This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0389
Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - Single European sky II: towards more sustainable and better performing aviation {SEC(2008) 2082}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u llll-Kumitat tar-Reġjuni - L-ajru uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar {SEG(2008) 2082}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u llll-Kumitat tar-Reġjuni - L-ajru uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar {SEG(2008) 2082}
/* KUMM/2008/0389 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u llll-Kumitat tar-Reġjuni - L-ajru uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar {SEG(2008) 2082} /* KUMM/2008/0389 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 25.6.2008 KUMM(2008) 389 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LlLL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-Ajru Uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar {SEG(2008) 2082} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LlLL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-Ajru Uniku Ewropew II: lejn avjazzjoni aktar sostenibbli u prestazzjoni aħjar 1. L-Introduzzjoni Iż-żieda qawwija fit-talba għat-trasport bl-ajru qiegħda tisforza l-kapacità ta' l-infrastruttura: 28 000 titjira kuljum minn 4 700 inġenju ta' l-ajru qegħdin iwasslu ‘l-ajruporti u l-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru (ATM) sal-limiti tagħhom. Il- frammentazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru tostakola l-aħjar użu tal-kapaċità u titfa’ piż finanzjarju bla bżonn fuq l-avjazzjoni. Ir-rekwiżiti tas- sikurezza għandhom jissaħħu b'mod parallel maż-żieda fit-traffiku. Iż-żieda fl-għarfien ambjentali qegħda ukoll tagħmel pressjoni fuq l-avjazzjoni biex tagħti xhieda l- prestazzjoni ambjentali tagħha. Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet il-Kummissjoni ħarġet b'pakkett ta' proposti. L-ewwel, il- leġislazzjoni ta' l-Ajru Uniku eżistenti għandha bżonn issir iktar sensittiva biex titratta l-isfidi ambjentali u tal-prestazzjoni. It-tieni, il-programm SESAR (Single European Sky ATM Research) għandu jipprovdi t-teknoloġija tal-futur. It-tielet, il-kompetenza ta' l- Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (EASA) għandha tkun estiża għall-ajrudromi, għall-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru u għas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru. Ir-raba', il-' pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti ' għandu bżonn jiġi implimentat. 2. L-Ajru Uniku Ewropew I: Bażi għal bidla [1] L-ADDOZZJONI TAL-LEġISLAZZJONI TA' L-AJRU UNIKU EWROPEW FL-2004 (SES I) ġAB IL-ġESTJONI TAT-TRAFFIKU TA' L-AJRU FL-AMBITU TAL-POLITIKA KOMUNI TAT-TRASPORT. MADANKOLLU, AJRU VERAMENT 'UNIKU' KIEN GħADU MA NKISIBIX. 2.1. Ir-riżultati tas-SES Il-'metodu Komunitarju' (il-process standard tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE) diġà ta l-ewwel riżultati tiegħu. Qafas istituzzjonali, li jħaddan fih il-Kumitat ta' l-Ajru Uniku, il-Korp tal-Konsultazzjoni Industrijal, id-djalogu soċjali[2] u l-Eurocontrol[3] twaqqaf u kien strumentali biex jiġu stabbiliti regoli. L-Ajru Uniku saħħaħ is-sikurezza. L-Istati Membri issa bdew jifirdu s-sorveljanza mill-għoti tas-servizz. L-għarfien dwar is-sikurezza inkorporat fir-Rekwiżiti Regolatorji tas-Sikurezza ta' l-Eurocontrol sar liġi Komunitarja. Sa mill-20 ta' Ġunju 2007, l-għoti tas-servizz tan-navigazzjoni ta' l-ajru kien suġġett għal ċertifikazzjoni. Twaqqfu standards ta' kompetenza għall-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru biex jiżguraw is-sikurezza tas-servizz offrut u jippermettu ġestjoni tar-riżorsi aktar flessibbli, bejn il-fruntieri nazzjonali wkoll. Standards sodi tal-kontabbiltà u l-adozzjoni ta' regolament dwar il-miżati jirrapreżentaw l-ewwel passi lejn l-effiċjenza ekonomika[4]. Sadattant, ittieħdu miżuri biex titħaffef l-innovazzjoni teknoloġika. Lil hinn mir-regoli ta' l-interoperabbiltà, il-proġett SESAR tnieda bħala l-parti teknoloġika u industrijali ta' l-Ajru Uniku Ewropew. Il-proġett huwa organizzat fi tliet fażijiet. Il-fażi ta' definizzjoni (2004-2008 ― €60miljun) raddet 'il-Pjan Majjistru għas-SESAR' għall-introduzzjoni tas-sistema futura tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru. Il-fażi li jmiss hija r-riċerka u l-iżvilupp tas-sistema, ġestita mill-Impriża Konġunta SESAR (2008-2016 — €2100miljun).L-użu se jsegwi b’bidu mill-2013. 