaturi ekonomiċi dwar ir-regoli tal-akkwist pubbliku jeħtieġ li jinżammu. Sar progress tajjeb fil-qasam tal- liġi tal-kumpaniji , fejn l-allinjament leġiżlattiv huwa sodisfaċenti. Fil-qasam tal- liġi dwar il-propjetà intellettwali , sar progress fit-tisħiħ tal-qafas legali u t-titjib fil-kapaċità amministrattiva. Ir-rekord dwar l-infurzar qiegħed jitjieb bil-mod iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex jintlaħaq livell sodisfaċenti kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni.

    Jista’ jiġi rrappurtat progress tajjeb, iżda mhux regolari, fil-qasam tal- kompetizzjoni inkluża l-politika dwar l-għajnuna mill-istat. L-awtorità għall-kompetizzjoni għadha teħtieġ iżjed persunal li huwa kkwalifikat aħjar kif ukoll fondi adegwati. Il-kontroll ex-ante tal-għajnuna mill-istat mhix effettiva biżżejjed.

    Sar progress fl-allinjament leġiżlattiv mal- acquis fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Għadhom jippersistu defiċjenzi fil-kapaċità amministrattiva tal-korpi superviżorji, partikolarment rigward l-assigurazzjoni, fejn l-infirzar huwa partikolarment insuffiċjenti.

    Fil-qasam tas- soċjetà tal-informazzjoni u l-media , sar progress sinifikanti fl-allinjament mal- acquis dwar il-meżżi ta’ komunikazzjoni elettroniċi, inkluż it-tħaddim ta’ miżuri ta' infurzar. Dan wassal għal kundizzjonijiet iżjed kompetittivi għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Madankollu, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill tax-Xandir u tas-servizz ta’ xandir pubbliku għadhom kawża ta’ tħassib.

    Fil-qasam tal- agrikultura u l-iżvilupp rurali, il-progress fl-iżvilupp tal-politika kien segwit minn żiediet fil-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet relevanti u tħaddim aħjar, minkejja li l-allinjament mal- acquis għadu fi stadju bikri. Sar ftit progress fil-qasam tas- sigurtà ta' l-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja , l-aktar relatata mal-leġiżlazzjoni. Il-kapaċità amministrattiva ssaħħet, iżda għadha mhix adegwata biex tiżgura t-tħaddim xieraq tal- acquis. Sar progress fl-allinjament leġiżlattiv fil-qasam tas- sajd , fejn il-kapaċità amministrattiva għad trid tiġi żviluppata.

    Jista’ jiġi rrappurtat xi progress fil-qasam tal- politika dwar it-trasport . Madankollu, il-kapaċità amminsitrattiva fis-setturi kollha għadha insuffiċjenti. Il-korpi regolatorji u l-awtoritajiet tas-sigurtà għad iridu jibdew jaħdmu fl-oqsma tat-trasport fl-art, bl-ajru u bil-ferrovija. Ir-riformi ferovjarji mibdijin għad jonqoshom iktar implimentazzjoni.

    Sar progress fis-settur tal- enerġija , partikolarment rigward l-allinjament leġiżlattiv u l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. Madankollu, għad jonqos tingħata attenzjoni lil ċerti kwistjonijiet mhux riżolti relatati mat-tariffi u d-distribuzzjoni tal-elettriku. Il-kapaċità amministrattiva biex tiġi nfurzata l-politika dwar l-effiċjenza tal-enerġija u r-regolamenti dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni tjiebet, iżda teħtieġ iżjed tisħiħ. L-indipendenza tar-regolaturi għadha mhix adegwata.

    Il-livell tal-allinjament leġiżlattiv rigward il- tassazzjoni indiretta huwa suffiċjenti iżda jeħtieġ jitjieb fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Il-kapaċità amministrattiva fil-ġbir tat-taxxa tjiebet ħafna u d-dħul mit-taxxa żdied, iżda jeħtieġ isiru sforzi biex tkun assigurata l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa. L-isforzi sinifikanti li saru biex titrażżan il-korruzzjoni f’dan il-qasam jeħtieġ li jitkomplu.

    Fil-qasam tal- politika ekonomika u monetarja sar xi progress fl-allinjament leġiżlattiv mal- acquis u fil-kapaċità amministrattiva. Fil-qasam tal- istatistika , sar progress biex jitjiebu kemm l-infrastruttura tal-istatistika kif ukll l-istatistiċi settorjali. L-allinjament fil-klassifikazzjoinjiet tal-acquis mexa sew ’il quddiem. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex tintlaħaq u tinżamm kwalità suffiċjenti fl-istatistiċi.

    Jista’ jiġi rrappurtat xi progress fil-qasam tal- politika soċjali u l-impjiegi . Intlaħaq livell moderat tal-allinjament legali. Filwaqt li l-kapaċità amministrattiva qed tissaħħaħ bil-mod, għad jonqosha biex jitħaddmu kif xieraq il-leġiżlazzjoni u l-politiki adottati.

    Sar progress tajjeb fil-qasam tal- intrapriża u l-politika industrijali , partikolarment fil-qafas regolatorju u fil-politiki settorjali.

    Sar progress fil-qasam tan- netwerks trans-Ewropej. Il-pajjiż ikompli jipparteċipa fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa. Ir-riżorsi finanzjarji imdaqqsa li huma meħtieġa għat-titjib fl-infrastruttura għadhom xkiel qawwi.

    Xi progress jista’ jiġi rrappurtat fil-qasam tal- politika reġjonali u l-koordinazzjoni tal-istrumenti strutturali , minkejja li għad fadal ħafna xogħol għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-IPA li jservu ta’ prekursuri għall-Fondi Strutturali. Il-kapaċità amministrattiva fil-livell reġjonali u lokali fil-ministeri teħtieġ tissaħħaħ sew.

    Sar xi progress fil-qasam tal- ġudikatura u d-drittijiet fundamentali . Rigward ir-riforma ġuridika, il-kunsill ġuridiku qed jiffunzjona, il-Kunsill tal-prosekuturi pubbliċi twaqqaf u l-liġi dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ġiet adotatta. Madankollu, il-ġudikatura teħtieġ iktar tisħiħ rigward l-indipendenza tagħha, l-effiċjenza, ir-riżorsi umani u l-qafas baġitarju. Il-liġi dwar il-proċedura kriminali ġiet emedata biex tippermetti l-użu ta’ miżuri speċjali investigattivi f’każi ta’ korruzzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-korruzzjoni ġie allokat baġit speċifiku. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi rigward il-finanzjament tal-partitipolitiċi u l-kampanji elettorali. Rigward id-drittijiet fundamentali, ġiet adottata liġi dwar il-lingwi li tippermetti użu iktar wiesa’ tal-lingwa Albaniża fil-ħajja pubblika. Madankollu, iktar sforzi huma meħtieġa biex jindirzzaw l-interessi tal-minoritanzi etniċi iżghar, inklużi r-Roma.

    Fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà , il-kapaċità operattiva tal-awtoritajiet kompetenti kompliuet titjieb. Jista’ jiġi rrappurtat ukoll progress rigward kooperazzjoni mill-pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-migrazzjoni, l-ażil, u l-politika dwar il-viża kif ukoll il-ġestjoni tal-fruntiera. Il-leġiżlazzjoni hija fil-parti l-kbira f’postha u l-implimentazzjoni bdiet. Il-ftehimiet bejn il-KE u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-iffaċilitar tal-viża u r-riammissjoni daħlu fis-seħħ fl-Jannar 2008. Tnieda djalogu mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Sar progress tajjeb rigward it-twettiq tal-livelli mitluba mill-pjan ta’ direzzjoni għall-liberalizzazjoni tal-viza, partikolarment rigward l-introduzzjoni tal-passaporti biometriċi. Sar progress fil-qasam tal-ġbir tal-profili u fl-isfrattar ta’ gruppi kriminali involuti fit-traffikar tan-nies, iżda l-pajjiż għadu pajjiż ta’ oriġini, transitu u destinazzjoni għat-traffikar tan-nies. Il-politiċizzazzjoni tal-livelli anzjani fil-pulizija wasslet għal abbużi. Kollox ma’ kollox il-kapaċità amministrattiva teħtieġ tkun imsaħħa iżjed u l-kriminalità organizzata għadha font ta’ tħassib serju, li qed tħalli effett fuq l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozu.

    Fil-qasam tax- xjenza u r-riċerka, sar progress fl-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni fir-riċerka fuq livell nazzjonali, iżda l-kapaċità għadha mhix biżżejjed. L-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni fl-FP7 ipproduċiet riżultati tajbin. Sforzi sostanzjali biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni fil-qasam Ewropew tar-riċerka (European Research Area) għadhom meħtieġa.

    Il-progress fil-qasam tal- edukazzjoni u l-kultura kien tajjeb, minkejja li l-kapaċità biex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni mgħoddija għadha insuffiċjenti. Il-pajjiż jeħtieġ ikompli bl-isforzi tiegħu biex iħejji għall-ġestjoni tal-programmi Tagħlim tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni.

    Sar progress fl-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv fil-qasam tal- ambjent partikolarment rigward il-leġiżlazzjoni oriżżontali u s-setturi tal-arja u l-iskart. Ammont sostanzjali tal-leġiżlazzjoni implimentattiva għad trid titħejja. Xi setturi, bħall-kwalità tal-ilma jew il-protezzjoni tan-natura għadhom lura. Il-kapaċità amministrattiva teħtieġ tisħiħ sostanzjali u, minkejja li saru sforzi sinifikanti biex jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji, l-investimenti fl-infrastruttura ambjentali għadhom ġeneralment mhux biżżejjed. Fil-qasam tal- protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa , sar progress fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur u żdiedu l-fondi għas-saħħa pubblika. Madankollu, għadha ma ġietx stabbilita sistema effettiva u trasparenti biex tissorvelja s-suq. Ir-riżorsi amministrattivi mhumiex suffiċjenti biex jippermettu implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji u l-pjan ta' azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika.

    Sar progress sostanzjali fil-qasam tal-unjoni doganali. Il-ġbir mid-dħul żdied b’mod sostanzjali u l-ġlieda kontra l-kriminalità fil-konfini qed turi riżultati tajbin. Il-leġiżlazzjoni doganali tinsab allinjata tajjeb mal- acquis iżda jinqosha iktar armonizzazzjoni. Il-kapaċità amministrattiva u operattiva tjiebet b’mod sinifikanti u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni wasslwt għal riżultti tanġibbli.

    Sar xi progress fl-allinjament mal-politika tal- UE dwar ir-relazzjonijiet esterni, partikolarment bħala riżultat tal-implimentazzjoni tac-CEFTA, kif ukoll fil-qasam tal- politika barranija, u dik dwar is-sigurtà u d-difiża. Iktar sfozi huma meħtieġa biex tissaħħaħ il-kapaċità amminsitrattiva f’dawn l-oqsma.

    Rigward il- kontroll finanzjarju , sar progress limitat fl-allinjament u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Issaħħet il-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet responsabbli għall-kontroll finanzjarju u l-verifika esterna, iżda għadha mhix biżżejjed biex tissodisfa l-obbligi mitluba mill- acquis. Fil-qasam tad- dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji , sar xi progress fit-taqbida kontra l-frodi fil-VAT u d-dwana. Biż-żmien se jkunu jinħtieġu strutturi xierqa ta’ koordinazzjoni, regoli għall-implimentazzjoni u tisħiħ amministrattiv fil-qasam tar-riżorsi proprji.

    Il-Montenegro

    Il-Montenegro għamel progress importanti biex jindirizza l-kriterji politiċi, itejjeb il-qafas legali u jsaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali skont il-Partenarjat Ewropew. L-implimentazzjoni tal-kostituzzjoni imxiet sew. Madankollu, il-Montenegro għad jonqsu jżid l-isforzi biex iwettaq ir-riformi. Hemm bżonn ta’ sforzi partikolari biex titlesta r-riforma ġudizzjarja. Minkejja li sar xi progress, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata għadha sfida importanti. Il-kunsens politiku dwar kwistjonijiet marbutin mal-UE għadu qawwi, iżda jeħtieġ jitwessa’ għal oqsma oħrajn tal-bini tal-istat. Il-kapaċità amministrattiva teħtieġ titjieb.

    Id-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt issaħħew. Sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-kostituzzjoni l-ġdida li kienet adottta f’Ottubru 2007. Minkejja dan, hemm fejn titjieb il-governanza u kif tiffunzjona l-ġudikatura u tintwera iktar rieda politika biex jinkisbu riżultati fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

    Il- Parlament waqqaf Kunsill dwar l-Integrazzjoni Ewropea immexxi minn membru tal-oppożizzjoni. L-attività leġiżlattiva kienet intensa. Madankollu, il-parlament jeħtieġ jikkonsolida iżjed il-kapaċità u l-effettività tiegħu bħala korp ta’ leġiżlazzjoni u sorveljanza politika.

    Il- gvern kompla jadatta ruħu għall-ħtiġiet li ħolqot indipendenza tal-pajjiż. Kompla jtejjeb il-koordinazzjoni tal-integrazzjoni Ewropea. Iżda l-ġestjoni u l-kapaċità, partikolarment fil-ministeri, għadha dgħajfa.

    Sar progress fit-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv għall- amministrazzjoni pubblika. Sar xi progress fil-ġestjoni tar-riżorsi umani u r-riforma tal-gvern lokali. Madankollu, in-nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji, kif ukoll dgħufijiet strutturali u l-korruzzjoni, ikomplu jxekklu l-effettività globali tal-amminsitrazzjoni pubblika. Il-kapacità amministrattiva għadha limitata. F’oqsma kruċjali, bħal ma huma l-ippjanar urban u l-protezzjoni tal-ambjent, l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċità eżistenti huma insuffiċjenti u jeħtiġilhom titjib. Hemm bżonn li s-servizz ċivili jitjieb u tkun żgurata l-implimentazzjoni koerenti tiegħu. L-uffiċċju tal-ombudsman issaħħaħ bil-ħolqien ta’ żewġ karigi ta’ deputat ombudsman iżda l-effettività ġenerali tiegħu għadha limitata.

    Sar xi progress fir-riforma tal-ġudikatura . Il-Montenegro adottat pjan ta’ azzjoni u leġiżlazzjoni biex timplimenta l-kostituzzjoni l-ġdida. F’Settembru 2008 twaqqfu dipartimenti speċjali fil-qrati għoljin biex jikkumbattu l-kriminalità organizzata, ir-reati tal-gwerra u t-terroriżmu. Madankollu, għad jonqos leġiżlazzjoni ċentrali ta' riforma biex tiżgura l-indipendenza u r-responsabbiltà tal-ġudikatura. L-effiċjenza ġenerali tas-sistema ġudizzjarja għadha baxxa. Xogħol b’lura fil-kawżi ċivili u kriminali u proċeduri eċċessivament twal għadhom kawża ta’ tħassib. Il-proċeduri kriminali fil-kawża tad-deportazzjoni u l-għajbien ta’ iktar minn 80 Bożnjan pajżan fl-1992 għadhom mhux finaliżżati.

    Sar ftit progress biex jissaħaħ il-qafas strateġiku u amminsitrattiv fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-perċezzjoni tal-korruzzjoni tjiebet mhux ħażin. Madankollu, l-implmentazzjoni għadha dgħajfa u r-riżultati s’issa kienu limitati. Leġiżlazzjoni kruċjali, bħal ngħidu aħna liġi dwar il-kunflitt ta’ interess, għadha ma ġietx adottata. Fil-Montenegro m'hemmx awtoritajiet ta’ superviżjoni u verifika b’saħħtihom u indipendenti. Il-kapaċità ta’ investigazzjoni li għandhom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għadhom insuffiċjenti, u dan qed jirriċulta f'għadd baxxa ħafna ta' kundanni f'każi ta' korruzzjoni. Il-korruzzjoni għadha mifruxa u hija problema partikolarment serja.

