This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0507
Communication from the Commission to the Council on a negotiation mandate authorizing the Commission to negotiate an agreement between the European Atomic Energy Community (Euratom) and the Department of Energy of the United States of America (USDOE) in the field of nuclear security research and development
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari
/* KUMM/2008/0507 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari /* KUMM/2008/0507 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.8.2008 KUMM(2008) 507 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. (preżentati mill-Kummissjoni) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. Il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) ilhom jikkooperaw flimkien mill-1982 bil-għan li jtejbu u jsaħħu l-metodoloġiji u t-teknoloġiji meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji nukleari. Fl-1995, il-ftehim ġie emendat biex jinkludi l-impenn taż-żewġ partijiet fil-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom b’appoġġ għal pajjiżi terzi. L-għan ewlieni dak iż-żmien kien biex tiġi żgurata l-aqwa kollaborazzjoni possibbli bejn il-programm ta’ appoġġ għar-Russja u għal pajjiżi oħra ta’ l-eks Unjoni Sovjetika mwettaq miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta taħt il-patroċinju tal-Programm TACIS u programmi simili miftuħa mill-USDOE. L-iżvilupp tal-programm TACIS u s-suċċess ta’ din il-kollaborazzjoni wasslu liż-żewġ partijiet biex iwessgħu l-ambitu tal-kooperazzjoni tagħhom f’diversi oqsma li jmorru lil hinn mill-kuntest tas-salvagwardji nukleari, u jkopru wkoll attivitajiet marbuta mar-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari. Il-Kummissjoni tqis li dan it-twessigħ ta’ l-ambitu jesiġi qafas ġuridiku xieraq. L-importanza li ħadu fuqhom kwistjonijiet ta’ sigurtà b’mod [enerali u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tranżatlantika wasslu għal kuntest politiku li huwa partikolarment favorevoli għal din il-kollaborazzjoni mwessa’. Kollaborazzjoni bħal din diġà hija fis-seħħ fil-kuntest tal-Forum Internazzjonali tar-IV Ġenerazzjoni (GIF) u huwa propost li din tissaħħaħ fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali Euratom/USA. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kunsill huwa mistieden biex: - Jawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ u twettaq negozjati ma’ l-USDOE dwar it-twessigħ tal-ftehim ta’ l-1995 biex jinkludi r-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari, billi dan ta’ l-aħħar jiġi ssostitwit skond l-Artikolu 101(2) tat-Trattat tal-Euratom. - Jadotta l-abbozz tal-mandat għan-negozjar fl-anness. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Dwar mandat ta’ negozjar li jawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-memorandum tal-Kummissjoni, Billi: (1) Ġie ffirmat ftehim fis-6 ta’ Jannar 1995 bejn il-Euratom u l-USDOE fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fis-salvagwardji tal-materjal nukleari, (2) Dan il-ftehim jeħtieġ li jiġi emendat biex jitwessa’ għall-aspetti kollha tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari, (3) Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja ftehim, li jissostitwixxi l-ftehim ta’ l-1995, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata, f’konformità mal-mandat anness ma’ din id-Deċiżjoni, li tinnegozja Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. Dan il-Ftehim se jemenda u jissostitwixxi l-ftehim iffirmat fis-6 ta’ Jannar 1995. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz ta’ mandat għan-negozjar għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u d-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USDOE) fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. 1. Suġġett L-għan ta’ dawn in-negozjati huwa li jiġi emendat il-ftehim ta’ l-1995 li l-qasam tiegħu huwa limitat għas-salvagwardji nukleari, u b'mod partikolari biex l-ambitu tiegħu jiġi estiż għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurt à nukleari. Dan il-ftehim se jiġi konkluż skond l-Artikolu 101(2) tat-Trattat tal-Euratom. Dan il-ftehim se jemenda u jissostitwixxi l-ftehim iffirmat fis-6 ta’ Jannar 1995. 2. Qasam ta’ kooperazzjoni Il-kooperazzjoni taħt dan il-ftehim se tkopri r-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari. Se tingħata attenzjoni partikolari għat-taħriġ u l-koordinazzjoni tal-programmi li jimplimentaw iż-żewġ partijiet b’appoġġ għal pajjiżi terzi. 3 Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ l-1995 dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tas-salvagwardji għall-materjal nukleari se jerġgħu jiġu adottati. Madankollu se jkunu adattati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba minn dak iż-żmien. 4. Relazzjonijiet ma' l-Istati Membri Ġeneralment, il-Kummissjoni se tiżgura koordinazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri attivi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tas-sigurtà nukleari. Barra minn hekk, l-Istati Membri li huma lesti jagħmlu dan jistgħu jkunu assoċjati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, skond il-modalitajiet li ġejjin: - Kwalunkwe Stat Membru jew organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza ta’ Stat Membri li jkun jixtieq jikkoopera mal-USDOE fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u t-taħriġ tas-sigurtà nukleari jkun jista’, bi ftheim mal-Kummissjoni, juża dan il-ftehim billi jirrispetta l-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. - L-attivitajiet ta’ taħriġ li se jkunu organizzati taħt dan il-ftheim se jkunu miftuħa għal kwalunkwe Stat Membru jew kwalunkwe organizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza ta’ Stat Membru li jagħmel talba motivata lill-Kummissjoni u skond il-modalitajiet li se jiġu ddefiniti skond il-każ.