2.2. Pass ieħor li għad irid jittieħed L-Ajru Uniku Ewropew għadu ma tax ir-riżultati mistennija f'oqsma importanti. Il-proċess ta' l-integrazzjoni fi blokki ta' spazju ta' l-ajru funzjonali, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali ltaqa' ma' ħafna ostakli, b'mod partikolari ostakli politiċi u ekonomiċi. B'mod żbaljat il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru huwa identifikat mas-sovranità: ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri (u l-obbligi assoċjati) għall-ispazju ta' l-ajru tagħhom u l-involviment tal-militar. Għalkemm il-kumplessità ta' dan l-argument hija rrikonoxxuta, minflok ma inkuraġġiet soluzzjonijiet ġodda għall-eżerċizzju tas-sovranità, kienet użata biex twaqqaf l-integrazzjoni transkonfinali. L-Istati Membri ma ħadux passi biex itejbu l- effiċjenza ta' l-ispiża . Kważi l-ebda progress ma huwa evidenti fl-effiċjenza totali tat-tfassil u l-użu tan- netwerk Ewropew ta' l-ajru. 3. L-isfidi għall-avjazzjoni Seħħew ħafna affarijiet mit-tnedija ta' l-Ajru Uniku fl-2000. Il-politika tat-tkabbir flimkien ma' politika tal-viċinat attiva, estendiet is-suq ta' l-avjazzjoni Ewropew għal 37 pajjiż b'iktar minn 500 miljun ċittadin[5]. L-espansjoni tas-suq uniku ta' l-avjazzjoni qegħda tibdel l-UE f'attriċi globali. Minn Lulju 2002, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (EASA) kellha r-responsabbiltà li tiżgura livell għoli u uniformi ta' sikurezza. Iktar minn hekk, it-tisħin globali qiegħed joħloq tħassib ambjentali. 3.1. Is-sostenibbiltà ta' l-avjazzjoni Ix-xjenza ta' llum tipponta lejn l-attività umana bħala s-sors ewlieni tal-bidla fil-klima. L-inġenji ta' l-ajru jħallu impatt fuq l-istorbju u l-emissjonijiet. L-avjazzjoni preżentament tgħodd għal 3% ta' l-emissjonijet tas-CO2 kollha fl-Ewropa, imma qegħda żżid b'pass mgħaġġel. Biex tikkumplimenta l-Iskema ta' l-Iskambju ta' l-Emissjonijiet tal-Komunità u l-isforzi fir-riċerka[6], il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru għandha tikkontribwixxi wkoll għall-avjazzjoni sostenibbli . L-inġenji ta' l-ajru għandhom ikunu jistgħu jsegwu l-iqsar rotot bl-aħjar profili tat-titjira[7]. Grafika 1: Il-ħtieġa għal rotot iqsar Irqajja’ ta’ rotot nazzjonali : L-inġenji ta' l-ajru ma jtirux f’linja dritta minn punt għall-ieħor. [pic] Rotot iqsar jiffrankaw kważi 5 miljun tunnellata ta' CO2 fis-sena. Bħala medja, l-inġenji ta' l-ajru jtiru 49 km aktar milli huwa strettament meħtieġ minħabba l-frammentazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru. 63% ta' l-ineffiċjenzi tar-rotot jistgħu jissolvew fi ħdan il-konfini tal-pajjiż. Madankollu, l-Istati Membri qegħdin isibuha bi tqila biex isolvu l-frammetazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru. Ir-rotot jiddeterminaw minn fejn jiġi d-dħul ta' l-operaturi tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru[8]. L-Istati Membri għandhom jallokaw żoni għall-eżerċizzju militari, imma żoni storikament imwarrba evolvew f'żoni bl-iktar traffiku dens. Il-proċess preżenti mhux robust biżżejjed biex itejjeb it-tfassil tan-netwerk. Il-ġestjoni tat-traffiku qrib l-ajruporti ssofri mir-regola ta' “min jasal l-ewwel, jinqeda l-ewwel” u mill-inkonsistenzi ta' bejn l-operaturi ta' l-ajruporti u tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru. L-islots ta' l-ajruporti[9] huma allokati b' mod independenti mill-pjanijiet tat-titjira[10]. In-nuqqas ta' approċċ olistiku għan-netwerks iwassal għal storbju u emessjonijiet bla bżonn. Kollox ma’ kollox, it-titjib fil-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru, kif ukoll fl-operazzjonijiet ta' l-ajruport, jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet b'xi 7% sa 12% għal titjira medja, jew 16-il miljun tunnellata ta' CO2 kull sena. Tabella 1: L-iffrankar f'ħin (minuti) u l-fjuwil (kg) minn titjib fit-tħaddim tat-titjiriet. Ħin | Fjuwil | Fjuwil bħala % ta' titjira medja | Rotot iqsar | 4 min | 150 kg | 3.7% | Profil imtejjeb tat-titjira | 0.0min | 23 kg | 0.6% | Proċeduri ta’ resqien aħjar | 2 – 5 minuti | 100 – 250 kg | 2.5 – 6% | Ħidmiet imtejba ta’ l-ajrudrom | 1 – 3 minuti | 13 – 40 kg | 0.3 – 0.9% | L-iffrankar totali għal titjira | 8 – 14 minuti | 300 – 500 kg[11] | 7 – 11% | Il-medja għal titjira fi ħdan l-UE | 96 min | 3 000 kg | 100% | Is-sors: Ir-rapport ta’ Reviżjoni tal-Prestazzjoni, 2007, p. 58 3.2. Il-prestazzjoni ta' l-għoti tas-servizz tan-navigazzjoni Ir-reġim awtoregolatorju preżenti jwassal għal eżekuzzjoni mlaqqta. B'mod ġenerali, il-prestazzjoni tajba ta' xi atturi tintefa mill-prestazzjoni fqira ta' oħrajn. 