    Ġie rreġistrat ftit progress fil-qasam tad-drittijiet umani u l-protezzjoni tal-minoranzi, fejn il-Montenegro għadha ġeneralment skont l-istandards Ewropej. Il-garanzija tal-applikazzjoni retroattiva tal- Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani (ECHR) teħtieġ tkun ikklarifikata fil-Liġi dwar l-implimentazzjoni tal-kostituzzjoni. Strateġiji multiannwali għall-protezzjoni soċjali u tat-tfal, għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà u għall-protezzjoni tal-anzjani ġew adottati f’Novembru 2007 iżda filfatt ma kienx hemm wisq titjib fil-kundizzjonijiet. Tinħtieġ iżjed kuxjenza pubblika u leġiżlazzjoni adegwata biex tindirizza l-vjolenza domestika kontra n-nisa. Jeħtieġ isir progress fid-definizzjoni tal-mekkaniżmi ta' tħaddim, titjib fil-protezzjoni u sensibilizzazzjoni dwar diskriminazzjoni bejn is-sessi. Fil-dawl ta’ inċidenti reċenti li kienu jinvolvu attakki kontra ġurnalisti, hemm bżonn li l- libertà tal-espressjoni tkun imħarsa iktar. L-investigazzjonijiet f’każi bħal dawn jeħtieġ isiru bir-reqqa. Każi ta’ vjolenza u defamazzjoni kontra l-ġurnalisti huma kawża ta’ tħassib. Il-kundizzjoinjiet tal-organizzazzjonijiet tas- soċjetà ċivili jibqgħu, fil-parti l-kbira, sodisfaċenti iżda hemm lok għal iktar titjib fil-kooperazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili. Rigward id- drittijiet tal-proprjetà, il-proċess ta’ restituzzjoni u l-kumpens miexi ’l quddiem u għadhom qed jidħlu ilmenti kontra deċiżjonijiet li ttieħdu mill-kummissjonijiet ta’ restituzzjoni tal-ewwel istanza.

    Il-Montenegro għamel xi progress fit-tisħiħ tal-qafas dwar il- protezzjoni tal-minornazi billi adotta politika ta’ strateġija għall-minoranzi u strateġija nazzjonali dwar ir-Roma, ħoloq kunsilli nazzjonali għall-minoranzi u stabbilixxa mekkaniżmi speċifiċi ta’ finanzjament. Madankollu, għad iridu jitwettqu diversi miżuri ta’ implimentazzjoni, inkluż id-distribuzzjoni tal-fondi. Ir-relazzjonijiet inter-etniċi sejrin tajjeb iżda d-drittijiet soċjali u ekonomiċi ta’ persuni spustati, fosthom ħafna Roma mill-Kosovo, għadhom mhumiex garantiti. Il-komunitajiet Roma, Ashkali u Eġizzjani għadhom jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ għixien diffiċli u diskriminazzjoni , b’aċċess fqir għall-edukazzjoni, protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa, akkomodazzjoni u impjiegi. L-istrateġija adottata dan l-aħħar mill-gvern li tkopri l-perjodu 2008-2012 issa teħtieġ tiġi implimentata.

    Rigward kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali , il-Montenegro kompla jwettaq rwol kostruttiv fir-reġjun u jipparteċipa attivament fil-kooperazzjoni fir-reġjun, inkluż il-Kunsill Reġjonali għall-Kooperazzjoni (RCC) li twaqqaf dan l-aħħar u l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). Il-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks Jugoslavja (ICTY) għadu sodisfaċenti u l-Montenegro iffirma ftehimiet ta’ kooperazzjoni fuq kawżi dwar krimini tal-gwerra mas-servizzi tal-istat għall-prosekuzzjoni tas-Serbja u l-Kroazja.

    Komplew jitkattru r-relazzjonijiet tajbin u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien. Il-kooperazzjoni bilaterali kompliet tagħmel progress. B’mod partikolari, sar progress billi ġew riżolti kwistjonijiet bilaterali dwar il-fruntieri bejn il-Montenegro u l-Kroazja, meta ż-żewġ naħat qablu li jirreferu l-każ tal-peniżola ta’ Prevlaka lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Il-Montenegro irrikonoxxa l-indipendenza tal-Kosovo[10] f’Ottubru 2008.

    Rigward it-Tribunal Kriminal Internazzjonali, il-ftehim bilaterali mal-Istati Uniti dwar l-immunità mhuwiex konformi mal-pożizzjoni komuni u prinċipji gwida relevanti tal-UE.

    L- ekonomija tal-Montenegro kompliet tespandi bil-qawwa. Tħaffef il-pass tar-riformi strutturali u l-kapaċitajiet istituzzjonali ġew rinfurzati. L-istabbiltà makroekonomika iddgħajfet minħabba żieda fl-inflazzjoni u fil-vulnerabbiltajiet esterni. In-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt u r-riżolizzjoni tagħhom għadhom sfida importanti għall-iżvilupp ekonomiku.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , il-pajjiż kompla jagħmel progress lejn it-twaqqif ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jeħtieġ li r-riformi li għaddejjin bħalissa jitlestew u jiġu implimentati fl-iqsar żmien biex fit-terminu medju l-pajjiż ilaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

    It-tkabbir ekonomiku baqa’ b’saħħtu, xprunat minn dħul qawwi ta’ Investiment Dirett Barrani (FDI) u d-domanda domestika, li kompla naqqas ir-rata tal-qagħad. It-tnaqqis fir-rata tat-tkabbir ta’ self mill-banek kummerċjali għal livelli iktar sostenibbli fl-2008 saħħaħ l-istabbiltà makroekonomika. Il-qagħda fiskali soda ippermettiet iżjed investiment kapitali u iktar tnaqqis fid-dejn pubbliku barrani. Il-proċess ta’ privatizzazzjoni żied fir-ritmu, naqqas il-vulnerabbiltà tal-finanzi pubbliċi u żied il-kompetittività.

    Inbdiet ir-ristrutturazzjoni tas-setturi tat-trasport u l-enerġija. Ir-regolazzjoni u l-funzjonament tas-settur tas-servizzi finanzjarji tjiebu permezz tar-reviżjoni u l-implimentazzjoni ta’ liġi bankarja ġdida, u t-twaqqif ta’ aġenzija viġilatorja tal-assikurazzjoni. Twaqqaf Kunsill għat-tneħħija tal-imblokki għan-negozji. Ir-riżorsi umani komplew javanzaw bit-twettiq ta' programmi ta' taħriġ iktar effiċjenti. L-integrazzjoni ekonomika mal-UE għadha għolja.

    Madankollu, id-defiċit kurrenti laħaq livelli li qatt ma kien leħaq qabel, u l-istruttura tal-finanzjament tiegħu saret inqas favorevoli. L-ambjent fiskali baqa’ wieħed akkomodanti minkejja li t-titjib ċikliku kien ta’ natura temporanja. Il- headline inflation żdiedet minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel. In-nuqqas ta’ tlaqqigħ u l-iskarsezza ta’ ħiliet fost il-ħaddiema għolla l-pagi. Il-privatizzazzjoni ta’ uħud mill-kumpaniji falliet minħabba li ma kienx hemm interess mill-investituri.

    Il-produzzjoni industrijali baqgħet relattivament inċerta. Il-kapaċità tal-esportazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għadha limitata ħafna. Id-dħul fis-suq, ir-reġistrazzjoni tal-propjetà u l-ħruġ ta’ permessi għall-bini ibatu minn dgħufija amministrattiva. Qafas regolartorju dgħajjef u dgħufijiet fl-infurzar tal-liġi inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ikomplu jsaħħu s-settur informali li hu kbir. Dan għadu sfida importanti minħabba li jċekken il-bażi tat-taxxa u l-effiċjenza tal-linji politiċi ekonomiċi.

    Il-Montenegro kompla jagħmel progress fl-allinjament mal- istandards Ewropej. Kollox ma’ kollox, il-Ftehim Interim ilu jitħaddem mingħajr xkiel minn Jannar 2008. Sar progress tajjeb fl-oqsma tal-moviment ħieles tal-merkanzija, id-dwana u t-tassazzjoni, l-agrikultura, it-traffiku ta’ transitu fuq it-toroq u r-riċerka. Jista’ jiġi rrappurtat ukoll xi progress rigward il-ħolqien ta’ qafas legali fl-oqsma tal-moviment ħieles tal-merkanzija, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, id-drittijiet tal-propjetà intellettwali, ledukazzjoni, l-impjiegi u l-politiki soċjali, l-industrija u l-SME’s, is-sikurezza alimentari, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. Madankollu, jeħtieġ titjib fit-tlestija tal-leġiżlazzjoni, it-twaqqif tal-istituzzjonijiet u l-kapaċità amministrattiva. Sforzi partikolari huma meħtieġa dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. Il-progress fit-trasport, l-enerġija u s-soċjetà tal-informazzjoni baqa’ irregolari. Ma kienx hemm progress sodisfaċenti fl-izvilupp tas-sistema dwar l-istatistika.

    Rigward is- suq intern , il-Montenegro għamel progress biex jindirizza l-prioritajiet relatati mal-Partenarjat Ewropew. Fil-qasam tal- moviment ħieles tal-merkanzija , qed ikompli t-twaqqif tal-istituzzjonijiet. Iżda l-Montenegro jeħtieġ isaħħaħ iktar il-kapaċitajiet amministrattivi u umani relatati, biex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet statali relevanti u biex jallinja l-qafas legali oriżżontali mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Hemm bżonn ta’ iżjed sforzi f’setturi speċifiċi tal- acquis.

    Il-qafas leġiżlattiv fil-qasam tal- moviment ħieles tal-persuni tjieb bl-adozzjoni tal-Liġi dwar l-impjiegi u x-xogħol għall-barranin, li se tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Il-progress li sar fil-qasam tal- moviment ħieles tal-merkanzija kien sinifikanti, minħabba l-liberalizzazzjoni fil-qafas tan-negozjati li għaddejjin dwar l-aċċess għall-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ (WTO). Rigward id-dritt ta’ stabbiliment , kienet emendata l-liġi tal-kumpaniji biex tiġi allinjata mad-direttivi tal-UE dwar il-kumpaniji.

    Sar ukoll progress fil-qasam tal- moviment ħieles tal-kapital billi ġiet emendata l-leġiżlazzjoni dwar il-munita barranija u l-operazzjonijiet ta’ kapital permezz tar-revokazzjoni ta’ ċerti miżuri protettivi.

    Inkiseb progress tajjeb fil-qasam tad- dwana u t-tassazzjoni. Il-leġiżlazzjoni kompliet tiġi allinjata mal- acquis. Madankollu, jeħtieġ isir sforz kontinwu kemm fl-allinjament kif ukoll fit-titjib fil-ġbir tat-taxxa. Il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tad-dwana u tat-taxxa teħtieġ titjieb, inkluż l-użu effettiv tal-analiżi tar-riskju u l-komputerizzazzjoni. Tibqa’ priorità il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

    Rigward il- kompetizzjoni, l-istruttura istituzzjonali kompliet bit-twaqqif tal-amministrazzjoni dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u l-kummissjoni dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-istat. L-indipendenza operattiva tagħhom teħtieġ tkun żgurata u l-kapaċità amministrattiva tagħhom imsaħħa.

    Tkompla l-progress fis-sistema tal- akkwist pubbliku. F’ċerti oqsma, bħalma huma l-utilitajiet, il-konċessjonijiet u t-tisħib bejn il-pubbliku u l-privat, l-allinjament għadu dgħajjef. Il-persunal tal-aġenzija tal-akkwist pubbliku ingħata t-taħriġ iżda l-kapaċità amminsitrattiva jeħtieġ tissaħħaħ iktar.

    Jeħtieġ isir iżjed progress rigward il-protezzjoni tad- drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fit-28 ta’ Mejju 2008 infetaħ uffiċjalment l-Uffiċċju għall-propjetà Intellettwali tal-Montenegro (IPO), iżda l-kapaċità istituzzjonali u tal-infurzar kif ukoll l-għarfien pubbliku għadhom limitati.

    Kompla l-progress biex ikunu żviluppati linji ta' politika dwar l-ambjent u l-leġiżlazzjoni, bl-adozzjoni ta’ liġi dwar ix-xogħol, iżda l-kapaċitajiet għall-implimentazzjoni għadhom lura. Rigward il- politika soċjali u l-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, fejn il-Montenegro jkompli ġeneralment jissodisfa l-obbligi tiegħu, sar xi progress fil-qafas leġiżlattiv u bit-twaqqif tal-Kunsill Soċjali li jservi ta’ forum biex jitjieb id-djalogu soċjali.

    Filwaqt li ttieħdu xi passi inizjali mill-gvern dwar politika għas-saħħa pubblika , il-progress globali baqa' limitat.

    Sar progress fil-qasam tal- edukazzjoni. Il-qafas legali għall-edukazzjoni u s-sistema ta’ assikurazzjoni kwalitattiva ssaħħu. Jeħtieġ isir iżjed progress biex titħaddem politika komprensiva dwar it-tagħlim tul il-ħajja. Sar progress fil-qasam tar- riċerka, partikolarment fl-iżvilupp ta’ strateġija u l-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali, inkluż mal-UE.

    L-adeżjoni tal-Montenegro fil- WTO waslet fl-istadju finali tagħha. Ġie rreġistrat progress fil-livelli kemm multilaterali kif ukoll bilaterali, inkluż il-ftehim milħuq f’April mal-KE.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal- politiki settorjali , jista’ jiġi rrappurtat progress fil-qasam tal- industrija u l-SMEs , minkejja li għad hemm limitazzjonijiet fl-armonizzazzjoni u t-tħaffif tal-proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji u permessi kif ukoll fit-twaqqif ta’ faċilitajiet tan-negozju.

    Fil-qasam tal- agrikultura u żvilupp rurali, sikurezza alimentari, kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji, kif ukoll is-sajd, sar progress fir-riforma leġiżlattiva u l-ippjanar tal-iżvilupp. Minkejja dan, jeħtieġ li titjieb l-implimentazzjoni u tiġi stabbilita sistema integrata dwar is-sigurezza alimentari.

    Fil-qasam tal- ambjent , sar progress f'dak li għandu x'jaqsam mal-allinjament mal- acquis. Jeħtieġ isiru sforzi sinifikanti, madankollu, fl-implimentazjoni u l-infurzar. Trid tingħata attenzjoni speċjali lit-tisħiħ tal-kapaċità amminsitrattiva u t-twaqqif ta’ servizzi ta’ spezzjoni effettivi. Jinħtieġu iżjed sforzi biex jiżdied l-għarfien tal-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent. Kollox ma’ kollox, il-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment fl-inħawi tal-kosta u l-parki nazzjonali, qed tqajjem tħassib.

    Sar progress fil-liberalizzazzjoni tat- trasport , partikolarment fit-traffiku ta’ transitu fuq it-toroq. Ir-ristrutturar tal-ferroviji qed ikun implimentat iżda għad jonqos id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-infrastruttura. Il-progress fis-sigurtà tat-toroq, it-trasport bil-baħar, u f’approċċ sistematiku lejn żvilupp fit-trasport kien limitat. Jinħtieġu sforzi sostanzjali biex jiġi implimentat l- acquis dwar l-avjazzjoni. Il-Montenegro jkompli jipparteċipa attivament fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa.

    Jista’ jiġi rrappurtat progress fis-settur tal- enerġija iżda dan għadu irregolari. Għad hemm bżonn sforzi kontinwi biex ikunu ssodisfati il-ħtiġiet tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija.

    Sar xi progress fil-qasam tas- soċjetà tal-informazzjoni u l-media . Madankollu, jeżisti tħassib dwar l-indipendenza tal-Awtorità tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Elettroniċi li twaqqfet dan l-aħħar. Barra minn hekk, it-trasferiment tal-kompetenzi lir-regolatur il-ġdid jista’ jkollu impatt finanzjarju negattiv importanti fuq l-Aġenzija tax-Xandir.

    L-iżviluppi fil- kontroll finanzjarju pubbliku intern u l-verifika esterna għadhom fil-stadju bikri. Jinħtieġu sforzi konsiderevoli biex jiżdied l-għarfien u jsir taħriġ fuq is-sistemi l-ġodda. L-indipendenza u l-kapaċità tal-Istituzzjoni Statali tal-Verifika trid tissaħħaħ sostanzjalment.

    Sar progress limitat fil-produzzjoni ta’ statistiċi u l-kapaċità amministrattiva għadha dgħajfa. L-uffiċċju tal-istatistika (MONSTAT) għandu diffikultajiet serji biex jaqdi l-obbligi tiegħu u għadu nieqes mill-indipendenza professjonali. Fl-oqsma kollha jeħtieġ isiru sforzi sostanzjali biex jintlaħaq livell skont standards tal-UE.

    Fil-qasam tal- ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-Montenegro beda jindirizza l-prioritajiet iżda l-implimentazzjoni għadha limitata.

    Il-Montenegro għamel progress fil-qasam tal-politika dwar il- viża . Il-ftehimiet KE-Montenegro dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni daħlu fis-seħħ f’Jannar 2008. Tnieda djalogu mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-Montenegro adotta leġiżlazzjoni relevanti ġdida u beda joħroġ dokumenti tal-ivvjaġġar biometriċi. Madankollu, ir-reġim dwar il-viża għadu mhux kompletament skont standards Ewropej u jeħtieġ isiru izjed sforzi biex jinqdew il-kriterji mfassla fil-pjan ta’ direzzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża.

    Rigward il- ġestjoni tal-konfini , il-Montenegro bdiet tħaddem strateġija u pjan ta’ azzjoni integrati għall-ġestjoni tal-fruntiera u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pulizija tal-fruntiera u s-servizzi tad-dwana. Madankollu, għad jonqos liġi ġdida rigward is-sorveljanza tal-fruntiera statali. L-apparat tekniku f’diversi punti tal-qsim fil-fruntiera huwa insuffiċjenti.

    Il-progress fl-oqsma tal- ażil u l-migrazzjoni kien irregolari. Sar xi progress fil-qasam tal-ażil bl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja u t-twaqqif tal-uffiċċju dwar l-ażil u l-kummissjoni statali tal-appell dwar l-ażil. Fil-qasam tal-migrazzjoni madankollu, il-preparamenti għadhom fi stadju bikri. Għad trid tiġi adottata liġi dwar il-frustieri. Strateġija dwar il-migrazzjoni li ġiet adottata dan l-aħħar għad trid titħaddem b’mod effettiv. Għad m’hemmx ċentru ta’ detenzjoni għall-migranti illegali.

    Sar xi progress fil-qasam tal- ħasil tal-flus bl-adozzjoni ta’ liġi ġdida dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Issa teħtieġ tiġi adottata leġiżlazzjoni sekondarja u mtejba l-kapaċità tal-implimentazzjoni. Il-kompetenzi u l-kapaċitajiet tal-unità tal-informazzjoni finanzjarja għadhom limitati. Il-kapaċità investigattiva tal-korpi tal-infurzar tal-liġi għadha insuffiċjenti. Il-ħasil tal-flus għadu kawża serja ta’ tħassib u għad jinħtieġu iżjed sforzi sinifikanti biex jimpeduh u jikkumbattuh.

    Ġiet adottata strtateġija ġdida kontra d-droga u ingħata iżjed taħriġ lill-pulizija tal-konfini u l-persunal tad-dwana, iżda t-transitu u t-traffikar tad- droga għadhom kawża ta’ tħassib serju. L-abbuż tad-droga u r-reati marbutin mad-droga fil-pajjiż qed ikomplu jiżdiedu. Il-Montenegro bdiet tindirizza l-prioritajiet tagħha iżda jeħtieġ issir iktar azzjoni.

    Sar progress moderat fil-qasam tal-infurzar tal-liġi. Komplew ir-riorganizzazzjoni interna u s-sessjonijiet ta’ taħriġ, iżda l-apparat, il-faċilitajiet u l-kapaċità professjonali jeħtieġu iżjed titjib.

    Sar xi progress fil-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata , partikolarment bl-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni aġġornat u t-twaqqif ta’ dipartimenti speċjali għall-kriminalità organizzata fil-qrati għoljin. Madankollu, il-kriminalità organizzata għadha kawża ta’ tħassib serju li qed ikollha effett fuq l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozju. Għad trid tiġi adottata kodiċi ta’ proċedura kriminali. L-investigazzjonijiet għadhom fqar u jwasslu għal ftit kundanni finali. Sar ftit progress biex ikun impedit it- traffikar fin-nies. Il-Montenegro għadu pajjiż ta’ oriġini, transitu u destinazzjoni. L-investigazzjonijiet f’dan il-qasam huma rari u jeħtieġ ikun hemm approċċ iktar proattiv biex ikunu identifikati u mgħejjuna l-vittmi.

    Sar progress limitat fil-qasam tal- protezzjoni tad-dejta personali . Fin-nuqqas ta' att leġiżlattiv ġdid u awtorità ta' sorveljanza indipendenti u effiċjenti, ir-regoli eżistenti ta’ protezzjoni tad-dejta għadhom mhux qed jiġu implimentati, u dan huwa kawża ta’ tħassib serju.

    Is-Serbja

    Is-Serbja għamlet xi progress fit-twettiq tal- kriterji politiċi skont il-Partenarjat Ewropew. Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAA) kien iffirmat f'April 2008, u mmarka ġrajja importanti fir-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-UE. Sar progress sinifikanti rigward il-kooperazzjoni mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-eks-Jugoslavja (ICTY). Kooperazzjoni sħiħa għadha obbligu internazzjonali kruċjali li teħtieġ konformità sħiħa. Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2008 il-ministri tal-UE qablu li jissottomettu l-SAA lill-parlamenti tagħhom għar-ratifika u l-Komunità qablet li timplimenta l-Ftehim Interim hekk kif il-Kunsill jiddeċiedi li s-Serbja qed tikkoopera bis-sħiħ mal-ICTY. Matul is-sena, il-ħajja politika tas-Serbja kienet iddominata fil-parti l-kbira tagħha mid-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo[11]. Nuqqas ta’ ftehim bejn il-partiti politiċi dwar kwistjonijiet politiċi ewlenin kellu effett negattiv fuq l-attività tal-parlament u tal-gvern, li wassal għal elezzjonijiet parlamentari bikrin. Mill-elezzjonijiet Presidenzjali u parlamentari ’l hawn l-istabbiltà governattiva kompliet tiżdied u kiber il-kunsens dwar l-intergrazzjoni Ewropea. Il-gvern il-ġdid, iffurmat f’Lulju 2008, beda jindirizza prioritajiet politiċi ewlenin u jżid il-pass tal-proċess ta’ riforma.

    Fl-oqsma tad- demokrazija u l-istat tad-dritt , sar xi progress fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni biex ikun implimentat il-qafas kostituzzjonali ġdid. Madankollu, hemm ħtieġa ta’ iżjed riformi biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar il-ġudikatura jkunu implimentati skont standards Ewropej.

    Il- Parlament irratifika l-SAA f’Settembru 2008 u beda x-xogħol fuq pakkett leġiżlattiv li jindirizza l-istandards Ewropej f’għadd ta’ oqsma. Madankollu, il-prodott leġiżlattiv kien limitat u ġew adottati ftit liġijiet matul il-perjodu kopert mir-rapport. Ir-riforma parlamentari ddewmet u l-kwistjoni tal-kontroll mill-partiti fuq il-mandati tal-membri parlamentari ma ġiex indirizzat. Il-kapaċità tal-kumitati parlamentari għadha limitata u l-liġi elettorali għad trid tiġi riveduta.

    L-attivitajiet tal- Gvern matul ħafna mill-perjodu kopert mir-rapport kienu effettwati minn kwistjonijiet relatati mal-Kosovo u ma’ nuqqas ta’ kunsens rigward ir-realazzjonijiet mal-UE. Il-gvern il-ġdid, li daħal fil-kariga f’Lulju 2008, impenja ruħu li jsaħħaħ ir-rabtiet mal-UE u li javvanza l-proċess ta’ riforma. Il-koordinazzjoni ta’ politika in ġenerali bejn il-ministeri u l-aġenziji teħtieġ titjieb. Kien hemm progress fir-riforma leġiżlattiva rigward il-gvern lokali. Għad hemm ħtieġa ta’ iktar titjib u allinjament mal-istandards Ewropej f’dan il-qasam.

    Is-Serbja għandha kapaċità globali tajba fil-qasam tal- amministrazzjoni pubblika. L-istrutturi għall-integrazzjoni Ewropea issaħħu u, taħt il-koordinazzjoni tal-Uffiċċju Serbjan għall-Integrazzjoni Ewropea, l-amministrazzjoni Serbjana ipparteċipat attivament fit-tħejjija tal-Programm Nazzjonali għall-Intergrazzjoni fl-UE li kien adottat mill-gvern Serbjan f’Ottubru 2008. L-Uffiċċju tal-Istat tal-Ombudsman li twaqqaf dan l-aħħar kien attiv fit-tweġiba tiegħu għat-talbiet miċ-ċittadini għal assistenza u ppropona diversi emendi għal abbozzi ta’ liġi. Korpi indipendenti u regolatorji taw riżultati relattivament tajbin taħt kundizzjonijiet diffiċli. Trid tintwera iktar determinazzjoni mill-awtoritajiet Serbi biex jagħtu s-setgħa lill-korpi regolatorji u jiżguraw li dawn joperaw b'mod iktar effettiv. Jinħtieġ iktar tisħiħ fil-professjonaliżmu u r-responsabbiltà tul is-serviżż ċivili kollu.

    Sar progress biex tkun żgurata s-superviżjoni ċivili tal-forzi ta' sigurtà permezz tal-adozzjoni ta’ għadd ta' liġijiet. Ir-riforma f’dan is-settur għad trid titlesta u l-parlament jeħtieġ jiżgura sorveljanza demokratika effettiva.

    Fil-qasam ġudizzjarju , il-Qorti Kostituzzjonali reġgħet bdiet ix-xogħol tagħha wara li nħatru l-President u 10 mill-15-il imħallef tagħha. Komplew jitjiebu t-taħriġ u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-maġistrati. Ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja għadha fi stadju bikri, madankollu, u l-qafas leġiżlattiv biex tiġi implimentata r-riforma ġudizzjarja għadu mhux kollu fil-post. Il-qrati amministrattivi u tal-appell għadhom ma ġewx stabbiliti. Is-Serbja teħtieġ tagħmel iżjed sforzi biex tiżgura l-indipendenza, r-responsabbiltà u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja.

    Sar xi progress fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni. F’Ottubru 2008 ġew adottati emendi fil-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi, u l-liġi li tistabbilixxi aġenzija kontra l-korruzzjoni, li tinkorpora wkoll regoli ġodda dwar il-kunflitt ta’ interess. Il-Konvenzjoni tal-Liġi Ċivili dwar il-Korruzzjoni u l-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Liġi Kriminali dwar il-Korruzzjoni kienu rratifikati f’Novembru 2007. Madankollu, għad jonqos strateġija ċara għal kontra l-korruzzjoni. Hemm nuqqas ta’ korpi li huma biżżejjed indipendenti biex jissorveljaw il-finanzjament tal-partiti, il-kunflitt ta’ interress, l-akkwist pubbliku u l-privatizzazzjoni u r-riżultati prattiċi f’dan ir-rigward kienu limitati. Kollox ma’ kollox, il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema serja fis-Serbja.

    Il-qafas ġenerali għar-rispett tad- drittijiet umani u l-protezzjoni tal-minoranzi fis-Serbja jeżisti. Il-kostituzzjoni tinkorpora garanziji għad- drittijiet ċivili u politiċi li huma ġeneralment imħarsa. Madankollu, dawn id-drittijiet ġew effettwati mill-klima fil-pajjiż immedjatament wara d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo. Kien hemm għadd ta’ inċidenti li kienu jinvolvu lingwaġġ inflammatorju u vjolenza kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet umani u ċerti setturi tal-media. Garanziji kostituzzjonali u legali eżistenti f’dan il-qasam jeħtieġ ikunu infurzati bis-sħiħ. Saru riformi fis-sistema tal- ħabs. Madankollu, l-iffullar, il-vjolenza u l-abbuż tad-droga qed jippreżentaw problemi serji.

    Id-dispożizzjonijiet legali għall-protezzjoni tad- drittijiet ekonomiċi u soċjali huma ġeneralment fil-post. Il-qafas legali, madankollu, jeħtieġ ikun żviluppat iktar, inkluża liġi komprensiva għal kontra d-diskriminazzjoni. Il-leġiżlazzjoni teħtieġ tkun implimentata bis-sħiħ. Fil-qasam tad- drittijiet tal-mara, il-Ministeru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali kien attiv biex javvanza d-drittijiet tan-nisa. Madankollu, għad trid tiġi adottata liġi speċifika għall-ugwaljanza bejn is-sessi u strateġija biex iġġib 'il quddiem il-qagħda tan-nisa u ttejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi. Teħtieġ titjieb il-protezzjoni tan-nisa u t-tfal kontra kull forma ta’ vjolenza. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex titjieb l-inklużjoni soċjali tat- tfal, il-persuni b’diżabbiltà u l-gruppi vulnerabbli , partikolarment l-aċċess għas-saħħa u edukazzjoni xierqa. Rigward id- drittijiet tal-proprjetà , il-leġiżlazzjoni dwar ir-restituzzjoni għadha ma ġietx adottata, u qed iżżomm it-tnedija xierqa tal-proċess ta’ restituzzjoni.

    Id-drittjiet tal-minoranzi fis-Serbja huma ġeneralment rispettati. Madankollu l-leġiżlazzjoni li tirregola l-kunsilli nazzjonali dwar il- minoranzi għadha ma ġietx adottata. Kien hemm għadd ta’ inċidenti fil-Vojvodina fil-perjodu immedjatament wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo, partikolarment kontra l-minoranza nazzjonali Albaniża. Il-qagħda fin-Nofsinhar tas-Serbja baqgħet stabbli iżda mimlija tensjoni, filwaqt li s-sitwazzjoni f’Sandžak marret għall-agħar meta kibru l-firdiet fi ħdan il-komunità Musulmana. Ma ingħatatx attenzjoni biżżejjed biex ikun riżolt l-istatus tar- refuġjati u ta' persuni internament spustati. Il-minoranza Roma, għadha tiffaċċja kundizzjonijiet ta’ għixien diffiċli u diskriminazzjoni , b’aċċess fqir għall-edukazzjoni, protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa, akkomodazzjoni u impjiegi. In-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ċivili qed tkompli xxekkel l-aċċess tagħhom għal drittijiet soċjali u ekonomiċi bażiċi.

    Rigward il-kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali, is-Serbja għamlet progress sinifikanti biex ittejjeb il-kooperazzjoni mal-ICTY, billi arrestat u ttrasferiet lejn l-Aja lill-akkużati Stojan Župljanin and Radovan Karadžić. Il-kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY hija obbligu internazzjonali li dwaru jeħtieġ ikun hemm konformità sħiħa, u wieħed mill-prioritajiet ewlenin tal-Partenarjat Ewropew.