3.2.1. Is-sikurezza Is-sikurezza qatt ma tista' tittieħed bħala fatta. L-Ewropa tista' tiftaħar bi primat fis-sikurezza, imma l-proċessi tas-sikurezza jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u l-ġestjoni tas-sikurezza tat-traffiku u tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jitjiebu u jsibu sett komuni ta' regoli żviluppati minn awtorità waħda u implimentati b'mod uniformi u obbligatorju minn kulħadd. Għall-arjudromi, jeżistu regoli ta' l-ICAO, imma ma joħolqux il-kundizzjonijiet indaqs meħtieġa. B'mod ġenerali, is-settur ta' l-avjazzjoni huwa nieqes minn approċċ għas-sikurezza konsistenti. Din ifixkel ukoll is-sorveljanza effettiva tas-sikurezza. Kollox ma’ kollox, minkejja r-rekord ta' sikurezza tajjeb, hemm bżonn li jiżdied il-livell tas-sikurezza b'mod parallel maż-żieda fit-traffiku. 3.2.2. L-effiċjenza tat-titjira In-netwerk tar-rotot Ewropej kurrenti għadu amalgazzjoni tar-rotot nazzjonali. It-tfassil tar-rotot huwa f'ħafna każi r-riżultat ta' kunsiderazzjonijiet storiċi nazzjonali. Ir-rotot għal titjiriet intraEwropej huma xi 15 % inqas effeċjenti mir-rotot tat-titjiriet domestiċi. Barraminhekk, in-netwerk tar-rotot mhix dejjem konformat tajjeb mat-traffiku Ewropew. L-iqsar rotot disponibbli m'humiex qed jintużaw biżżejjed minħabba nuqqas ta' informazzjoni f’ħin reali preċiża[12]. L-ispazju ta' l-ajru huwa riżorsa skarsa, li trid tissodisfa l-ħtiġijiet ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru ċivili u militari. L-użu effiċjenti tiegħu jiddependi minn kif il-fażijiet kollha tat-titjira, inkulżi l-ippjanar u l-preparazzjoni xierqa, ikunu integrati f'operazzjonijiet ta' l-arju u ta' l-art bla kumenti u minn kif jiġu moqdija l-utenti ġodda bħal vetturi ta' l-arju bla bdot jew jetts żgħar ħafna. L-inġenji ta' l-ajru għandhom għalhekk użaw rotot iqsar u aħjar biex itejbu s-sostenibbiltà ta' l-avjazzjoni. 3.2.3. Il-kapaċità/id-dewmien Id-dewmien drammatiku tat-titjiriet fl-1999 kienu l-okkażjoni diretta biex jitnieda l-Ajru Uniku. Is-sitwazzjoni minn dak iż-żmien irranġat, wara t-tnaqqis fit-traffiku kkawżat mill-11 ta' Settembru u s-SARS, imma d-dewmien reġa’ beda jiżdied b'mod kostanti fl-aħħar snin: il-kapaċità mhix iżżomm il-pass maż-żieda fid-domanda. Id-dewmien iġib miegħu prezz għali għall-operaturi, għall-pubbliku li jtir u għall-ekonomija kollha[13]. Id-dewmien jindika nuqqas ta' kapaċità jew użu ineffiċjenti tagħha. Il-proviżjoni tal-kapaċità teħtieġ strateġija fit-tul bi ppjanar effettiv u impenn lejn l-implimentazzjoni sħiħa u fil-ħin. Strateġija bħal din għandha tqis il-kawżi kollha għad-dewmien, fosthom il-ġestjoni taċ-ċirkolazzjoni, il-kapaċità tal-kontroll jew l-iskedar fl-ajruport. Barra dan, għandu jkun hemm kapaċità biex wieħed jintervjeni biex isolvi l-punti ta' konġestjoni li joħolqu effetti anċillari matul in-netwerk kollu. 3.2.4. L-effiċjenza ta’ l-ispiża Il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru huwa servizz ta' interess ġenerali pprovdut minn monopolju naturali . Filwaqt li l-kompetizzjoni fl-avjazzjoni naqset l-ispejjeż u wasslet għal prezzijiet tal-biljetti aktar affordabbli, l-ispiża relattiva tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru żdiedet Il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru bħal issa jgħodd għal bejn 8 u 12 % tal-prezz tal-biljett. Filwaqt li l-liġi Komunitarja tippermetti lill-Istati Membri biex jużaw inċentivi biex itejbu l-effiċjenza tan-nefqa, ħadd ma għamel hekk mill-2004[14]. Waqt li xi fornituri tas-servizz qegħdin jorjentaw ruħhom aktar lejn l-effiċjenza ta' l-ispiża, hemm ħafna spazju għal titjib. L-ispejjeż fissi, l-aktar spejjeż ta' appoġġ, għandhom igawdu minn ekonomiji ta' l-iskala. Fuq kollox, il-produttività tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru għandha titjieb[15]. Fil-fatt, minkejja n-natura teknika tiegħu, il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru jibqa' sengħa. Il-kontrolluri u l-bdoti għadhom jużaw komunikazzjoni vokali bir-radju. Waqt li l-kabini tal-bdot saru awtomatizzati, il-kontrolluri ftit li xejn bidluh il-metodu ta' xogħolhom. Iż-żidiet fit-traffiku jiġu affrontati b'żieda proporzjonali fit-tagħmir u l-ħaddiema, u għalhekk fl-ispejjeż: il-kapaċita hija prinċipalment imkabbra bil-ftuħ ta' 'setturi' ġodda mħaddma minn żewġ kontrolluri. Fil-limiti li fihom operat l-ATM s'issa, kien hemm ukoll titjib fil-prestazzjoni grazzi b'mod partikolari għall-kontribuzzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru u l-ħaddiema. 