    Is-Serbja pparteċipat attivament fl-inizjattivi reġjonali, inkluż il-Kunsill għall-kooperazzjoni Reġjonali (RCC) li twaqqaf dan l-aħħar. Is-Serbja kkooperat kostruttivament biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ċentrali Ewropew għall-Kummerċ Ħieles (CEFTA). Is-Serbja insistiet li l-awtoritajiet tal-Kosovo jkunu rappreżentati mill-UNMIK fil-laqgħat reġjonali. Huwa importanti li s-Serbja turi attitudini kostruttiva lejn il-parteċipazzjoni tal-Kosovo f’inizjattivi reġjonali u fora internazzjonali.

    Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-Serbja kienu effettwati mid-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal- Kosovo . Fi Frar 2008 dimostrazzjoni kontra d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza spiċċat fil-vjolenza b’diversi mill-protestanti jattakkaw il-missjonijiet diplomatiċi f’Belgrad, inklużi l-ambaxxati tal-UE. L-UE kkundannat dawn l-attakki u saħqet mal-awtoriajiet Serbi biex jagħmlu minn kollox biex ma jippermettux iktar vjolenza.

    Is-Serbja wegħdet li tuża biss mezzi paċifiċi u eżerċitat rażan fir-reazzjoni tagħha għad-dikjarazzjoni ta' indipendenza mill-assemblea tal-Kosovo. Il-gvern Serb ħa miżuri legali u diplomatiċi biex jikkontesta l-legalità tad-dikjarazzjoni ta’ indipendenza. L-awtoritajiet Serbi sejħu lura lill-ambaxxaturi li kienu qed iservu fil-pajjiżi li rikonoxxew il-Kosovo, inklużi Stati Membri tal-UE. Minn dakinhar, l-ambaxxaturi Serbi li kienu irtirati mill-Istati Membri tal-UE, marru lura fil-karigi tagħhom. F’Ottubru 2008, l-Assemblea Ġenerali tan-NU ivvutat favur riżoluzzjoni imressqa mis-Serbja, titlob opinjoni konsultattiva li ma torbotx mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ) dwar il-legalità tad-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo.

    Is-Serbja opponiet ir-rikonfigurazzjoni tal-preżenza internazzjonali ċivili fil-Kosovo u l-mobbilizzazzjoni tal-EULEX sakemm mhux awtorizzati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Is-Serbja organizzat l-elezzjonijiet muniċipali fil-Kosovo f’Mejju 2008 minkejja l-oppożizzjoni tal-UNMIK u saħħet istituzzjonijiet paralleli fil-Kosovo, inkluż it-twaqqif ta’ assemblea ta’ muniċipalitajiet

    L- ekonomija tas-Serbja kompliet tissaħħaħ. Madankollu, il-progress fl-istabbilizzazzjoni makroeonomika kien imħallat. In-nuqqas kontinwu ta’ konsolidazzjoni fiskali kompliet iżżid mar-riskji makroekonomiċi. Ir-riformi strutturali naqqsu l-pass u l-livell għoli tal-qagħad, kif ukoll pressjonijiet ta’ inflazzjoni dejjem jiżdiedu, baqgħu sfidi ewlenin.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , is-Serbja kompliet tagħmel progress lejn it-twaqqif ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jeħtieġ isiru iżjed sforzi biex is-Serbja tkun tista’ tlaħħaq fit-terminu medju mal-pressjonijiet kompetittivi u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

    Inżamm il-kunsens dwar il-prinċipji bażiċi ta’ ekonomija tas-suq. Il-qafas ġdid ta’ politika monetarja li jimmira l-inflazzjoni għen biex fl-2007 s-Serbja laħqet il-miri tal-inflazzjoni. Kien hemm xi progress fil-privatizzazzjoni. L-intermedjanza finanzjarja kompliet tikber minn livell li kien għadu relattivament baxx. Sar progress sinifikanti bl-iżvilupp tas-settur finanzjarju non-bankarju.

    Madankollu, l-iżbilanċi esterni kibru, il-kwalità tal-finanzjament iddeterjora, id-dejn ma’ barra żdied u l-livell ta’ makro-vulnerabbiltà żdied anke fid-dawl tal-kriżi finanzjarja globali. Il-politika finanzjarja baqgħet espansjonista, u kkontribwiet biex fl-2008 l-iżbilanċi barranin komplew jiżdiedu u reġgħu tfaċċaw il-pressjonijiet inflazzjonarji. Minkejja rati għoljin ta’ tkabbir ekonomiku f'dawn l-aħħar snin, il-qagħad baqa' sfida ewlenija. Fl-istess waqt, l-ekonomija kompliet tbati minn nuqqas ta’ impjegati imħarrġin. Sar xi progress rigward il-privatizzazzjoni ta’ kumpaniji tal-istat u tal-banek. Il-klima politika instabbli ħalliet effett fuq l-investiment minn barra.

    Għadu ma ġiex stabbilit settur privat kompetittiv u dinamiku. Ħtiġiet burokratiċi eċċessivi u leġiżlazzjoni kumplessa komplew ixekklu d-dħul u l-ħruġ mis-suq. Il-istabbiltà legali u l-fiduċja fis-sistema legali baqgħu limitati, partikolarment fejn jidħol l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-propjetà. Minkejja li naqset, l-influwenza tal-istat fuq il-kompetittività baqgħet għolja. Qafas regolartorju dgħajjef, linji ta' politika mhux adattati dwar it-taxxa u l-infieq, u dgħufijiet fl-infurzar tal-liġi inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ikomplu jgħarrqu s-settur informali li hu kbir. Dan għadu sfida importanti minħabba li jċekken il-bażi tat-taxxa u l-effiċjenza tal-linji ta' politika ekonomiċi.

    Fil-qasam tal- Istandards Ewropej , il-konformità mal-obbligi taħt il-SAA, u b’mod partikulari il-Ftehim Interim, huma priorità ewlenija għall-Partenarjat Ewropew. Il-gvern Serb ħa deċiżjoni f’Ottubru 2008 li jwettaq il-Ftehim Interim sal-1 ta’ Jannar 2009. Is-Serbja għadha f’qagħda tajba biex timplimenta l-SAA u l-Ftehim Interim, grazzi għall-kapaċità amministrattiva tajba li għandha. Biex tibbenefika minn u tilħaq konformità sħiħa mal-obbligi tal-SAA, is-Serbja se tkun teħtieġ tagħmel iżjed sforzi, partikolarment fil-forma tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni, u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u tal-infirzar, inklużi l-korpi regolatorji.

    Is-Serbja għamlet xi progress f’oqsma tas- suq intern. Madankollu saru ftit żviluppi f’termini ta’ allinjament leġiżlattiv. Fil-qasam tal- moviment ħieles tal-merkanzija sar progress fl-istandardizzazzjoni, l-akkreditazzjoni u l-istima tal-konformità. Jeħtieġ isir iktar titjib biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u amminsitrattiva u l-qafas leġiżlattiv. Il-leġiżlazzjoni dwar l-istandarizzazzjoni, is-sistemi ta’ kejl (metrology) u ħtiġiet ta’ sigurezza fil-prodotti jeħtieġ jitjiebu u s-Serbja trid tibda’ tistabbilixxi struttura biex tissorvelja s-suq.

    Il-preparamenti fl-oqsma tal- moviment ħieles tal-persuni, tas-servizzi u d-dritt tal-istabbilment huma moderatament avanzati. Hemm bżonn ta’ iktar sforzi biex ikun żgurat l-allinjament leġiżlattiv mal- acquis , partikolarment fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji u l-qasam bankarju. Il-kapaċità tal-korpi ta’ superviżjoni fis-settur tas-servizzi bankarji teħtieġ tkun żviluppata iktar. Il-Kummissjoni tat-Titoli kienet imsaħħa dan l-aħħar, iżda għad m’għandhiex poteri suffiċjenti biex twettaq kompletament il-funzjonijiet tagħha skont standards internazzjonali. Fil-qasam tal-moviment ħieles tal-kapital, flussi tal-kapital mal-Bożnja u Ħerzegovina komplew ikunu liberalizzati u tjiebet il-kooperazzjoni fis-superviżjoni tal-banek mal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Ġeneralment, il-preparamenti biex jinkisbu l-obbligi tal-SAA huma moderatament avvanzati f’dan il-qasam.

    Titjib fil-kapaċità amministrattiva tal-amministrazzjonijiet doganali u tat-taxxa ħalla riżultati pożittivi fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-kuntrabandu u titjib fil-ġbir tat-taxxi. Dazji ġodda ad valorem u speċifiċi fuq is-sigarretti saru applikabbli skont l- acquis. Madankollu, hemm bżonn ta’ iżjed tisħiħ biex titjieb l-infrastruttura doganali. Is-Serbja teħtieġ tagħmel iżjed sforzi biex tissodisfa l-istandards Ewropej fil-qasam tat-taxxa diretta.

    Sar progress fl-implimentar tal-leġiżlazzjoni dwar il- kompetizzjoni. Il-kapaċità amminsitrattiva tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni issaħħet. Hemm bżonn ta’ iżjed sforzi biex il-leġiżlazzjoni dwar l-anti-trust li hemm bħalissa tiġi allinjata mal-ħtiġiet tal-Ftehim interim. Il-kapaċità tal-infurzar tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni teħtieġ tissaħħaħ iktar. Is-Serbja għadha ma adottatx qafas leġiżlattiv dwar l-għajnuna mill-istat, u lanqas ma għadha waqqfet awtorità għall-għajnuna mill-istat li topera b’mod indipendenti jew sistema ta’ kontroll ex-ante. Fil-qasam tal- akkwist pubbliku, il-proċeduri saru iżjed trasparenti. Madankollu, is-Serbja għadha nieqsa minn sistema ta’ akkwist pubbliku li hi moderna u effettiva. Jiħtieġu iżjed sforzi biex tinbidel il-leġiżlazzjoni u tissaħaħ il-kapaċità biex jiġu implimentati l-ħtiġiet tal-SAA.

    Fil-qasam tal- liġi tal-propjetà intellettwali , il-kapaċità tal-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali issaħħet. Madankollu, il-kapaċità amministrattiva u l-indipendenza tiegħu iridu jiġu żviluppati iżjed biex jiżguraw iktar konsistenza u iżjed infurzar effettiv tar-regoli. Il-proċess dwar l-għoti tal-brevetti ġie organizzat tajjeb skont standards Ewropej. Sar xi progress fil-qasam tal-infirzar, li wassal biex jinqabdu oġġetti foloz.

    Rigward l-approssimazzjoni mal-istandards Ewropej fl-oqsma tal- impjiegi u l-politiki soċjali , ir-rekord tal-implimentazzjoni tjiebet parzjalment iżda għadha mhix biżżejjed. Għad trid tiġi adottata leġiżlazzjoni fil-qasam tal-politiki soċjali u s-saħħa pubblika u l-kapaċità amminstrattiva jeħtieġ tissaħħaħ. Fil-qasam tas-saħħa mentali is-servizzi fil-komunità jeħtieġ jiġu żviluppati iżjed bħala alternattiva għall-istituzzjonalizzazzjoni. Sar ftit progress fil-qasam tal- edukazzjoni. Il-kapaċità amministrattiva, il-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u r-rabtiet mas-suq tax-xogħol jeħtieġ jissaħħu. Fil-qasam tax- xjenza u r-riċerka s-Serbja ipparteċipat b’suċċess fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka. Madankollu s-Serbja għad trid tiżviluppa politika ta’ riċerka integrata inkluż iżjed investiment u mobbiltà tar-riċerkaturi. Is-Serbja hija relattivament avvanzata fit-tħejjijiet biex tingħaqad mad-WTO, iżda jeħtieġ tħaffef l-isforzi biex tlaħħaq mal-għan tagħha stess ta' adeżjoni kmieni.

    Rigward il- linji ta' politika settorjali, fl-oqsma tal- industrija u l-SMEs is-Serbja għadha impenjata lejn il-Karta Ewropea għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ daqs Medju, partikolarment billi ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati pubbliċi u privati. Madankollu, teħtieġ tadotta politika ġdida dwar l-industrija skont l-approċċ tal-UE.

    Fil-qasam tal- agrikultura , sar titjib fil-kapaċità amminsitrattiva. Madankollu, jeħtieġ jiġi adottat qafas leġiżlattiv xieraq u jinħtieġu iżjed sforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva. Sar ftit progress fil-qasam tal-iżvilupp rurali u fil-qasam tal-fitosanità.

    Fil-qasam tal- ambjent , it-tħejjijiet tas-Serbja għadhom f’livell moderatament avvanzat. F’kull livell għad irid jitjieb l-infurzar tal-liġi. Il-ġestjoni tal-ilma għadha nieqsa minn qafas legali u istituzzjonali.

    Sar progress fil-qasam tat- trasport . Is-Serbja tkompli tipparteċipa attivament fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa . L-implimentazzjoni tal-ewwel fażi taż-Żona Komuni Ewropeja għall-Avjazzjoni (ECAA) tkompliet iżda l-ftehim għadu mhux ratifikat. Is-Serbja adottat strateġija ġdida għall-iżvilupp tal-trasport bil-ferrovija, bit-toroq, bl-ilma, bl-ajru u taħlitiet tagħhom (inter-modal), inkluża l-estensjoni tal-Kuridur X. Madankollu, din l-istrateġija teħtieġ tiġi segwita minn pjani ta’ azzjoni u miżuri leġiżlattivi u amminsitrattivi fuq bażi settorjali.

    Sar xi progress fil-qasam tal- enerġija. Is-sistema ta’ tariffi għat-trasmissjoni tal-elettriku ġiet imtejba u infetħu s-swieq għall-konsumaturi non-domestiċi. Madankollu, s-Serbja għad teħtieġ tadotta emendi fil-Liġi dwar l-Enerġija u ssaħħaħ il-kapaċità amminsitrattiva tagħha biex taqdi l-ħtiġiet kollha tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija.

    Sar xi progress fil-qasam tas- soċjetà tal-informazzjoni u l-media . Ġew adottati regolamenti dwar il-firma elettronika, iżda qafas leġiżlattiv inadegwat u kapaċità istituzzjonali u regolatorja limitata ikomplu jfixklu milli jsiru iżjed żviluppi fil-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, fis-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-politika awdjoviżiva.

    Fil-qasam tal- kontroll finanzjarju , għadha ma tqegħditx f’postha politika komprensiva dwar il-Kontroll Finanzjarju Pubbliku Intern. Kollox ma’ kollox, is-Serbja għadha fi stadju bikri ħafna fit-tħejjijiet biex tintroduċi sistema moderna u effettiva ta’ kontroll finanzjarju pubbliku. Unitajiet interni ta’ verifika ma ġewx stabbiliti fil-ministeri kollha. L-Istituzzjoni Statli tal-Verifika għadha ma bdietx titħaddem.

    Fil-qasam tal- istatistika s-Serbja tinsab moderatament avvanzata biex tissodisfa l-ħtiġiet tal-SAA u l-Partenarjat Ewropew. Il-kapaċità amministrattiva teħtieġ titjieb.

    Sar progress moderat fil-qasam tal- ġustizzja, l-libertà u s-sigurtà. . Il-ftehimiet dwar it-tħaffif tal-viża u d-dħul lura bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja daħlu fis-seħħ f’Jannar 2008 u inbeda d-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża. Madankollu, r-reġim dwar il-viża li għadha s-Serbja għadu mhux konformi ma’ standards Ewropej. Is-Serbja bdiet toħroġ passaporti biometriċi f’Awwissu 2008. Fil-qasam tal- kontroll tal-konfini , f’Ottubru 2008 ġiet adottata liġi ġdida dwar il-protezzjoni tal-konfini statali. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għal ġestjoni integrata tal-konfini u l-pjan ta’ azzjoni qed tiddewwem. L-apparat li jintuża’ fil-punti ta’ qsim fil-konfini mhux konsistenti .