3.3. Il-frammentazzjoni Is-sistema tal-kontroll ta' l-ajru Amerikana tħaddem id-doppju tat-titjiriet b'baġit simili minn xi 20 ċentru ta' kontroll. Il-frammentazzjoni fis-sistema Ewropea hija riżultat ta' storja fejn il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kien assoċjat mill-qrib mas-sovranità u għalhekk ristrett fi ħdan il-fruntieri nazzjonali. Il-frammentazzjoni għandha diversi konsegwenzi: bosta minn madwar 60 ċentru ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa humataħt id-daqs ekonomiku ottimali; id-duplikazzjoni tas-sistemi minħabba l-adozzjoni mhux sinkronizzata tal-bidla teknoloġika u l-akkwist frammentat, li jwasslu għal spejjeż ta' manutenzjoni u kontinġenza għoljin għal tagħmir li mhux interoperabbli; l-ispejjeż tar-riċerka, it-taħriġ u l-amministrazzjoni huwa disproporzjonatament għoljin. Il-frammentazzjoni tiswa €1 biljun kull sena. 4. Sejħa għall-azzjoni: L-ewropa għandha tipprovdi sema bla konfini L-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-passiġġieri jħallsu prezz bla bżonn għall-ineffiċjenzi fil-katina ta' l-avjazzjoni, f'ħin, ħruq ta' fjuwil u flus. L-SES I ħeġġet l-industrija tieħu azzjoni, imma l-Istati Membri ma użawx biżżejjed l-istrumenti pprovduti biex itejbu l-prestazzjoni: l-għażla tal-fornituri tas-servizz, l-użu ta' inċentivi ekonomiċi, il-ftuħ għas-suq, it-tibdil fl-istrutturi tar-rotot, it-twaqqif ta' taqsimiet ta' l-ispazju ta' l-ajru funzjonali, eċċ[16]. Għalhekk il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni ssejjaħ għal miri kwantifikati . Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-qafas regolatorju futur ta' l-avjazzjoni[17] jsejjaħ għall-użu konsistenti tal-' metodu Komunitarju ', b'deċiżjonijiet meħuda f'livell Ewropew b'votazzjoni b’ maġġoranza kwalifikata, waqt li l-implimentazzjoni titħalla f'idejn sħubija b'saħħitha bejn l-Istati Membri u l-Komunità. Sabiex tagħmel l-ajru Ewropew iktar sikur u iktar sostenibbli, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta' proposti. L-erba' regolamenti tas-SES jeħtiġilhom ikunu emendati biex jintroduċu qafas ta' prestazzjoni li jiffissa miri kwantifikati. L-estensjoni tal-kompetenzi ta' l-EASA biex ikopru l-ħoloq kollha fil-katina tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ser itejbu s- sikurezza . L-approvazzjoni tal-Pjan Majjistru ta' l-ATM ser tħaffef l-innovazzjoni teknoloġika . Il-pjan ta' azzjoni għall-ajruporti ser jaffronta l- kapaċità fl-ajru u fuq l-art. Is-suċċess ta' dawn il-proposti jiddependi ħafna fuq l- involviment intens tal-partijiet interessati, b'mod partikolari l-militar u l-ħaddiema. Politika komuni tat-trasport għall-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru hija bbażata fuq sistema ċivili, li fiha l-Istati Membri għandhom jintegraw l-interessi tad-difiża. Dan jeżiġi l-involviment mill-qrib tal- militar fil-qafas istituzzjonali. Il-Kumitat ta' l-Ajru Uniku, b'parteċipazzjoni militari adegwata, hawnhekk se jieħu rwol strateġiku. Il-kwalità tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru tiddipendi fuq il- kompetenza tal-persunal. 'Kultura ġusta' hija l-bażi tal-politika tas-sikurezza. Il-partijiet interessati kollha f'din il-katina ta' rappurtar għandhom jikkontribwixxu għal din il-kultura ġusta. F'termini aktar ġeneriċi, l-industrija tat-traffiku ta' l-ajru ser tgħaddi minn tibdil strutturali. Din l-evoluzzjoni għandha tkun ġestita b'mob adegwat. Għalhekk id- dimensjoni soċjali għandha titħeġġeġ aktar biex tiżgura l-involviment tal-persunal. 5. L-ewwel pilastru: Ir-regolamentazzjoni tal prestazzjoni Il-proposti, li jibnu fuq l-SES I, hawnhekk isaħħu l-istrumenti eżistenti u jipprovdu qafas regolatorju. L-ewwel miżura tintroduċi sistema ta' regolamentazzjoni tal-prestazzjoni billi tistabbilixxi miri. It-tieni taċċellera l-inizjattivi biex tintegra l-forniment tas-servizzi fi ħdan taqsimiet ta' l-ispazju ta' l-arju funzjonali bħala mezz kif jintlaħqu l-miri. It-tielet, it-tisħiħ tal-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk ser jikkontribwixxi direttament biex titjieb il-prestazzjoni tan-netwerk kollu. 