    Wara li ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar l- ażil, is-Serbja ħadet ir-responsabbiltà mingħand l-UNHCR biex tittratta l-każi dwar l-ażil. Madankollu, għadhom jippersistu dgħufijiet fil-proċedura u teħtieġ tiġi adottata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Il-progress fil-qasam tal- migrazzjoni kien kajman. B’mod partikulari, teħtieġ titjieb ir-riintegrazzjoni ta’ dawk li jirritornaw.

    Il- ħasil tal-flus għadu problema serja. F’Settembru 2008 il-gvern adotta strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, iżda għad trid tiġi adottata l-leġiżlazzjoni relevanti. Għad m’hemmx f’posthom miżuri effettivi għall-infurzar u l-valutazzjoni ta’ rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u l-kapaċità investigattiva tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi hija insuffiċjenti.

    Is-Serbja tinsab fuq waħda mir-rotot ewlenin fil-Balkani għall-kuntrabandu tad-droga. L-awtoritajiet Serbjani ħatfu ammont sinifikanti ta’ droga matul il-perjodu tar-rapport. Madankollu, għad ma ġitx adottata strateġija nazzjonali u pjan ta’ azzjoni biex jipprevjenu l-abbuż tad-droga u jonqos l-provvista tagħha. It-traffikar tad-droga għadu kawża ta’ tħassib serju.

    Il-kapaċitajiet professjonali tal- pulizija tjiebu bħala riżultat ta’ taħriġ barrani, iżda d-differenzi bejn is-servizzi għadhom konsiderevoi. Għadhom jippersistu problemi strutturali, bħal ngħidu aħna n-nuqqas ta’ koordinazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ separazzjoni ċara ta’ responsabbiltajiet.

    Il-ġlieda kontra l- kriminalità organizzata għadha kawża ta’ tħassib serju għas-Serbja li qed ikollha effett fuq l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozju. F’Ottubru 2008 ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sekwestru ta’ assi rikavati minn atti kriminali u dwar ir-responsabbiltà kriminali ta’ persuni legali. Madankollu, il-qafas legali għadu mhux lest, minħabba d-dewmien tad-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali ġdida. Għad ma ġewx adottati strateġija nazzjonali u pjan ta’ azzjoni. L-effiċjenza tal-attivitajiet tal-prosekutur speċjali hija mxekkla mit-terminu qasir ta’ ħatra. Fil-pulizija, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-kapaċità tas-servizzi speċjalizzati li jinvestigaw il-kriminalità finanzjarja għadhom insuffiċjenti. Il-kapaċitajiet għall-ġestjoni ta’ assi ġejjin mill-atti kriminali li jiġu sekwestrati għad mhumiex f’posthom u d-dispożizzjonijiet dwar il-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità għad mhux qed jitħaddmu kemm suppost.

    Is-Serbja għadha pajjiż ta’ oriġini, transitu u destinazzjoni għat- traffikar fin-nies. Saru xi sforzi f’dawk li huma investigazzjonijiet u akkużi, iżda kompla jiżdied l-għadd ta’ vittmi Serbi. Żdiedu l-isforzi biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-istat u s-settur tal-NGOs u biex jingħata sostenn aħjar lill-vittmi.

    Fil-qasam tal- protezzjoni tad-dejta , is-Serbja ffirmat il-protokoll rilevanti tal-kunsill tal-Ewropa u adottat leġiżlazzjoni ġdida dwar il-protezzjoni tad-dejta. Madankollu, fin-nuqqas ta’ awtorità għall-protezzjoni tad-dejta li tissorvelja b’mod indipendenti u effiċjenti, ma ġewx implimentati r-regoli eżistenti tal-protezzjoni tad-dejta.

    Il-Kosovo[12]

    Il-Kosovo iddikjara l-indipendenza fis-17 ta’ Frar 2008 u adotta kostituzzjoni, li daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju. Fi Frar l-UE ddeċidiet li tistabbilixxi missjoni Ewropea għall-Politika tas-Sigurtà u d-Difiża (ESDP) għall-istat ta’ dritt (EULEX) fil-Kosovo u appuntat Rappreżentant Speċjali. Il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt (EULEX) bħalissa qed titqiegħed f’postha. Is-Segretarju Ġenerali tan-NU beda’ jikkonfigura mill-ġdid il-Missjoni tan-NU għall-Kosovo (UNMIK). Il-UNSCR 1244/99 għadha l-qafas legali internazzjonali għall-mandat tal-UN fil-Kosovo. Il-Kunsill Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2007 u Ġunju 2008 iddikjara li l-UE tinsab lesta biex tassisti fl-iżvilupp ekonomiku u politiku tal-Kosovo minn perspettiva Ewropea ċara, b’konformità mal-perspettiva Ewropea għar-reġjun.

    Rigward il- kriterji politiċi , il-Kosovo għamel xi progress biex jindirizza l-prioritajiet ewlenin tal-Partenarjat Ewropew. Il-kostituzzjoni li kienet adottata f’April hija skont l-istandards Ewropej. Ġie adottat ammont konsiderevoli ta’ leġiżlazzjoni ewlenija. Din issa trid tiġi implimentata. L-isfidi politiċi prinċipali huma t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, politika kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-tisħiħ tad-djologu u r-rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet. Ir-relazzjonijiet bejn il-Kosovari Albaniżi u l-Kosovari Serbi għadhom mqanqlin, speċjalment fit-Tramuntana tal-Kosovo. Wara d-dikjarazzjoni, is-sitwazzjoni tas-sigurtà baqgħet relattivament kalma, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ inċidenti serji fit-Tramuntana tal-Kosovo – it-tifrik ta’ żewġ stazzjonijiet fil-fruntiera u l-attakk fuq il-bini tal-Qorti f'Mitrovica – li spiċċaw f’mewt ta’ persuna u diversi korrimenti. L-istituzzjoijiet Serbi paralleli qed ikunu ta’ xkiel biex il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu matul il-Kosovo kollu.

    Rigward id- demokrazija u l-istat tad-dritt , inżammet l-istabbiltà minkejja għadd ta’ inċidenti. Il-mexxejja politiċi tal-Kosovo komplew jikkooperaw mal-komunità internazzjonali. Il-kuntest legali kumpless qed ixekkel l-istat tad-dritt. L-istituzzjonijiet tal-Kosovo għad jonqoshom tisħiħ f’kull livell.

    L- assemblea ħadet xi passi biex issaħħaħ l-istrutturi tagħha. Rappreżentanti tal-komunità Kosovara Serba reġgħu komplew bil-ħidma wara bojkott li segwa d-dikjarazzjoni tal-indipendenza. Għad hemm nuqqasijiet x’jiġu indirizzati fil-funzjonar tal-assemblea, partikolarment il-kapaċità insuffiċjenti biex isir skrutinju tal-abbozz tal-leġiżlazzjoni u jitħaddem kontroll mill-parlament fuq il-gvern.

    Gvern ġdid daħal fil-kariga f’Jannar 2008. Huwa ta' priorità lill-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-integrazzjoni Ewropea u adotta l-Pjan għal Integrazzjoni Ewropea u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Partenarjat Ewropew. Madankollu, r-riformi ddewmu minħabba li kwistjonijiet dwar status u materji oħrajn relatati mad-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo kellhom effett fuq il-parti l-kbira tal-ħidma tal-gvern. Għad jeħtieġ tissaħaħ il-kapaċità u jsir ippjanar strateġiku. Il-koordinazzjoni inter-ministerjali u l-interazzjoni bejn il-gvern u l-assemblea jeħtieġ jitjiebu.

    L-amministrazzjoni pubblika fil-Kosovo hija dgħajfa u ineffiċjenti. L-istrateġija ta’ riforma tal-amminsitrazzjoni pubblika u l-pjan ta’ azzjoni relatat jeħtiġilhom implimentazzjoni effettiva fil-livelli kemm ċentrali kif ukoll lokali. Jeħtieġ isiru sforzi maġġuri biex ikun stabbilit qafas għal servizz ċivili professjonali, effiċjenti, indipendenti u meritokratiku ħieles mill-indħil politiku.

    Rigward is- sistema ġudizzjarja , l-assemblea approvat għadd ta’ liġijiet importanti immirati lejn it-tisħiħ tal-funzjoni tal-ġudikatura. Il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni tal-Istat tad-Dritt beda jopera. Madankollu, is-sistema ġudizzjarja għadha dgħajfa. Jinħtieġ pjan komprensiv biex jirrazzjonalizza l-liġijiet applikabbli u ħafna drabi konfliġġenti. Is-sistema tal-qrati qed tiffaċċja sfidi ta’ riżorsi umani u orgaizzattivi u x-xogħol lura ta’ ħafna kawżi għadu problema ewlenija. Il-protezzjoni tax-xhieda hija ineffettiva. Qrati paralleli li japplikaw il-liġi Serba għadhom joperaw.

    Rigward il- ġlieda kontra l-korruzzjoni , l-aġenzija ta’ kontra l-korruzzjoni (KAA) tejbet il-metodi ta’ kif taħdem u żiedet fl-effiċjenza. Madankollu, il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema partikolarment serja. Għad hemm ħtieġa ta’ strateġija għal kontra l-korruzzjoni u pjan ta’ azzjoni. Il-qafas istituzzjonali biex jittratta l-korruzzjoni għadu mhux ċar, u r-riżorsi tal-KAA mhumiex biżżejjed.

    Il-kostituzzjoni tipprovdi garanziji għar-rispett tad- drittijiet umani u l-protezzjoni tal-minoranzi. Ġew stabbiliti salvagwardji legali biex ikunu żgurati d-drittijiet umani. Għad hemm ħtieġa ta' determinazzjoni politika iktar b'saħħitha u sorveljanza effettiva. Wara d-dikjarazjoni tal-indipendenza, il-gvern kompla jappella lill-minoranzi etniċi, partikolarment lill-Kosovari Serbi. Madankollu, jeħtieġ isiru iżjed sforzi determinati sabiex tiġi integrata l-komunità Kosovara Serba u komunitajiet oħrajn.

    Sar xi progress rigward id-drittjiet ċivili u politiċi. Is-sistema ta’ għajnuna legali qed titħaddem. Sar progress fit-titjib tas-sistema tal-ħabs fil-Kosovo, iżda għad hemm sfidi, partikolarment rigward l-istandards tal-ħabsijiet ta’ sigurtà għolja. Sar progress limitat fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni. Madankollu, il-malafama għadha reat kriminali. Il-media għadha suġġetta għall-indħil politiku. Il-libertà tal-assoċjazzjoni u sehem f’ġemgħa hija ggarantita taħt il-kostituzzjoni iżda l-qafas legali relevanti għadu mhux f’postu. Il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet soċjali ċivili għadha dgħajfa.

    Id- drittijiet ekonomiċi u soċjali huma garantiti biss parzjalment. Jeħtieġ ikun hemm sforzi kontinwi rigward il-protessjoni tan-nisa kontra kull forma ta’ vjolenza. L-integrazzjoni u l-protezzjoni tal-gruppi soċjali vulnerabbli u tal-persuni b’diżabbiltà mhumiex żgurati. L-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni hija ssorveljata ħażin u ċ-ċittadini mhmiex infurmati bid-dispożizzjoinjiet tagħha. Sar ftit progress sostanzjali fil-qasam tad- drittijiet tal-propjetà . Dewmien fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u ostakoli wasslu għal ksur tad-drittijiet. Il-fatt li l-awtoritajiet Kosovari m’għandhomx aċċess għar-reġistru tal-art f’Belgrad qed joħloq ostakolu qawwi għall-progress f’dan il-qasam. L-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar ir-rispett tal-propjetà reliġjuża jeħtieġ tissaħħaħ (eż. il-muniċipalitajiet ta’ Dečan i/ Deçan u Đakovica/Gjakovë qed jiksru l-liġi rigward l-invjolabbiltà tal-propjetà tal-Knisja Ortodossa).

    Rigward id- drittjiet tal-minoranzi, id-drittjiet kulturali u l-protezzjoni tal-minoranzi, sar progress fil-qasam tal-leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-minornazi u d-drittijiet kulturali. Il-qafas legali jipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-minoranzi etniċi fis-soċjetà Kosovara. Madankollu, is-Serbja qed tiskoraġġixxi lill-komunità Kosovara Serba milli tipparteċipa. Ma kienx hemm inċidenti inter-etniċi iżda għadhom ikunu rrappurtati irvellijiet sporadiċi. Il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-minoranzi għadhom fqar. Rigward dawk li jirritornaw, ir-refuġjati u l-persuni internament spustati , sar xi progress, pereżempju l-approvazzjoni tal-istrateġija ta’ riintegrazzjoni f’Ottubru 2007, iżda l-proċess ta’ dħul lura naqas ħafna wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza u għadu sfida ewlenija. Il-komunitajiet Roma, Ashkali u Eġizzjani għadhom jiffaċċjaw kundizzjonijiet serji ta’ għixien diffiċli u ta' diskriminazzjoni, b’aċċess fqir għall-edukazzjoni, protezzjoni soċjali, kura tas-saħħa, akkomodazzjoni u impjiegi. Il-gvern jeħtieġ jagħmel iżjed sforzi biex jipproteġi u jintegra l-minoranzi kollha.

    Rigward kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali, il-Kosovo jipparteċipa attivament fl-inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali. Kemm il-Kosovo, kif ukoll is-Serbja, jeħtieġ juru attitudini kostruttiva rigward parteċipazzjoni kontinwa. Il-UNMIK offriet li tiffaċilita l-preparattivi biex il-Kosovo tkun tista’ tibqa tieħu sehem fil-ftehimiet internazzjonali. Kumitat konġunt beda jaħdem fuq il-konfini tal-fruntiera mal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    L- ekonomija tal-Kosovo kibret b’rata ogħla mis-snin ta’ qabel. Madankollu, it-tkabbir għadu baxx wisq biex jassorbi l-ħaddiema żejda li qed tipproduċi poplazzjoni żgħażugħa u li qegħda tiżdied. L-andament makroekonomiku kien ikkaratterizzat minn riżultati baġitarji instabbli, żjieda fl-inflazzjoni, qagħad għoli u żbilanċi esterni. Il-kunsens dwar l-essenzjali tal-politika ekonomika ddgħajjef bl-iffukar tal-gvern fuq l-iżviluppi politiċi u biż-żjieda fl-istabbiltà baġitarja. L-iżvilupp ekonomiku qed ikompli jixxekkel minn staġnar fil-privatizzazzjoni, provvista tal-enerġija li ma tistax toqgħod fuqha, stat tad-dritt dgħajjef, kapaċità produttiva limitata, infrastruttura fqira u edukazzjoni mhux adegwata.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , il-Kosovo għamel progress limitat u irregolari lejn it-twaqqif ta’ ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Jeħtieġ ikun hemm determinazzjoni kontinwa favur ir-riforma u investimenti qawwija fl-infrastruttura u l-edukazzjoni sabiex għat-tul jgħinu lill-Kosovo jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni.

    Kollox ma’ kollox, il-linji ta' politika ekonomiċi baqgħu orjentati lejn is-suq. Il-gvern ippreżenta Qafas ta’ Nefqa għal Perjodu Medju 2009-2011 (MTEF). It-tkabbir żdied ftit ikkomparat mas-snin ta’ qabel u l-attività ekonomika qegħda dejjem tiġi xprunata mid-dinamiżmu misjuq mis-settur privat. L-investiment dirett barrani zdied. L-intermedjazzjoni finanzjarja fil-Kosovo kompliet tikber. Ċerti proċeduri għad-dħul u ħruġ tan-negozji mis-suq twittew u l-integrazzjoni ekonomika mal-UE kompliet.

    Madankollu, il-konsistenza u l-affidabilità tal-linji ta' politika ekonomiċi sofrew minn ambjent politiku inċert. Konsolidazzjoni fiskali iktar b’saħħitha fl-2007 kienet segwita minn pjan baġitarju espansiv fl-2008, li wassal għal iktar voltilità baġitarja. Il-baġit mhux użat bħala strument effiċjenti ta’ politika fiskali u ma jikkontribwix għall-previżjoni ta’ żviluppi ekonomiċi. Minflok, iwieġeb għal pressjonijiet ad hoc ta' infieq. L-inflazzjoni issuktat u l-qagħad baqa’ għoli ħafna. Il-kontijiet esterni baqgħu prekarji, hekk kif l-iżbilanċ kummerċjali kompla twessa’ u l-Kosovo baqa’ sajjem mill-kapaċità ta’ esportazzjoni.

    Il-privatizzazzjoni kienet sospiża temporanjament fl-2008, wara sentenza tal-Qorti Suprema li xeħtet dubju fuq il-metodu ta’ privatizzazzjoni u t-transizzjoni mill-UNMIK Kosovo Trust Agency (KTA) għall-Awtorità ta’ Privatizzazzjoni tal-Kosovo. In-nuqqas ta’ statistika b’saħħitħa baqa’ ostakolu serju għat-tfassil tal-linji ta' politika. L-ikbar xkiel għall-iżvilupp tas-settur privat jinkludi provvista tal-enerġija li ma tistax toqgħod fuqha, nuqqas ta’ tlaqqiegħ ta’ ħiliet, u infrastruttura fiżika fqira. Il-kumpaniji għandhom aċċess irregolari għall-iffinanzjar u l-firxa tar-rata ta’ interess bejn depożiti u self baqgħet għolja. Qafas regolartorju dgħajjef, linji ta' politika mhux adattati dwar it-taxxa u l-infieq, u dgħufijiet fl-infurzar tal-liġi inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, ikomplu jgħarrqu s-settur informali li hu kbir. Dan għadu sfida importanti, minħabba li jċekken il-bażi tat-taxxa u l-effiċjenza tal-linji ta' politika ekonomiċi.

    Il-Kosovo għamel progress biex japprossima l-leġiżlazzjoni u l-politiki mal- istandards Ewropej , partikolarment f'oqsma bħad-dwana, l-agrikultura u l-moviment ħieles tal-merkanzija. Madankollu, sar ftit progress fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni. Jinħtieġu iktar sforzi lejn iżjed approssimazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards Ewropej, partikolarment fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, id-droga, it-tassazzjoni, l-enerġija u l-impjiegi.

    Il-progress fit-twettiq tal-prijoritajiet tal-Partenarjat Ewropew fil-qasam tas- suq intern tal-EU kien imħallat. Sar xi progress biex tiġi stabbilita l-infrastruttura orizzontali neċessarja meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il- moviment ħieles tal-merkanzija, iżda l-allinjament mal-istandards Ewropej għadu limitat. Għad jonqos sforzi konsiderevoli biex tiġi żviluppata infrastruttura u titjieb il-kapaċità amministrattiva relevanti sabiex tkun żgurata traspożizzjoni u implimentazzjoni adegwata tal-istandards Ewropej. Sar ftit progress fl-oqsma tal- moviment ħieles tal-persuni, servizzi u d-dritt ta’ stabbiliment, fejn l-allinjament baqa’ limitat u sar biss ftit progress rigward il-moviment ħieles tal-kapital.

    Sar ftit progress fil-qasam tad- dwana. Il-liġi doganali hija ġeneralment allinjata mal-leġiżlazzjoni tal-UE, iżda jeħtieġ isiru sforzi sinifikanti biex tiġi infirzata l-liġi fil-ġlieda kontra l-prodotti foloz u l-kuntrabandu. In-nuqqas ta’ kontrolli doganali effettivi fit-Tramuntana tal-Kosovo, fejn l-awtoritajiet doganali ma jitħallewx joperaw, qed iċaħħad lill-gvern minn dħul importanti u qed jinkoraġġixxi kuntrabandu estensiv. Il-leġiżlazzjoni tal-Kosovo fil-qasam tat- tassazzjoni hija parzjalment allinjata. Il-ġbir tat-taxxi għadu dgħajjef, l-aktar minħabba d-daqs tal-ekonomija informali u kontrolli ineffettivi. Ma sar l-ebda progress fil-qasam tal- kompetizzjoni. Rigward l- akkwist pubbliku, il-progress kien imħallat. Il-qafas tal-liġi huwa kompatibbli mal-istandards Ewropej, iżda d-dispożizzjonijiet implimentattivi għadhom neqsin u m’hemmx strateġija komprensiva għal iktar żvilupp. Sar progress limitat rigward il- propjetà intellettwali. Leġiżlazzjoni kontra l-ksur tad-drittijiet tal-propjetà daħlu fis-seħħ, iżda l-infirzar għadu dgħajjef ħafna.

    Sar ftit progress fuq l-approssimazzjoni lejn l-istandards Ewropej fil-qasam tal- impjiegi u s-setturi soċjali. L-assenza ta' qafas strateġiku u leġiżlattiv u n-nuqqas ta’ kapacità amministrattiva huma ostakoli għall-iżvilupp adegwat ta’ politiki dwar l-impjieg u l-protezzjoni soċjali fil-Kosovo. Is-settur tas- saħħa pubblika jinsab fi stat fqir u mhux qed jingħata attenzjoni biżżejjed mill-gvern. Rigward l- edukazzjoni , sar xi progress fl-approssimazzjoni mal-istandards tal-UE. Il-gvern impenja ruħu biex jinvesti iktar f’dan is-settur bħala kwistjoni ta’ priorità u l-Ministeru tal-Edukazzjoni kompla jtejjeb il-kwalità tal-istruzzjoni u t-tagħlim fl-edukazzjoni għolja. Madankollu, l-edukazzjoni qed tkompli tkun effettwata minn nuqqas gravi ta’ riżorsi. Il-progress fil-qasam tar-riċerka għadu limitat.

    Rigward il-linji ta' politika settorjali, jista' jiġi rrappurtat progress limitat fl-approssimazzjoni mal-istandards Ewropej fil-qasam tal- industrija u l-SMEs.

    Sar xi ftit tal-progress leġiżlattiv fil-qasam tal- agrikoltura u s-sajd. Xi elementi tal-Pjan għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali 2007-2013 bdew jiġu implimentati. L-appoġġ pubbliku għall-iżvilupp agrikolu żdied iżda għadu baxx ħafna meta wieħed jikkunsidra x’importanza potenzjali għandha l-agrikultura għall-ekonomija tal-Kosovo. Jeħtieġ ikun hemm separazzjoni ta’ responsabbiltajiet iktar ċari bejn servizzi agrikoli differenti (inkluż l-amministrazzjoni veterinarja u fitosanitarja ) fil-livelli kemm ċentrali kif ukoll lokali.

    Rigward l- ambjent , sar xi progress, l-aktar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni orizzontali, partikolarment relatata mal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Iktar sforzi huma meħtieġa fil-maġġoranza tal-oqsma rigward it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi. In-nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji kemm fil-livell ċentrali kif ukoll lokali għad iridu jiġu indirizzat. Jeħtieġ li jiġu implimentati mekkaniżmi adegwati ta’ koordinament bejn l-istituzzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tal-ambjent.

    Sar xi progress fil-qasam tat-trasport, li għal għexieren ta’ snin bata minn nuqqas ta’ investiment. Il-Kosovo żied l-investiment fl-infrastruttura mill-2008 ’l hinn, partikolarment fil-bini u l-manutenzjoni tat-toroq. Il-Kosovo għadu jipparteċipa attivament fl-Osservatorju tat-Trasport tax-Xlokk tal-Ewropa . Madankollu, il-kapaċità li jimplimenta standards Ewropej fit-trasport għadhom dgħajfa, speċjalment fis-settur tal-linji ferrovjarji. Il-Kosovo jeħtieġ jiżviluppa l-kapaċità tiegħu li jinvesti fi proġetti ta’ infrastruttura u vetturi ferrovjarji.

    Sar xi progress fil-qasam tal- enerġija, partikolarment fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali tal-ministeru, ir-regolatur u l-Operatur tas-Sistema ta' Trasmissjoni (KOSTT). Madankollu, in-nuqqasijiet fil-provvista tal-elettriku għadhom jiġru spiss u għad jonqos problemi importanti x’jissolvew. Il-vijabbiltà finanzjarja tal-utilità tal-enerġija jeħtieġ titjieb, billi jitnaqqas it-telf kummerċjali u non-tekniku u jkun żgurat ġbir tal-kontijiet iktar effettiv. Jeħtieġ li tiżdied l-istabbiltà fil-provvista, u l-infrastruttura teħtieġ titjieb. L-iskarsezza mistennija tal-faħam artab fil-Kosovo teħtieġ tiġi indirizzata.

    Sar xi progress fil-qasam tas- soċjetà tal-informazzjoni u l-media. Il-Kunsill tal-Ġurnalisti u l-Istituzzjoni tal-Media qed jiffunzjonaw tajjeb. Kompliet il-liberalizzazzjoni tas-suq hekk kif it-tieni operatur tat-telefon ċellulari nieda s-servizzi tiegħu. Madankollu, il-korpi regolatorji varji qed jaffaċċjaw restrizzjonijiet baġitarji.

    Sar xi progress fil-qasam tal- kontroll finanzjarju , iżda sar biss progress limitat rigward l-istatistika fejn għad hemm tħassib fil-kapaċità amminsitrattiva u l-abbiltà tal-istituzzjonijiet li jikkooperaw fil-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta.

    Rigward il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, sar progress limitat. Il-Kosovo m’għandux sistema tal-viża li tirregola l-aċċess ta’ ċittadini minn pajjżi terzi għat-territorju tiegħu. Sar xi progress fit-titjib tal-qafas għall-Ġestjoni Integrata tal-Konfini. Il-gvern beda joħroġ passaporti tal-Kosovo. Il-pulizija tal-konfini m’għandhomx kontroll effettiv fuq il-punti tal-qsim fit-Tramuntana tal-Kosovo, li r-responsabbiltà tagħhom għadha f’idejn il-UNMIK.

    L-assemblea adottat liġi dwar l-ażil iżda l-Ministeru tal-Intern għandu kapaċità limitata biex jittratta każi dwar l-ażil jew każi ta’ ritorn involontarju minn ċittadini Kosovari. M’hemmx ċentru li jilqa’ lil dawk li qed ifittxu l-ażil jew dawk li rritornaw involontarjament. Għad trid tiġi adottata liġi dwar il-migrazzjoni.

    Il-progress rigward il- ħasil tal-flus kien insuffiċjenti. Id- determnazzjoni u l-kapaċità tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jeħtieġ jiżdiedu b'mod konsiderevoli. Il- ġudikatura u l-infirzar tal-liġi għad jonqoshom il-kompetenza biex jikkumbattu l-kriminalità ekonomika u finanzjarja b’mod effettiv. Hemm nuqqas ta’ prosekuturi speċjalizzati. M’hemmx faċilitajiet xierqa biex tinħażen l-evidenza. Il-komunikazzjoni bejn is-servizzi u l-istituzzjonijiet relevanti għadhom fqar. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus għadha sfida ewlenija.

    It-traffikar tad-droga għadu problema serja. Il-Kosovo huwa wieħed mir-rotot ewlenin ta’ traffikar tad-droga fin-Nofsinhar tal-Balkani. M’hemmx pjan ta’ azzjoni jew strateġija biex tikkumbatti t-traffikar tad-droga. L-istatistiċi mhumiex affidabbli u l-kapaċità tal-ġbir tal-informazzjoni hija insuffiċjenti.

    Sar progress fil-qasam tal-ordni pubblika bl-adozzjoni tal-liġijiet dwar il-pulizija u l-ispettorat. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ strateġija effettiva biex titnaqqas il-kriminalità teħtieġ determinazzjoni kontinwa u korp tal-pulizija numeruż biżżejjed. Il-kosovo għandha korp tal-pulizija multi-etniku. Madankollu, ċerti uffiċjali tal-pulizija Kosovari Serbi jibbojkottjaw lill-Pulizija tal-Kosovo (KP). Il-KP ma jistgħux jiżguraw żamma tal-ordni effettiva f’ċerti nħawi fejn hemm maġġoranza Serba.

    Il-kriminalità organizzata għadha kawża ta’ tħassib serju , li qed ikollha effett fuq l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozju. M’hemmx strateġija biex tikkumbatti l-kriminalità organizzata. Il-qafas leġiżlattiv għadu mhux komplut. Meħtieġa leġiżlazzjoni dwar il-konfiska tal-assi, il-protezzjoni tax-xhieda u aġenti li jaħdmu minn taħt. Jinħtieġ reġistru tal-art kredibbli biex jippermetti l-konfiska ta’ assi fi propjetà immobbli. Biex il-kriminalità organizzata tkun ittrattata b’mod effettiv huma meħtieġa sforzi determinati u kontinwi min-naħa tal-awtoritajiet. Il-Kosovo għadu pajjiż ta’ oriġini, transitu u destinazzjoni għat-traffikar fin-nies. F’Lulju ġiet adottata strateġija u pjan ta’ azzjoni, iżda l-infurzar għadu mhux biżżejjed.

    Ma kien hemm ebda żviluppi dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Għad m’hemmx leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Ebda awtorità indipendenti li tissorvelja l-protezzjoni tad-dejta għadha ma twaqqfet.

    It-Turkija

    It-Turkija qed tkompli taqdi tajjeb il-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen. Il-Qorti Kostituzzjonali ma laqax it-talba tal-Prosekutur Ewlieni biex ikun xolt il-partit fil-gvern u jkeċċi 71 mill-membri ewlenin tiegħu, iżda impona sanzjonijiet finanzjarji, u għalhekk evita kriżi politika. It-Turkija issa għandha opportunità ġdida biex tavvanza r-riformi u tistabbilixxi klima ta’ djalogu u pluraliżmu. Sar xi progress fl-oqsma tal-libertà tal-espressjoni, id-drittijiet ta’ komunitajiet reliġjużi mhux Musulmani, u fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fix-xlokk. Madankollu, huwa meħtieġ programm konsistenti u komprensiv ta’ riformi politiċi, partikolarment fir-riforma Kostituzzjonali. Jinħtieġu iżjed sforzi sinifikanti fil-maġġoranza tal-oqsma li huma relatati mal-kriterji politiċi.

    Rigward id- demokrazija u l-istat tad-dritt , il-President il-ġdid lagħab rwol importanti billi sejjaħ għal iktar riformi politiċi u ħadem b’mod iżjed attiv biex itejjeb ir-relazzjonijiet mal-Armenja. Madankollu, in-nuqqas ta’ djalogu u ta’ spirtu ta’ kompromess bejn il-partiti politiċi ewlenin kellu impatt negattiv fuq il-funzjonalità tal-istituzzjonijiet politiċi u l-proċess tar-riformi politiċi. Il-ħidma tal-parlament il-ġdid kienet effetwata fil-parti l-kbira minn kawżi legali immirati lejn ix-xoljiment tal-partit fil-gvern u ta’ wieħed mill-partiti fl-oppożizzjoni.