5.1. L-ixprun tal-prestazzjoni tas-sistema ta' l-ATM Korp għar-reviżjoni tal-prestazzjoni indipendenti jissorvelja u jevalwa l-prestazzjoni tas-sistema. Huwa jiżviluppa indikaturi għad-diversi oqsma ta’ prestazzjoni u jipproponi miri għall-Komunità kollha (id-dewmien, it-tnaqqis ta' l-ispiża, it-tqassir ta' rotot). Il-partijiet interessati ser ikunu jistgħu jipprovdu osservazzjonijiet dwar it-tiswir u l-għażla ta' l-indikaturi biex tiżdied l-aċċettazzjoni ġenerali. L-awtoritajiet Nazzjonali tas-Sorveljanza huma wkoll imħeġġa jikkummentaw, possibbilment billi jifformaw laqgħa komuni rappreżentattiva biex ikun hemm skambju ta' fehmiet. Il- Kummissjoni tapprova l-miri tal-prestazzjoni u tgħaddihom lill-awtoritajiet nazzjonali tas-supervizjoni. Dawn jorganizzaw konsultazzjonijiet wiegħin, notevolment ma' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, biex jiftehmu fuq proposti għall-miri nazzjonali/reġjonali konsistenti mal-miri tan-netwerk kollu. Il-miri miftehma huma vinkolanti .It-tariffi tar-rotot imħallsin lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru[18] ser ikunu wżati bħala inċentivi biex jiżguraw il-kredibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-prestazzjoni. 5.2. Il-faċilitazzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-forniment tas-servizz L-isfida hija biex il-firxa wiesgħa ta' l-inizjattivi preżenti għal taqsimiet ta' l-ispazju ta' l-ajru funzjonal itinbidel fi strumenti ġenwini ta' integrazzjoni reġjonali biex jitlaħqu l-miri tal-prestazzjoni. Għal issa, il-Kummissjoni ser iżżomm l-approċċ 'minn isfel għal fuq' biex tistabbilixxi taqsimiet ta' spazju ta' l-ajru funzjonali[19]. Il-Kummissjoni ser tappoġġja l-inizjattivi preżenti biex jistabbilixxu taqsimiet ta' l-ispazju ta' l-ajru funzjonali billi: - Tistabbilixxi skadenzi stretti għall-implimentazzjoni (l-aktar tard sa tmiem l-2012); - Twessa' l-ambitu biex l-ispazju ta' l-ajru jitbaxxa sa l-ajruport; - Tneћћi l-ostakli ġuridiċi nazzjonali u istituzzjonali. 5.3. It-tisħiħ tal-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk Il-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk tgħin lill-fornituri tas-servizz u l-utenti jsibu l-aħjar soluzzjonijiet gate-to-gate minn perspettiva ta' netwerk Ewropew li tikkomplementa r-regoli tal-prestazzjoni. Tinkludi firxa ta' ħidmiet eżerċitati minn atturi differenti fosthom: - It-Tfassil tan-Netwerk tar-Rotot Ewropej: Jiżgura li s-soluzzjonijiet tat-tfassil lokali huma konsistenti mar-rekwiżiti ta' l-effiċjenza tan-netwerk Ewropej fi ħdan politika multi-modali u li l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru jistgħu jtiru l-aħjar trajettorji; - L-Użu ta' Riżorsi Skarsi: Jiġi ottimizzat l-użu ta' riżorsi skarsi b'inventarju ċentralizzat ta' dawn ir-riżorsi, bi ħsieb li jingħelbu sitwazzjonijiet lokali xi kultant konfliġġenti; - Il-Ġestjoni taċ-Ċirkolazzjoni tat-Traffiku, koordinazzjoni ta' l-islott u l-allokazzjoni: L-islots huma allokati bħala funzjoni tal-'ħin tal-wasla meħtieġ' biex jiżguraw il-prevedibbiltà; - Il-ġestjoni ta' l-impelentazzjoni tat-teknoloġiji tas-SESAR u x-xiri ta' l-elementi infrastrutturali ma' l-Ewropa kollha: tiżgura d-disponibbiltà sinkronizzata u konsistenti ta' tagħmir adattat u l-ġestjoni tan-netwerks ta' l-informazzjoni[20]. Il-modalitajiet għall-esekuzzjoni ta' dawn il-funzjonijiet ser ikunu żviluppati f'regoli tal-implimentazzjoni, li jingarantixxu l-imparzjalità ta' l-interess pubbliku u jiżguraw l-involviment xieraq ta' l-industrija. Il-ġestjoni tan-netwerk għandha wkoll tippermetti l-interoperabiltà u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien. 6. It-tieni pilastru: Qafas ta' sikurezza uniku Iż-żieda kontinwa tat-traffiku ta' l-ajru fl-Ewropa, il-limitazzjonijiet indotti tal-kapaċità, il-konġestjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru u ta' l-ajrudromi, kif ukoll l-użu progressiv tat-teknoloġiji ġodda kollha jsejħu għal approċċ komuni Ewropew għal żvilupp armonizzat tar-regolamenti tas-sikurezza u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom biex isostnu jew ukoll itejbu l-livell tas-sikurezza ta' din l-attivita industrijali. Madankollu, id-differenzi fl-applikazzjoni ta' u l-konformità ma' regoli li ma jorbtux fl-Istati Membri kollha wassal għal proċessi diverġenti u livell differenti ta' l-istandards tas-sikurezza. L-Ewropa diġà ddecidiet fl-2002 li t-tweġiba adegwata għal dawn l-isfidi tas-sikurezza kellha tkun fit-twaqqif ta' entità waħda u unika Ewropea tas-sikurezza, magħrufa bħala l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(EASA). Il-kompetenzi tagħha żviluppaw progressivament minn dak iż-żmien biex tkopri l-oqsma taċ-ċertifikazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru, l-operazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-liċenzjar ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru. Ir-responsabbiltajiet għall-mekkaniżmi reletati ta' l-ispezzjoni biex jikkontrollaw il-konformità ta' l-Istati Membri u l-impriżi tagħhom ikabbru l-ambitu tal-kompetenza. B'segwitu ta' dan l-approċċ il-Kummssjoni tipproponi li testendi l-kompetenza ta' l-Aġenzija għall-oqsma prinċipali li fadal tas-sikurezza ta' l-ajrudromi u tal-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru / is-Servizzi tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru. Dan il-pilastru għalhekk jistipula l-element tas-sikurezza ta' l-isforz ta' l-Ajru Uniku Ewropew. 7. It-tielet pilastru: Bieb miftuħ għat-teknoloġiji ġodda Is-sistema tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru preżenti qegħda tiġġebbed sal-limiti tagħha, taħdem b'teknoloġiji li għada żmienhom u tbati mill-frammentazzjoni. L-Ewropa għandha taċċellera l-iżvilupp tas-sistemi tagħha biex twieġeb għall-isfidi u tissinkronizza l-implimentazzjonijiet fl-arja u fl-art. Is-SESAR għandu jtejjeb il-livell tas-sikurezza b'għaxar darbiet, kapaċi jlaħħaq ma' żieda ta' tielet darbiet b'nofs l-ispiza tal-lum għal kull titjira. Il-kunċett operazzjonali tal-futur jirrappreżenta bidla fil-mudell, bil-ħolqien ta' forma ta' sistema ta' informazzjoni kollaborattiva għall-operazzjonijiet ta' l-avjazzjoni. Il- Pjan Majjistru SESAR , li huwa parti minn dan il-pakkett, huwa bbażat fuq ir-riżultati tal-fażi ta' definizzjoni (2004-2008) u jagħti bidu għall-fażi ta' l-iżvilupp (2008-2013). Abbażi ta' dan il-Pjan Majjistru l-Kummissjoni ser tipprepara proposta għal Pjan Majjistru Ewropew għall-ATM, biex ikun approvat mill-Kunsill kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 li jistabbilixxi l-Impriża Komuni SESAR. 7.1. Ħarsa lejn il-futur L-operazzjonijiet ta' l-avjazzjoni huma r-riżultat aħħari ta' serje ta' interazzjonijiet komplessi bejn l-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru (ċivili u militari), l-ajruporti, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru, il-ġestjoni taċ-ċirkolazzjoni reġjonali u ċentrali. Il-grad safejn dawn il-partijiet interessati huma kapaċi jintegraw l-informazzjoni dwar l-operazzjonijet tagħhom biex iżidu l-prevedibbiltà, jiddetermina l-prestazzjoni tan-netwerk. Il-prevedibbiltà teħtieġ l-integrazzjoni tas-sistema kollha u l-bdil ta' l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ippjanati u fil-ħin reali li tkopri l-fażijiet kollha tat-titjiriet, mill-mument li jinxtegħlu l-magni sa x'ħin jerġgħu jintfew. Il-punt ta' tluq għall-organizzazzjoni tal-operazzjoniet ta' l-ajru huwa l-ħin tal-wasla meħtieġ. Is-sistema tikkalkula l-aħjar rotta tat-tajran ('trajettorji kummerċjali' [ business trajectory ]) bħala funzjoni tal-ħin tal-wasla fl-ajruport. It-trajetorji jinħolqu bħala continuum, li jkopri l-fażijiet kollha ta' titjira, mill-ippjanar tat-titjira, sal-ħatt ta' l-arjuplan fid-destinazzjoni tiegħu. Il-ġestjoni ta' l-operazzjonijiet ta' l-ajru u ta' l-operazzjonijet fl-art huwa għalhekk integrati biex ikun evitat kwalunkwe telf ta' ħin. L-operaturi ser ikollhom inċentiv biex iżommu ma' l-operazzjonijet ippjanati: l-operazzjonijet li jżommu l-ħin jieħdu prijorità sabiex titnaqqas is-sensittività tas-sistema għad-dewmien sekondarju. Il-ġestjoni dinamika taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru tadatta l-istrutturi ta' l-ispazju ta' l-ajru għad-densità taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku. Huwa parti minn firxa iktar wiesgħa tal-funzjonijet tal-ġestjoni tan-netwerk. żgurar ta' l-aħjar tfassil tan-netwerk tar-rotot; faċilitazzjoni biex l-informazzjoni neċessarja tgħaddi mill-ħoloq kollha fil-katina ta' l-avjazzjoni operattiva. it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tat-tagħmir u s-sistemi relevanti u l-organizzazzjoni għall-akkwisti; u l-allokazzjoni tar-riżorsi skarsi, bħall-ispazju ta' l-ajru, l-islots tar-runway, il-kodiċijiet u l-frekwenzi tat-transponder. 