    Rigward il-governanza lokali, il-liġijiet ta’ amministrazzjoni lokali adottati dan l-aħħar jeħtieġ ikunu implimentati u jiżdiedu l-finanzi allokati lill-gvernijiet lokali.

    Sar ftit progress fir- riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Is-sistema tas-servizz ċivili għandha bżonn tkun reformata.

    Rigward is-superviżjoni ċivili tal-forzi ta' sigurtà, hemm bżonn li jkunu żgurati l-funzjonijiet kollha ta’ sorveljanza ċivili u s-sorveljanza parlamentari tal-ispiża fuq id-difiża. Membri anzjani tal-forzi armati komplew jagħmlu stqarrijiet dwar kwistjonijiet li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tagħhom .

    Rigward il-ġudikatura, sar progress fix-xogħol ta’ tħejjija għar-riforma ġudizzjarja. Madankollu, għad hemm tħassib dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura. Ma kienx hemm progress dwar il-kompożizzjoni tal-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi jew dwar it-twaqqif tal-qrati reġjonali tal-appell. Teħtieġ titjieb il-kwalità tal-investigazzjonijiet mill-pulizija u l-ġendarmerija biex jassiguraw smigħ xieraq tal-kawża.

    Sar progress limitat fil-qasam ta’ kontra l-korruzzjoni. Il-korruzzjoni għadha mifruxa. In-nuqqas li għad hemm ta’ strateġija ġenerali, pjan ta’ azzjoni u mekkaniżmu ta' koordinazzjoni huwa kawża ta’ tħassib. It-Turkija teħtieġ li jkollha rekord tajjeb fl-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni.

    Rigward id- drittijiet umani u l-protezzjoni tal-minoranzi , il-progress kien limitat. It-Turkija kompliet tinforza s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani (EctHR) iżda għad hemm ħtieġa ta’ iżjed sforzi. Ma sar ebda progress fir-ratifika tal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet umani. Il-qafas istituzzjonali għall-promozzjoni u l-infurzar tad-drittijiet umani għad jeħtieġ titjib. L-introduzzjoni ta’ sistema tal-ombudsman waqgħet lura ħafna.

    Il-qafas legali Tork jinkludi set komprensiv ta’ salvagwardji kontra t-tortura u t-trattament ħażin. Madankollu, jinħtieġu iżjed sforzi biex titħaddem politika ta’ tolleranza-żero. Rapporti ta’ każi ta’ trattament ħażin u tortura, partikolarment barra minn portijiet ta’ detenzjoni, huma kawża ta’ tħassib. F’dan il-kuntest, ir-ratifika tal-protokoll mhux obbligatorju għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura tan-NU (OPCAT) u l-ġlieda kontra l-impunità għall-vjolazzjoni tad-drittijiet umani għadhom kwistjonijiet prinċipali.

    Sar xi progress fl-isforzi biex jissaħħu s-salvagwardji għad- dritt tal-espressjoni , partikolarment permezz tal-emenda għall-Artikolu 301 tal-Kodiċi Kriminali Torka. Madankollu, it-Turkija teħtieġ tistabbilixxi rekord tajjeb fl-implimentazzjoni tal-artikolu rivedut. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet legali kollha jeħtieġ jiġu indirizzati bil-għan li jkun żgurat ir-rispett totali tal-libertà tal-espressjoni, fil-liġi u fil-fatt, skont il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani (ECHR) u l-każistika tal-ECtHR. Fid-dawl ta’ ċerti pressjonijiet fuq it-tħaddim tal-libertà tal-istampa u tal-media elettronika, jeħtieġ li jkun hemm viġilanza u sorveljanza f’dan il-qasam.

    Iżjed sforzi huma meħtieġa biex tkun żgurata l- libertà ta’ għaqda fil-prattika, skont standards Ewropej, minħabba li għadhom jintużaw il-limitazzjonijiet arbitrarji u l-użu sproporzjonat tal-forza kontra min jiddemostra. Sar titjib fil-qafas legali dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni. Madankollu, ċerti assoċjazzjonijiet jiffaċċjaw diffikultajiet amministrattivi jew proċeduri ġudizzjarji. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ kawżi rikurrenti ta’ xoljiment kontra partiti politiċi, id-dispożizzjoinjiet legali dwar il-partiti politiċi jeħtieġ ikunu emendati skont il-każistika tal-ECtHR u l-aħjar prassi tal-Istati Membri tal-UE, kif proposta mill-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa.

    Rigward il- libertà ta’ twemmin, il-Liġi adottata dwar il-fondazzjonijiet tindirizza għadd ta’ kwistjonijiet pendenti li huma relatati mal-propjetà ta’ komunitajiet mhux Musulmani. Madankollu, għadu ma ġiex stabbilit qafas legali skont l-EHCR, li permezz tiegħu il-komunitajiet reliġjużi kollha li mhumiex Musulmani u l-Alevi jkunu jistgħu jiffunzjonaw mingħajr xkiel. It-Turkija teħtieġ tagħmel iżjed sforzi biex toħloq ambjent li jwassal għar-rispett totali tal-libertà li wieħed jipprattika t-twemmin tiegħu.

    Il-qafas legali komprensiv li jiggarantixi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-mara huwa ġeneralment f’postu iżda jeħtieġ isiru iżjed sforzi sabiex ikun żgurat li dawn id-drittijiet ikunu qegħdin jitgawdew fil-prattika. Għad jonqsu sforzi sinifikanti biex tiġi indirizzata l-firda li teżisti bejn l-irġiel u n-nisa fil-parteċipazzjoni ekonomika u l-opportunità, l-avvanz edukattiv, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-fakultà politika. Komplew l-isforzi biex jipprevjenu l-qtil tal-unur u l-vjolenza domestika, izda dawn il-kwistjonijiet għadhom problema serja u jeħtieġ li l-isforzi jiżdiedu.

    Sar progress fl-aċċess tat- tfal għall-edukazzjoni, is-servizzi soċjali u s-sistema tal-ġustizzja għall-minorenni. Madankollu, jinħtieġu sforzi fl-oqsma kollha fejn jidħlu t-tfal, inkluza l-kapaċità amministrattiva, l-edukazzjoni, is-sistema tal-ġustizzja għall-minorenni u t-tħaddim tal-minorenni.

    Għad jonqos leġiżlazzjoni biex ikun żgurat li d-drittijiet tat-trade unions ikunu totalment rispettati skont l-istandards tal-UE u l-konvenzjonijiet relevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment id-dritt ta' organizzazzjoni, id-dritt ta' strajk u d-dritt ta' negozjar kollettiv.

    Is-sitwazzjoni rigward id- drittijiet tal-minoranzi għadha ma nbidlitx. It-Turkija ma għamlet ebda progress fl-allinjament mal-istandards Ewropej. Sar progress limitat rigward id-drittijiet kulturali iżda għad hemm restrizzjonijiet, partikolarment dwar l-użu ta’ lingwi oħrajn barra t-Tork fix-xandir, fil-ħajja politika u fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi. M’hemmx opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ dawn il-lingwi fis-sistemi edukattivi kemm pubbliċi kif ukoll privati. Ma sar ebda progress rigward il-qagħda tar- Roma , li ħafna drabi jiltaqgħu ma’ trattament diskriminatorju fl-aċċess għal akkomodazzjoni xierqa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u x-xogħol. It-twaqqigħ ta’ lokalitajiet Roma, f’ċerti każi jinvolvi tkeċċija furzata, għadu sejjer.

    Rigward il-Lvant u x- Xlokk , id-deċiżjoni tal-gvern li jlesti l- Proġett tax-Xlokk tal-Anatolja huwa pass fid-direzzjoni li jkunu indirizzati d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjun. Iktar sforzi huma meħtieġa biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-popolazzjoni bi predominanza Kurda biex igawdu d-drittijiet u l-ħelsien totali. Kompla l-kumpens lil persuni internament spustjati (IDPs). Madankollu, il-gvern għad m’għandux strateġija nazzjonali ħolistika biex tindirizza l-kwistjoni tal-IDPs. Is-sistema ta’ gwardja fl-irħula teħtieġ titneħħa gradwalment.

    Komplew l-attakki terroristiċi imwettqa mill-PKK, li qiegħed fuq il-lista tal-UE ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi, u swew il-ħajja ta’ ħafna nies.

    Rigward il-kwistjonijiet reġjonali u l-obbligi internazzjonali , it-Turkija esprimiet pubblikament appoġġ biex jerġgħu jinbdew negozjati wesgħin taħt l-awspiċju tan-NU sabiex jinstab qbil komprensiv dwar il-problema ta' Ċipru. Madankollu, ma sar ebda progress lejn in-normalizzazjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta’ Ċipru. It-Turkija għadha ma implimentatx bis-sħiħ il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u ma neħħietx l-ostakoli kollha għall-moviment ħieles tal-merkanzija, inklużi r-restrizzjonijiet fuq kollegamenti diretti ta’ trasport ma’ Cipru.

    Ir-relazzjonijiet mal-Greċja evolvew b’mod pożittiv. Ittieħdu iżjed passi biex tinbena l-kunfidenza, iżda ma sar ebda ftehim rigward il-kwistjonijiet dwar il-fruntiera. It-Turkija għad għandha rwol pożittiv fil- Balkani tal-Punent. Ir-relazzjonijiet mal- Bulgarija għadhom pożittivi. Ir-relazzjonijiet ta’ viċinanza tajbin għadhom il-qofol ta' kollox.

    L- ekonomija tat-Turkija kompliet sejra relattivament tajjeb, minkejja li t-tkabbir waqa’ taħt il-potenzjal tiegħu l-aktar minħabba li kien hemm tnaqqis fit-talba domestika wara restrizzjonijiet iebsin fil-politika monetrja. Inżammet l-istabbiltà makroekonomika. L-inflazzjoni żdiedet b’mod sinifikanti, l-aktar bħala riżultat ta’ prezzijiet ogħla tal-ikel u tal-enerġija. Il-proċess ta’ riforma strutturali żied fil-pass mhux ħażin, partikolarment fl-ewwel nofs tal-2008. Minkejja xi inizjattivi reċenti, jeħtieġ isir iżjed progress biex jiġu kkoreġuti żbilanċi tas-suq tax-xogħol u biex ikun indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqiegħ fil-ħiliet.

    Rigward il- kriterji ekonomiċi , it-Turkija hija ekonomija tas-suq li qed tiffunzjona. Għandha tkun kapaċi tlaħħaq mal-pressjonijiet u l-forzi tas-suq fi ħdan l-Unjoni fit-terminu medju, sakemm tkompli timplimenta l-programm komprensiv ta’ riforma b’determinazzjoni sabiex tnaqqas id-dgħufijiet strutturali.

    Tul l-aħħar sena, it-Turkija implimentat programm qawwi ta’ stabbilizzazzjoni. Issa dieħla fi stadju ġdid fl-istrateġija ta’ żvilupp immirat biex iżid il-potenzjal ta’ tkabbir permezz ta’ investiment pubbliku ogħla, il-ħolqien tax-xogħol u riformi settorjali. L-ekonomija s’issa marret tajjeb minkejja t-turbulenzi finanzjarji globali u l-inċertezzi politiċi domestiċi.

    Il-flussi tal-kapital fit-tul baqgħu għoljin, u wasslu għal żieda fir-riżervi uffiċjali. L-andament fiskali kien sodisfaċenti, minkejja li l-gvern ma laħaqx il-miriet fiskali għall-2007. F’Ġunju 2008, l-awtoritajiet approvaw Qafas Fiskali għal Perjodu Medju ta' 5 snin.

    Inizjattivi ġodda biex tingħata spinta lill-infrastruttura qed jimmiraw biex jonqsu d-disparitajiet għoljin reġjonali. Sar progress sinifikanti fil-qasam tal-liberalizzazzjoni tal-prezzijiet, partikolarment fis-settur tal-enerġija. Il-privatizzazzjoni kompliet b’għadd ta’ operazzjonijiet ewlenin. Minkejja li kien hemm diversi mumenti ta’ instabbiltà matul l-2007-2008, is-settur finanzjarju s’issa wera qawwa eċċezzjonali.

    Madankollu, żdiedu l-pressjonijiet inflazzjonarji, sa ċertu punt minħabba prezzijiet ogħla taż-żejt u tal-komoditajiet. Ħtiġijiet konsiderevoli finanzjarji esterni li ġejjin minn dejn ma’ barra, flimkien mad-dipendenza li għandu s-settur privat minn finanzjament estern u – minkejja li qed jonqos – dejn akkumulat imdaqqas, irendu lit-Turkija potenzjalment vulnerabbli għal tibdil fis-sentiment tal-invetituri. Il-ħolqien tax-xogħol qed ikompli jsib ix-xkiel, partikolarment minn nuqqas ta’ tlaqqiegħ ta’ ħiliet bejn it-talba u l-provvista tal-ħaddiema u minn prassi riġidi ta’ impjieg. Riġiditajiet strutturali fis-suq tax-xogħol qegħdin partikolarment ifixklu ż-żieda fl-impjieg tan-nisa u ż-żgħażagħ. Il-ħiliet tal-forza tax-xogħol għadhom mhux iwieġbu għall-bżonnijiet ta' ekonomija emerġenti li qed tikber b'mod aċċellerat. L-allokazzjoni tal-għajnuna mill-istat hija nieqsa mit-trasparenza. Is-settur kbir informali, mitmugħ minn dgħufijiet fil-qafas regolatorju, linji ta' politika dwar it-taxxa u l-infieq mhux adatti u infurzar dgħajjef tal-liġi, inaqqas il-bażi minn fejn tinġabar it-taxxa u l-effiċjenza tal-linji ta' politika ekonomiċi. Partikolarment, ħafna drabi l-SMEs joperaw fl-ekonomija griża u għalhekk jibqgħu maqtugħin minn aċċess suffiċjenti għall-finanzi u kapaċitajiet.

    It-Turkija tejbet il-kapaċità tagħha li tassumi l-obbligi tas-sħubija. Sar progress fil-parti l-kbira tal-oqsma. L-allinjament f’ċerti oqsma jinsab avvanzat, bħall-movment ħieles tal-merkanzija, id-drittijiet ta’ propjetà intellettwali, il-politika tal-anti-trust, l-enerġija, il-politika dwar l-intrapriżi u l-politika industrijali, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-istatistika, in-Netweks Trans-Ewropej, u x-xjenza u r-riċerka. Madankollu, l-allinjament irid jitkompla, partikolarment f’oqsma bħall-ambjent, l-għajnuna mill-istat, l-akkwist pubbliku, il-politika soċjali u l-impjiegi, il-liġi tal-kumpaniji, is-sigurtà alimentari, il-linji ta' politika veterinarji u fitosanitarji u l-moviment ħieles tas-servizzi. Għadd ta’ obbligi importanti li t-Turkija ħadet fuqha bħala parti mill-Għaqda Doganali mal-UE għadhom ma twettqux. L-użu disproporzjonat ta’ miżuri ta’ salvagwardja u ostakoli kummerċjali antiki qed ikollhom impatt fuq it-tħaddim xieraq tal-Għaqda Doganali. Biex tlaħħaq mal-ħtiġiet tal- acquis jeħtieġ li l-kapaċità amministrattiva tat-Turkija titjieb.