7.2. Lejn l-implimentazzjoni b'suċċess tas-SESAR L-implimentazzjoni b'suċċess tas-SESAR hija responsabbiltà kollettiva u titlob l-impenn tal-komunità ta' l-avjazzjoni kollha. Il-fażi ta' l-iżvilupp tpoġġi l-bażi għall-għodda u t-teknoloġiji aktar avanzati. L-Impriża Komuni tikkoordina u tistruttura l-iżvilupp, tegħleb il-frammentazzjoni bl-isforzi fir-riċerka, kif ukoll billi tgħarbel il-proġetti li jkunu għaddejjin għar-rilevanza tagħhom għas-SESAR. Pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet tagħha. Il-valur miżjud reali tas-SESAR ser jiġi bl-implimentazzjoni, meta l-prodotti tas-SESAR, la darba vvalidati fil-livell Ewropew bl-appoġġ ta' xi tip ta' struttura ta' koordinazzjoni ta' l-awtoritajiet superviżuri, jiġu varati b'mod koordinat u sinkronizzat fil-qafas ġuridiku tal-Komunità. Dan ser isolvi l-frammentazzjoni tat-tagħmir għall-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni ta' l-ajru kif ukoll ta' l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, u jħaffef il-pass tal-progress teknoloġiku. Il-proċess ta' l-implimentazzjoni ser jeħtieġ strutturi solidi ta' governanza, li jirriflettu n-natura ta' l-attivitajiet u jibbilanċjaw l-interessi tal-komunità ta' l-avjazzjoni. Il-Kummissjoni ser tressaq proposta għal struttura bħal din. 8. Ir-raba' pilastru: il-Ġestjoni tal-kapaċità fl-art Il-Parlament Ewropew[21] u l-Kunsill[22] approvaw ' il-pjan ta' azzjoni għall-kapaċità ta' l-ajruporti, l-effiċjenza u s-sikurezza fl-Ewropa' [23]. L-investimenti neċessarji fil-kapaċità ta' l-ajruporti jeħtieġu li jsiru. Sabiex takkomoda ż-żieda fid-domanda tat-traffiku ta' l-ajru, il-kapaċità ta' l-ajruporti jeħtiġilha tibqa' konformi mal-kapaċità ta' l-ATM biex iżżomm l-effiċjenza kollha tan-netwerk. Il-pjan ta' azzjoni fih għalhekk diversi miżuri biex itejjeb il-produzzjoni u jottimizza l-ippjanar ta' l-infrastutturi ta' l-ajruporti, filwaqt li jgħolli l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali. 8.1. L-użu aħjar ta' l-infrastrutturi eżistenti It-teknoloġiji l-ġodda, derivati mis-SESAR, ser itejbu s-sikurezza u l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet ta' l-ajruporti. Ma' dan, il-Kummissjoni ser tressaq miżuri biex jiżguraw il-konsistenza bejn l-islots ta' l-ajruporti u l-pjani tat-titjiriet. 8.2. It-titjib ta' l-ippjanar ta' l-infrastruttura Ir-restrizzjonijiet ekonomiċi u ambjentali, flimkien ma' termini ta’ żmien twal għal infrastruttura ġdida, ifissru li għandha tingħata prijorità biex ikun imtejjeb kemm jista' jkun l-użu tal-kapaċitajiet eżistenti. Dawn il-miżuri jfissru li l-ippjanar ta' l-art u l-ippjanar fit-tul ta' l-ajruporti ser ikunu magħmulin simultanjament biex jikkonsidraw aħjar ir-restrizzjonijet ambjentali . Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ser tipproponi t-tisħiħ separat tar-regoli dwar l-istorbju fl-ajruporti ta' l-UE[24]. 8.3. Il-promozzjoni ta' l-intermodalità u t-titjib fl-aċċess għall-ajruporti. Il-konġestjoni fl-ajruporti u l-kontrolli tas-sikurezza aktar ibsin qed jagħmlu l-ferroviji ta’ veloċità għolja aktar kompetittivi. Madankollu, l-ajruporti jistgħu jibbenefikaw mill-iżvilupp mgħaġġel tan-netwerk tal-ferroviji ta' veloċità għolja. Koordinazzjoni mill-qrib ma' l-ippjanar tan-networks tal-linji tal-ferrovija u t-toroq ser jiżguraw it-tfassil u l-bini ta' netwerk tat-trasport verament komplementari bl-inqas nefqa. 8.4. L-Osservatorju tal-Komunità dwar il-kapaċità ta' l-ajruporti. Il-Kummissjoni ser twaqqaf Osservatorju, magħmul mill-Istati Membri, l-awtoritajiet relevanti u l-partijiet interessati, biex jiskambjaw u jissorveljaw id-dejta u l-informazzjoni dwar il-kapaċità sħiħa ta' l-ajruporti. Dan l-Osservatorju, li għandu jibda jaħdem f'nofs l-2008, ser ikun il-forum xieraq fejn il-parijiet kwalifikati jistgħu jressqu u jiddiskutu l-veduti tagħhom. Ser ikun f'pożizzjoni li jasal għal opinjonijiet ibbilanċjati u konsolidati biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kapaċtà ta' l-ajruporti tal-Komunità. L-Osservatorju ser ukoll jassisti f'ħidmiet tal-ġestjoni tan-netwerk. 9. Il-Konsegwenzi għall-Eurocontrol L-istruttura regolatorja u l-forniment ta' xi ħidmiet tan-netwerk ċentrali għall-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru jibqgħu suġġetti għal ftehim intergovernattiv. Madankollu, qafas intergovernattiv ma jistax jipproduċi kundizzjonijiet ugwali fejn l-avjazzjoni tista' timraħ għax ir-regoli ma jistgħux jiġu infurzati. L-Eurocontrol bħalissa jikkontribwixxi f'xi ħidmiet tal-ġestjoni tan-netwerk. Ir-riforma interna ta' l-organizzazzjoni għandha ġġib l-istrutturi ta' governanza konformi ma' l-Ajru Uniku Ewropew, bi ħsieb li (i) jikkonformaw mar-rekwiziti għall-ħidmiet tan-netwerk; u (ii) isaħħu l-involviment ta' l-industrija b'konformità mal-politika komuni tat-trasport. F'każ li r-riforma tiġi implimentata, il-Kummissjoni bi ħsiebha ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Eurocontrol biex timplimenta l-politiki tagħha. L-ewwel pass biex jintlaħaq dan l-għan ikun ftehim ta' qafas. Dan iqis in-natura panEwropea ta' l-organizzazzjoni. 10. Il-Konklużjonijiet: Lejn Ajru verament uniku sa l-2012 Iċ-ċittadini Ewropej għandhom dritt għal sistema tat-trasport ta' l-ajru bl-aħjar prestazzjoni. Qafas Komunitarju jeħtieġ jieħu post l-istrutturi regolatorji li jikkoinċidu flimkien u li nwirtu mill-passat biex ikopri l-fażijiet tat-titjira kollha fin- netwerk tat-trasport ta' l-ajru. Huwa ż-żmien għat-tħejjija għall-futur. [1] COM(2007) 845 ta' l-20.12.2007. [2] Il-Kumitat tad-Djalogu Soċjali Settorjali dwar l-Avjazzjoni Ċivili, imwaqqaf skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE ta' l-20 ta' Mejju 1998, estiż għall-ATM. [3] Il-Komunità Ewropea saret membru ta' l-Organizzazzjoni Eurocontrol skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11053/2 Avjazzjoni 121 tas-17.7.2002. [4] Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1794/2006 tas-6 ta' Deċembru 2006 li jistipula skema komuni ta' miżati għas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru (ĠU L 341 tas-7 12 2006). [5] Ħafna stati ġirien iddeċidew li jissieħbu fiż-Żona Komuni Ewropea ta' l-Avjazzjoni biex iżiedu l-istimolu għat-tkabbir u x-xogħol. [6] Inkluża l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar is-Sema Nadif. [7] Il-magni jrendu aħjar f'altitudnijiet għoljien u l-oqfsa ta' l-inġenji jkollhom inqas reżistenza għall-arja (ġibda). [8] L-operaturi ta' l-inġenji ta' l-ajru jintalbu miżati abbażi tad-distanza mitjura fl-ispazju ta' l-ajru nazzjonali (multiplikata b'fattur għall-piż) skond l-aħħar pjan skedat tat-titjira. [9] Slot huwa l-ħin li jingħata inġenju ta' l-ajru biex juża r-runway jew l-ispazju ta' l-ajru. [10] Kull bdot għandu jiskeda 'pjan tat-titjira' qabel ma jtir. L-għadd ta' pjanijiet tat-titjira jindika t-talba għas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru. [11] Litru fjuwil ifisser emissjonijiet ta' 3.15 kg CO2. [12] Il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni, 2007, Valutazzjoni tal-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru fl-Ewropa matul is-Sena Kalendarja 2006, Eurocontrol, Brussell, p. 51 et seq . [13] Id-dewmien itwal għandu effetti ta' sfrattu partikolari : It-tnejn fil-mija tat-titjiriet imħassra jirrappreżentaw 2/3 tad-dewmien kollu. Fl-2007, id-dewmien irrappreżenta 21.5miljun minuta bi prezz ta' €1 300 miljun. [14] Ir-Renju Unit għandu sistema tat-trażżin tal-prezz għas-servizzi matul ir-rotta u jħaddem kontroll tat-traffiku ta' l-ajru fuq bażi ta' suq. Il-Ġermanja riċentament daħħlet il-kompetizzjoni fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru f'xi ajruporti reġjonali. Xi Stati oħrajn bi ħsiebhom jieħdu miżuri simili. [15] Il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni kkalkulat produttività ta' 0.71 siegħat ta' titjir kompost għal kull siegħa ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru fl-2005. Dan ifisser li kull kontrollur għandu biss 0.7 ajruplani x'jimmonitorja fi kwalunkwe waqt, bl-aħjar jaħdem b'1.65 u l-anqas jaħdem b'0.35. [16] Il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni, Eurocontrol, 2006, Il-Valutazzjoni ta' l-Impatt ta' l-inizjattiva ta' l-Ajru Uniku Ewropew fuq il-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru , Brussell, p. iii. – valutazzjoni indipendenti fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea. [17] Il-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Qafas Futur ta' l-Avjazzjoni, 2007, ' Qafas biex jixpruna t-titjib tal-prestazzjoni ', Brussell, 47 p. [18] Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistipula skema komuni ta' tariffi għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru [titlu mhux uffiċjali]. [19] L-Artikolu 5(4) tar-Regolament 551/2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ĠU L96/20 tal-31.3.2004). [20] B'konfomità mal-Ġestjoni ta' l-Infromazzjoni Wiesgħa tas-Sistema. [21] Ir-Riżoluzzjoni PE 11.10.2007. [22] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 2.10.2007. [23] KUMM(2006)819 finali tas-24.1.2007 [24] Id-Direttiva 2002/30/KE tas-26 ta' Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet relatati ma' l-istorbju fl-ajruporti tal-Komunità.