    Rigward il- moviment ħieles tal-merkanzija, il-livell tal-allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti u l-miżuri orizzontali jinsabu fi stadju avvanzat, ħlief rigward fis-sorveljanza tas-suq u l-metroloġija. Madankollu, għadhom jippersistu ċerti barrieri tekniċi għall-kummerċ. Sar xi progress dwar id- dritt tal-istabbiliment u l-libertà għall-forniment tas-servizzi. L-allinjamenti għadhom fi stadju bikri. Rigward il-moviment ħieles tal-kapital, it-Turkija għamlet xi progress dwar il-movimenti tal-kapital, il-ħlasijiet u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus iżda jinħtieġu iżjed sforzi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-infurzar. Sar xi progress fil-qasam tas- servizzi finanzjarji, speċjalment rigward il-kontrolli fuq l-istandards ta’ prudenza u ta' superviżjoni

    Sar progress imħallat fil-qasam tal- akkwist pubbliku . Il-nomina tal-Ministeru tal-Finanzi bħala koordinatur ġenerali għall-politika hija żvilupp pożittiv, iżda tkun ikkomplementata bi strateġija komprensiva li tidentifika r-riformi neċessarji. Is-sistema ta’ akkwist pubbliku fit-Turkija hija biss parzjalment allinjata mas-sistema tal-UE. Rigward il-liġi tal-kumpaniji, it-Turkija ftit għamlet progress. Ma ġiex adottat kodiċi kummerċjali ġdida. Rigward il-liġi dwar il-propjetà intellettwali , l-allinjament leġiżlattivi huwa relattivament avanzat. Il-koordianzzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-korpi pubbliċi responsabbli mid-drittiijet u l-għarfien tagħhom dwar il-Propjetà Intellettwali tjiebu. Madankollu, l-implimentazzjoni u l-infurzar jeħtieġu tisħiħ sostanzjali. Rigward is-soċjetà tal-informazzjoni u l-media, il-livell ta’ allinjament tat-Turkija mal- acquis awdjoviżiv għadu limitat. M’hemmx progress x’jiġi rrappurtat fuq l-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-meżżi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

    Rigward il- kompetizzjoni, il-livell ta’ allinjament għadu fi stadju avvanzat fil-qasam tal-anti-trust. Madankollu, ma kien hemm ebda progress rigward l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-istat, it-twaqqif ta’ awtorità li tissorvelja l-għajnuna mill-istat u l-implimentazzjoni ta’ impenji lejn it-trasparenza. It-tlestija tal-Programm għad-Ristrutturar Nazzjonali għall-industrija tal-azzar jibqa’ priorità. Fil-qasam tal- agrikultur u l-iżvilupp rurali, l-allinjament għadu limitat. Sar progress sostanzjali fil-bini tal-kapaċità meħtieġa biex ikun implimentat l-IPARD. Minkejja dan, jinħtieġu iżjed sforzi biex jitlestew l-istrutturi neċessarji amministrattivi u ta’ kontroll. It-Turkija ma neħħietx l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ taċ-ċanga u l-annimali bovini ħajjin. Fis- sajd, ma sar ebda progress biex jitwaqqaf il-qafas leġiżlattiv neċessarju. Sar progress limitat fl-oqsma tar-riżorsi, il-ġestjoni tal-flotot, u l-ispezzjoni u l-kontroll. Kemm fil-qasam tal-agrikultura kif ukoll tas-sajd, il-kapaċitajiet tal-implimentazzjoni għadhom fi stadju bikri. Rigward is-sigurtà alimentari, il-politika veterinarja u fitosanitarja , l-allinjament jinsab fi stadju bikri. Qafas Legali dwar is-servizzi veterinarji, l-ikel u l-għalf għad irid jiġi adottat. Ix-xogħol ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali miexi ‘l quddiem. Il-każijiet ta' influwenza tat-tjur kienu kkontrollati b’suċċess. Il-kontroll effettiv ta’ mard ieħor tal-annimali, partikolarment il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, għadu kawża serja ta’ tħassib.

    Sar xi progress rigward il-politika tat-trasport. Tkompla l-allinjament fis-settur tat-toroq iżda hemm bżonn ta’ iktar titjib fil-kapaċità tal-implimentazzjoni. It-Turkija ftit għamlet progress fis-settur tal-ferroviji. It-Turkija għamlet progress limitat fit-trasport bl-ajru. In-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ kontroll fit-Turkija u r-Repubblika ta’ Ċipru qed jikkomprometti s-sigurtà tal-ajru. Il-progress fit-trasport bil-baħar huwa irregolari. Sar xi progress fil-qasam tan- Netwerks Trans Ewropej.. Il-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet għall-Infrastruttura tat-Trasport (Transport Infrastructure Needs Assessment – TINA) intemm iżda għad hemm nuqqas ta' sistema kredibbli ta’ dejta kklassifikata dwar it-trasport. Fil-qasam tal- enerġija, kien kemm ftit progress iżda dan kien irregolari. Il-kompetizzjoni għadha limitta wara l-adozzjoni tal-qafas tal-liġijiet dwar is-swieq tal-elettriku u l-gass naturali. Għad iridu jiġu ffissati miri nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinovabbli.

    Rigward it- tassazzjoni kien hemm xi progress fil-qasam leġiżlattiv. L-immodernizzar tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa wasslet għal servizz aħjar lil dawk li jħallsu t-taxxi u titjib fil-ġbir tat-taxxi. Madankollu, it-taxxa disrkriminatorja tal-alkoħol u tal-prodotti tat-tabakk baqgħet.

    Il-kapaċità amministrattiva fil-qasam tal- istatistika tjiebet. Madankollu, jeħtieġ isir iżjed progress partikolarment rigward l-istatistiċi agrikoli u makroekonomiċi u r-reġistri tan-negozju.

    Sar progress fil-qasam tal- ekonomija u l-politika monetarja . Għad hemm ħafna nuqqasijiet, partikolarment rigward l-indipendenza sħiħa tal-bank ċentrali, il-finanzjament monetarju tas-settur pubbliku u l-aċċess privileġġjat tas-settur pubbliku għas-swieq finanzjarji. Rigward l-impjiegi u l-politika soċjali, it-Turkija għamlet xi progress permezz tal-adozzjoni tal-pakkett dwar l-Impjiegi u l-Liġi dwar l-assikurazzjoni soċjali u l-assikurazzjoni dwar is-saħħa ġenerali. Madankollu, l-iżgurar tad-drittijiet kollha sinadakli u l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat jeħtieġu attenzjoni partikulari. Iżjed sforzi huma meħtieġa biex jikkumbattu x-xogħol tal-minorenni u biex jiġi aġġornati u ffinalizzati d-dokumenti strateġiċi f’dan il-qasam. L-ugwaljanza bejn is-sessi fil-ħajja ekonomika u soċjali teħtieġ titjieb.

    Kompla l-progress fil- politika dwar l-intrapriżi u l-industrija, bl-adozzjoni tal-Pjan ta’ Strateġija u Azzjoni dwar l-SMEs. Kollox ma’ kollox, it-Turkija kisbet livell għoli ta’ allinjament. Inkiseb progress tajjeb fil-qasam tax-xjenza u riċerka. Kollox ma’ kollox, it-Turkija tinsab miexja tajjeb għall-integrazzjoni fiż-Żona Ewropea ta’ Riċerka. Fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura sar progress biex is-sistema edukattiva Torka tiġi adattata mal-qafas ta’ struttura u kwalifiki tal-UE. It-Turkija ipparteċipat b’suċċess fil-programmi tal-Komunità.

    Fil-qasam tal- politika reġjonali u l-koordianzzjoni tal-istrumenti strutturali, sar progress fil-bini tal-kapaċità neċessarja biex ikunu implimentati l-komponenti III u IV tal-IPA. Madankollu, iktar sforzi huma meħtieġa biex jitwaqqfu l-istrutturi amministrattivi u ta’ kontroll meħtieġa fil-livelli ċentrali u lokali.

    Rigward il-ġudikatura, kien hemm xi progress, b’mod partikolari fl-istabbilment ta’ strateġija għar-riforma ġudizzjarja. Madankollu, għad hemm tħassib dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura. Hemm kwistjonijiet li l-istrateġija ta’ riforma hija mistennija tindirizza. Jista’ jiġi rrapurtat progress limitat kontra l-korruzzjoni. Il-gvern kompla jimplimenta l-inizjattivi tiegħu f’dan il-qasam. Madankollu, m’hemmx leġiżlazzjoni fil-post li tistabbilixxi regoli ta’ trasparenza dwar l-iffinanzjar tal-kampanji elettorali. Ma sar ebda progress biex tiġi limitata l-immunità tal-Membri Parlamentari. L-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni għal kontra l-korruzzjoni jeħtieġu jkunu żviluppati iktar biex ikollhom l-appoġġ politiku meħtieġ għall-implimentazzjoni. Rigward id-drittijiet fundamentali, ma kien hemm ebda progress leġiżlattiv. Jeħtieġ isiru sforzi vigorużi biex ikun żgurat ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali kif stipulat mill-ECHR u l-każistika tal-ECtHR.

    Rigward il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, jista’ jiġi rrappurtat xi progress, partikolarment fil-prevenzjoni tat-traffikar tad-droga u tan-nies. L-allinjament mal- acquis f’dan il-kapitlu jinsab miexi, iżda jeħtieġ isiru diversi sforzi f’oqsma bħall-politika dwar il-viża u kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Jeħtieġ isiru wkoll sforzi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li għadha kwistjoni ta’ tħassib. Il-kapaċità tal-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni teħtieġ titjieb. Jeħtieġ jiżdiedu l-isforzi biex ikun implimentat il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntiera. It-Turkija teħtieġ terġa tibda’ n-negozjati dwar ftehim ta’ dħul lura mal-Komunità Ewropea.

    Dwar l- ambjent, it-Turkija għamlet progress fil-qasam tal-kwlaità tal-arja, il-ġestjoni tal-iskart u fit-tisħiħ tal-kapaċità amminsitrattiva fil-livell ċentrali. Minkejja dan l-allinjament globali għadu baxx. It-Turkija ma għamlet ebda titjib fl-oqsma tat-tinġiż industrijali, il-ġestjoni tar-riskju u l-GMOs.

    Intlaħaq livell sodisfaċneti ta’ allinjament fil-qasam tal- protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa. Sar progress rigward l-infirzar tas-sorveljanza tas-suq u s-sigurtà tal-prodotti, iżda għad jonqos isiru iżjed sforzi fil-qasam ta’ kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ sigurtà. Il-moviment tal-konsumatur fit-Turkina għadu dgħajjef. It-Turkija għamlet xi porgress fil-qasam tal-protezzjoni tas- saħħa.

    Rigward l- Għaqda Doganali, it-Turkija laħqet livell għoli ta’ allinjament. Madankollu, l-allinjament għadu mhux komplut rigwrad iż-żoni ħielsa tal-kummerċ, l-eżenzjoni mid-dazji doganali, il-ġlieda kontra l-prodotti foloż u proċeduri ta’ wara r-rilaxx. It-Turkija waslet ukoll fi stadju avvanzat ta’ allinjament fil-qasam tar- relazzjonijiet barranin iżda għadha ma assoċjatx b’mod sħiħ mal-pożizzjonijiet tal-UE fil-WTO u fl-OECD.

    Sar progress moderat fil-qasam tal- kontroll finanzjarju . Il-leġiżlazzjoni li timplimenta l-kontroll tal-finanzi interni pubbliċi tinsab fil-post, iżda għadd ta’ emendi relatati mal-kontroll intern jeħtieġ jiġu approvati. Strutturi permanenti huma meħtieġa biex jikkooperaw mal-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u għall-kuntatti mad-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-protezzjoni tal-Euro kontra l-iffalsifikar. Rigward id-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitrji, ma kien hemm ebda żviluppi partikolari.

    Tkompla l-allinjament tat-Turkija mal- Politika Barranija, tas-Sigurtà u tad-Difiża tal-UE. It-Turkija qed tikkontribwixxi sostanzjalment fl-ESDP u qed tfittex involviment ikbar fl-attivitajiet tagħha. Madankollu, it-Turkija toġġezzjona għall-kooperazzjoni bejn l-UE un-NATO li għadnu jinvolvi lill-Istati Membri kollha.

    It-Turkija tejbet ir-rwol tagħha bħala fattur pożittiv fl-istabbiltà reġjonali u wettqet parti sinifikanti biex jimxu ’l quddiem ir-relazzjonijiet bejn is-sħab reġjonali tagħha, speċjalment fil-Lvant Nofsani u fil-Kawkasu. Waqt il-kunflitt fil-Georgia, it-Turkija kellha rwol konċiljatorju u pproponiet li twaqqaf “Pjattaforma ta’ Kooperazzjoni u Stabbiltà fil-Kawkasu”. Iż-żjara tal-President Tork fl-Armenia immarkat pass ġdid inkoraġġanti fir-relazzjonijiet bilaterali u fetaħ il-prospett ta’ normaizzazzjoni tar-relazzjonijiet. Madankollu, il-fruntiera mill-art mal-Armenia għadha magħluqa.

    [1] Il-Balkani tal-Punent: it-titjib tal-prospettiva Ewropea - COM(2008)127 finali tal-5.3.2008.

    [2] Taħt ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/1999.

    [3] TAIEX: Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni, immexxi mill-Kummissjoni – SIGMA: Sostenn għal titjib fil-Governanza u l-Gestjonar, programm tal-OECD appoġġjat mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tkabbir.

    [4] Il-kumulu djagonali jagħmilha possibbli biex pajjiż jittrasforma u jesporta prodott lejn l-UE taħt trattament ta’ kummerċ preferenzjali, anke jekk parti mill-ħdim tal-prodott ikun oriġina f’pajjiż ieħor li qed jipparteċipa fl-istess skema.

    [5] 1. Riżoluzzjoni aċċettabbli u sostenibbli dwar il-kwistjoni tat-tqassim tal-propjetà bejn l-Istat u livelli oħra tal-gvern; 2. Riżoluzzjoni aċċettbbli u sostenibbli ta’ propjetà għad-difiża; 3. It-twettiq tal-premju finali Brčko; 4. Sostenibilità fiskali (ippropagata minn ftehim dwar metodoloġija ta' koeffiċjent permanenti tal-ITA u t-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali Fiskali); 5. It-tisħiħ tal-istat tad-dritt (ippruvat mill-adozzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali dwar il-Krimini tal-Gwerra, minn Liġi dwar il-barranin u l-ażil u minn Strateġija għar-Riforma tas-Settur Ġustizzjarju Nazzjonali).

    [6] Riċerka u Żvilupp; Edukazzjoni u kultura; politika dwar l-intrapriżi u l-industrija, relazzjonijiet esterni.

    [7] Skont ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

    [8] 1) L-Implimentazzjoni tar-riforma fil-pulizija b’konformità mal-ftehim ta’ Ottubru 2005 dwar ir-ristrutturar tal-pulizija, 2) kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY, 3) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha meħtieġa fix-xandir pubbliku, U 4) l-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv u l-kapaċità amministrattiva biex ikun jista’ jitħaddem kif suppost l-SAA.

    [9] Dawn ikopru ħames għanijiet: 1. Riżoluzzjoni aċċettabbli u sostenibbli dwar il-kwistjoni tat-tqassim tal-propjetà bejn l-Istat u livelli oħra tal-gvern; 2. Riżoluzzjoni aċċettabbli u sostenibbli ta’ propjetà għad-difiża; 3. It-twettiq tal-premju finali Brčko; 4. Sostenibilità fiskali (ippropagata minn ftehim dwar metodoloġija ta' koeffiċjent permanenti tal-ITA u t-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali Fiskali); 5. It-tisħiħ tal-istat tad-dritt (ippruvat mill-adozzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali dwar il-Krimini tal-Gwerra, minn Liġi dwar il-barranin u l-ażil u minn Strateġija għar-Riforma tas-Settur Ġustizzjarju Nazzjonali). 1) l-iffirmar tas-SAA u 2) qagħda politika stabbli

    [10] Taħt l-UNSCR 1244/99

    [11] taħt l-UNSCR 1244/99

    [12] Taħt l-UNSCR 1244/99

    Top